<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0284</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-iżgurar ta’ reġistrazzjoni u użu aktar rapidi tal-aġenti ta’ kontroll bijoloġiku</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0234/2025 - Rapporteurs: Alexander Bernhuber, Anna Strolenberg)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2025 dwar l-iżgurar ta’ reġistrazzjoni u użu aktar rapidi tal-aġenti ta’ kontroll bijoloġiku (2025/2086(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 114 u 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1107/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2022 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 (COM(2022)0305),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ riżoluzzjoni tiegħu li jistabbilixxi definizzjoni legali u kategorizzazzjoni ta’ sustanzi ta’ kontroll bijoloġiku fl-użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija mill-Għalqa sal-Platt – għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (COM(2020)0381) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna” (COM(2020)0380),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali skont l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra r-rispons tal-Kummissjoni għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2572 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li titlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta studju li jikkomplementa l-valutazzjoni tal-impatt tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu sostenibbli tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u biex tipproponi azzjonijiet ta’ segwitu, jekk ikun xieraq fid-dawl tar-riżultati tal-istudju<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 331, 27.12.2022, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2572/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel – Insawru flimkien settur tal-biedja u tal-ikel attraenti għall-ġenerazzjonijiet futuri” (COM(2025)0075),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/128/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2023 dwar l-Inizjattiva Riveduta dwar il-Pollinaturi – Patt ġdid għall-pollinaturi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4227, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4227/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 15/4 tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika tad-19 ta’ Diċembru 2022 bit-titolu “Kunming-Montreal Global Biodiversity Framework” (Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2021 bit-titolu “Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd – Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija”, (COM(2021)0400),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2019 dwar il-proċedura tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni tal-pestiċidi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 411, 27.11.2020, p. 48.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A10-0234/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti (PPP) huwa prodott li fih sustanza li tipprevjeni, teqred jew tikkontrolla organiżmu ta’ ħsara (“pest”); billi l-kontroll bijoloġiku, li joriġina min-natura jew li jkun identiku għan-natura jekk jiġi sintetizzat, huwa metodu ta’ kontroll tal-pesti u tal-mard bl-użu ta’ organiżmi oħra jew ta’ partijiet minnhom, spiss flimkien ma’ tekniki fiżiċi, biex ifixklu ċ-ċikli riproduttivi tal-pesti jew jillimitaw is-suxxettibbiltà tal-għelejjel għall-pesti;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, is-sustanzi attivi jridu jiġu approvati fil-livell tal-UE qabel ma l-Istati Membri jkunu jistgħu jawtorizzaw PPPs li jkun fihom dawn is-sustanzi; billi l-lista attwali ta’ madwar 420 sustanza attiva approvata tinkludi kemm sustanzi attivi konvenzjonali kif ukoll għadd jiżdied ta’ sustanzi attivi ta’ kontroll bijoloġiku<FOOTNOTE><FIELD> https://food.ec.europa.eu/plants/pesticides/eu-pesticides-database_en.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti ta’ kontroll bijoloġiku taqa’ wkoll taħt ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009; billi, sal-2028, huma mistennija aktar minn 100 talba għall-approvazzjoni ta’ aġenti ta’ kontroll bijoloġiku fis-suq tal-UE, u dawn it-talbiet jistgħu ma jirċevux approvazzjoni qabel il-perjodu 2031-2037; billi ż-żmien bejn it-tressiq ta’ talba għall-awtorizzazzjoni u l-introduzzjoni fis-suq ta’ aġent ta’ kontroll bijoloġiku jista’ jkun bejn 10 snin u 15-il sena, skont il-klassifikazzjoni tiegħu; billi l-proċess twil ta’ approvazzjoni għandu impatt fuq id-disponibbiltà ta’ soluzzjonijiet għall-protezzjoni tal-pjanti; billi, filwaqt li m’għandhomx l-istess profil ta’ riskju bħall-PPPs konvenzjonali, dawn il-prodotti ta’ ta’ kontroll bijoloġiku jistgħu madankollu, f’xi każijiet, jippreżentaw riskji<FOOTNOTE><FIELD> Pereżempju, il-karattru invażiv jew l-allerġeniċità, eċċ.</FIELD></FOOTNOTE> u jirrikjedu metodi ta’ valutazzjoni tar-riskji adattati għall-mod ta’ azzjoni u n-natura tal-prodott biex jiġu evalwati s-sikurezza u l-effikaċja tagħhom; billi dan ir-rekwiżit għandu jkun proporzjonat għar-riskju, u ambjent regolatorju kompetittiv, ibbażat fuq ix-xjenza u favur l-innovazzjoni huwa essenzjali biex jiġu żgurati kemm is-sostenibbiltà kif ukoll il-produttività fis-settur agroalimentari tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi bħalissa m’hemm l-ebda definizzjoni legali armonizzata madwar l-UE kollha ta’ kontroll bijoloġiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi s-soluzzjonijiet ta’ kontroll bijoloġiku jistgħu jkunu sustanzi u aġenti attivi, aġenti ta’ kontroll bijoloġiku invertebrati li jikkontrollaw il-pesti u l-mard, kif ukoll prodotti li fihom sustanza attiva ta’ kontroll bijoloġiku waħda jew aktar minn waħda; billi s-soluzzjonijiet ta’ kontroll bijoloġiku jintużaw bħala parti minn strateġiji olistiċi tas-saħħa tal-pjanti li jistgħu jikkombinaw ukoll miżuri agronomiċi preventivi u approċċi oħra, kemm biex tiġi ottimizzata l-effikaċja tagħhom kif ukoll biex jiġi żgurat li l-użu tagħhom jibqa’ komplementari u bbażat fuq il-ħtieġa;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-kontroll bijoloġiku jista’ jseħħ permezz ta’: (a) makroorganiżmi u mikroorganiżmi ħajjin, (b) sustanzi semjokimiċi, (c) estratti minn sorsi naturali, b’mod partikolari l-pjanti u l-algi, u sustanzi prodotti minn mikroorganiżmi, (d) sustanzi identiċi għal dawk prodotti minn organiżmi bijoloġiċi jew li jkunu kostitwenti ta’ organiżmi bijoloġiċi u (e) sustanzi inorganiċi preżenti fin-natura, bl-eċċezzjoni tal-metalli tqal u l-imluħ tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-aġenti ta’ kontroll bijoloġiku invertebrati, bħall-insetti predaturi ta’ benefiċċju, inklużi l-parassitojdi, l-akari u n-nematodi, diġà jiżvolġu rwol essenzjali fil-ġestjoni integrata tal-pesti u fis-sistemi tal-biedja organika; billi, għall-kuntrarju tal-prodotti ta’ kontroll bijoloġiku bbażati fuq is-sustanzi, mhumiex koperti mir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, u għalhekk għadhom soġġetti għal regoli nazzjonali varjati u frammentati; billi proċessi ta’ awtorizzazzjoni aktar rapidi għall-makroorganiżmi, filwaqt li jinżammu standards ta’ sikurezza għoljin għas-saħħa u l-ambjent, iżidu l-aċċessibbiltà tagħhom fis-suq u jistgħu jgħinu biex jiġi indirizzat it-tħassib dwar is-saħħa tal-pjanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi s-soluzzjonijiet ta’ kontroll bijoloġiku spiss jiġu kkombinati biex jiffurmaw taħlitiet ta’ sustanzi semjokimiċi, estratti tal-pjanti jew konsorzji mikrobiċi li jtejbu l-effikaċja, jaħdmu kontra diversi pesti jew mard u jtejbu l-adattabbiltà ambjentali, u spiss jiġu inkorporati f’tekniki oħra ta’ kontroll tal-pesti, pereżempju il-ġestjoni integrata tal-pesti (IPM); billi, għal din ir-raġuni, mhuwiex dejjem possibbli li PPP konvenzjonali jiġi sostitwit bi prodott wieħed ta’ kontroll bijoloġiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-kontroll bijoloġiku spiss ikun assoċjat ma’ livelli aktar baxxi ta’ tossiċità, persistenza u tniġġis ambjentali, u bl-attenzjoni dovuta jista’ jikkomplementa l-prodotti konvenzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti; billi dan jista’ jippermetti lill-bdiewa, f’xi każijiet, inaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq l-użu tagħhom ta’ PPPs konvenzjonali billi jipprovdu żidiet sikuri u effettivi għas-sett ta’ għodod tal-bdiewa, u b’hekk jikkontribwixxu għal ħamrija aktar f’saħħitha u jnaqqsu l-impatti fuq il-bijodiversità, l-ekosistemi, il-kwalità tal-ilma, il-ktajjen tal-ikel u s-saħħa pubblika;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-ipproċessar rapidu u l-introduzzjoni fis-suq tal-UE ta’ prodotti ta’ kontroll bijoloġiku jżidu d-disponibbiltà u jipprovdu opportunità biex tiġi miġġielda r-reżistenza tal-pesti u l-mard għall-PPPs attwali; billi dan jgħin biex jiġu promossi prattiki agrikoli aktar sostenibbli u biex jiżdiedu r-reżiljenza u l-kompetittività tas-settur agrikolu billi s-sett ta’ għodod tal-bdiewa ta’ għażliet ta’ kontroll tal-pesti jinżamm wiesa’ kemm jista’ jkun;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, fil-Viżjoni tagħha tal-2025 għall-Agrikoltura u l-Ikel<FOOTNOTE><FIELD> Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Viżjoni għall-Agrikoltura u għall-Ikel – Insawru flimkien settur tal-biedja u tal-ikel attraenti għall-ġenerazzjonijiet futuri” (COM(2025)0075).</FIELD></FOOTNOTE>, il-Kummissjoni tiddikjara li “l-bdiewa jeħtieġu sett ta’ għodod iktar avvanzat biex ikunu jistgħu jaħdmu b’mod li ma jagħmilx ħsara lin-natura u jilħqu l-objettivi stabbiliti. Dan is-sett ta’ għodod jeħtieġ taħlita kkalibrata sew ta’ appoġġ pubbliku mmirat aħjar mill-PAK futura, investimenti f’soluzzjonijiet favur in-natura, iktar inċentivi ekonomiċi, konsulenza mfassla apposta abbażi tal-avvanzi fir-riċerka u fl-innovazzjoni, u ambjent regolatorju iktar aġli. Eżempju wieħed ta’ dan huwa l-ambizzjoni tal-UE li tnaqqas l-użu tal-pestiċidi li jagħmlu l-ħsara. Dan huwa importanti kemm għar-reżiljenza fit-tul tal-biedja, kif ukoll għall-protezzjoni tan-natura u tas-saħħa. Madankollu, l-introduzzjoni ta’ alternattivi f’forma ta’ prodotti bijoloġiċi jew innovattivi għall-protezzjoni tal-pjanti b’riskju baxx ma mexietx bl-istess pass bħall-irtirar tas-sustanzi attivi mis-suq tal-UE. Jekk din ix-xejra tkompli, tista’ taffettwa l-kapaċità tal-UE li tiżgura l-produzzjoni tal-ikel. Għalhekk, il-Kummissjoni se tikkunsidra bir-reqqa kwalunkwe projbizzjoni ulterjuri tal-pestiċidi jekk għad ma hemmx alternattivi disponibbli, sakemm il-pestiċida inkwistjoni ma jirrappreżentax theddida għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent li l-agrikoltura tiddependi fuqu għall-vijabbiltà tagħha”;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi spiss ikun hemm nuqqas ta’ għarfien espert, esperjenza u riżorsi meħtieġa biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet rigward il-kontroll bijoloġiku fl-EFSA u fl-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, speċjalment fir-rigward tal-mikrobijoloġija; billi, biex jgħinu l-introduzzjoni tagħhom fis-suq, il-linji gwida u r-rekwiżiti tad-data għandhom jaqblu mal-karatteristiċi speċifiċi tas-soluzzjonijiet ta’ kontroll bijoloġiku, filwaqt li jiġu evitati piżijiet eċċessivi, kostijiet għoljin, proċeduri ta’ approvazzjoni twal u skadenzi legali; billi proċeduri ta’ awtorizzazzjoni aktar rapidi, aktar affordabbli u inqas kumplessi għall-prodotti ta’ kontroll bijoloġiku jistgħu jgħinu biex jattiraw aktar investiment lejn l-UE u jsaħħu t-tmexxija globali tagħha fil-protezzjoni sostenibbli tal-pjanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-varar effettiv ta’ prodotti ta’ kontroll bijoloġiku spiss jiddependi minn prattiki adattati, u dan jenfasizza l-ħtieġa ta’ investiment kontinwu fit-taħriġ, l-infrastruttura u l-appoġġ konsultattiv biex tiġi żgurata l-adozzjoni b’suċċess tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju ta’ kontroll bijoloġiku bbażati fl-UE jirrappreżentaw madwar 70 % tas-settur tal-kontroll bijoloġiku tal-UE; billi dawn il-kumpaniji huma muturi ewlenin tal-innovazzjoni sostenibbli; billi l-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi użati bħala PPPs, inklużi aġenti ta’ kontroll bijoloġiku fl-UE, tinvolvi kostijiet sinifikanti, u huwa stmat li l-investiment ġenerali, inklużi l-ġenerazzjoni tad-data, it-tariffi regolatorji u l-awtorizzazzjonijiet nazzjonali, huwa bejn EUR 1,5 u EUR 4 miljun għal kull sustanza;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Definizzjonijiet legali, kamp ta’ applikazzjoni u prinċipji</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi, fil-livell tal-UE, definizzjoni legali ċara ta’ soluzzjonijiet ta’ kontroll bijoloġiku, kif ukoll qafas għall-approvazzjoni aċċelerata ta’ sustanzi attivi ta’ kontroll bijoloġiku fil-livell tal-UE u għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti ta’ kontroll bijoloġiku fil-livell tal-Istati Membri; iqis li tali qafas għandu jkun akkumpanjat minn rekwiżiti ċari ta’ data u dokumenti ta’ gwida aġġornati, bil-ħsieb li tissaħħaħ iċ-ċertezza legali, jitrawmu l-isforzi ta’ innovazzjoni tal-UE u jiġi promoss l-investiment f’alternattivi sostenibbli; jinsisti, barra minn hekk, li l-Kummissjoni għandu jkollha l-għan li tipprevjeni l-frammentazzjoni tas-suq u tnaqqas il-piżijiet amministrattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li ċ-ċertezza regolatorja tiffaċilita l-innovazzjoni, speċjalment fost l-SMEs, u tistimula l-iżvilupp ta’ settur kompetittiv tal-UE tal-kontroll bijoloġiku; jisħaq, barra minn hekk, fuq l-importanza tal-koerenza leġiżlattiva u tal-konsistenza mal-liġijiet rilevanti, inkluż ir-Regolament (UE) 2018/848<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1 ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/848/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u mal-istrateġiji tal-UE, u li jiġu previsti, fejn xieraq, dispożizzjonijiet speċifiċi dwar aġenti ta’ kontroll bijoloġiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja li l-aġenti ta’ kontroll bijoloġiku ġeneralment ikollhom profili ta’ riskju differenti minn PPPs kimiċi konvenzjonali, peress li ma għandhomx l-istess proprjetajiet, modi ta’ azzjoni jew impatti ekoloġiċi; jisħaq, madankollu, li dawn mhumiex ħielsa mir-riskji u għalhekk jirrikjedu valutazzjoni xierqa tar-riskji bbażata fuq ix-xjenza; jenfasizza li l-metodi ta’ valutazzjoni tar-riskji għandhom jiġu adattati għall-karatteristiċi speċifiċi tal-aġenti ta’ kontroll bijoloġiku, filwaqt li jiġi żgurat li l-ispeċifiċitajiet agronomiċi reġjonali jitqiesu kif xieraq, kif ukoll livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa, l-organiżmi mhux fil-mira, il-bijodiversità u l-ambjent, bi qbil mal-approċċ “Saħħa Waħda” u l-prinċipju ta’ prekawzjoni; ifakkar, b’mod partikolari, fil-ħtieġa li jiġu vvalutati l-effetti potenzjali tagħhom fuq l-ispeċijiet ta’ benefiċċju, l-ekosistemi u l-bijodiversità, inkluż meta organiżmi ħajjin bħal mikroorganiżmi, għedewwa naturali jew insetti sterili jew il-partijiet kostitwenti tagħhom jiġu introdotti fl-ambjent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta leġiżlattiva, tevalwa l-adegwatezza tal-valutazzjonijiet tar-riskji attwali matul l-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi li jeżerċitaw kontroll bijoloġiku u l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti ta’ kontroll bijoloġiku, u, jekk ikun meħtieġ, tiżviluppa protokolli ta’ valutazzjoni tar-riskji mfassla apposta għal kull soluzzjoni ta’ kontroll bijoloġiku; jissottolinja li l-valutazzjonijiet tar-riskji għall-aġenti ta’ kontroll bijoloġiku jridu dejjem jiżguraw ġestjoni tar-riskju mmirata, adatta u xierqa u livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent; jisħaq li l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni jridu jinkludu kriterji armonizzati tal-impatt ambjentali u fuq il-bijodiversità fil-livell tal-UE biex jiġu evitati diverġenzi bejn l-Istati Membri; jisħaq li tali prodotti ta’ kontroll bijoloġiku jridu jiġu approvati biss jekk jissodisfaw il-kriterji ta’ approvazzjoni rilevanti<FOOTNOTE><FIELD> Pereżempju, skont l-Artikolu 4(1)-(4) u l-Anness II (3.6)-(10) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.</FIELD></FOOTNOTE> li jiggarantixxu użu sikur u effettiv, u li l-effikaċja tiġi vverifikata xjentifikament u r-riżultati jkunu disponibbli, filwaqt li tiġi ssalvagwardjata informazzjoni sensittiva għan-negozju; ifakkar li l-proċeduri jridu jiġu ssimplifikati biex jiġi evitat dewmien li jkun ta’ żvantaġġ għall-innovaturi u l-bdiewa tal-UE; jinnota li l-proċeduri ta’ valutazzjoni tar-riskji għandhom ikunu trasparenti u ċari;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Emenda mmirata tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, fuq perjodu ta’ żmien iqsar, tadatta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 attwali biex iqis speċifikament is-sustanzi attivi li jeżerċitaw kontroll bijoloġiku u l-prodotti ta’ kontroll bijoloġiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-preżentazzjoni li jmiss tal-Kummissjoni ta’ reviżjoni mmirata tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 bħala parti mill-pakkett ta’ simplifikazzjoni mħabbar, li jiffoka fuq l-approvazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ sustanzi attivi li jeżerċitaw kontroll bijoloġiku u prodotti li fihom dawn biss, biex tkun tista’ ssir valutazzjoni aċċelerata tal-applikazzjonijiet għal prodotti ta’ kontroll bijoloġiku, u biex jiġi ffaċilitat il-proċess ta’ tiġdid ta’ sustanzi attivi ta’ kontroll bijoloġiku li diġà ġew approvati, sabiex tiżdied il-provvista ta’ PPPs disponibbli fuq terminu qasir u tiġi appoġġjata l-bidla lejn sistemi ta’ produzzjoni li jużaw sustanzi attivi inqas ta’ ħsara;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rikonoxximent reċiproku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw il-proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku attwali skont l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 biex jaċċeleraw l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti ta’ kontroll bijoloġiku u jżidu l-użu u d-disponibbiltà ta’ prodotti ta’ kontroll bijoloġiku madwar l-UE; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni tal-Artikolu 40 u tistabbilixxi inizjattivi ta’ segwitu biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu fejn xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li l-emenda mmirata tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandha ssaħħaħ, tiffaċilita u tħaddem il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku fir-rigward tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni ta’ kontroll bijoloġiku tal-UE, u b’hekk tnaqqas id-duplikazzjoni tal-valutazzjonijiet nazzjonali filwaqt li tirrispetta l-prinċipju ta’ prekawzjoni u d-differenzi bejn il-kundizzjonijiet lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni taħdem fuq pjan direzzjonali li jħares lejn ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ prodotti ta’ kontroll bijoloġiku biss u l-possibbiltà li l-applikanti japplikaw b’dossier uniku għal prodott ta’ kontroll bijoloġiku f’diversi Stati Membri fl-istess ħin, filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa u l-ambjent, u tikkunsidra żona ta’ awtorizzazzjoni unika għall-UE kollha li tiżgura li l-istess standards xjentifiċi, kriterji ta’ effikaċja u livelli ta’ sikurezza jiġu ssodisfati b’mod ċar madwar l-UE; jisħaq li tali pjan direzzjonali għandu jaħdem favur qafas leġiżlattiv potenzjali li jkun soġġett għal, u għandu jiġi stabbilit biss wara, valutazzjoni tal-impatt robusta u rigoruża u li jista’ jiġi żviluppat pass pass, billi jibda b’kooperazzjoni msaħħa u kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet kompetenti, imbagħad jissimplifika l-proċeduri ta’ valutazzjoni żonali għall-prodotti ta’ kontroll bijoloġiku skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bħall-għoti tal-inkarigu lill-Istati Membri rapporteurs biex jivvalutaw, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri, minn kull waħda miż-żoni ġeografiċi l-oħra, il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni fiż-żoni ġeografiċi kollha sabiex tinbena fiduċja reċiproka bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni burokratika, tiġi ffaċilitat l-użu mill-bdiewa ta’ soluzzjonijiet aktar sostenibbli u jittejjeb l-aċċess uniformi għas-suq filwaqt li jinżammu standards rigorużi għall-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Użi minuri</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw u jħaffu, fejn xieraq, unikament l-estensjoni tal-awtorizzazzjoni tal-PPPs li diġà ġew awtorizzati u li fihom sustanzi attivi li jeżerċitaw kontroll bijoloġiku biex ikopru użi minuri, inkluż, iżda mhux biss, il-biċċa l-kbira tal-agrikoltura b’ambjent ikkontrollat, sakemm l-awtorità kompetenti ma tidentifikax riskju speċifiku u xjentifikament ġustifikat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt, inklużi r-riskju u l-benefiċċji, fuq bażi ta’ każ b’każ, tal-estensjoni awtomatika unikament tal-PPPs li diġà ġew awtorizzati u li fihom prodotti ta’ kontroll bijoloġiku biex ikopru użi minuri f’konformità mas-salvagwardji stabbiliti fl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li testendi l-perjodu massimu għall-ewwel approvazzjoni u tiġdid ta’ sustanzi attivi li jeżerċitaw kontroll bijoloġiku sa massimu ta’ 25 sena; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi u żżomm lista ta’ prodotti ta’ kontroll bijoloġiku li, abbażi tal-profil, in-natura u l-mod ta’ azzjoni tagħhom, jistgħu jkunu eliġibbli għal awtorizzazzjoni b’perjodu ta’ żmien estiż sa massimu ta’ 25 sena għall-ewwel awtorizzazzjoni; jenfasizza li tali lista ma tridx tkun magħluqa u trid tirrifletti l-aktar standards xjentifiċi reċenti u tibqa’ dinamika, li jfisser li l-inklużjoni fil-lista ma tridx titqies permanenti; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi u taġġorna perjodikament il-lista fid-dawl ta’ data ġdida jew żviluppi xjentifiċi; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-kundizzjonijiet potenzjali li skonthom, is-sustanzi attivi ta’ kontroll bijoloġiku u l-prodotti li ntwera li m’għandhom l-ebda profil ta’ riskju jew li għandhom profil ta’ riskju negliġibbli jistgħu jingħataw approvazzjoni u awtorizzazzjoni indefiniti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ approvazzjoni għal kategoriji speċifiċi ta’ kontroll bijoloġiku b’riskju baxx fil-livell tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Proċeduri rapidi </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jirrakkomanda s-simplifikazzjoni, l-ottimizzazzjoni u l-aċċelerazzjoni tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni kif ukoll il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni mill-ġdid, approvazzjoni u approvazzjoni mill-ġdid għal soluzzjonijiet ta’ kontroll bijoloġiku, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ proċeduri rapidi, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet burokratiċi bla bżonn ħalli tinżamm konformità aħjar mal-iskadenzi tal-evalwazzjoni legali filwaqt li jiġi vvalutat u ġestit kif xieraq ir-riskju assoċjat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq, madankollu, li kwalunkwe aċċelerazzjoni tal-proċeduri għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti ta’ kontroll bijoloġiku xorta trid tkun soġġetta għal valutazzjoni xjentifika rigoruża, inkluża analiżi tar-riskji li tkopri wkoll organiżmi mhux fil-mira u l-effikaċja f’firxa ta’ kundizzjonijiet klimatiċi rilevanti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Awtorizzazzjoni proviżorja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, fir-reviżjoni tagħha tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, temenda l-Artikolu 30 biex tikkunsidra li tippermetti awtorizzazzjoni proviżorja unikament għall-PPPs ta’ kontroll bijoloġiku li jissodisfaw il-kriterji ta’ sikurezza rilevanti fih; jemmen li l-awtorizzazzjonijiet proviżorji u kondizzjonali għandhom ikunu akkumpanjati mill-monitoraġġ meħtieġ; ifakkar fil-prinċipju stabbilit li jekk data ġdida turi riskju inaċċettabbli għas-saħħa jew għall-ambjent, inkluż għal speċijiet mhux fil-mira, l-awtorizzazzjoni proviżorja għandha tiġi rieżaminata u rtirata;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Inħarsu ’l quddiem: strateġija, analiżi tal-lakuni u prospettiva leġiżlattiva aktar fit-tul</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jitlob li l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni li takkumpanja l-proposta leġiżlattiva tagħha tevalwa l-adegwatezza tal-qafas leġiżlattiv u tal-valutazzjonijiet tar-riskji attwali, matul l-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi li jeżerċitaw kontroll bijoloġiku u l-awtorizzazzjoni ta’ prodotti ta’ kontroll bijoloġiku, fost l-oħrajn, f’termini ta’ rekwiżiti ta’ data, kriterji ta’ approvazzjoni u rikonoxximent reċiproku; jitlob li l-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanjaha tidentifika oqsma fejn ir-regolament attwali jista’ jiġi aġġustat biex ikun aktar adegwat biex jiddaħħlu soluzzjonijiet ta’ kontroll bijoloġiku fis-suq, kif mitlub fid-Djalogu Strateġiku, u biex tiġi ssodisfata l-ħtieġa tal-bdiewa għal sett ta’ għodod aktar avvanzat u komprensiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi strateġija komprensiva ta’ kontroll bijoloġiku u valutazzjoni tas-sett ta’ għodod tal-isfidi mistennija fil-protezzjoni tal-għelejjel fl-10 snin li ġejjin għal għelejjel, pesti u mard speċifiċi, bil-ħsieb li jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ PPPs u miżuri IPM alternattivi, speċjalment bl-użu ta’ alternattivi effettivi u affordabbli biex jiġu identifikati lakuni fil-protezzjoni tal-pjanti u biex jiġi antiċipat l-irtirar mis-suq, ħalli l-utenti jkunu jistgħu jippjanaw perjodi ta’ tranżizzjoni suffiċjenti matul l-eliminazzjoni gradwali bl-għan li jinħoloq qafas li jibqa’ validu fil-futur u adattat għall-iskop tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà, fit-tul, ta’ regolament awtonomu ġdid dwar il-kontroll bijoloġiku, inklużi l-kundizzjonijiet li fuqhom jista’ japplika approċċ ċentralizzat, biex jitfasslu aħjar il-proċeduri ta’ valutazzjoni, approvazzjoni u awtorizzazzjoni għal soluzzjonijiet ta’ kontroll bijoloġiku;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ikklerjar ta’ xogħol b’lura </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jitlob, kif xieraq, li jkun hemm biżżejjed riżorsi biex jiġi kklerjat ix-xogħol b’lura ta’ applikazzjonijiet rigward il-kontroll bijoloġiku mdewma, bl-istabbiliment ta’ korsija ta’ prijorità, dment li tkun irċeviet finanzjament addizzjonali ddedikat għall-approvazzjoni ta’ aġenti ta’ kontroll bijoloġiku, fi ħdan il-proċeduri ta’ approvazzjoni u awtorizzazzjoni għal sustanzi u prodotti attivi skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, filwaqt li jiġu vvalutati u aġġornati wkoll il-proċeduri ta’ approvazzjoni u awtorizzazzjoni abbażi ta’ żviluppi xjentifiċi u tekniċi; jissottolinja li t-tħaffif tal-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ kontroll bijoloġiku m’għandux iwassal għal aktar dewmien fil-valutazzjoni tar-riskji u l-awtorizzazzjoni ta’ sustanzi konvenzjonali u tal-PPPs jew dewmien fir-rieżamijiet ta’ dawk li ilhom fis-suq għal aktar minn 10 snin, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Appoġġ għall-applikanti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota d-dispożizzjonijiet attwali rigward l-għajnuna għall-applikanti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini; jistieden lill-Istati Membri u lill-EFSA jipprovdu appoġġ tekniku għall-applikazzjonijiet minn intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, speċjalment matul il-proċess ta’ tħejjija tal-applikazzjoni, filwaqt li japplikaw salvagwardji ċari biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess; jistieden lill-EFSA, filwaqt li tirrispetta dak li intqal qabel, toħloq punt uniku ta’ servizz għall-SMEs li jipproduċu aġenti ta’ kontroll bijoloġiku u tipprovdi gwida ċara, u appoġġ lill-applikanti dwar it-tħejjija tal-fajls, bi spjegazzjonijiet tar-rekwiżiti tad-data u l-proċeduri ta’ sottomissjoni, bil-għan li ttejjeb il-kwalità tal-applikazzjonijiet, u b’hekk jitnaqqas id-dewmien fil-proċess ta’ valutazzjoni u awtorizzazzjoni u tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni fis-swieq tal-UE ta’ aġenti ta’ kontroll bijoloġiku approvati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri joħolqu proċeduri amministrattivi effiċjenti fil-ħin, ċari u faċli biex jinftiehmu adattati għall-prodotti ta’ kontroll bijoloġiku, u valutazzjonijiet tar-riskji xierqa għall-mod ta’ azzjoni tagħhom u n-natura tal-prodott, u jistabbilixxu helpdesks iddedikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tadotta urġentement dokumenti ta’ gwida aġġornati speċifiċi għall-prodotti ta’ kontroll bijoloġiku biex tippromwovi l-użu tagħhom u ssaħħaħ il-konsistenza madwar l-Istati Membri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/128/KE għall-promozzjoni tal-kontrolli bijoloġiċi, inkluż permezz tal-ġestjoni integrata tal-pesti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jitlob lill-Istati Membri jinkludu fil-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali (NAPs) tagħhom fl-ambitu tad-Direttiva 2009/128/KE, b’mod partikolari, miżuri ppjanati u adottati biex itejbu l-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni għall-prodotti ta’ kontroll bijoloġiku u prodotti oħra b’riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f’koordinazzjoni mal-bdiewa, jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2009/128/KE, jistabbilixxu aċċess aktar faċli għall-prodotti ta’ kontroll bijoloġiku, u jakkumpanjaw lill-bdiewa li jadottaw prattiki aktar sostenibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Potenzjal tas-soluzzjonijiet ta’ kontroll bijoloġiku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jirrikonoxxi l-potenzjal għoli tal-approċċi ta’ kontroll bijoloġiku fit-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-PPPs konvenzjonali; jinnota li s-soluzzjonijiet ta’ kontroll bijoloġiku jistgħu jikkomplementaw il-PPPs konvenzjonali jekk tingħata l-attenzjoni dovuta, u dan jagħmilhom żieda utli għal sett ta’ għodod wiesa’ u bbilanċjat tal-bdiewa flimkien ma’ metodi oħra ta’ protezzjoni tal-għelejjel; jisħaq li l-karatteristiċi speċifiċi tal-aġenti ta’ kontroll bijoloġiku jagħtuhom profil ta’ riskju differenti u għalhekk jistgħu joffru azzjoni mmirata b’effetti iżgħar mhux fil-mira jew residwi, u dan jagħmilhom aktar kompatibbli mal-IPM u, speċjalment, mal-prattiki tal-biedja organika; jinsisti li l-użu usa’ tal-kontroll bijoloġiku jista’ b’hekk jikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi ambjentali, tas-sigurtà tal-ikel u tas-saħħa tal-UE filwaqt li tinżamm il-produttività agrikola u jiġi żgurat li l-bdiewa ma jitħallewx mingħajr alternattivi effettivi u affordabbli biex jipproteġu l-għelejjel tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li l-iffaċilitar tal-awtorizzazzjoni u l-użu tal-kontroll bijoloġiku għandu jkun akkumpanjat minn żieda fl-użu tal-IPM u t-tnaqqis tar-riskji assoċjati mal-PPPs konvenzjonali u d-dipendenza fuqhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tal-użu sostenibbli tal-pestiċidi fl-ambitu tad-Direttiva 2009/128/KE u tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, b’mod partikolari fir-rigward tal-ipproċessar f’waqtu tat-talbiet ta’ awtorizzazzjoni u l-ġestjoni integrata tal-pesti; jinnota li f’approċċ integrat tal-IPM, l-użu ta’ prodotti konvenzjonali awtorizzati li għalihom ikunu ġew issodisfati r-rekwiżiti kollha tas-sikurezza għas-saħħa u l-ambjent, dejjem jibqa’ għażla għall-bdiewa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Valutazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ prestazzjoni u tar-riżorsi </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw il-prestazzjoni amministrattiva u l-kapaċitajiet istituzzjonali tagħhom u l-adegwatezza tar-riżorsi allokati, rispettivament, lill-EFSA u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti biex ikunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom; jenfasizza li hemm bżonn ta’ investiment fil-kapaċità ta’ (ri)valutazzjoni fl-Istati Membri u fl-EFSA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni talloka l-finanzjament addizzjonali meħtieġ għat-taħriġ u l-impjegar ta’ persunal addizzjonali, inkluż b’għarfien espert xieraq u speċjalizzat, fi ħdan l-EFSA, u tistabbilixxi riżorsi ddedikati u suffiċjenti fi ħdan l-istruttura organizzattiva tal-EFSA għall-kontroll bijoloġiku, sabiex jiġi evitat dewmien bla bżonn fil-proċess ta’ approvazzjoni ta’ sustanzi attivi li jeżerċitaw kontroll bijoloġiku u biex jiġu żgurati valutazzjonijiet imfassla apposta u jitnaqqsu l-konġestjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjonijiet ta’ segwitu xierqa biex tippermetti l-aċċelerazzjoni tal-proċedura ta’ approvazzjoni u ż-żieda fl-użu tal-kontroll bijoloġiku;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Finanzjament b’saħħtu mill-Istati Membri</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jiġi delimitat baġit suffiċjenti għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti, li huwa essenzjali biex jiġi evitat dewmien bla bżonn fil-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni tal-kontroll bijoloġiku u biex jiġi aċċelerat l-użu tal-kontroll bijoloġiku; jinsisti li l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti jkollhom baġit, persunal u għarfien espert suffiċjenti biex iwettqu (ri)valutazzjonijiet fil-ħin u b’mod effettiv; jenfasizza l-benefiċċji tal-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden, bl-istess mod, lill-Kummissjoni tipproponi miżuri u tidentifika mekkaniżmi u riżorsi biex tappoġġja lill-Istati Membri fl-aċċelerazzjoni tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni tagħhom; jipproponi, f’dan ir-rigward, li l-Kummissjoni tiżviluppa gwida dwar ir-riżorsi u l-kapaċità meħtieġa u minimi, applikabbli fl-Istati Membri kollha tal-UE, meħtieġa biex jiġu vvalutati l-prodotti ta’ kontroll bijoloġiku;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riċerka u investiment</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jrawmu l-investiment fir-riċerka u s-sħubijiet pubbliċi u privati għall-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ kontroll bijoloġiku u tal-IPM, inkluż permezz ta’ ċentri ta’ riċerka, universitajiet u ċentri ta’ innovazzjoni reġjonali, sħubijiet ta’ innovazzjoni tal-UE u proġetti ewlenin, b’enfasi speċjali fuq l-SMEs permezz ta’ programmi mmirati, kif ukoll għat-trawwim ta’ ambjent kompetittiv li jippermetti u jrawwem l-innovazzjoni tal-UE u jnaqqas id-dipendenzi tal-agrikoltura tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>	Jissottolinja l-importanza tar-riċerka u l-iżvilupp fit-teknoloġiji tal-kontroll bijoloġiku matul id-deċennji li ġejjin, b’mod partikolari r-riċerka dwar l-indirizzar tal-lakuni fil-protezzjoni f’kombinazzjonijiet speċifiċi ta’ għelejjel-pesti/mard, li għalihom jeżistu ftit alternattivi jew l-ebda soluzzjoni alternattiva għall-kontroll tal-pesti, sabiex l-innovazzjoni u l-isforzi regolatorji jiġu diretti lejn fejn huma l-aktar meħtieġa b’mod urġenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Aċċess tal-bdiewa għall-għarfien </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li l-użu tal-kontroll bijoloġiku jirrikjedi approċċi, bażijiet ta’ għarfien u settijiet ta’ ħiliet differenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-kura ta’ speċijiet ta’ benefiċċju li jaġixxu biex jipproteġu l-għelejjel; jinnota li dan diġà huwa parzjalment inkorporat fl-IPM u f’sistemi oħra ta’ produzzjoni; jissottolinja, madankollu, li huma meħtieġa aktar għarfien, taħriġ, informazzjoni u gwida prattika dwar l-użu effettiv tal-prodotti ta’ kontroll bijoloġiku f’kooperazzjoni mal-bdiewa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li għad hemm disparitajiet kbar bejn l-aċċess tal-Istati Membri għall-għarfien u s-servizzi ta’ konsulenza; jitlob li jiġu offruti pariri dwar l-użu u l-applikazzjoni ta’ possibbiltajiet ta’ kontroll bijoloġiku bħala parti minn sistemi konsultattivi kontinwi u indipendenti u b’riżorsi xierqa, li għandhom ikunu aċċessibbli għall-bdiewa kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, f’kollaborazzjoni mal-utenti finali, jipprovdu pjattaforma diġitali tal-UE, li tibni fuq il-proġett pilota “INSIGNIA”, inkluż monitoraġġ fit-tul għall-pollinaturi, u l-proġett pilota ta’ suċċess “sett ta’ għodod tal-IPM għall-bdiewa” mibdi mill-Parlament, għat-tixrid ta’ prattiki tajbin u soluzzjonijiet ta’ kontroll bijoloġiku ppruvati li għandhom l-għan li jgħinu lill-bdiewa jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-aktar tip effettiv ta’ kontroll bijoloġiku għall-istruttura tal-popolazzjoni tal-pesti u l-kundizzjonijiet pedoklimatiċi tal-azjenda agrikola kkonċernata; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tippromwovi sett ta’ għodod usa’ inkluż billi tagħmel din il-pjattaforma diġitali inizjattiva kontinwa, aktar aċċessibbli u permanenti disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE, u tiżgura l-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżdied l-aċċess għall-għarfien permezz tat-taħriġ tal-bdiewa biex tinbena kapaċità teknika bl-użu ta’ networks ta’ dimostrazzjoni, skambji bejn il-pari u appoġġ u inizjattivi tekniċi lokali, bl-għan li jiġi promoss l-użu sikur, effettiv u mifrux tal-kontroll bijoloġiku; jirrikonoxxi l-utilità tal-monitoraġġ tal-aċċess għall-għarfien u t-tixrid tal-aħjar prattiki rigward l-użu tal-kontroll bijoloġiku; jinnota l-possibbiltajiet attwali tal-Istati Membri u tal-UE li jikkofinanzjaw u jinkoraġġixxu t-taħriġ tal-bdiewa permezz ta’ investimenti jew servizzi ta’ estensjoni taħt sistemi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli fil-politika agrikola komuni; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ xieraq għat-taħriġ, l-appoġġ tekniku u l-gwida prattika dwar il-kontroll bijoloġiku u jikkunsidraw kif l-aħjar jiffaċilitaw tali taħriġ volontarju biex jinċentivaw aktar bdiewa jadottaw il-kontroll bijoloġiku u l-IPM;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni bejn l-atturi kollha</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jappella għal aktar riċerka xjentifika, skambju tal-għarfien, kooperazzjoni u bini tal-kapaċità bejn l-atturi rilevanti kollha involuti fil-proċess tal-iżvilupp, l-approvazzjoni, l-awtorizzazzjoni, l-użu u t-tixrid tal-kontroll bijoloġiku u l-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni tal-IPM madwar l-UE, kif ukoll fil-proċess tal-iskambju tal-għarfien u l-aħjar prattika mas-sħab f’pajjiżi mhux tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Finanzjament tas-sistemi ta’ konsulenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jappella biex id-dettalji dwar il-finanzjament tas-sistema ta’ konsulenza, kif ukoll it-taħriġ u l-kapaċitajiet fil-kontroll bijoloġiku u l-IPM, jiġu inklużi fl-NAPs tal-Istati Membri; jisħaq li l-iżvilupp u d-disponibbiltà ta’ gwida speċifika għall-għelejjel u l-pesti tal-IPM għadhom inkonsistenti bejn l-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrevedu l-NAPs tagħhom biex isaħħu l-aċċess tal-bdiewa għal gwida speċifika għall-għelejjel u l-pesti li tirrifletti r-realtajiet lokali u tinkludi possibbiltajiet ta’ kontroll bijoloġiku, l-integrazzjoni possibbli tagħhom fil-programmi tal-IPM u l-kompatibbiltà ma’ PPPs oħra, fejn disponibbli u xieraq;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Monitoraġġ tal-progress</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni timmonitorja regolarment l-adozzjoni mis-suq, id-disponibbiltà u l-affordabbiltà tas-soluzzjonijiet ta’ kontroll bijoloġiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-progress tal-UE u tal-Istati Membri dwar l-approvazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ kontroll bijoloġiku, filwaqt li tħares lejn l-għadd ta’ applikazzjonijiet, il-kapaċitajiet amministrattivi assoċjati, il-livelli tal-persunal u l-baġits iddedikati, u speċjalment l-implimentazzjoni ta’ korsija ta’ prijorità b’riżorsi addizzjonali ddedikati għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti ta’ kontroll bijoloġiku, ladarba tkun ġiet stabbilita; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika rapport tas-sejbiet u tippreżentah lill-Parlament u lill-Kunsill;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Reġjuni ultraperiferiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li r-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE jistgħu jibbenefikaw mill-użu tal-kontroll bijoloġiku billi jiżguraw li l-proċessi ta’ awtorizzazzjoni jqisu l-kundizzjonijiet agroekoloġiċi uniċi tagħhom u l-profili tal-pesti, u billi jipprovdu taħriġ immirat, servizzi ta’ konsulenza, u appoġġ finanzjarju lill-bdiewa u lill-SMEs f’dawn ir-reġjuni; jappella bil-qawwa għall-iżvilupp ta’ pjattaformi ta’ gwida u għarfien speċifiċi għall-għelejjel u l-pesti li jirriflettu r-realtajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex itejbu l-aċċess tagħhom għal soluzzjonijiet ta’ kontroll bijoloġiku sikuri, effettivi u sostenibbli;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>