<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0288</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Qamħirrum ġenetikament modifikat DAS1131</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0489/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DAS1131 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D109630/01 – 2025/2893(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DAS1131 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D109630/01),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1829/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tal-15 ta’ Settembru 2025, fejn ma ngħatat ebda opinjoni, u l-vot tal-Kumitat tal-Appell fil-21 ta' Ottubru 2025, li fih għal darb'oħra ma ngħatat l-ebda opinjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-5 ta’ Frar 2025, u ppubblikata fid-19 ta’ Marzu 2025<FOOTNOTE><FIELD> L-opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati bit-titolu “Assessment of genetically modified maize DAS1131 (application GMFF-2021-1530)” (Valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS1131 (applikazzjoni GMFF-2021-1530). EFSA Journal 2025;23(3):9282; https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9282.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (“OĠM”)<FOOTNOTE><FIELD>––––––––––––  Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni u, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 38 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fl-għaxar leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2628 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1797, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1797/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2627 dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat COT102, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1798, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1798/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2629 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 u tmien subkombinazzjonijiet tiegħu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1799, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1799/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1828 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 u li jikkonsisti minnu, u ta’ prodotti tal-ikel u tal-għalf prodotti minn dak il-qamħirrum ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1207 (ĠU C, C/2025/1800, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1800/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1822 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP915635, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1801, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1801/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1826 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DP23211, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1802, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1802/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2618 dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DP202216 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1803, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1803/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 94804 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1804, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1804/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP910521 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/2246, 29.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2246/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 95275, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/2247, 29.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2247/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Mejju 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2025)0106).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ottubru 2025 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1898 tat-22 ta’ Settembru 2025 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP51291 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2025)0222).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 115(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fis-17 ta’ Ġunju 2022, Corteva Agriscience Belgium B.V., ibbażata fil-Belġju, f’isem Corteva Agriscience LLC, ibbażata fl-Istati Uniti, ressqet applikazzjoni lill-awtorità kompetenti nazzjonali tan-Netherlands għall-introduzzjoni fis-suq ta’ ikel, ta’ ingredjenti tal-ikel u ta’ għalf li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS1131 (il-“qamħirrum ĠM”), li jikkonsistu jew li huma prodotti minnu, f’konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (“l-applikazzjoni”); billi l-applikazzjoni kopriet ukoll l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom qamħirrum ĠM, jew li jikkonsistu minn tali qamħirrum, għal użi oħra għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-qamħirrum ĠM jipproduċi l-proteina Cry1Da2 għar-reżistenza kontra ċerti pesti insett tal-lepidoptera u l-proteina DGT-28 EPSPS għal tolleranza akbar għall-erbiċida tal-glifosat;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi l-EFSA kkonkludiet, f’Novembru 2015, li huwa improbabbli li l-glifosat huwa karċinoġeniku u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet f’Marzu 2017 li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet iġġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija speċjalizzata fil-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala sustanza probabbilment karċinoġenika għall-bnedmin; billi għadd ta’ studji xjentifiċi reċenti rieżaminati bejn il-pari jikkonfermaw il-potenzjal karċinoġeniku tal-glifosat<FOOTNOTE><FIELD> Ara, pereżempju:https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S1383574218300887,https://academic.oup.com/ije/advance-article/doi/10.1093/ije/dyz017/5382278,https://journals.plos.org/plosone/article?id=10.1371/journal.pone.0219610 uhttps://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC6612199/.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-EFSA ħarġet opinjoni favorevoli fil-5 ta’ Frar 2025, u kkonkludiet li l-qamħirrum ĠM huwa sikur daqs il-kontroparti konvenzjonali tiegħu; billi dik l-opinjoni ma indirizzatx diversi impatti ambjentali, soċjoekonomiċi u kumulattivi usa’ li l-EFSA tqis li jaqgħu barra mill-mandat tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-EFSA ma inkludietx studji tossikoloġiċi fit-tul jew analiżi dettaljata tal-effetti kumulattivi u kombinatorji, inklużi interazzjonijiet potenzjali ma’ residwi ta’ pestiċidi użati b’mod komuni fil-kultivazzjoni tal-qamħirrum;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-provi fuq il-post li jappoġġjaw l-applikazzjoni twettqu f’kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi limitati li ma jirrappreżentawx id-diversità sħiħa tar-reġjuni li jkabbru l-qamħirrum, inklużi dawk affettwati b’mod qawwi minn fatturi ta’ stress relatati mat-tibdil fil-klima;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-monitoraġġ u s-sorveljanza indipendenti tal-effetti negattivi potenzjali fuq il-bijodiversità, is-saħħa tal-ħamrija, il-pollinaturi u l-organiżmi mhux fil-mira għadhom mhumiex garantiti biżżejjed;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi sal-lum, ma hemm l-ebda studju rieżaminat bejn il-pari disponibbli dwar it-tossiċità jew il-mod ta’ azzjoni tal-proteina Cry1Da2;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-prinċipju ta’ prekawzjoni, imnaqqax fl-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu japplika f’każijiet ta’ inċertezza xjentifika;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jirrikjedi li l-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati ma jeħtiġilhomx ikollhom effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-adozzjoni tal-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni tippermetti importazzjonijiet fl-Unjoni li ma jikkonformawx mal-istandards osservati mill-bdiewa tal-Unjoni, u b’hekk dan ipoġġihom fi żvantaġġ kompetittiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Parlament saħaq ripetutament li l-Kummissjoni ma għandhiex tawtorizza OĠM f’każijiet li fihom ma tintlaħaq l-ebda maġġoranza kwalifikata mill-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf jew fil-Kumitat ta’ Appell, sabiex jiġi indirizzat id-defiċit demokratiku persistenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-approċċ “Saħħa Waħda” jirrikjedi li titqies l-interdipendenza bejn is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali, tal-pjanti u dik ambjentali meta jiġu vvalutati s-sostenibbiltà u s-sikurezza fit-tul tal-OĠM;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f’konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa umana, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax il-qamħirrum ĠM minħabba n-nuqqas ta’ evidenza suffiċjenti dwar l-impatti fit-tul fuq il-bijodiversità, is-sikurezza tal-ikel u l-għajxien tal-bdiewa f’konformità mal-approċċ “Saħħa Waħda”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, mingħajr dewmien, proposta leġiżlattiva biex tirriforma l-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-OĠM sabiex tirrispondi għall-oġġezzjonijiet konsistenti tal-Parlament u n-nuqqas ta’ appoġġ b’maġġoranza kwalifikata fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis l-obbligi tal-Unjoni skont ftehimiet internazzjonali, bħall-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>