<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0293</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2025: aġġustament fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament, aġġornament tad-dħul u aġġornamenti tekniċi oħra</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0237/2025 - Rapporteur: Victor Negrescu)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2025 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2025 għall-baġit ġenerali 2025: Aġġustament fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament, aġġornament tad-dħul u aġġornamenti tekniċi oħra (14878/2025 – C10-0301/2025 – 2025/0319(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2025, adottat b’mod definittiv fis-27 ta’ Novembru 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/31, 27.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2025/31/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/433/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (IIA),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2053/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2025 adottat mill-Kummissjoni fit-3 ta’ Ottubru 2025 (COM(2025)0850),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2025, adottata mill-Kunsill fis-17 ta’ Novembru 2025 u mibgħuta lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (14878/2025 – C10‑0301/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 96 u 98 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0237/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-iskop tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2025 huwa li jaġġorna n-naħa tad-dħul tal-baġit biex jitqiesu l-aħħar żviluppi, li jaġġusta n-naħa tan-nefqa tal-baġit fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament, u, barra minn hekk, li jaġġusta n-naħa tan-nefqa tal-baġit fir-rigward ta’ għadd ta’ aġenziji deċentralizzati;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, fir-rigward tan-nefqa, l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2025 jimplika żieda netta ta’ EUR 123,7 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 2,52 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2025 jipproponi għadd ta’ aġġustamenti għall-finanzjament tal-aġenziji deċentralizzati f’diversi intestaturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, min-naħa tad-dħul, l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2025 idaħħal fil-baġit tal-2025 multi u penali definittivi mħallsa sa Settembru 2025, li jammontaw għal EUR 1,19 biljun kif ukoll EUR 1,3 biljun ta’ Riżorsi Proprji Tradizzjonali addizzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, b’riżultat ta’ dawn l-aġġustamenti, huma meħtieġa kontribuzzjonijiet addizzjonali tal-ING ta’ EUR 31,9 miljun biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ pagament;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jieħu nota tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2025 kif ippreżentat mill-Kummissjoni, u b’mod partikolari tal-impatt ġenerali baxx ħafna fuq il-kontribuzzjonijiet tal-ING tal-Istati Membri, minħabba l-bilanċ ta’ ħtiġijiet ta’ pagament ogħla u l-flussi ta’ dħul addizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ ż-żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) ta’ EUR 2 biljun, flimkien mar-rinforzi għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) fit-Trasferiment Globali ta’ din is-sena (DEC 15/25), bħala sinjal li l-implimentazzjoni tal-programm qed taqbad ir-ritmu wara bidu kajman preokkupanti fil-perjodu 2021–2027; jenfasizza li t-tisħiħ tal-fondi strutturali u l-approprjazzjonijiet tal-PAK għandu rwol kruċjali fiż-żamma tal-kontinwità tal-iskemi ta’ appoġġ agrikolu, fl-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel, u fil-promozzjoni tal-iżvilupp rurali sostenibbli; jinnota li dawn il-miżuri huma partikolarment importanti biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-settur agrikolu u jitħares il-bilanċ soċjoekonomiku fiż-żoni rurali; ifakkar fil-komplementarjetà ta’ dawn iż-żidiet mal-aġġustamenti għall-approprjazzjoni ta’ pagament fit-Trasferiment Globali (DEC 15/2025);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ikompli jħeġġeġ l-implimentazzjoni aċċelerata tal-miżuri fl-ambitu tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (BMVI); jilqa’ l-adozzjoni aktar rapida milli mistenni tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP); jistenna li l-aktar minn EUR 3 biljun f’pagamenti addizzjonali minn STEP jintużaw malajr u b’mod effettiv għall-objettivi speċifiċi fl-ambitu tal-atti bażiċi rispettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jieħu nota tal-aħħar sitwazzjoni fir-rigward tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs) u jilqa’ l-fatt li, bi qbil mad-dispożizzjonijiet rilevanti fl-IIA, l-awtorità baġitarja għandha rwol attiv fir-rilaxx tal-approprjazzjonijiet taħt ir-riżerva skont id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni tal-protokolli ta’ implimentazzjoni internazzjonali rispettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jiddispjaċih dwar it-tnaqqis fl-impenji (EUR 78 miljun) u fil-pagamenti (EUR 48 miljun) għall-Istrument għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali (CCEI) minħabba dewmien fl-implimentazzjoni fl-Istati Membri fi żminijiet fejn il-kooperazzjoni u l-investimenti f’dan il-qasam għandhom ikunu fl-aqwa tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-iffrankar fl-impenji (EUR 5 miljun) għall-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI) minħabba titjib fl-effiċjenza minn proċeduri ta’ akkwist kompetittivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jieħu nota tar-rata ta’ implimentazzjoni tar-riformi u t-tnaqqis proporzjonat fl-assorbiment tal-pagamenti fl-ambitu tal-Faċilità għall-Ukrajna; jirrikonoxxi li partijiet mill-approprjazzjonijiet mhux assorbiti jistgħu jiġu riportati għas-sena baġitarja li jmiss; iħeġġeġ lill-atturi kollha involuti jagħmlu progress fuq miżuri marbuta mar-riformi u l-investimenti, bħall-ftehimiet ta’ taħlit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jieħu nota tal-aġġustamenti tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal diversi aġenziji deċentralizzati; iqis li dawn l-aġġustamenti huma fil-biċċa l-kbira tekniċi fin-natura tagħhom; jilqagħhom dment li jottimizzaw l-użu tar-riżorsi taħt il-linji operattivi, bħal LIFE, AMIF jew il-Programm tas-Suq Uniku; jiddispjaċih, madankollu, li r-raġuni sottostanti għar-“ritorn” tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament mil-linji tal-aġenziji rispettivi għal-linji tal-programmi relatati hija dewmien fir-reklutaġġ ta’ persunal jew dewmien fl-implimentazzjoni ta’ inizjattivi politiċi u leġiżlattivi ġodda bħall-Istrateġija ta’ Investiment għall-Konsumatur (li tikkonċerna l-ESMA u l-EIOPA), il-Patt dwar l-Ażil u l-Migrazzjoni (li jikkonċerna l-EUAA), il-pakkett dwar is-sikurezza marittima (li jikkonċerna l-EMSA) jew il-proposta dwar tekniki ġenomiċi ġodda (li tikkonċerna l-EFSA);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>F’dan il-kuntest, jenfasizza u jtenni l-appoġġ qawwi tiegħu għall-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA) li għadha kif ġiet stabbilita fil-qafas rivedut kontra l-ħasil tal-flus fil-livell tal-Unjoni; għadu mħasseb ferm dwar id-dewmien kontinwu fil-fażi tal-istabbiliment, b’mod partikolari fir-rigward tar-reklutaġġ u jitlob aċċelerazzjoni tal-proċessi ta’ reklutaġġ rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-inkorporazzjoni fil-baġit ta’ dħul addizzjonali li joriġina minn multi u pagamenti ta’ penali definittiva b’valur ta’ EUR 1 185,1 miljun; iqis li dawn l-ammonti huma sorsi ta’ dħul ġenwini tal-Unjoni li jnaqqsu l-kontribuzzjonijiet ibbażati fuq l-ING tal-Istati Membri; f’dan il-kuntest, ifakkar li l-Kummissjoni pproponiet modifiki għall-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss sabiex jiġi żgurat li tali dħul imprevist jista’ jwassal għal approprjazzjonijiet ta’ nefqa addizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jieħu nota tal-proposta biex jiġu bbaġitjati EUR 1 300 miljun tas-“surplus tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali” stmat; jesprimi dubji dwar il-mertu ta’ aġġornamenti ripetuti tad-dħul li joriġina mid-dazji doganali matul is-sena baġitarja, b’mod partikolari barra mill-baġit emendatorju annwali ddedikat għall-aġġornament u r-regolarizzazzjoni tan-naħat tad-dħul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jieħu nota tal-aġġornament tal-aġġustamenti tas-salarji għall-2025 u jaqbel li jintegra l-impatt baġitarju ta’ dawk l-aġġustamenti bħala emenda teknika fl-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2025; jinnota li dan jimplika tnaqqis ta’ somma totali ta’ EUR 78,8 miljun f’approprjazzjonijiet mhux differenzjati fil-linji baġitarji u t-taqsimiet rilevanti taħt l-Intestatura 7;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 3/2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 3/2025 ġie adottat b’mod definittiv u biex tiżgura li jiġi ppubblikat f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>