<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0297</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ġabra ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0222/2025 - Rapporteur: Aurore Lalucq)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (09737/2025 – C10-0118/2025 – 2025/0806(CNS))</STRING></TI><NOTE>(Konsultazzjoni)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA><P><NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (09737/2025 – BĊE/2025/17),</P></VISA><VISA><P><NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 129(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 5.4 u 41 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C10‑0118/2025),</P></VISA><VISA><P><NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 84 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,</P></VISA><VISA><P><NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0222/2025),</P></VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION><P><NO.P>1.</NO.P>Japprova l-abbozz propost fir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew kif emendat;</P></ACTION><ACTION><P><NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;</P></ACTION><ACTION><P><NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz propost fir-rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew b’ mod sustanzjali;</P></ACTION><ACTION><P><NO.P>4.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.</P></ACTION></ACTLST></DISPOSITIF><AMDLST><HD><HEAD.OLD><STRING ITALIC="on">Abbozz tal-Bank Ċentrali Ewropew</STRING></HEAD.OLD><HEAD.NEW><STRING ITALIC="on">Emenda</STRING></HEAD.NEW></HD><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		1</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 1</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(1)</NO.P>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98<STRING SUPERSCRIPT="on">1</STRING> huwa element ewlieni fil-qafas legali li jappoġġa l-kompiti tal-ġbir ta’ informazzjoni statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali. Il-BĊE konsistentement serraħ fuq dak ir-Regolament biex <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">iwettaq</STRING></STRING> u <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jżomm monitoraġġ tal-ġbir koordinat ta’ informazzjoni statistika neċessarja biex jitwettqu l-kompitiijiet tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ)</STRING></STRING>.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(1)</NO.P>Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98<STRING SUPERSCRIPT="on">1</STRING> huwa element ewlieni fil-qafas legali li jappoġġa l-kompiti tal-ġbir ta’ informazzjoni statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fit-twettiq u l-monitraġġ tal-ġbir ikkoordinat ta’ informazzjoni statistika neċessarja, </STRING></STRING>il-BĊE konsistentement serraħ fuq dak ir-Regolament biex <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">b’mod aktar effiċjenti jissodisfa</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-objettivi tiegħu </STRING></STRING>u <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jwettaq il-kompiti tiegħu kif stabbiliti fl-Artiklu 2 tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ)</STRING></STRING>.</P></NEW><OLD><P>__________________</P></OLD><NEW><P>__________________</P></NEW><OLD><P><STRING SUPERSCRIPT="on">1</STRING> Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2533/oj). http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2533/oj).</P></OLD><NEW><P><STRING SUPERSCRIPT="on">1</STRING> Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2533/oj). http://data.europa.eu/eli/reg/1998/2533/oj).</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		2</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 3</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(3)</NO.P>It-trasformazzjoni diġitali introduċiet opportunitajiet radikali u ġodda biex it-teknoloġiji diġitali jiġu integrati mhux biss fin-negozji, iżda wkoll fil-forniment ta’ servizzi pubbliċi. Dan ħoloq ambjent mingħajr preċedent bi ħtiġijiet ġodda għall-istatistika biex jitwettqu l-kompiti tas-SEBĊ u possibbiltajiet ġodda għall-ġbir aktar effiċjenti ta’ data granulari. Barra minn hekk, l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji reċenti bħall-emerġenza klimatika, il-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tal-enerġija u tal-għoli tal-ħajja kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna amplifikaw id-domandi u l-aspettattivi għal statistika aktar f’waqtha, aktar frekwenti u aktar dettaljata meħtieġa biex tappoġġa t-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ. Fl-istess ħin, huwa importanti li dawn id-domandi u l-aspettattivi jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-piż impost fuq l-aġenti ta’ rapportar jinżamm f’livell minimu, peress li l-kompetittività u l-produttività huma kundizzjonijiet essenzjali biex in-negozji jiffjorixxu. Għal din ir-raġuni, huwa importanti li l-qafas legali jiġi adattat biex jappoġġa l-prinċipju ta’ “darba biss” fir-rigward tar-rapportar statistiku u regolatorju kull fejn ikun possibbli biex jiġi żgurat li l-aġenti li jirrapportaw ma jkollhomx għalfejn jirrapportaw l-istess data aktar minn darba. Dawn l-adattamenti <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandhom iqisu</STRING></STRING> l-indipendenza tal-BĊE u l-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2533/98.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(3)</NO.P>It-trasformazzjoni diġitali introduċiet opportunitajiet radikali u ġodda biex it-teknoloġiji diġitali jiġu integrati mhux biss fin-negozji, iżda wkoll fil-forniment ta’ servizzi pubbliċi. Dan ħoloq ambjent mingħajr preċedent bi ħtiġijiet ġodda għall-istatistika biex jitwettqu l-kompiti tas-SEBĊ u possibbiltajiet ġodda għall-ġbir aktar effiċjenti ta’ data granulari. Barra minn hekk, l-iżviluppi ekonomiċi u finanzjarji reċenti bħall-emerġenza klimatika, il-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi tal-enerġija u tal-għoli tal-ħajja kkawżata mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna amplifikaw id-domandi u l-aspettattivi għal statistika aktar f’waqtha, aktar frekwenti u aktar dettaljata meħtieġa biex tappoġġa t-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ. Fl-istess ħin, huwa importanti li dawn id-domandi u l-aspettattivi jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-piż impost fuq l-aġenti ta’ rapportar jinżamm f’livell minimu, peress li l-kompetittività u l-produttività huma kundizzjonijiet essenzjali biex in-negozji jiffjorixxu. Għal din ir-raġuni, huwa importanti li l-qafas legali jiġi adattat biex jappoġġa l-prinċipju ta’ “darba biss” fir-rigward tar-rapportar statistiku u regolatorju kull fejn ikun possibbli biex jiġi żgurat li l-aġenti li jirrapportaw ma jkollhomx għalfejn jirrapportaw l-istess data aktar minn darba. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">F’dan il-kuntest u minħabba l-potenzjal li tippreżenta d-diġitalizzazzjoni, jenħtieġ li l-BĊE jesplora aktar l-għodod li jisfruttaw id-diġitalizzazzjoni biex jissimplifika l-proċessi tal-ġbir tad-data u jtaffi l-piż tal-kompiti mwettqa mis-SEBĊ u mill-aġenti ta’ rapportar. Jenħtieġ li l-BĊE jkompli jivvaluta l-opportunitajiet u l-isfidi li jirriżultaw mill-użu tat-teknoloġiji diġitali l-ġodda għall-ġbir ta’ informazzjoni statistika u jenħtieġ li jagħmel rakkomandazzjoni ġdida biex jemenda dan ir-Regolament kif xieraq meta fil-valutazzjoni tiegħu jikkonkludi li dan huwa meħtieġ.</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Jenħtieġ li </STRING></STRING>dawn l-adattamenti <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jqisu</STRING></STRING> l-indipendenza tal-BĊE u l-prinċipji tal-istatistika stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2533/98.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		3</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 3a (ġdida)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(3a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sabiex jiġu żgurati r-robustezza u r-rilevanza tal-għodod analitiċi tiegħu, u f’konformità mal-mandat primarju tiegħu ta’ stabbiltà tal-prezzijiet, ikkomplementat mill-objettivi sekondarji tiegħu li jappoġġa l-politiki ekonomiċi ġenerali fl-Unjoni, inklużi dawk relatati ma’ kunsiderazzjonijiet ambjentali u ta’ sostenibbiltà, jenħtieġ li l-BĊE jkompli jsaħħaħ il-qafas statistiku tiegħu biex jirrifletti l-isfidi ekonomiċi u strutturali li qed jevolvu.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		4</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 3b (ġdida)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(3b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-użu tal-intelliġenza artifiċjali joffri opportunitajiet biex jittejbu l-effiċjenza, il-preċiżjoni u l-puntwalità tal-ġbir u l-ipproċessar tad-data. Madankollu, l-użu tagħha jqajjem ukoll riskji speċifiċi relatati mat-trasparenza, il-preġudizzju, is-sigurtà, il-privatezza u l-obbligu ta’ rendikont. Għalhekk huwa neċessarju li jiġi żgurat li kwalunkwe sistema ta’ intelliġenza artifiċjali użata mill-BĊE jew mill-banek ċentrali nazzjonali fit-twettiq tal-kompiti statistiċi tagħhom tintuża b’mod responsabbli, trasparenti u sigur, filwaqt li jiġu żgurati sorveljanza umana xierqa u obbligu ta’ rendikont sħiħ, konsistenti mal-qafas legali tal-Unjoni u mal-indipendenza tal-BĊE.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		5</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 9</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(9)</NO.P>Informazzjoni statistika kunfidenzjali li l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jiksbu għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ għandha tiġi protetta sabiex jiġi evitat l-użu u l-iżvelar illegali tagħha. Madankollu, ir-reġim ta’ kunfidenzjalità <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandu</STRING></STRING> jiġi rivedut u ċċarat biex jiġi żgurat li l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jużaw u jikkondividu ma’ xulxin informazzjoni statistika kunfidenzjali għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ imsemmija fit-Trattat u għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew id-disseminazzjoni effiċjenti tal-istatistika jew biex tiżdied il-kwalità tagħha. Dawn ir-reviżjonijiet huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun tista’ tinġabar mill-BĊE bl-assistenza tal-banek ċentrali nazzjonali skont il-prinċipju ta’ “darba biss”. Barra minn hekk, biex titnaqqas il-ħtieġa għal rekwiżiti ta’ rapportar statistiku u regolatorju duplikati, biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet u l-korpi tal-Istati Membri u tal-Unjoni u biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa, il-membri tas-SEBĊ <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandhom ikunu</STRING></STRING> obbligati jikkondividu informazzjoni statistika kunfidenzjali ma’ ċerti awtoritajiet u korpi għat-twettiq tal-kompiti tagħhom relatati mas-superviżjoni prudenzjali u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u mal-membri tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS). Il-membri tas-SEBĊ <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandu</STRING></STRING> jkollhom il-flessibbiltà li jikkondividu informazzjoni statistika kunfidenzjali ma’ awtoritajiet u korpi oħra tal-Istati Membri u tal-Unjoni jew ma’ riċerkaturi affiljati ma’ korpi ta’ riċerka xjentifika f’ċirkostanzi speċifiċi. Bara minn hekk, sett speċifiku u ridott ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali jista’ jiġi kondiviż meta s-sorsi tal-informazzjoni huma diġà disponibbli għal aġent ta’ rapportar, pereżempju, meta tali informazzjoni hija rrapporatat minn entità kkontrollata minn aġent ta’ rapportar jew il-fergħat tiegħu. Sabiex tinżamm il-fiduċja tal-aġenti li jirrapportaw, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandu</STRING></STRING> jkun hemm arranġamenti konsistenti biex tiġi protetta l-informazzjoni statistika kunfidenzjali u t-trasparenza mtejba dwar l-użi li għalihom tista’ titqiegħed l-informazzjoni statistika.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(9)</NO.P>Informazzjoni statistika kunfidenzjali li l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jiksbu għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ għandha tiġi protetta sabiex jiġi evitat l-użu u l-iżvelar illegali tagħha. Madankollu, ir-reġim ta’ kunfidenzjalità <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jenħtieġ li</STRING></STRING> jiġi rivedut u ċċarat biex jiġi żgurat li l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jużaw u jikkondividu ma’ xulxin informazzjoni statistika kunfidenzjali għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ imsemmija fit-Trattat u għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew id-disseminazzjoni effiċjenti tal-istatistika jew biex tiżdied il-kwalità tagħha. Dawn ir-reviżjonijiet huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun tista’ tinġabar mill-BĊE bl-assistenza tal-banek ċentrali nazzjonali skont il-prinċipju ta’ “darba biss”. Barra minn hekk, biex titnaqqas il-ħtieġa għal rekwiżiti ta’ rapportar statistiku u regolatorju duplikati, biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet u l-korpi tal-Istati Membri u tal-Unjoni u biex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa, il-membri tas-SEBĊ <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jenħtieġ li jkunu</STRING></STRING> obbligati jikkondividu informazzjoni statistika kunfidenzjali ma’ ċerti awtoritajiet u korpi għat-twettiq tal-kompiti tagħhom relatati mas-superviżjoni prudenzjali u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u mal-membri tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS). Il-membri tas-SEBĊ <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jenħtieġ li</STRING></STRING> jkollhom il-flessibbiltà li jikkondividu informazzjoni statistika kunfidenzjali ma’ awtoritajiet u korpi oħra tal-Istati Membri u tal-Unjoni jew ma’ riċerkaturi affiljati ma’ korpi ta’ riċerka xjentifika f’ċirkostanzi speċifiċi. Bara minn hekk, sett speċifiku u ridott ta’ informazzjoni statistika kunfidenzjali jista’ jiġi kondiviż meta s-sorsi tal-informazzjoni huma diġà disponibbli għal aġent ta’ rapportar, pereżempju, meta tali informazzjoni hija rrapporatat minn entità kkontrollata minn aġent ta’ rapportar jew il-fergħat tiegħu. Sabiex tinżamm il-fiduċja tal-aġenti li jirrapportaw, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jenħtieġ li</STRING></STRING> jkun hemm arranġamenti konsistenti biex tiġi protetta l-informazzjoni statistika kunfidenzjali u t-trasparenza mtejba dwar l-użi li għalihom tista’ titqiegħed l-informazzjoni statistika. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sabiex jitrawmu riċerka u skrutinju indipendenti, jenħtieġ li l-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jagħmlu disponibbli informazzjoni statistika kunfidenzjali mis-settijiet tad-data ewlenin tas-SEBĊ għar-riċerkaturi akkreditati, kull meta tali aċċess ikun jista’ jiġi pprovdut mingħajr riskju ta’ divulgazzjoni. Dan se jtejjeb l-użu analitiku tal-istatistika għat-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza fiż-żona tal-euro kollha, filwaqt li jippreserva l-kunfidenzjalità tad-data.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		6</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt 2 – punt -a (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 2 – paragrafu 1</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(-a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD><P><NO.P>1.</NO.P>Sabiex jitwettqu r-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE, il-BĊE, assistit mill-banek ċentrali nazzjonali skont l-Artikolu 5.2 tal-Istatut, għandu jkollu d-dritt li jiġbor informazzjoni statistika fil-limiti tal-popolazzjoni ta’ rappurtar ta’ referenza u għal dak li huwa neċessarju sabiex iwettaq il-kompiti tas-SEBĊ. L-informazzjoni tista’ tinġabar b’mod partikolari fil-qasam tal-istatistika monetarja u finanzjarja, l-istatistika dwar il-karti tal-flus, statistika dwar ħlasijiet u sistemi ta’ ħlasijiet, statistika dwar l-istabbiltà finanzjarja, statistika dwar il-bilanċ tal-ħlasijiet u l-istatistika dwar il-pożizzjoni internazzjonali tal-investimenti. Fejn neċessarju sabiex iwettaq il-kompiti tas-SEBĊ, informazzjoni addizzjonali tista’ jinġabar ukoll f’oqsma oħrajn f’każijiet debitament ġustifikati. L-informazzjoni miġbura sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE għandha tiġi speċifikata aktar fil-programm ta’ ħidma statistiku tas-SEBĊ.</P></OLD><NEW><P><NO.P>1.</NO.P>Sabiex jitwettqu r-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE, il-BĊE, assistit mill-banek ċentrali nazzjonali skont l-Artikolu 5.2 tal-Istatut, għandu jkollu d-dritt li jiġbor informazzjoni statistika fil-limiti tal-popolazzjoni ta’ rappurtar ta’ referenza u għal dak li huwa neċessarju sabiex iwettaq il-kompiti tas-SEBĊ. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Biex jitwieġbu l-isfidi akuti u futuri,</STRING></STRING> l-informazzjoni tista’ tinġabar b’mod partikolari fil-qasam tal-istatistika monetarja u finanzjarja, l-istatistika dwar il-karti tal-flus, statistika dwar ħlasijiet u sistemi ta’ ħlasijiet, statistika dwar l-istabbiltà finanzjarja, statistika dwar il-bilanċ tal-ħlasijiet<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, l-indikaturi makroekonomiċi</STRING></STRING> u l-istatistika dwar il-pożizzjoni internazzjonali tal-investimenti. Fejn neċessarju sabiex iwettaq il-kompiti tas-SEBĊ, informazzjoni addizzjonali tista’ jinġabar ukoll f’oqsma oħrajn f’każijiet debitament ġustifikati. L-informazzjoni miġbura sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku tal-BĊE għandha tiġi speċifikata aktar fil-programm ta’ ħidma statistiku tas-SEBĊ.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		7</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(a)</NO.P>għandu juża statistika eżistenti sakemm huwa possibbli;</P></OLD><NEW><P><NO.P>(a)</NO.P>għandu juża statistika eżistenti sakemm huwa possibbli<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, f’konformità mal-prinċipju ta’ “darba biss”, u appoġġata minn soluzzjonijiet diġitali, meta jkun xieraq</STRING></STRING>;</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		8</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(ba)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandu jqis il-politiki u l-objettivi ekonomiċi ġenerali fl-Unjoni, inklużi l-politiki dwar il-klima u l-ambjent;</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		9</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt 4 – punt ba (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(ba)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jiżdied il-paragrafu li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>4a.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-BĊE għandu jaġġorna l-multi stabbiliti fil-paragrafu 4 kull 5 snin skont ir-rata tal-inflazzjoni taż-żona tal-euro.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		10</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(b)</NO.P>għandhom jikkondividu informazzjoni statistika kunfidenzjali ma’ partijiet leġittimi oħra għat-twettiq tal-kompiti statutorji rispettivi tagħhom relatati <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">mas-superviżjoni prudenzjali</STRING></STRING> u <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-istabbiltà</STRING></STRING> tas-sistema finanzjarja;</P></OLD><NEW><P><NO.P>(b)</NO.P>għandhom jikkondividu informazzjoni statistika kunfidenzjali ma’ partijiet leġittimi oħra għat-twettiq tal-kompiti statutorji rispettivi tagħhom relatati <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">mal-istabbiltà </STRING></STRING>u <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-effettività fuq terminu qasir u medju</STRING></STRING> tas-sistema finanzjarja;</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		11</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 2 – punt e</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(e)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jistgħu jagħtu aċċess</STRING></STRING> lir-riċerkaturi affiljati ma’ korpi ta’ riċerka xjentifika għal informazzjoni statistika kunfidenzjali li ma tippermettix li aġent ta’ rapportar, jew persuna ġuridika jew fiżika oħra, entità jew fergħa jiġu identifikati direttament;</P></OLD><NEW><P><NO.P>(e)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandhom jistabbilixxu qafas permanenti biex jiġi ffaċilitat u mogħti l-aċċess</STRING></STRING> lir-riċerkaturi affiljati ma’ korpi ta’ riċerka xjentifika għal informazzjoni statistika kunfidenzjali<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, li tkopri s-settijiet ta’ data ewlenin kollha tal-BĊE,</STRING></STRING> li ma tippermettix li aġent ta’ rapportar, jew persuna ġuridika jew fiżika oħra, entità jew fergħa jiġu identifikati direttament;</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		12</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 8 – paragrafu 7 – punt 2a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>2a.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Meta l-membri tas-SEBĊ jagħtu aċċess għal informazzjoni statistika kunfidenzjali fil-każijiet imsemmija fil-punti (e) u (g) ta’ dan il-paragrafu, il-persuna fiżika jew l-entità ġuridika li tirċievi aċċess għandha tuża dik id-data biss għall-iskop li għalih jingħata kunsens mill-membri tas-SEBĊ u, jekk applikabbli, mill-aġent li jirrapporta jew minn persuna, entità jew fergħa ġuridika jew fiżika oħra, li tista’ tiġi identifikata. Jekk il-persuna fiżika jew l-entità ġuridika li tirċievi aċċess għal din id-data tkun tista’ taħżinha, dan il-ħżin għandu jkun sigur sabiex jiġi evitat kwalunkwe ksur tal-kunfidenzjalità. Dan ma għandux jaqbeż 3 snin;</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		13</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Abbozz ta’ regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Ir-Regolament (KE) Nru 2533/98</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(a)</NO.P>għandha<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> tieħu l-miżuri regolatorji, amministrattivi, tekniċi u organizzattivi kollha meħtieġa biex tiżgura l-protezzjoni fiżika u loġika</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tal-informazzjoni</STRING></STRING> statistika kunfidenzjali <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">skont ir-regoli komuni u l-istandards minimi definiti mill-BĊE</STRING></STRING>; kif ukoll</P></OLD><NEW><P><NO.P>(a)</NO.P>għandha<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> tuża l-informazzjoni</STRING></STRING> statistika kunfidenzjali <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">esklussivament għall-fini li jkun ta l-kunsens għaliha l-membru tas-SEBĊ li jikkondividi l-informazzjoni u, jekk applikabbli, mill-aġent ta’ rapportar jew minn persuna ġuridika jew fiżika oħra, entità jew fergħa, li tista’ tiġi identifikata mill-informazzjoni statistika kunfidenzjali</STRING></STRING>; kif ukoll</P></NEW></AMEND></AMDLST></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>