<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0286</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-impatt tal-intelliġenza artifiċjali fuq is-settur finanzjarju</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0225/2025 - Rapporteur: Arba Kokalari)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2025 dwar l-impatt tal-intelliġenza artifiċjali fuq is-settur finanzjarju (2025/2056(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2025 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni għal Kontinent tal-IA” (COM(2025)0165),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2020 dwar Strateġija għall-Finanzi Diġitali għall-UE (COM(2020)0591),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-25 ta’ Frar 2025 tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) bit-titolu “Artificial intelligence in EU investment funds: adoption, strategies and portfolio exposures” (L-Intelliġenza Artifiċjali fil-fondi ta’ investiment tal-UE: adozzjoni, strateġiji u skoperturi tal-portafoll),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni pubblika tat-30 ta’ Mejju 2024 tal-ESMA dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali (IA) fil-forniment ta’ servizzi ta’ investiment bl-imnut,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-10 ta’ Frar 2025 tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) bit-titolu “Impact Assessment of EIOPA’s Opinion on AI governance and risk management” (Valutazzjoni tal-Impatt tal-Opinjoni tal-EIOPA dwar il-governanza tal-IA u l-ġestjoni tar-riskju),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tat-30 ta’ April 2024 tal-EIOPA bit-titolu “Report on the digitalisation of the European insurance sector” (Rapport dwar id-diġitalizzazzjoni tas-settur tal-assigurazzjoni Ewropew),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-29 ta’ Novembru 2024 tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) bit-titolu “Risk Assessment Questionnaire (RAQ) – Autumn 2024” (Il-Kwestjonarju dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji – Ħarifa 2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-4 ta’ Awwissu 2023 tal-EBA bit-titolu “Machine learning for internal rating-based models” (Tagħlim awtomatiku għal mudelli interni bbażati fuq klassifikazzjonijiet),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-artiklu tas-26 ta’ Frar 2024 ta’ Elizabeth McCaul, Membru tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), bit-titolu “From data to decisions: IA u superviżjoni” (Mid-data għad-deċiżjonijiet: l-IA u s-superviżjoni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tas-7 ta’ Mejju 2024 tal-BĊE bit-titolu “The rise of artificial intelligence: benefits and risks for financial stability” (Iż-żieda fl-intelliġenza artifiċjali: il-benefiċċji u r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-15 ta’ Diċembru 2023 tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi bit-titolu “Generative Artificial Intelligence in finance” (L-Intelliġenza Artifiċjali Ġenerattiva fil-Qasam Finanzjarju),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tat-12 ta’ Diċembru 2024 tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali bit-titolu “Regulating AI in the financial sector: recent developments and main challenges” (Ir-regolamentazzjoni tal-IA fis-settur finanzjarju: żviluppi reċenti u sfidi ewlenin),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tat-13 ta’ Ġunju 2024 tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali bit-titolu “Intelligent financial system: how AI is transforming finance” (Sistema finanzjarja intelliġenti: kif l-IA qed tittrasforma l-finanzi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-19 ta’ Diċembru 2024 tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli lill-G7 bit-titolu “Artificial Intelligence and Economic and Financial Policymaking” (L-Intelliġenza Artifiċjali u t-Tfassil tal-Politika Ekonomika u Finanzjarja),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-14 ta’ Novembru 2024 tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja bit-titolu “The Financial Stability Implications of Artificial Intelligence” (L-Implikazzjonijiet tal-Intelliġenza Artifiċjali fuq l-Istabbiltà Finanzjarja),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1 </STRING>ĠU L, 2024/1624, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1624/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2 </STRING>ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3 </STRING>ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (l-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4 </STRING>ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">5 </STRING>ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/97/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">6 </STRING>ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/600/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar is-Swieq tal-Istrumenti Finanzjarji),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">7 </STRING>ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/65/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">8 </STRING>ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/575/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">9 </STRING>ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">10 </STRING>ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/61/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvenza II)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">11 </STRING>ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/138/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">12 </STRING>ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/65/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">13 </STRING>ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2015/2366/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Pagament),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Mejju 2022 dwar l-intelliġenza artifiċjali f’era diġitali<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">14 </STRING>ĠU C 465, 6.12.2022, p. 65.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0225/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Att tal-UE dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (l-Att dwar l-IA) jintroduċi l-ewwel qafas regolatorju komprensiv għall-intelliġenza artifiċjali (IA) fid-dinja;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-punti 5(b) u (c) tal-Anness III tal-Att dwar l-IA jiddefinixxu żewġ każijiet ta’ użu b’riskju għoli għas-settur tas-servizzi finanzjarji, jiġifieri l-użu ta’ sistemi tal-IA għall-evalwazzjoni ta’ kreditu tal-konsumaturi u għall-valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja u l-użu tagħhom għall-valutazzjonijiet tar-riskju u l-ipprezzar tal-assigurazzjoni tal-ħajja u tas-saħħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi sistema tal-IA hija definita fl-Att dwar l-IA bħala sistema bbażata fuq magna li hija mfassla biex topera b’livelli differenti ta’ awtonomija u li tista’ turi adattabbiltà wara l-implimentazzjoni, u li, għal objettivi espliċiti jew impliċiti, tinferixxi, mill-input li tirċievi, kif tiġġenera outputs bħal previżjonijiet, kontenut, rakkomandazzjonijiet jew deċiżjonijiet li jistgħu jinfluwenzaw ambjenti fiżiċi jew virtwali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi mudell tal-IA bi skop ġenerali (GPAI) huwa definit bħala mudell tal-IA, inklużi dawk imħarrġa b’ammont kbir ta’ data bl-użu ta’ awtosuperviżjoni fuq skala kbira, li juri ġeneralità sinifikanti u li jkun kapaċi jwettaq b’mod kompetenti firxa wiesgħa ta’ kompiti distinti irrispettivament mill-mod kif il-mudell jiġi introdott fis-suq u li jista’ jiġi integrat f’varjetà ta’ sistemi jew applikazzjonijiet downstream, iżda li ma jinkludix mudelli tal-IA li jintużaw għal attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp jew prototipar qabel ma jiġu introdotti fis-suq;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi s-sistemi użati biex itejbu l-ottimizzazzjoni matematika jew biex jaċċelleraw u japprossimaw metodi ta’ ottimizzazzjoni tradizzjonali u stabbiliti, bħal metodi ta’ rigressjoni lineari jew loġistika, jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ sistema tal-IA;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-istat tal-adozzjoni tal-IA fis-servizzi finanzjarji</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota l-adozzjoni wiesgħa u diversa tal-IA fis-settur tas-servizzi finanzjarji tal-UE, fejn l-istituzzjonijiet finanzjarji, li ilhom jużaw it-tagħlim awtomatiku klassiku għal perjodu estiż, issa qed jesperimentaw gradwalment bl-użu tal-IA ġenerattiva, inklużi mudelli lingwistiċi kbar (LLMs) u mudelli bażi oħra, bħala għodda ta’ appoġġ; jisħaq li l-maġġoranza tal-każijiet ta’ użu tal-IA attwali għandhom l-għan li jissimplifikaw il-proċessi tal-back-office u l-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet jirrappreżentaw miri li jistgħu jintlaħqu faċilment pjuttost milli innovazzjoni ta’ riskju għoli; jinnota, madankollu, li l-użu tal-IA biex tiġi evalwata l-affidabbiltà kreditizja ta’ persuni fiżiċi jew biex jiġi stabbilit il-punteġġ tal-kreditu tagħhom, li bħalissa huwa definit bħala ta’ riskju għoli fl-Att dwar l-IA, huwa prevalenti u qed jiżdied; jisħaq li l-użu ta’ sistemi tal-IA kompletament awtonomi fis-settur finanzjarju għandu jkollu sorveljanza umana<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">15 </STRING>Il-Kwestjonarju tal-EBA dwar il-Valutazzjoni tar-Riskji tal-Ħarifa 2024; Ir-rapport tal-EIOPA dwar id-diġitalizzazzjoni tas-settur tal-assigurazzjoni Ewropew; Ir-rapport tal-ESMA dwar l-intelliġenza artifiċjali fil-fondi ta’ investiment tal-UE.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li l-istituzzjonijiet finanzjarji għadhom jesploraw każijiet ta’ użu li jinvolvu mudelli GPAI, li l-kumplessità akbar tagħhom tinvolvi riskju operazzjonali u ta’ konformità ogħla, iżda jinnota wkoll li dawn l-applikazzjonijiet fil-biċċa l-kbira għadhom fil-fażi tal-ittestjar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jemmen li l-IA hija opportunità kbira għall-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE biex jiżviluppaw prodotti aktar innovattivi, jissimplifikaw l-operazzjonijiet u jtejbu l-kompetittività fuq skala globali; jenfasizza li l-użu tal-IA fis-servizzi finanzjarji għandu l-potenzjal li jġib benefiċċji soċjetali, inklużi l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni aktar effettivi tal-frodi, il-kontrolli kontra l-ħasil tal-flus u l-kontrolli tas-sanzjonijiet, l-appoġġ għall-klijenti, il-monitoraġġ tat-tranżazzjonijiet, il-pariri finanzjarji personalizzati, il-ġbir ta’ data ambjentali, soċjali u ta’ governanza, l-analiżi u r-rappurtar, il-mudelli u l-istrateġiji kummerċjali, l-assistenza għall-konformità regolatorja, is-sorveljanza tas-suq u l-monitoraġġ tal-abbuż; iqis li l-użu tal-IA fis-settur finanzjarju għandu jsib bilanċ bejn l-innovazzjoni u l-kompetittività minn naħa waħda, u l-ġestjoni tar-riskju, il-protezzjoni tal-konsumatur u l-istabbiltà finanzjarja min-naħa l-oħra; jisħaq li l-benefiċċji tal-użu tal-IA fis-servizzi finanzjarji għandhom jiġu mgħoddija primarjament lill-klijenti finali, pereżempju permezz ta’ prezzijiet aktar baxxi, kopertura aħjar, konsulenza finanzjarja mtejba, inklużjoni u aċċess finanzjarji akbar u litteriżmu finanzjarju msaħħaħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li hemm ukoll riskji mill-użu tal-IA fis-servizzi finanzjarji; jenfasizza li, qabel l-avvanz reċenti tal-LLMs, dawn ir-riskji rriżultaw mill-kwalità, il-preċiżjoni u r-rappreżentattività tad-data li fuqha tħarrġu l-mudelli, peress li l-outputs tal-IA mhux LLM huma affidabbli biss daqs l-inputs tad-data; jissottolinja li kwalità ħażina tad-data tista’ twassal, fost affarijiet oħra, għal eżiti diskriminatorji, bejgħ inadatt u preġudizzji sistemiċi msaħħa, filwaqt li mudelli mhux trasparenti u kumplessi jistgħu jwasslu għal ksur tal-privatezza u l-esklużjoni ta’ konsumaturi vulnerabbli permezz ta’, pereżempju, diskriminazzjoni fil-prezzijiet, u b’hekk jaggravaw ir-riskji eżistenti jew joħolqu oħrajn ġodda; jisħaq li l-LLMs jintroduċu riskji addizzjonali sinifikanti li jistgħu jkunu diffiċli biex jitkejlu, inklużi alluċinazzjonijiet tal-mudelli anke meta d-data għat-taħriġ tkun ta’ kwalità għolja; jisħaq li tali riskji u eżiti jridu jiġu mitigati b’mod effettiv; josserva sfidi ulterjuri relatati mal-vulnerabbiltajiet taċ-ċibersigurtà u mal-ispjegabbiltà tas-sistemi tal-IA; jisħaq, għalhekk, fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati governanza robusta tad-data, ittestjar rigoruż u dokumentazzjoni tal-mudelli tal-IA, flimkien maż-żamma tal-involviment uman u ż-żamma ta’ standard għoli għall-użu ta’ sistemi tal-IA f’applikazzjonijiet diretti għall-konsumatur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jifhem li l-istituzzjonijiet finanzjarji adottaw approċċ meqjus għall-iżvilupp, l-ittestjar u l-użu ta’ sistemi tal-IA, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni trażversali u settorjali eżistenti; jissottolinja li dan l-approċċ prudenti jista’ jkun xprunat ukoll minn domanda mhux murija tal-klijenti, aspettattivi tal-klijenti li qed jevolvu u kunsiderazzjonijiet ta’ riskju, li ġew deskritti hawn fuq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza li ż-żieda fl-IA toħloq sfidi għall-awtoritajiet superviżorji, b’mod partikolari minħabba nuqqas ta’ għarfien espert speċifiku għall-IA u għodod superviżorji biex jivvalutaw it-tagħlim awtomatiku avvanzat u l-mudelli tal-IA ġenerattiva; jistieden lill-awtoritajiet superviżorji Ewropej u nazzjonali jadattaw għall-użu dejjem akbar tal-IA fis-servizzi finanzjarji u jimmonitorjaw, jivvalutaw u jimmitigaw ir-riskji għall-konsumaturi u l-istabbiltà finanzjarja, filwaqt li joqogħdu attenti li ma jiskoraġġux l-innovazzjoni permezz ta’ piżijiet ta’ konformità sproporzjonati jew approċċi regolatorji preskrittivi żżejjed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota li l-konċentrazzjoni fost il-fornituri ta’ servizzi tal-IA li joffru pariri dwar l-investiment tista’ twassal għal “imġiba ta’ merħla”, xprunata minn mudelli simili u sorsi ta’ data limitati; iħeġġeġ lis-superviżuri Ewropej u nazzjonali jimmonitorjaw dawn ir-riskji u l-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex iqisuhom meta jiżviluppaw għodod tal-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota d-dipendenza tal-atturi finanzjarji tal-UE fuq fornituri tat-teknoloġija terzi (TPPs) biex jospitaw u jiżviluppaw il-mudelli tal-IA tagħhom u jenfasizza li l-maġġoranza tad-ditti finanzjarji jiddependu biss fuq ftit TPPs għal dawn is-servizzi, u dan jista’ jwassal għal riskju ta’ konċentrazzjoni u jnaqqas is-saħħa ta’ negozjar tal-istituzzjonijiet finanzjarji meta jinnegozjaw jew jimmodifikaw it-termini kuntrattwali għas-servizzi tal-IA; iwissi li d-dipendenza fuq għadd żgħir ta’ fornituri għal servizz partikolari tista’ twassal għal riskji sistemiċi f’każ ta’ tfixkil, b’mod partikolari jekk migrazzjoni rapida lejn fornituri alternattivi ma tkunx fattibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li l-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali (DORA) ippromulgat reċentement jirrikjedi li l-istituzzjonijiet finanzjarji jimplimentaw miżuri biex jimmitigaw ir-riskju ta’ konċentrazzjoni li joriġina mit-TPPs tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), inklużi pjanijiet ta’ kontinġenza u arranġamenti biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operat; jitlob li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet superviżorji Ewropej jivvalutaw, b’mod partikolari, il-fattibbiltà tal-applikazzjoni tal-istrateġiji ta’ ħruġ u d-dispożizzjonijiet ta’ tranżizzjoni stabbiliti fir-Regolament DORA għall-mudelli tal-IA ospitati mill-infrastruttura tat-TPPs, speċjalment fir-rigward tad-dipendenza konsiderevoli fuq TPPs ta’ pajjiżi terzi għas-servizzi tal-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza li l-kumpaniji tal-UE jridu jkunu jistgħu jużaw l-infrastruttura eżistenti tal-cloud għall-iżvilupp u l-użu tal-IA; jitlob li jiġu esplorati b’mod attiv toroq biex jissaħħu l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà tal-mudelli tal-IA u l-oqfsa ta’ konformità ma’ dawk ta’ sħab internazzjonali tal-istess fehma, speċjalment dawk li jaspiraw li jipprovdu salvagwardji regolatorji ugwalment robusti, biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE jżommu aċċess għall-għodod u l-fornituri tal-IA u bil-ħsieb li jissawru standards globali bbilanċjati filwaqt li tiġi ssalvagwardjata ċ-ċertezza legali għan-negozji Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jappoġġja inizjattivi biex tingħata spinta lill-iżvilupp tal-IA u tal-cloud fl-UE, speċjalment bil-ħsieb li jiġu żviluppati servizzi tal-IA li jkunu konformi bis-sħiħ mal-oqfsa tal-UE għall-protezzjoni tad-data u d-drittijiet fundamentali, filwaqt li jissaħħu wkoll l-awtonomija strateġika u r-reżiljenza;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> Xenarju regolatorju għall-IA fis-servizzi finanzjarji</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq li s-settur tas-servizzi finanzjarji huwa regolat ħafna, soġġett għal diversi biċċiet ta’ leġiżlazzjoni settorjali kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE, li jirrikjedi li l-atturi jimmaniġġjaw ir-riskji f’varjetà ta’ oqsma inklużi l-protezzjoni tad-data, l-ittraċċar tad-data, il-kwalità tad-data, il-governanza tad-data, ir-reżiljenza operazzjonali, l-esternalizzazzjoni, ir-riskju tal-mudell, l-eżiti diskriminatorji, u r-riskju tas-suq u dak ta’ kreditu, li flimkien jiffurmaw il-qafas għall-użu u l-governanza tal-IA fis-settur tas-servizzi finanzjarji<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">16 </STRING>Eżempji notevoli ta’ leġiżlazzjoni settorjali rilevanti jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, ir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital, id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital, id-Direttiva Solvenza II, id-Direttiva dwar id-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni, ir-Regolament dwar is-Swieq tal-Istrumenti Finanzjarji, id-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji, l-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali, id-Direttiva dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u d-Direttiva UCITS, kif ukoll il-linji gwida u l-istandards tekniċi regolatorji ta’ akkumpanjament mill-Aġenziji Superviżorji Ewropej.</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza, madankollu, l-importanza li jiġu mmonitorjati kontinwament il-lakuni regolatorji u l-każijiet ta’ użu li qed jevolvu tal-IA fil-finanzi, speċjalment bil-ħsieb li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-konsumatur u d-dritt għall-privatezza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-UE adottat approċċ aktar ibbażat fuq ir-riskji għar-regolamentazzjoni tal-IA minn ġuriżdizzjonijiet oħra; jissottolinja li, filwaqt li dan jista’ joħloq sfidi għall-adozzjoni u l-iżvilupp tal-IA fis-servizzi finanzjarji, joffri wkoll opportunità biex tinbena l-fiduċja u tiġi appoġġjata l-innovazzjoni, dment li l-qafas jiġi ċċarat u implimentat b’mod li jrawwem iċ-ċertezza legali, il-proporzjonalità u l-fiduċja fis-suq; jirrikonoxxi li l-Att dwar l-IA għadu ma ġiex implimentat bis-sħiħ u li l-implikazzjonijiet prattiċi tiegħu għadhom ma ġewx ivvalutati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar li l-Att dwar l-IA jqis b’mod espliċitu l-acquis attwali tas-servizzi finanzjarji u jipprova jevita d-duplikazzjoni tar-rekwiżiti, b’mod partikolari fir-rigward tal-governanza interna u tal-proċessi ta’ ġestjoni tal-kwalità, billi jippermetti derogi limitati għall-istituzzjonijiet finanzjarji sakemm rekwiżiti ekwivalenti jiġu stabbiliti fid-dritt tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji; jesprimi tħassib li, madankollu, hemm trikkib regolatorju u nuqqas ta’ gwida suffiċjenti dwar l-interpretazzjoni ta’ dan it-trikkib u dawn l-interazzjonijiet regolatorji, u dan jintroduċi kumplessità, piżijiet ta’ konformità u inċertezza legali bla bżonn, u b’hekk ifixkel l-adozzjoni tal-IA fis-settur tas-servizzi finanzjarji; jissottolinja l-importanza li jiġi ggarantit qafas legali, regolatorju u amministrattiv li jkun ibbażat fuq iċ-ċertezza, il-prevedibbiltà u l-istabbiltà; jinnota li interpretazzjoni espansiva tal-Att dwar l-IA, pjuttost milli waħda proporzjonali, taf twassal għal rekwiżiti ta’ konformità indebiti għall-istituzzjonijiet finanzjarji u tikkawża inċertezza legali; jirrikonoxxi l-isfida li tirriżulta mill-fatt li l-aġenziji superviżorji għandhom interpretazzjonijiet u aspettattivi legali differenti f’termini tal-applikazzjoni tal-acquis, li jirriżultaw fi frammentazzjoni tas-suq uniku; jitlob lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jidentifikaw u jindirizzaw kwalunkwe inkonsistenza matul l-implimentazzjoni tal-Att dwar l-IA u bħala parti mill-pakkett Omnibus Diġitali futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Att dwar l-IA biex jiġu ddeżinjati awtoritajiet finanzjarji kompetenti bħala korpi tas-sorveljanza tas-suq għas-sistemi tal-IA użati fis-servizzi finanzjarji meqjusa li għandhom riskju għoli; jinnota, madankollu, li awtoritajiet nazzjonali kompetenti oħra se jkunu responsabbli għas-superviżjoni ta’ sistemi tal-IA li mhumiex ta’ riskju għoli; jirrikonoxxi l-isfidi li jirriżultaw mill-fatt li jkun hemm diversi aġenziji superviżorji b’kompetenzi fir-rigward tal-applikazzjoni tal-acquis; jirrikonoxxi, barra minn hekk, l-isfidi li jirriżultaw mid-differenzi fl-interpretazzjonijiet legali u l-aspettattivi tad-diversi aġenziji superviżorji, li jistgħu jwasslu għall-frammentazzjoni tas-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet superviżorji jsaħħu l-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni biex jiġi evitat trikkib tal-pretensjonijiet ġuriżdizzjonali; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet superviżorji jsaħħu l-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali f’fora globali li jistabbilixxu l-istandards biex jiġi żgurat l-allinjament u tiġi evitata l-frammentazzjoni tal-approċċi regolatorji, kif ukoll biex jiġi żgurat li l-UE żżomm il-pass u tallinja mal-iżviluppi regolatorji globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u r-rekwiżiti tiegħu dwar il-minimizzazzjoni tad-data, il-limitazzjoni tal-fini, il-kunsens tal-klijent, u l-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet finanzjarji jimponu limitazzjonijiet fuq l-użu tal-IA fis-servizzi finanzjarji; iqis li huwa meħtieġ bilanċ tajjeb bejn il-benefiċċji mill-użu tal-IA fis-servizzi finanzjarji u l-protezzjoni tad-data tal-konsumaturi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet biex jiġi żgurat l-użu responsabbli tal-IA fis-servizzi finanzjarji</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jiddispjaċih li l-UE għadha lura f’termini ta’ innovazzjoni u investiment fl-IA, kif juru t-EUR 33 biljun f’finanzjament ta’ riskju li rċevew kumpaniji tal-UE li qed jiżviluppaw mudelli bażi bejn l-2018 u l-2023, meta mqabbla mal-aktar minn EUR 120 biljun li rċevew il-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Uniti<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">17 </STRING>Christine Lagarde, “The transformative power of AI”, 2025, https://www.ecb.europa.eu/press/key/date/2025/html/ecb.sp250401_1~d6c9d8df11.en.html.</FIELD></FOOTNOTE>; jemmen li s-settur tas-servizzi finanzjarji, bħala s-settur li jonfoq l-aktar fuq is-servizzi u l-prodotti tal-ICT, għandu l-potenzjal li jaġixxi bħala katalist fil-mobilizzazzjoni tal-investiment privat fl-IA; jappella, f’dan l-isfond ta’ investiment li jseħħ bil-mod fis-settur finanzjarju tal-UE, għal proposta ambizzjuża biex ix-xena Ewropea tal-kapital ta’ riskju tingħata spinta minnufih bħala parti mill-Unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida ċara u prattika, żviluppata f’konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji Ewropej u nazzjonali u mal-partijiet ikkonċernati, dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar is-servizzi finanzjarji fir-rigward tal-użu tal-IA; iqis li tali gwida għandu jkollha l-għan li tippermetti l-użu tal-IA fis-settur tas-servizzi finanzjarji, inkluż b’mod li jkun etiku, responsabbli u trasparenti; jappella għal definizzjonijiet konsistenti u għas-simplifikazzjoni tal-qafas regolatorju biex jiġu evitati rekwiżiti duplikati, inklużi rekwiżiti ta’ rapportar tal-valutazzjoni tar-riskju, u jwissi kontra approċċ “kulħadd f’keffa waħda” li jpoġġi piż sproporzjonat fuq istituzzjonijiet finanzjarji iżgħar u ta’ daqs medju; jenfasizza l-ħtieġa ta’ bilanċ tajjeb bejn l-użu responsabbli tal-IA u li jiġi pprovdut biżżejjed spazju għall-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tesplora kif l-għodod xprunati mill-IA jistgħu jintużaw fis-swieq finanzjarji, bħal fl-intermedjazzjoni, fil-ġestjoni tal-portafoll u fl-awtomatizzazzjoni tal-konformità, biex jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti, inkluż billi jappoġġjaw lill-investituri fil-livell tal-konsumatur fit-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati dwar l-investiment, isaħħu l-edukazzjoni finanzjarja, irawmu l-innovazzjoni fost il-kumpaniji, inaqqsu l-frammentazzjoni tas-suq u jiżguraw ambjent sikur għall-konsumaturi; jisħaq li l-ilħuq ta’ dawn l-għanijiet jirrikjedi qafas regolatorju teknoloġikament newtrali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jemmen li l-leġiżlazzjoni settorjali li tirregola l-użu tal-IA fis-servizzi finanzjarji hija prinċipalment biżżejjed biex tkopri l-użu tal-IA fil-forma attwali tagħha; jissottolinja li għandu jkun hemm monitoraġġ kontinwu biex jiġi ddeterminat jekk hemmx duplikazzjonijiet jew nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni attwali dwar is-servizzi finanzjarji applikabbli għall-użu tal-IA; jissottolinja li leġiżlazzjoni addizzjonali żżid kumplessità u inċertezza u fl-aħħar mill-aħħar taf iċċaħħad lis-settur mill-benefiċċji tal-użu tal-IA; jisħaq li d-dipendenza fuq l-oqfsa attwali tirrikjedi attenzjoni superviżorja kontinwa, infurzar effettiv u allokazzjoni ċara tar-responsabbiltà għall-iżgurar tal-konformità, b’mod partikolari f’xenarji transfruntieri jew esternalizzati tal-użu tal-IA, kif ukoll il-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta’ lakuni futuri possibbli maħluqa minn żviluppi ġodda tal-IA jekk joħolqu riskji sostanzjali għall-konsumaturi u l-istabbiltà finanzjarja; jirrakkomanda bil-qawwa lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jikkoordinaw ħalli tiġi evitata regolamentazzjoni żejda tal-leġiżlazzjoni rilevanti u biex jiġi evitat il-ħolqien ta’ ostakli ġodda fis-swieq transfruntieri; jinnota li l-Kummissjoni, skont l-Att dwar l-IA, tista’ tivvaluta l-lista ta’ applikazzjonijiet b’riskju għoli skont l-Anness III tal-Att dwar l-IA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet superviżorji Ewropej u nazzjonali jappoġġjaw l-adozzjoni responsabbli tal-IA billi jippromwovu interpretazzjonijiet konsistenti u applikazzjoni proporzjonata tar-regolamenti attwali; jemmen li regolamentazzjoni adegwata tal-użu tal-IA fis-settur tas-servizzi finanzjarji tappoġġja l-adozzjoni tal-IA u l-fiduċja tas-soċjetà fiha; jenfasizza li l-attitudni u l-approċċ tas-superviżuri huma importanti daqs ir-regoli nfushom; jirrakkomanda li l-isforzi superviżorji jipprijoritizzaw riskji tanġibbli u operazzjonali fejn jiġu identifikati, pjuttost milli tħassib astratt jew teoretiku, filwaqt li jinżamm approċċ attiv u proporzjonat għas-superviżjoni, billi jiġu bbilanċjati l-innovazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumatur, biex jiġu ġestiti riskji mhux previsti li jirriżultaw mit-twessigħ tal-adozzjoni tat-teknoloġiji tal-IA; jisħaq fuq ir-rwol tal-monitoraġġ u l-indirizzar b’mod effettiv tar-riskji relatati mal-IA, inklużi dawk relatati mal-opaċità, il-konċentrazzjoni tas-suq u t-telf tal-obbligu ta’ rendikont, li jista’ jkollhom impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jneħħu l-ostakli għad-dħul fi ħdan l-UE għal impriżi finanzjarji innovattivi xprunati mill-IA inkluż permezz ta’ liċenzjar simplifikat, l-espansjoni ta’ negozji transfruntieri u l-inklużjoni f’ċentri ta’ innovazzjoni superviżorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jappoġġja r-riċerka dwar l-impatt ambjentali tal-użu tal-IA, b’enfasi fuq l-intensità tar-riżorsi u s-sostenibbiltà fit-tul, sabiex tiżdied it-trasparenza u l-istituzzjonijiet finanzjarji jiġu megħjuna jivvalutaw dawn l-aspetti u l-impronta ambjentali tagħhom stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jemmen li l-użu dejjem akbar tal-IA, li jista’ jkollu implikazzjonijiet għas-suq tax-xogħol tas-servizzi finanzjarji, jirrikjedi litteriżmu b’saħħtu fl-IA, ħiliet diġitali, u involviment tat-talenti, appoġġjati kemm minn inizjattivi ta’ titjib tal-ħiliet tas-settur pubbliku kif ukoll minn soluzzjonijiet ibbażati fuq is-suq; jappoġġja l-isforzi tal-industrija u inizjattivi mmirati, inklużi sħubijiet pubbliċi-privati u programmi ta’ tiġdid tal-ħiliet, biex jinbnew kompetenzi tekniċi u etiċi tal-IA, speċjalment rigward id-drittijiet u r-riskji, fil-forza tax-xogħol finanzjarja; jissottolinja l-importanza li jiġu żviluppati strateġiji tal-IA li jtejbu l-produttività, filwaqt li jappoġġjaw l-adattament, it-titjib tal-ħiliet u r-riallokazzjoni tal-ħaddiema, filwaqt li jiżguraw sorveljanza u kontroll sinifikanti mill-bniedem; jitlob aktar ċarezza fir-rigward tar-rekwiżiti tal-Att dwar l-IA għall-istituzzjonijiet finanzjarji biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-litteriżmu fl-IA; jisħaq, barra minn hekk, fuq l-importanza li jiġi żgurat u promoss aċċess ugwali għall-għodod u s-servizzi tal-IA, inkluż għal segmenti tal-popolazzjoni b’inqas kapaċità diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet superviżorji Ewropej u nazzjonali jivvalutaw il-valur miżjud ta’ ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja speċifiċi għall-IA, ċentri ta’ innovazzjoni u ambjenti ta’ ttestjar transfruntieri għas-servizzi finanzjarji biex jippermettu esperimentazzjoni bl-innovazzjoni finanzjarja xprunata mill-IA, kemm biex jgħinu lin-negozji ġodda jittestjaw il-prodotti tagħhom kif ukoll biex jippermettu lill-istituzzjonijiet stabbiliti jesploraw użu ġdid f’ambjent ikkontrollat, filwaqt li jissalvagwardjaw il-protezzjoni tal-konsumatur u l-integrità tas-suq; jemmen li l-isfruttar xieraq tal-ambjenti ta’ esperimentazzjoni regolatorja għall-IA jista’ jipprovdi l-ambjent tal-ittestjar strutturat u sorveljat meħtieġ biex jiffaċilita l-innovazzjoni u l-użu responsabbli tal-IA fis-settur tas-servizzi finanzjarji; iħeġġeġ lill-awtoritajiet superviżorji Ewropej u nazzjonali jsaħħu l-għodod u t-teknoloġija superviżorji (SupTech) permezz tal-użu tal-IA u jintegrawhom f’attivitajiet superviżorji ta’ kuljum biex itejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tas-superviżjoni finanzjarja; jinnota li dawn l-għodod huma maħsuba biex jappoġġjaw, u mhux jissostitwixxu, is-superviżuri umani;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>