<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0295</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-Regolament dwar id-Deforestazzjoni: ċerti obbligi tal-operaturi u tan-negozjanti</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(C10-0263/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-26 ta' Novembru 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2023/1115 fir-rigward ta’ ċerti obbligi tal-operaturi u tan-negozjanti (COM(2025)0652 – C10-0263/2025 – 2025/0329(COD))</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 60(4), ir-raba' subparagrafu.</FIELD></FOOTNOTE></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION/></ACTLST></DISPOSITIF><AMDLST><HD><HEAD.OLD><STRING ITALIC="on">Test propost mill-Kummissjoni</STRING></HEAD.OLD><HEAD.NEW><STRING ITALIC="on">Emenda</STRING></HEAD.NEW></HD><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi	39, 66 u 102</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 6</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(6)</NO.P>Operaturi downstream u negozjanti mhux SMEs għandhom influwenza sinifikanti fuq il-ktajjen tal-provvista u jaqdu rwol importanti biex jiżguraw li l-ktajjen tal-provvista ma jikkontribwux għad-deforestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li xorta waħda jkunu meħtieġa jirreġistraw fis-sistema ta’ informazzjoni. Fl-istess ħin, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-operaturi</STRING></STRING> downstream jew <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">in-negozjanti kollha</STRING></STRING>, kemm jekk huma SMEs kif ukoll jekk le, jenħtieġ li jkomplu jiżguraw traċċabbiltà sħiħa billi jiġbru <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u jgħaddu</STRING></STRING> n-numri ta’ referenza tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta u l-identifikaturi tad-dikjarazzjonijiet assenjati lill-produtturi mikro u żgħar.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(6)</NO.P>Operaturi downstream u negozjanti mhux SMEs għandhom influwenza sinifikanti fuq il-ktajjen tal-provvista u jaqdu rwol importanti biex jiżguraw li l-ktajjen tal-provvista ma jikkontribwux għad-deforestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li xorta waħda jkunu meħtieġa jirreġistraw fis-sistema ta’ informazzjoni. Fl-istess ħin, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-ewwel operaturi jew negozjanti</STRING></STRING> downstream, kemm jekk huma SMEs kif ukoll jekk le, jenħtieġ li jkomplu jiżguraw traċċabbiltà sħiħa billi jiġbru n-numri ta’ referenza tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta u l-identifikaturi tad-dikjarazzjonijiet assenjati lill-produtturi mikro u żgħar. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dan l-obbligu li jinġabru u jinżammu n-numri ta’ referenza jenħtieġ li japplika biss għall-ewwel operatur downstream u jenħtieġ li ma japplikax għall-operaturi downstream l-oħrajn kollha aktar ’l isfel fil-katina tal-provvista. </STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi	40, 67 u 103</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 7</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(7)</NO.P>L-operaturi kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom, li jqiegħdu l-prodotti rilevanti fis-suq jew li jesportawhom jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1115. Dan ipoġġi piż amministrattiv fuq il-produtturi mikro u żgħar li jqiegħdu fis-suq jew jesportaw il-prodotti tagħhom stess. Sabiex jiġi indirizzat it-tħassib relatat mal-operaturi mikro u żgħar li jipproduċu u jqiegħdu fis-suq il-prodotti tagħhom stess u biex tkompli titnaqqas it-tagħbija tas-sistema ta’ informazzjoni, huwa meħtieġ li tiġi introdotta subkategorija ġdida ta’ operaturi li għalihom jenħtieġ li ma japplikax l-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta. Din is-subkategorija ġdida, imsejħa “operaturi primarji mikro u żgħar”, jenħtieġ li tkopri l-persuni fiżiċi jew l-intrapriżi mikro jew ta’ daqs żgħir stabbiliti f’pajjiż ikklassifikat bħala ta’ riskju baxx f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament li jqiegħdu fis-suq jew jesportaw prodotti rilevanti li huma stess jipproduċu, jiġifieri li jkabbru, li jaħsdu, jew li jrabbu l-komoditajiet rilevanti li jinsabu fil-prodotti rilevanti huma stess jew li jiksbuhom minnhom. Kemm l-operaturi stabbiliti fl-Unjoni kif ukoll dawk stabbiliti barra minnha jenħtieġ li jkunu koperti mid-definizzjoni ta’ operatur primarju mikro u żgħir.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(7)</NO.P>L-operaturi kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom, li jqiegħdu l-prodotti rilevanti fis-suq jew li jesportawhom jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1115. Dan ipoġġi piż amministrattiv fuq il-produtturi mikro u żgħar li jqiegħdu fis-suq jew jesportaw il-prodotti tagħhom stess. Sabiex jiġi indirizzat it-tħassib relatat mal-operaturi mikro u żgħar li jipproduċu u jqiegħdu fis-suq il-prodotti tagħhom stess u biex tkompli titnaqqas it-tagħbija tas-sistema ta’ informazzjoni, huwa meħtieġ li tiġi introdotta subkategorija ġdida ta’ operaturi li għalihom jenħtieġ li ma japplikax l-obbligu li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta. Din is-subkategorija ġdida, imsejħa “operaturi primarji mikro u żgħar”, jenħtieġ li tkopri l-persuni fiżiċi jew l-intrapriżi mikro jew ta’ daqs żgħir stabbiliti f’pajjiż ikklassifikat bħala ta’ riskju baxx f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament li jqiegħdu fis-suq jew jesportaw prodotti rilevanti li huma stess jipproduċu<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> f’dak il-pajjiż</STRING></STRING>, jiġifieri li jkabbru, li jaħsdu, jew li jrabbu l-komoditajiet rilevanti li jinsabu fil-prodotti rilevanti huma stess jew li jiksbuhom minnhom. Kemm l-operaturi stabbiliti fl-Unjoni kif ukoll dawk stabbiliti barra minnha jenħtieġ li jkunu koperti mid-definizzjoni ta’ operatur primarju mikro u żgħir.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi	41 u 68</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 8a (ġdida)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(8a)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Barra minn hekk, bħala parti mill-isforzi ta’ simplifikazzjoni, il-piż amministrattiv li jirriżulta mill-obbligi fuq l-operaturi primarji mikro u żgħar li jissottomettu dikjarazzjoni simplifikata ta’ darba skont l-Artikolu 4a li jiġbru informazzjoni skont l-Artikolu 9(1) jenħtieġ li jitnaqqas billi jitħallew jissostitwixxu l-ġeolokalizzazzjoni tal-irqajja’ ta’ art bl-indirizz postali tal-irqajja’ ta’ art jew tal-istabbiliment minn fejn ġew prodotti l-komoditajiet rilevanti li l-prodott rilevanti fih, jew sar bl-użu tagħhom, dment li l-indirizz postali jikkorrispondi b’mod ċar għall-post ġeografiku tal-irqajja’ ta’ art jew tal-istabbiliment ikkonċernati. Dan jagħti lill-operaturi primarji mikro u żgħar l-għażla libera li jipprovdu jew il-ġeolokalizzazzjoni tal-irqajja’ ta’ art jew l-indirizz postali tal-irqajja’ ta’ art jew tal-istabbiliment rispettiv.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		105</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 11</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(11)</NO.P>Sabiex tiġi pprovduta ċarezza legali li l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju kollha, irrispettivament mill-forma legali tagħhom, jistgħu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet simplifikati għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fir-Regolament (UE) 2023/1115, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju tiġi emendata biex jiġi ċċarat li jenħtieġ li l-forma legali ma tkunx rilevanti għal jekk persuna fiżika jew ġuridika tissodisfax id-definizzjoni. L-istess jenħtieġ li jiġi ċċarat għall-operaturi primarji mikro u żgħar.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(11)</NO.P>Sabiex tiġi pprovduta ċarezza legali li l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju kollha, irrispettivament mill-forma legali tagħhom, jistgħu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet simplifikati għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fir-Regolament (UE) 2023/1115, jenħtieġ li d-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju tiġi emendata biex jiġi ċċarat li jenħtieġ li l-forma legali ma tkunx rilevanti għal jekk persuna fiżika jew ġuridika tissodisfax id-definizzjoni. L-istess jenħtieġ li jiġi ċċarat għall-operaturi primarji mikro u żgħar. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ operaturi primarji mikro u żgħar jenħtieġ li tinkludi operaturi li jaqbżu l-limiti ta’ mill-anqas tnejn mit-tliet kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u (2), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2013/34/UE iżda li jistgħu juru li l-partijiet tat-total tal-karta bilanċjali tagħhom, il-fatturat nett u l-għadd medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja li huma relatati mal-attivitajiet tagħhom koperti minn dan ir-Regolament ma jaqbżux il-limiti ta’ mill-anqas tnejn minn tlieta minn dawk il-kriterji.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		106</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 12a (ġdida)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(12a)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qabel ir-reviżjoni ġenerali tar-Regolament (UE) 2023/1115 li għandha titwettaq sat-30 ta’ Ġunju 2030, fl-interess tas-simplifikazzjoni għall-operaturi u n-negozjanti, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni tas-simplifikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1115 u għandha tippreżenta rapport sat-30 ta’ April 2026. Ir-rapport jenħtieġ li jevalwa l-piż amministrattiv u l-impatt tar-Regolament, b’mod partikolari fuq l-operaturi mikro u żgħar. Barra minn hekk, fir-rapport, il-Kummissjoni jenħtieġ li tindika modi possibbli biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet identifikati permezz ta’ linji gwida tekniċi, titjib fis-sistema tal-IT, atti delegati jew ta’ implimentazzjoni f’konformità mas-setgħat delegati previsti fir-Regolament u, fejn xieraq, takkumpanja r-rapport bi proposta leġiżlattiva.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		107</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 12b (ġdida)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(12b)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2023/1115 li jistabbilixxu l-obbligi fuq l-operaturi, in-negozjanti u l-awtoritajiet kompetenti, elenkati fl-Artikolu 38(2) ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi posposta bi 12-il xahar. Dan huwa meħtieġ biex il-pajjiżi terzi, l-Istati Membri, l-operaturi u n-negozjanti jkunu mħejjija bis-sħiħ, inkluż, biex ikun possibbli għal dawk l-operaturi li jistabbilixxu s-sistemi ta’ diliġenza dovuta meħtieġa li jkopru l-komoditajiet u l-prodotti rilevanti kollha, sabiex ikunu f’pożizzjoni li jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligi tagħhom.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		108</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 13</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(13)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sabiex l-operaturi li huma intrapriżi mikro jew żgħar skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) jew (2), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2013/34/UE jingħataw żmien adegwat għall-implimentazzjoni tal-emendi proposti, id-dati korrispondenti tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2023/1115 li jistabbilixxu l-obbligi għall-operaturi, għan-negozjanti u għall-awtoritajiet kompetenti, elenkati fl-Artikolu 38(2) ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti għat-30 ta’ Diċembru 2026 għall-operaturi mikro u żgħar.</STRING></STRING></P></OLD><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">imħassar</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi		72 u 110</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 15</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(15)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Meta awtorità kompetenti ssir taf jew tiġi mgħarrfa b’nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2023/1115 qabel id-dħul fis-seħħ tal-Artikoli 16 sa 19, tal-Artikolu 22 u tal-Artikolu 24, tista’ toħroġ twissijiet lill-operaturi, lill-operaturi downstream u lin-negozjanti, akkumpanjati minn rakkomandazzjonijiet biex tinkiseb il-konformità.</STRING></STRING></P></OLD><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">imħassar</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		111</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 16</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(16)</NO.P>Fid-dawl tal-posponiment <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tad-data li minnha l-operaturi mikro u żgħar huma meħtieġa jikkonformaw mar-Regolament</STRING></STRING> (UE) 2023/1115, id-dati f’dispożizzjonijiet relatati oħra, jiġifieri t-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-dispożizzjonijiet <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tranżizzjonali u d-dispożizzjonijiet</STRING></STRING> dwar l-applikazzjoni differita tar-Regolament (UE) 2023/1115 għall-intrapriżi mikro jew żgħar, jenħtieġ li jiġu aġġustati kif xieraq. Sabiex jingħata biżżejjed żmien biex jiġu allinjati l-iżviluppi tekniċi tal-interfaċċa elettronika abbażi tal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana, id-data sa meta l-interfaċċa elettronika tkun fis-seħħ jenħtieġ li tiġi aġġustata kif xieraq.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(16)</NO.P>Fid-dawl tal-posponiment <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">bi 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni stabbilita fl-Artikolu 38(2) tar-Regolament</STRING></STRING> (UE) 2023/1115, id-dati f’dispożizzjonijiet relatati oħra, jiġifieri t-tħassir tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni differita tar-Regolament (UE) 2023/1115 <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għall-persuni fiżiċi</STRING></STRING>, għall-intrapriżi mikro jew żgħar, jenħtieġ li jiġu aġġustati kif xieraq. Sabiex jingħata biżżejjed żmien biex jiġu allinjati l-iżviluppi tekniċi tal-interfaċċa elettronika abbażi tal-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana, id-data sa meta l-interfaċċa elettronika tkun fis-seħħ jenħtieġ li tiġi aġġustata kif xieraq.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		112</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 20 (ġdida)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(20)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fid-dawl tal-urġenza li jiġu adottati simplifikazzjonijiet immirati kif ukoll li jiġi pospost id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2023/1115, jitqies li huwa xieraq li tiġi invokata l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat prevista fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		113</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt b</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 2 – punt 15a</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(15a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">‘</STRING></STRING>operatur primarju mikro u żgħir<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">’</STRING></STRING> tfisser operatur li huwa persuna fiżika jew intrapriża mikro jew ta’ daqs żgħir, kif definit fl-Artikolu 3(1) u (2), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, irrispettivament mill-forma legali tagħha, stabbilita f’pajjiż ikklassifikat bħala ta’ riskju baxx f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament, u li, matul attività kummerċjali, iqiegħed fis-suq jew jesporta prodotti rilevanti li dan l-operatur innifsu jkun kabbar, ħasad, kiseb jew rabba f’irqajja’ ta’ art rilevanti, jew, fir-rigward tal-bhejjem tal-ifrat, fi stabbilimenti;</P></OLD><NEW><P><NO.P>(15a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“</STRING></STRING>operatur primarju mikro u żgħir<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">”</STRING></STRING> tfisser operatur li huwa persuna fiżika jew intrapriża mikro jew ta’ daqs żgħir, kif definit fl-Artikolu 3(1) u (2), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, irrispettivament mill-forma legali tagħha, stabbilita f’pajjiż ikklassifikat bħala ta’ riskju baxx f’konformità mal-Artikolu 29 ta’ dan ir-Regolament, u li, matul attività kummerċjali, iqiegħed fis-suq jew jesporta prodotti rilevanti li dan l-operatur innifsu jkun kabbar, ħasad, kiseb jew rabba f’irqajja’ ta’ art rilevanti, jew, fir-rigward tal-bhejjem tal-ifrat, fi stabbilimenti<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, li jinsabu f’dak il-pajjiż</STRING></STRING>;<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> dan jinkludi operaturi li jaqbżu l-limiti ta’ mill-anqas tnejn mit-tliet kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) u (2), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2013/34/UE iżda li jistgħu juru li l-partijiet tat-total tal-karta bilanċjali tagħhom, il-fatturat nett u l-għadd medju ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja li huma relatati mal-attivitajiet tagħhom koperti minn dan ir-Regolament ma jaqbżux il-limiti ta’ mill-anqas tnejn minn tlieta minn dawk il-kriterji;</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi		74 u 114</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 5</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 4a – paragrafu 1</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>1.</NO.P>L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(2), <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">(3) u (4)</STRING></STRING>, il-punt (c), ma għandhomx japplikaw għall-operaturi primarji mikro u żgħar.</P></OLD><NEW><P><NO.P>1.</NO.P>L-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(2), <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">it-tieni sentenza tal-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 4(4))</STRING></STRING>, il-punt (c), ma għandhomx japplikaw għall-operaturi primarji mikro u żgħar.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi		75 u 115</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 5</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 4a – paragrafu 2</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>2.</NO.P>L-operaturi primarji mikro u żgħar għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni simplifikata ta’ darba fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 qabel ma jqiegħdu fis-suq jew jesportaw il-prodotti rilevanti. Huma għandhom jiġu assenjati identifikatur tad-dikjarazzjoni wara li jippreżentaw id-dikjarazzjoni simplifikata tagħhom.</P></OLD><NEW><P><NO.P>2.</NO.P>L-operaturi primarji mikro u żgħar għandhom jippreżentaw dikjarazzjoni simplifikata ta’ darba fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 qabel ma jqiegħdu fis-suq jew jesportaw il-prodotti rilevanti. Huma għandhom jiġu assenjati identifikatur tad-dikjarazzjoni wara li jippreżentaw id-dikjarazzjoni simplifikata<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> ta’ darba</STRING></STRING> tagħhom.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		116</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 5</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 4a – paragrafu 3</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>3.</NO.P>L-operaturi primarji mikro u żgħar għandhom jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III meta jippreżentaw id-dikjarazzjoni simplifikata fis-sistema ta’ informazzjoni. Huma <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandhom</STRING></STRING> jaġġornaw l-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni simplifikata tagħhom wara kwalunkwe bidla fl-informazzjoni li pprovdew. </P></OLD><NEW><P><NO.P>3.</NO.P>L-operaturi primarji mikro u żgħar għandhom jipprovdu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III meta jippreżentaw id-dikjarazzjoni simplifikata fis-sistema ta’ informazzjoni. Huma <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jistgħu</STRING></STRING> jaġġornaw l-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni simplifikata tagħhom wara kwalunkwe bidla <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">kbira</STRING></STRING> fl-informazzjoni li pprovdew. </P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi		77 u 117</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 5</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 4a – paragrafu 4</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>4.</NO.P>Meta l-informazzjoni kollha elenkata fl-Anness III tkun disponibbli f’sistema jew f’bażi tad-data li teżisti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, għajr is-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33, l-operaturi primarji mikro u żgħar ma għandhomx ikunu meħtieġa jippreżentaw dikjarazzjoni simplifikata f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jagħmlu din l-informazzjoni għal kull operatur disponibbli fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33. L-operatur primarju mikro jew żgħir għandu jqiegħed il-prodotti rilevanti fis-suq tal-Unjoni jew jesportahom biss wara li jkun ġie assenjat identifikatur tad-dikjarazzjoni.</P></OLD><NEW><P><NO.P>4.</NO.P>Meta l-informazzjoni kollha elenkata fl-Anness III tkun disponibbli f’sistema jew f’bażi tad-data li teżisti skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, għajr is-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33, l-operaturi primarji mikro u żgħar ma għandhomx ikunu meħtieġa jippreżentaw dikjarazzjoni simplifikata <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ta’ darba </STRING></STRING>f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jagħmlu din l-informazzjoni għal kull operatur disponibbli fis-sistema ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 33. L-operatur primarju mikro jew żgħir għandu jqiegħed il-prodotti rilevanti fis-suq tal-Unjoni jew jesportahom biss wara li jkun ġie assenjat identifikatur tad-dikjarazzjoni.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi	78 u 118</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 5</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 4a – paragrafu 5</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>5.</NO.P>Għall-operaturi primarji mikro u żgħar, il-ġeolokalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1), il-punt (d), tista’ tiġi sostitwita bl-indirizz postali tal-irqajja’ tal-art kollha fejn ikunu ġew prodotti l-komoditajiet rilevanti li jkun fih il-prodott rilevanti, jew li jkun sar <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">bl-użu tagħhom</STRING></STRING>.”;</P></OLD><NEW><P><NO.P>5.</NO.P>Għall-operaturi primarji mikro u żgħar, il-ġeolokalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1), il-punt (d), tista’ tiġi sostitwita bl-indirizz postali tal-irqajja’ tal-art kollha <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jew bl-indirizz postali tal-istabbiliment minn </STRING></STRING>fejn ikunu ġew prodotti l-komoditajiet rilevanti li jkun fih il-prodott rilevanti, jew li jkun sar <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">bihom</STRING></STRING>.”;</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi	79 u 119</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 6</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 5 – paragrafu 1</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>1.</NO.P>L-operaturi downstream u n-negozjanti għandhom iqiegħdu prodotti rilevanti fis-suq biss jekk ikollhom l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 3.</P></OLD><NEW><P><NO.P>1.</NO.P>L-operaturi downstream u n-negozjanti għandhom <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jintroduċu jew </STRING></STRING>iqiegħdu prodotti rilevanti fis-suq<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> jew jesportawhom</STRING></STRING> biss jekk ikollhom l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 3;</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi	50, 80 u 120</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 6</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt (a)</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(a)</NO.P>l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, l-indirizz postali, l-indirizz tal-posta elettronika u, jekk ikun disponibbli, indirizz web tal-operaturi, tal-operaturi downstream jew tan-negozjanti li jkunu pprovdew il-prodotti rilevanti lilhom, kif ukoll in-numri ta’ referenza tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta jew l-identifikaturi tad-dikjarazzjonijiet assoċjati ma’ dawk il-prodotti;</P></OLD><NEW><P><NO.P>(a)</NO.P>l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, l-indirizz postali, l-indirizz tal-posta elettronika u, jekk ikun disponibbli, indirizz web tal-operaturi, tal-operaturi downstream jew tan-negozjanti li jkunu pprovdew il-prodotti rilevanti lilhom, kif ukoll in-numri ta’ referenza tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta jew l-identifikaturi tad-dikjarazzjonijiet assoċjati ma’ dawk il-prodotti<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> biss f’każijiet fejn il-fornitur tagħhom ikun operatur</STRING></STRING>;</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi	34, 49, 81 u 121</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 6</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 5 – paragrafu 5</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>5.</NO.P>L-operaturi downstream u n-negozjanti għandhom jikkomunikaw lill-operaturi downstream u lin-negozjanti li lilhom ikunu pprovdew prodotti rilevanti n-numri ta’ referenza tad-dikjarazzjonijiet ta’ diliġenza dovuta jew l-identifikaturi tad-dikjarazzjonijiet assoċjati ma’ dawk il-prodotti rilevanti.</P></OLD><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">imħassar</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi	82 u 122</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 16 – punt a</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 26 – paragrafu 4</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>4.</NO.P>In-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta jew l-identifikatur tad-dikjarazzjoni għall-operaturi primarji mikro u żgħar għandu jkun magħmul disponibbli għall-awtoritajiet doganali qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta’ prodott rilevanti li jidħol jew joħroġ mis-suq. Għal dak il-fini, minbarra meta d-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta tiġi magħmula disponibbli permezz tal-interfaċċa elettronika msemmija fl-Artikolu 28(2), il-persuna li tippreżenta <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">dikjarazzjoni</STRING></STRING> doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni ta’ prodott rilevanti għandha tagħmel disponibbli għall-awtoritajiet doganali n-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta jew l-identifikatur tad-dikjarazzjoni għall-operaturi primarji mikro u żgħar assoċjati ma’ dak il-prodott rilevanti</P></OLD><NEW><P><NO.P>4.</NO.P>In-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta jew l-identifikatur tad-dikjarazzjoni għall-operaturi primarji mikro u żgħar għandu jkun magħmul disponibbli għall-awtoritajiet doganali qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera jew l-esportazzjoni ta’ prodott rilevanti li jidħol jew joħroġ mis-suq. Għal dak il-fini, minbarra meta d-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta tiġi magħmula disponibbli permezz tal-interfaċċa elettronika msemmija fl-Artikolu 28(2), il-persuna li tippreżenta <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">d-dikjarazzjoni</STRING></STRING> doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jew għall-esportazzjoni ta’ prodott rilevanti għandha tagħmel disponibbli għall-awtoritajiet doganali n-numru ta’ referenza tad-dikjarazzjoni ta’ diliġenza dovuta jew l-identifikatur tad-dikjarazzjoni għall-operaturi primarji mikro u żgħar assoċjati ma’ dak il-prodott rilevanti<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-esportazzjoni ta’ prodott rilevanti minn operatur downstream.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi	62 u 123</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 21</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 34 – paragrafu 1a (ġdid</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>1a.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sat-30 ta’ April 2026, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ simplifikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u abbażi ta’ dan, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjat, meta dan ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda	48</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 21</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 34 – paragrafu 2a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>2a.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi grupp permanenti tal-partijiet ikkonċernati u għandha tiżgura skambju kontinwu ma’ esperti, partijiet ikkonċernati u operaturi biex tiżviluppa l-aħjar prattiki u tiġbor feedback tekniku wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi	55 u 124</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 22</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 37 – paragrafu 1</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>1.</NO.P>Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 jitħassar b’effett mit-30 ta’ Diċembru <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">2025</STRING></STRING>.</P></OLD><NEW><P><NO.P>1.</NO.P>Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 jitħassar b’effett mit-30 ta’ Diċembru <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">2026</STRING></STRING>.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda	126</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 22</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 37 – paragrafu 2</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>2.</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 għandu jkompli japplika:</STRING></STRING></P></OLD><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">imħassar</STRING></STRING></P></NEW><OLD><P><NO.P>(a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">sat-30 ta’ Diċembru 2026 għall-injam u għall-prodotti tal-injam kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 introdotti fis-suq minn operaturi primarji mikro u żgħar jew minn operaturi li sal-31 ta’ Diċembru 2024 ġew stabbiliti bħala mikrointrapriżi jew intrapriżi żgħar, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) jew (2), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2013/34/UE, irrispettivament mill-forma legali tagħhom;</STRING></STRING></P></OLD><NEW/><OLD><P><NO.P>(b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">sal-31 ta’ Diċembru 2028 għall-injam u għall-prodotti tal-injam kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 li ġew prodotti qabel id-29 ta’ Ġunju 2023 u introdotti fis-suq mit-30 ta’ Diċembru 2026 minn operaturi primarji mikro u żgħar jew minn operaturi li sal-31 ta’ Diċembru 2024 ġew stabbiliti bħala mikrointrapriżi jew intrapriżi żgħar skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1) jew (2), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2013/34/UE, irrispettivament mill-forma legali tagħhom;</STRING></STRING></P></OLD><NEW/><OLD><P><NO.P>(c)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">sal-31 ta’ Diċembru 2028 għall-injam u għall-prodotti tal-injam kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 li ġew prodotti qabel id-29 ta’ Ġunju 2023 u li ġew introdotti fis-suq mit-30 ta’ Diċembru 2025.</STRING></STRING></P></OLD><NEW/></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda	125</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 22</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 37 – paragrafu 2a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>2a.</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Madankollu, ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 għandu jibqa’ japplika sal-31 ta’ Diċembru 2029 għall-injam u l-prodotti tal-injam kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 li ġew prodotti qabel id-29 ta’ Ġunju 2023 u li ġew introdotti fis-suq mit-30 ta’ Diċembru 2026.  </STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda	127</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 22</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 37 – paragrafu 3</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>3.</NO.P>B’deroga mill-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, l-injam u l-prodotti tal-injam kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 li ġew prodotti qabel id-29 ta’ Ġunju 2023 u li ġew introdotti fis-suq mill-31 ta’ Diċembru<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> 2028</STRING></STRING> għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.”;</P></OLD><NEW><P><NO.P>3.</NO.P>B’deroga mill-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, l-injam u l-prodotti tal-injam kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 li ġew prodotti qabel id-29 ta’ Ġunju 2023 u li ġew introdotti fis-suq mill-31 ta’ Diċembru<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> 2029</STRING></STRING> għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.”;</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi	63 u 128</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 23</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 38 – paragrafu 2</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>2.</NO.P>L-Artikoli 3 sa 13, l-Artikoli <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">20, 21, 23,</STRING></STRING> 26, 31 u 32 għandhom japplikaw mit-30 ta’ Diċembru <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">2025</STRING></STRING>.</P></OLD><NEW><P><NO.P>2.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Soġġett għall-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu,</STRING></STRING> l-Artikoli 3 sa 13, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-Artikoli 16 sa 24</STRING></STRING> u l-Artikoli 26, 31 u 32 għandhom japplikaw mit-30 ta’ Diċembru <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">2026</STRING></STRING>.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda	53</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 23</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 38 – paragrafu 2a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>2a.</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe diffikultà, żball jew tfixkil dokumentati li jirriżultaw mis-sistemi ta’ informazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 33, biex jiżguraw li l-operaturi u n-negozjanti soġġetti għall-perjodu ta’ grazzja ma jkunux żvantaġġati minn tali kwistjonijiet.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi	64 u 129</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 23</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 38 – paragrafu 3</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>3.</NO.P>Għall-operaturi <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">li sal-31 ta’ Diċembru 2024 ġew stabbiliti bħala</STRING></STRING> mikrointrapriżi jew intrapriżi żgħar <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">skont it-tifsira tal-Artikolu</STRING></STRING> 3(1) jew (2),<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> l-ewwel subparagrafu,</STRING></STRING> tad-Direttiva 2013/34/UE, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">irrispettivament mill-forma legali tagħhom,</STRING></STRING> l-Artikoli msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mit-<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">30 ta’ Diċembru 2026</STRING></STRING>.</P></OLD><NEW><P><NO.P>3.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ħlief fir-rigward tal-prodotti koperti fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 995/2010,</STRING></STRING> għall-operaturi<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, kemm jekk persuni fiżiċi jew</STRING></STRING> mikrointrapriżi jew intrapriżi żgħar <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">kif definit fl-Artikolu</STRING></STRING> 3(1) jew (2) tad-Direttiva 2013/34/UE, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">li ġew stabbiliti hekk sal-31 ta’ Diċembru 2024</STRING></STRING>, l-Artikoli msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mit-<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">30 ta’ Ġunju 2027. </STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi	27, 89 u 130</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 23</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 38 – paragrafu 4</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>4.</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Għall-operaturi primarji mikro u żgħar, l-Artikoli msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mit-30 ta’ Diċembru 2026.</STRING></STRING></P></OLD><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">imħassar</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi	28, 90 u 131</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 23</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 38 – paragrafu 5</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>5.</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Artikoli 16 sa 19, l-Artikoli 22 u l-Artikolu 24 għandhom japplikaw mit-30 ta’ Ġunju 2026 fir-rigward ta’ miżuri li jikkonċernaw l-operaturi, l-operaturi downstream u n-negozjanti, u mit-30 ta’ Diċembru 2026 għall-operaturi msemmija fil-paragrafi 3 u 4. Meta awtorità kompetenti ssir taf jew tiġi mgħarrfa b’nuqqas ta’ konformità mar-Regolament (UE) 2023/1115 qabel id-dħul fis-seħħ tal-Artikoli 16 sa 19, tal-Artikolu 22 u tal-Artikolu 24, tista’ toħroġ twissijiet lill-operaturi, lill-operaturi downstream u lin-negozjanti, akkumpanjati minn rakkomandazzjonijiet biex tinkiseb il-konformità.”</STRING></STRING></P></OLD><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">imħassar</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda	45</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – punt 23</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 38 – paragrafu 5a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>5a.</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-informazzjoni rilevanti, inklużi l-ilmenti, ir-rapporti, u t-tħassib sostanzjat, u għandhom, għall-perjodu li jippreċedi d-dati msemmija fl-Artikolu 38 iqisu kif xieraq il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar problemi relatati mal-IT jew żbalji involontarji li jirriżultaw minnhom, għall-finijiet li jiġu evitati sanzjonijiet amministrattivi fuq l-operaturi koperti mill-Artikolu 38 mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda	65</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 23a (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Anness I</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(23a)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fl-Anness I, il-prodotti ex 49 huma mħassra;</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi	60, 91 u 132</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Anness II</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Anness III – parti introduttorja</STRING></STI.AMD><OLD><P>Informazzjoni li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">trid</STRING></STRING> tkun inkluża fid-dikjarazzjoni simplifikata tal-operaturi primarji mikro u żgħar f’konformità mal-Artikolu 4a(3):</P></OLD><NEW><P>Informazzjoni li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandha</STRING></STRING> tkun inkluża fid-dikjarazzjoni simplifikata <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ta’ darba</STRING></STRING> tal-operaturi primarji mikro u żgħar f’konformità mal-Artikolu 4a(3):</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi	92 u 133</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Anness II</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Anness III – punt 2</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>2.</NO.P>Il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata u deskrizzjoni libera tal-prodotti rilevanti, inkluż l-isem kummerċjali, u l-kwantità annwali tal-prodotti rilevanti maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq jew jiġu esportati, espressi f’massa netta li tispeċifika stima jew devjazzjoni perċentwali jew, meta jkun applikabbli, f’volum jew fl-għadd ta’ oġġetti. Għal prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq jew joħorġu minnu, il-kwantità trid tiġi espressa f’kilogrammi tal-massa netta u, meta jkun applikabbli, fl-unità supplimentari stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 li tikkorrispondi għall-kodiċi tas-Sistema Armonizzata indikata jew, fil-każijiet l-oħra kollha, espressa f’massa netta li tispeċifika stima jew devjazzjoni perċentwali jew, meta jkun applikabbli, f’volum jew fl-għadd ta’ unitajiet. Unità supplimentari hi applikabbli meta tkun iddefinita b’mod konsistenti għas-subintestaturi kollha possibbli skont il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata msemmi fid-dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta.</P></OLD><NEW><P><NO.P>2.</NO.P>Il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata u deskrizzjoni libera tal-prodotti rilevanti, inkluż l-isem kummerċjali, u l-kwantità annwali <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">stmata ta’ darba</STRING></STRING> tal-prodotti rilevanti maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq jew jiġu esportati, espressi f’massa netta li tispeċifika stima jew devjazzjoni perċentwali jew, meta jkun applikabbli, f’volum jew fl-għadd ta’ oġġetti. Għal prodotti rilevanti li jidħlu fis-suq jew joħorġu minnu, il-kwantità <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">stmata</STRING></STRING> trid tiġi espressa f’kilogrammi tal-massa netta u, meta jkun applikabbli, fl-unità supplimentari stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 li tikkorrispondi għall-kodiċi tas-Sistema Armonizzata indikata jew, fil-każijiet l-oħra kollha, espressa f’massa netta li tispeċifika stima jew devjazzjoni perċentwali jew, meta jkun applikabbli, f’volum jew fl-għadd ta’ unitajiet. Unità supplimentari hi applikabbli meta tkun iddefinita b’mod konsistenti għas-subintestaturi kollha possibbli skont il-kodiċi tas-Sistema Armonizzata msemmi fid-dikjarazzjoni tad-diliġenza dovuta.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi	93 u 134</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Anness II</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2023/1115</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Anness III – punt 3</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>3.</NO.P>Il-pajjiż tal-produzzjoni u l-indirizz postali jew il-ġeolokalizzazzjoni tal-irqajja’ kollha ta’ art li fuqhom l-operatur primarju mikro u żgħir jipproduċi komoditajiet rilevanti. Għal prodotti rilevanti li fihom bhejjem tal-ifrat jew li saru bl-użu tagħhom, u għal tali prodotti rilevanti li ntemgħu bi prodotti rilevanti, l-indirizz postali jew il-ġeolokalizzazzjoni għandhom jirreferu għall-istabbilimenti kollha li fihom jinżammu l-bhejjem tal-ifrat. Meta l-prodotti rilevanti jiġu prodotti fuq irqajja’ differenti ta’ art, l-indirizz postali jew il-ġeolokalizzazzjoni tal-irqajja’ kollha ta’ art għandhom jiġu inklużi f’konformità mal-Artikolu 9(1), il-punt (d).</P></OLD><NEW><P><NO.P>3.</NO.P>Il-pajjiż tal-produzzjoni u l-indirizz postali jew il-ġeolokalizzazzjoni tal-irqajja’ kollha ta’ art<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, jew l-indirizz postali tal-istabbiliment jew tal-irqajja’ kollha ta’ art</STRING></STRING> li fuqhom l-operatur primarju mikro u żgħir jipproduċi komoditajiet rilevanti. Għal prodotti rilevanti li fihom bhejjem tal-ifrat jew li saru bl-użu tagħhom, u għal tali prodotti rilevanti li ntemgħu bi prodotti rilevanti, l-indirizz postali jew il-ġeolokalizzazzjoni għandhom jirreferu għall-istabbilimenti kollha li fihom jinżammu l-bhejjem tal-ifrat. Meta l-prodotti rilevanti jiġu prodotti fuq irqajja’ differenti ta’ art, l-indirizz postali jew il-ġeolokalizzazzjoni tal-irqajja’ kollha ta’ art għandhom jiġu inklużi f’konformità mal-Artikolu 9(1), il-punt (d).</P></NEW></AMEND></AMDLST></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>