<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0298</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-istrateġija diplomatika tal-UE u l-kooperazzjoni ġeopolitika fl-Artiku</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0229/2025 - Rapporteur: Urmas Paet)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RECOM><TI><STRING BOLD="on">Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2025 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar l-istrateġija diplomatika tal-UE u l-kooperazzjoni ġeopolitika fl-Artiku (2025/2116(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-kwistjonijiet li jikkonċernaw l-Artiku, u b’mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2021 dwar l-Artiku: opportunitajiet, tħassib u sfidi għas-sigurtà<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 132, 24.3.2022, p. 113.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tas-16 ta’ Novembru 1994 dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-13 ta’ Ottubru 2021 bit-titolu “Impenn aktar b’saħħtu tal-UE għal Artiku paċifiku, sostenibbli u prosperu” (JOIN(2021)0027),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim fil-qafas tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar fuq il-konservazzjoni u fuq l-użu sostenibbli tal-bijodiversità marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali, adottat fid-19 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istabbiliment tal-Kunsill tal-Istati tal-Baħar Baltiku;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Popli Indiġeni u Tribali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, adottat fis-27 ta’ Ġunju 1989,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim għall-prevenzjoni tas-sajd mhux regolat fl-ibħra miftuħa fl-Oċean Artiku Ċentrali tat-3 ta’ Ottubru 2018 (Ftehim dwar is-sajd fl-Oċean Artiku Ċentrali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Svalbard tad-9 ta’ Frar 1920 (dak li qabel kien it-Trattat dwar l-Arċipelagu ta’ Spitsbergen),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tad-19 ta’ Settembru 1996 dwar l-istabbiliment tal-Kunsill tal-Artiku (Dikjarazzjoni ta’ Ottawa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tliet ftehimiet ġuridikament vinkolanti nnegozjati taħt l-awspiċji tal-Kunsill tal-Artiku, jiġifieri l-Ftehim tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar il-Kooperazzjoni fil-Qasam tat-Tfittxija u s-Salvataġġ Ajrunawtiku u Marittimu fl-Artiku, il-Ftehim tal-15 ta’ Mejju 2013 dwar il-Kooperazzjoni dwar il-Preparatezza u r-Risposta għat-Tniġġis tal-Baħar minħabba l-Idrokarburi fl-Artiku u l-Ftehim tal-11 ta’ Mejju 2017 dwar it-Tisħiħ tal-Kooperazzjoni Xjentifika Internazzjonali fl-Artiku,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta wara s-Summit bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada tal-2025: Enduring Partnership, Ambitious Agenda (Sħubija dejjiema, aġenda ambizzjuża),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-inawgurazzjoni tal-Uffiċċju tal-UE f’Nuuk, fi Greenland, fil-15 ta’ Marzu 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-diskors tal-Prim Ministru ta’ Greenland, Jens-Frederik Nielsen, fil-Parlament fit-8 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 121 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0229/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Artiku huwa reġjun abitat minn aktar minn erba’ miljun ruħ b’kulturi, b’komunitajiet u b’ekonomiji diversi u li, bħala tali, irid jibqa’ żona ta’ paċi, li fih il-bijodiversità u l-ekosistemi fraġli jiġu rispettati; billi l-kooperazzjoni kostruttiva fl-Artiku għandha tiġi protetta mir-rivalitajiet globali li qed jiħraxu;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-UE ilha għexieren ta’ snin impenjata kemm fl-Artiku Ewropew kif ukoll fir-reġjun Artiku f’sens aktar estiż bħala attur Artiku b’interessi strateġiċi, u għandha interess fundamentali biex tagħti kontribut strateġiku għal riżultati pożittivi f’ambitu soċjoekonomiku, ambjentali u fil-qasam tas-sigurtà, b’mod partikolari permezz tal-kooperazzjoni multilaterali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-Russja ilha żżid il-preżenza tal-forzi militari tagħha fl-Artiku mill-bidu tal-gwerra illegali ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna; billi l-militarizzazzjoni Russa, flimkien ma’ żieda fil-preżenza Ċiniża, bidlet is-sitwazzjoni politika u ta’ sigurtà fl-Artiku; billi r-Russja adottat reġim unilaterali u illeġittimu li jirregola n-navigazzjoni tul ir-Rotta tal-Baħar tat-Tramuntana, inkluża l-liġi tal-5 ta’ Diċembru 2022 li tillimita l-passaġġ tal-bastimenti tal-gwerra, u b’hekk qajmet tħassib gravi fl-ambitu tad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari tal-UNCLOS, u tirriskja li tħarrax it-tensjonijiet ġeopolitiċi fl-Artiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi qed jaqbad ritmu mgħaġġel l-użu tar-reġjun Artiku għal skopijiet militari u, fl-istess ħin, qed jiddgħajfu l-oqfsa regolatorji internazzjonali relatati mal-kontroll tal-armamenti, inkluż l-armi nukleari, b’mod partikolari permezz ta’ azzjonijiet ta’ reġimi totalitarji u awtoritarji bħar-Russja;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-rispett skrupluż tal-integrità territorjali u tad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari l-UNCLOS u l-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI), huwa essenzjali biex l-Artiku jibqa’ reġjun sikur u stabbli; billi l-OMI hija l-awtorità dinjija ewlenija fil-qasam tas-sikurezza marittima u tal-ħarsien tal-ambjent, bil-konvenzjonijiet ġuridikament vinkolanti tagħha u bil-linji gwida volontarji tagħha li japplikaw fid-dinja kollha, inkluż fl-Artiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-politiki dwar l-Artiku jridu jirriflettu r-realtajiet diversi tar-reġjun, inkluża d-diversità fis-sistemi ta’ governanza, fl-oqfsa ġuridiċi, fil-kapaċitajiet infrastrutturali u fil-kundizzjonijiet soċjekonomiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Kunsill tal-Artiku huwa l-forum preminenti għall-kooperazzjoni ċirkumpolari; billi tliet Stati Membri tal-UE u żewġ membri oħra taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jagħmlu parti mill-Kunsill tal-Artiku, filwaqt li sebgħa minn fost il-membri tiegħu huma Stati Membri tan-NATO;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, minkejja li l-Kunsill tal-Artiku huwa bbażat fuq impenji volontarji u mingħajr awtorità vinkolanti, iffaċilita kooperazzjoni kostruttiva u diversi ftehimiet vinkolanti; billi l-mandat limitat tiegħu jnaqqas il-kapaċità tiegħu li jindirizza sfidi importanti, bħad-diżastri ambjentali jew it-tensjonijiet ġeopolitiċi dejjem akbar, li jaf jheddu l-istatus tal-Artiku bħala reġjun b’tensjoni baxxa; billi, minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-laqgħat politiċi tal-Kunsill tal-Artiku ġew sospiżi, u b’hekk ġiet kompromessa l-kapaċità tal-Kunsill tal-Artiku li jaqdi l-mandat tiegħu u li jopera kif xieraq;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi ma sar l-ebda progress f’dak li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni tal-UE biex issir osservatur sħiħ fi ħdan il-Kunsill tal-Artiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-passaġġ Greenland-Iżlanda-Renju Unit (GIUK) jirrappreżenta kuritur strateġiku li jippermetti l-kontroll tat-traffiku marittimu u li jiġi identifikat it-theddid ibridu; billi l-adeżjoni tal-Finlandja u tal-Iżvezja man-NATO saħħet l-orjentament Artiku tal-Alleanza u se tqawwi l-pożizzjoni tagħha fl-Artiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi r-reġjun Artiku qiegħed jisħon b’ritmu ta’ madwar tliet darbiet aktar mill-medja globali, u dan iħaffef it-telf tas-silġ u jhedded l-istabbiltà klimatika tal-pjaneta; billi s-silġ tal-baħar tas-sajf qiegħed jisparixxi malajr, u dan jikkawża qerda tal-ħabitats estensiva u tnaqqis fil-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet li jiddependu mill-borra u mis-silġ biex jgħixu;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi, fl-2022, in-NATO rrikonoxxiet li t-tibdil fil-klima jirrappreżenta sfida deċiżiva u multiplikatur ta’ theddid, b’implikazzjonijiet profondi għas-sigurtà u għall-operazzjonijiet militari, anki fit-Tramuntana Estrema, u identifikat lit-Tramuntana Estrema bħala reġjun ta’ importanza strateġika li fih il-kapaċità tar-Russja li tostakola r-rinforzi alleati u l-libertà ta’ navigazzjoni fl-Atlantiku tat-Tramuntana toħloq sfida diretta għall-Alleanza; billi l-Artiku jista’ jitqies żona prinċipali f’dak li għandu x’jaqsam mar-rabta bejn il-klima u s-sigurtà; billi l-implimentazzjoni l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Patt Ekoloġiku Ewropew tibqa’ neċessarja biex jiġu evitati l-agħar konsegwenzi tat-tibdil fil-klima;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi t-taħlil tal-permafrost jikkostitwixxi theddida transfruntiera f’termini ambjentali, bijoloġiċi u ta’ sigurtà minħabba l-impatt distruttiv tiegħu fuq l-infrastrutturi, ir-rilaxx ta’ metan li jagħmel il-ħsara lill-klima, il-fatt li jerġgħu jfeġġu virus u batterji inattivi u mhux magħrufa u l-kontributi tiegħu għat-tfixkil tal-mudelli meteoroloġiċi fl-Ewropa kollha u fil-bqija tad-dinja; billi l-permafrost sottomarin fil-blata Artika tas-Siberja tal-Lvant jaf issir sors ieħor ta’ emissjonijiet ta’ metan;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi t-tnaqqis tas-silġ tal-baħar qed iqajjem interess dejjem akbar f’livell globali fl-Artiku u fir-riżorsi tiegħu; billi, b’mod partikolari, l-irtirar rapidu tas-silġ tal-baħar qiegħed jiftaħ kurituri kummerċjali staġjonali, u potenzjalment aċċessibbli matul is-sena kollha, bħar-Rotta tal-Baħar tat-Tramuntana, il-Passaġġ tal-Majjistral u, potenzjalment, rotta transpolari futura, li jaf jagħtu bixra ġdida lill-mudelli kummerċjali globali, filwaqt li jirrappreżentaw sfidi kumplessi għall-Artiku f’termini ambjentali, ta’ sigurtà u ta’ governanza; billi kundizzjonijiet meteoroloġiċi iebsa, kapaċitajiet limitati ta’ tiftix u salvataġġ, kostijiet tal-assigurazzjoni għoljin u kwistjonijiet mhux solvuti rigward l-istatus ġuridiku internazzjonali ta’ dawn ir-rotot marittimi l-ġodda jikkostitwixxu ostakli importanti biex jitwettqu, u bosta partijiet ikkonċernati jitolbu li dawn ir-rotot jiġu ttrattati bħala parti mill-“beni komuni globali”;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi, minħabba l-kriżi klimatika, it-tibdil fl-Artiku huwa intrinsikament marbut mal-Ewropa; billi t-temperaturi ogħla, iż-żieda fil-livell tal-baħar, it-tnaqqis tal-bijodiversità u l-fenomeni meteoroloġiċi estremi jolqtu lin-nies u lill-ekosistemi fl-Ewropa, u dan jissottolinja l-bżonn ta’ politiki li jissejsu fuq l-għarfien u x-xjenza u li jinvolvu lill-komunitajiet u lill-istituti ta’ riċerka lokali fl-Artiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi r-Russja estendiet notevolment il-postura tal-forzi u l-infrastrutturi militari tagħha fl-Artiku, biex b’hekk intensifikat it-tensjonijiet militari reġjonali; billi l-kunċett ta’ politika estera tar-Russja tal-2023 jidentifika l-Artiku bħala wieħed mir-reġjuni prijoritarji tar-Russja; billi l-militarizzazzjoni tal-Artiku tmur kontra l-ispirtu ta’ kooperazzjoni li s’issa ggwida r-relazzjonijiet bejn l-Istati tal-Artiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-approfondiment tal-kooperazzjoni bejn iċ-Ċina u r-Russja fl-Artiku, permezz ta’ proġetti fil-qasam tal-enerġija, investimenti infrastrutturali u proġetti ta’ navigazzjoni komuni tul ir-rotot Artiċi emerġenti, jirriskja li jikkonsolida assi ġeopolitiku bbażat fuq l-isfruttamenti tar-riżorsi u aċċess limitat, askapitu tal-komunitajiet kostali Artiċi, tal-popli indiġeni u tal-garanziji ambjentali globali; billi l-vjolazzjonijiet tas-sovranità u tal-integrità territorjali tal-Istati ġirien min-naħa tar-Russja, flimkien mal-ostruzzjoni għan-navigazzjoni fil-Baħar ta’ Azov, fil-Baħar l-Iswed u fil-Baħar Baltiku, iqajmu tħassib serju li jrid jitqies meta jiġu vvalutati l-prospettivi biex tinżamm koeżistenza paċifika fl-Artiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi, b’mod partikolari, ir-Russja qiegħda tqawwi l-infrastrutturi Artiċi tagħha permezz tal-bini u tal-iskjerament tal-bastiment universali li jkisser is-silġ bi propulsjoni nukleari Chukotka (Proġett 22220) bħala parti mill-programm aktar estiż tagħha maħsub biex jiżgura n-navigazzjoni matul is-sena kollha tul ir-rotta tar-Rotta tal-Baħar tat-Tramuntana; billi r-Russja qiegħda tibni aktar bastimenti li jkissru s-silġ biex issostni l-ambizzjonijiet strateġiċi tagħha fl-Artiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-immaġnijiet bis-satellita tal-2023 urew il-bini ġdid u sinifikanti ta’ strutturi u infrastrutturi f’Novaya Zemlya, gżira Artika remota storikament użata mir-Russja biex tittestja l-armi nukleari; billi tali żviluppi jqajmu tħassib serju rigward l-issuktar tal-attivitajiet nukleari fl-Artiku u l-implikazzjonijiet tagħhom għas-sigurtà reġjonali u għas-sikurezza ambjentali; billi l-espansjoni tal-bini militari tar-Russja, inkluż fil-gżira ta’ Wrangel, sit tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO u riżerva naturali, tqajjem tħassib serju mil-lat ambjentali u ġuridiku u fil-qasam tas-sigurtà;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi f’Marzu 2024 ir-Russja adottat digriet li jipprevedi l-espansjoni taż-żona Artika tal-Federazzjoni Russa biex tinkludi d-distretti muniċipali ta’ Berezovsky u Beloyarsky tad-Distrett Awtonomu tal-Khanty-Mansi-Yugra; billi din l-espansjoni tagħmel parti mill-istrateġija tar-Russja maħsuba biex tikkonsolida l-kontroll federali fuq ir-riżorsi naturali, issaħħaħ r-rivendikazzjonijiet territorjali tagħha u tattira lill-investituri permezz ta’ inċentivi għal żoni ekonomiċi speċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi r-Russja intensifikat it-theddid ibridu fir-reġjun Artiku, anki permezz ta’ operazzjonijiet ċibernetiċi u d-disturb intenzjonali (“jamming”) tal-GPS; billi l-ilmijiet Artiċi qegħdin jintużaw dejjem aktar mill-“flotta mistura” Russa, antikwata u fi stat ta’ manutenzjoni ħażin, li topera taħt bnadar ta’ konvenjenza biex taħrab mis-sanzjonijiet internazzjonali, u dan joħloq riskji sinifikanti għall-ambjent, għas-sikurezza u għas-sigurtà f’dan ir-reġjun fraġli;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi ċ-Ċina pproklamat lilha nnifisha “Stat viċin l-Artiku”, ħabbret “Triq tal-Ħarir Polari” bħala estensjoni tal-Inizjattiva “Belt and Road” u qiegħda żżid b’mod kostanti u malajr l-influwenza tagħha fit-Tramuntana taċ-Ċirku Polari Artiku, anki bis-saħħa ta’ investimenti f’kumpaniji Russi; billi l-White Paper tal-2025 taċ-Ċina dwar is-Sigurtà Nazzjonali fl-Era l-Ġdida jidentifika lis-“sigurtà polari” bħala parti mill-kunċetti ta’ sigurtà nazzjonali tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-proklamazzjoni taċ-Ċina bħala “Stat viċin l-Artiku” hija awtodeżinjazzjoni qarrieqa mingħajr l-ebda bażi ġuridika, privileġġ jew ġustifikazzjoni għal preżenza militari fit-Tramuntana Estrema; billi ċ-Ċina taħbi l-isfera ta’ influwenza militari u politika tagħha wara r-riċerka xjentifika peress li l-faċilitajiet ta’ riċerka Ċiniżi fl-Artiku, pereżempju l-Yellow River Station fi Svalbard u ċ-China-Iceland Arctic Science Observatory (l-osservatorju xjentifiku Artiku bejn iċ-Ċina u l-Iżlanda) f’Kárhóll, fihom applikazzjonijiet potenzjalment b’użu doppju; billi f’Ottubru 2024 il-Gwardja tal-Kosta Ċiniża ddikjarat li daħlet fl-Oċean Artiku għall-ewwel darba matul ronda konġunta mar-Russja, u b’hekk kompliet tibgħat sinjal ta’ spinta koordinata bejn iċ-Ċina u r-Russja biex jespandu l-influwenza strateġika tagħhom fit-Tramuntana Estrema;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi f’dawn l-aħħar snin diversi pajjiżi Ewropej imblukkaw it-tentattivi ta’ akkwiżizzjonijiet Ċiniżi ta’ infrastruttura sensittiva Artika għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali, fosthom id-deċiżjoni li ħadet id-Danimarka fl-2016 biex timblokka l-akkwist tal-bażi navali ta’ Grønnedal fi Greenland, id-deċiżjoni li ħadet il-Finlandja fl-2018 biex timblokka l-akkwist tal-ajruport ta’ Kemijärvi qrib żona militari u d-deċiżjoni li ħadet in-Norveġja fl-2024 biex twaqqaf il-bejgħ ta’ Søre Fagerfjord lil xerrejja Ċiniżi;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi r-Russja u ċ-Ċina f’dawn l-aħħar snin approfondew il-kooperazzjoni militari tagħhom fl-Artiku, bis-saħħa tal-iffirmar ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-gwardja tal-kosta, l-iżvolġiment ta’ eżerċizzji militari konġunti bħal “Ocean-2024” u “Pacific Patrol-2024” viċin l-Artiku, u ta’ proġetti teknoloġiċi u navali u kurituri kummerċjali ġodda tul ir-Rotta tal-Baħar tat-Tramuntana, b’hekk saħħu l-konverġenza strateġika tagħhom fit-Tramuntana Estrema; billi, minkejja l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, iċ-Ċina kompliet il-kooperazzjoni Artika mar-Russja, u ssostitwiet l-investimenti li tilfet mill-kumpaniji tal-Punent wara s-sanzjonijiet tal-Punent adottati wara l-invażjoni fuq skala sħiħa tal-Ukrajna min-naħa tar-Russja;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi ċ-Ċina qiegħda tittestja, permezz ta’ bastiment tat-tagħbija, rotta veloċi lejn l-Ewropa tramite l-Artiku, bil-għan li tistabbilixxi servizz regolari li jkun jgħaqqad diversi portijiet Asjatiċi u Ewropej tramite r-Rotta tal-Baħar tat-Tramuntata Russa;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-approċċ tal-Istati Uniti fil-konfront tal-Artiku qiegħed jevolvi lejn involviment akbar, ippreċedut minn ċerti dikjarazzjonijiet infeliċi li kellhom x’jaqsmu ma’ Greenland;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali għandhom għarfien tradizzjonali insostitwibbli, huma l-kustodji tal-ekosistemi Artiċi u diġà ntlaqtu b’mod sproporzjonat mit-tibdil fil-klima, mill-emarġinazzjoni soċjoekonomika u mid-degradazzjoni ambjentali, filwaqt li spiss jibqgħu esklużi mill-proċessi deċiżjonali; billi hemm kunsens wiesa’ fost dawk li jfasslu l-politiki fl-Ewropa dwar il-fatt li l-popli indiġeni għandhom jiġu sostnuti aktar u li tingħata prijorità akbar lill-interessi tagħhom fil-proċess tat-tfassil tal-politiki, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li l-għarfien tagħhom ibbażat fuq il-komunità jiġi rispettat u kkunsidrat fl-iżviluppi politiċi kollha; billi l-Kunsill tal-Artiku ħa miżuri sinifikanti biex jindirizza din il-kwistjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi d-Danimarka, l-Iżvezja u l-Finlandja huma firmatarji tad-Dikjarazzjoni ta’ Ottawa tal-1996, u dan jikkonferma l-impenn tagħhom favur il-benesseri tal-abitanti tal-Artiku, inkluż ir-rikonoxximent tar-relazzjoni speċjali u tal-kontributi uniċi min-naħa tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet tagħhom, jirrikonoxxi l-għarfien tradizzjonali tal-popli indiġeni u jitlob li dawn jiġu kkonsultati u involuti bis-sħiħ fil-proċess deċiżjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi r-reġjuni Artiċi tal-UE jservu ta’ punt ta’ aċċess għall-impenn u għall-preżenza tagħha fir-reġjun Artiku f’sens aktar estiż, filwaqt li jfornu riżorsi għall-awtonomija strateġika Ewropea u jissodisfaw l-interessi lokali, bħad-domanda dejjem tiżdied għar-riżorsi naturali u d-drittijiet tal-popolazzjonijiet indiġeni; billi l-appoġġ tal-UE fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni, Interreg, Orizzont Ewropa u l-programmi ta’ żvilupp rurali għal inħawi bħaż-żoni tat-Tramuntana li huma skarsament popolati u networks bħall-Forum tas-Sindki tal-Artiku u l-alleanza Arctic Six, huma fundamentali għall-interessi Artiċi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi inizjattivi bħas-Summit Ewro-Artiku ta’ Barents-popolazzjoni indigena Sámi, li sar fil-Parlament Ewropew fl-2023, jistgħu jkomplu jsaħħu l-kooperazzjoni mal-komunità Sámi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi Greenland se tippresjedi l-Kunsill tal-Artiku għall-perjodu 2025-2027 f’isem ir-Renju tad-Danimarka, u dan jagħti opportunità prezzjuża biex tissaħħaħ il-governanza Artika inklużiva u bbażata fuq ir-regoli;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi l-istrateġija ta’ Greenland tikkonsisti f’li ssaħħaħ ir-rappreżentantza diplomatika tagħha fid-dinja kollha, anki permezz tal-pjanijiet biex tiftaħ uffiċċji f’Ottawa u fi New York, filwaqt li żżomm ir-rappreżentanzi tagħha f’Washington, f’Beijing, f’Reykjavik u fi Brussell; billi l-importanza strateġika tal-bażi spazjali tal-Istati Uniti Pituffik fi Greenland hija essenzjali għas-sistema tan-NATO ta’ difiża kontra l-missili u għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ spazjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi wara rakkomandazzjonijiet ripetuti mill-Parlament, f’Marzu 2024 l-UE fl-aħħar fetħet Uffiċċju tal-UE f’Nuuk, u b’hekk saħħet il-preżenza diplomatika tagħha u rawmet kooperazzjoni aktar stretta ma’ Greenland; billi l-UE u l-Gżejjer Faeroe qablu fuq sħubija msaħħa, li tinkludi kooperazzjoni fl-oqsma tas-sajd, tal-klima u ta’ kwistjonijiet strateġiċi oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi r-riżorsi abbundanti li għandu l-Artiku, fosthom idrokarburi, elementi tal-materjali tal-art rari, riżorsi tas-sajd u ta’ tip ieħor, huma dejjem aktar mixtieqa, u dan jeħtieġ standards rigorużi fil-qasam tas-sostenibbiltà u qsim ekwu tal-benefiċċji;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi l-Artiku għandu varji riżorsi tal-enerġija kruċjali għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali tal-UE, fosthom l-idroġenu ekoloġiku, l-enerġija idroelettrika, l-enerġija eolika u ġeotermika, li jistgħu jgħinu biex tiġi diversifikata u dekarbonizzata t-taħlita enerġetika tal-UE; billi l-investimenti strateġiċi huma neċessarji biex tiġi garantita l-materja prima kritika essenzjali għall-kompetittività industrijali u għall-kapaċitajiet ta’ difiża tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AK.</NO.P>billi l-inizjattivi bħal Polar Connect u l-kunċett “Vision 2030” jipprevedu t-tqegħid ta’ kejbils sottomarini trans-Artiċi reżiljenti li jgħaqqdu lil Greenland u lill-Iżlanda mal-Ewropa kontinentali; billi tali proġetti huma vulnerabbli għat-theddid ibridu min-naħa ta’ atturi malizzjużi bħar-Russja u ċ-Ċina;
</CONS><CONS>
<NO.P>AL.</NO.P>billi l-iżvilupp ta’ kejbils fibrottiċi sottomarini Artiċi li jgħaqqdu lill-Ewropa mal-Ġappun u mal-Korea t’Isfel jirrappreżenta opportunità strateġika biex titjieb il-konnettività diġitali sikura u ta’ veloċità għolja, tissaħħaħ is-sovranità diġitali tal-UE u tiġi approfondita l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Asja; billi l-protezzjoni tal-kejbils u tal-pipelines sottomarini, tas-sistemi ta’ komunikazzjoni u tal-kurituri tat-trasport fl-Artiku hi essenzjali għas-sigurtà diġitali, enerġetika u ekonomika tal-UE u taż-ŻEE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AM.</NO.P>billi Greenland, l-Iżlanda u n-Norveġja jiġġestixxu l-akbar attivitajiet ta’ sajd sostenibbli tal-Artiku, u r-reġjun qiegħed jiżviluppa għarfien espert f’dawk li huma bijoteknoloġija u innovazzjoni, li huma essenzjali għas-sigurtà tal-ikel, għall-ekonomija blu u għar-rwol ta’ tmexxija xjentifika tal-UE; billi l-UNCLOS fiha dispożizzjonijiet relatati mad-drittijiet, mal-obbligi u mar-responsabbiltajiet tal-Istati f’dak li hu ħarsien tal-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>AN.</NO.P>billi l-potenzjal ekonomiku tal-Artiku jmur lil hinn mir-riżorsi naturali u jestendi ruħu għal setturi bħat-turiżmu sostenibbli, it-teknoloġiji spazjali u l-infrastrutturi taċ-ċentri tad-data, b’hekk joffri lill-UE l-opportunitajiet biex tiżviluppa sħubijiet strateġiċi kapaċi jisfruttaw il-karatteristiċi ġeografiċi uniċi tar-reġjun, ir-riżorsi enerġetiċi rinnovabbli tiegħu u l-viċinanza mal-alleati prinċipali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AO.</NO.P>billi l-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” jfisser li ma jiġux appoġġjati jew imwettqa attivitajiet ekonomiċi li jagħmlu ħsara gravi għall-objettivi ambjentali fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/852/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AP.</NO.P>billi l-konnessjonijiet tal-enerġija mal-Artiku, fosthom l-importazzjonijiet ta’ żejt u gass mill-Baħar ta’ Barents tan-Norveġja, it-trasport ta’ gass naturali likwifikat (LNG) mir-rotot kummerċjali Artiċi matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni lejn l-awtonomija enerġetika tal-UE, l-esportazzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli u l-potenzjal tal-idroġenu ekoloġiku mill-Iżlanda u minn Greenland, il-proġetti infrastrutturali appoġġjati mill-UE bħall-kejbils u l-pipelines sottomarini u l-kooperazzjoni fir-riċerka u fl-innovazzjoni għall-iżvilupp sostenibbli, huma kruċjali għas-sigurtà enerġetika u għall-iżvilupp ekonomiku futur tal-UE u biex jiġu żgurati investimenti fl-ekonomiji u fl-infrastrutturi lokali Artiċi; billi s-sħab u l-provvisti enerġetiċi affidabbli huma fundamentali biex tinkiseb is-sigurtà ġenerali, kif turi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-kriżi enerġetika li rriżultat;
</CONS><CONS>
<NO.P>AQ.</NO.P>billi l-Artiku jbati minn nuqqas ta’ infrastrutturi, u dan iqiegħed lill-popolazzjonijiet lokali u lil atturi oħra f’sitwazzjoni ta’ żvantaġġ; billi l-iżvilupp ta’ proġetti infrastrutturali bi skopijiet multipli jaf ikun jista’ jgħin biex jiġu indirizzati kemm dawn in-nuqqasijiet kif ukoll l-isfidi aktar ġenerali fil-qasam tas-sigurtà;
</CONS><CONS>
<NO.P>AR.</NO.P>billi t-terminals ta’ LNG li jkunu għadhom kemm inbnew jew jinsabu fil-fażi ta’ ppjanar, b’mod partikolari l-unitajiet li jżommu f’wiċċ l-ilma tal-ħżin u tar-rigassifikazzjoni li l-Istati Membri tal-UE impenjaw ruħhom li jwettqu f’dawn l-aħħar snin, jikkostitwixxu punt ta’ aċċess fundamentali għal-LNG Norveġiż, biex b’hekk ikomplu jissaħħu d-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvista; billi l-iżvilupp u l-produzzjoni ulterjuri ta’ bastimenti li jkissru s-silġ huma fundamentali għall-esplorazzjoni u għas-sikurezza tal-Artiku, u l-Finlandja għandha għarfien espert partikolari f’dan ir-rigward;
</CONS><CONS>
<NO.P>AS.</NO.P>billi r-riċerka ffinanzjata mill-UE, is-sħubijiet ta’ Orizzont Ewropa u s-servizzi satellitari Copernicus jipprovdu data essenzjali għar-reżiljenza għas-sigurtà, għall-klima, għas-sikurezza tan-navigazzjoni u għall-ġestjoni ambjentali fit-Tramuntana Estrema;
</CONS><CONS>
<NO.P>AT.</NO.P>billi konnettività satellitari sikura, reżiljenti u awtonoma tikkostitwixxi riżorsa strateġika biex jiġu ssalvagwardjati l-komunikazzjonijiet, jitjieb l-għarfien tas-sitwazzjoni, tiġi protetta l-infrastruttura kritika u tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tipprevjeni u tiskoraġixxi t-theddid ibridu u konvenzjonali fl-Artiku, kif ukoll li tirrispondi għalih;
</CONS><CONS>
<NO.P>AU.</NO.P>billi t-teknoloġiji spazjali, inklużi l-pożizzjonament, in-navigazzjoni, l-osservazzjoni tad-dinja u l-komunikazzjoni bis-satellita, huma essenzjali għall-għarfien tas-sitwazzjoni, għall-monitoraġġ ambjentali u l-konnettività fl-Artiku; billi l-pożizzjoni ġeografika u l-faċilitajiet tan-Norveġja, bħall-Andøya Spaceport u l-missjoni għall-banda wiesgħa satellitari Artika, jipprovdu infrastruttura kritika li tappoġġja l-interessi tal-UE u jippermettu aċċess Ewropew indipendenti għall-ispazju; billi kooperazzjoni msaħħa man-Norveġja fil-qasam tal-kapaċitajiet spazjali hija essenzjali biex timxi ’l quddiem l-istrateġija għall-Artiku u s-sigurtà tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AV.</NO.P>billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jiżvolġi rwol ċentrali fit-tiswir u fil-koordinament tal-politika Artika tal-UE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jirrakkomanda lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>li jikkundannaw il-militarizzazzjoni dejjem akbar tal-Artiku, b’mod partikolari minħabba r-ristrutturar militari estensiv tar-Russja, inkluż il-ħolqien tal-Kulleġġ Marittimu li, flimkien mal-interess ċar taċ-Ċina fir-reġjun, kompla jħarrax it-tensjonijiet reġjonali u kkomprometta l-istabbiltà fir-reġjun;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>li jimmonitorjaw b’attenzjoni l-interess strateġiku dejjem akbar u l-attivitajiet taċ-Ċina fir-reġjun Artiku, fil-qafas tat-“Triq tal-Ħarir Polari”; li jirrikonoxxu li l-ambizzjoni dikjarata taċ-Ċina li ssir “potenza polari kbira” sal-2030 u l-espansjoni tal-preżenza tagħha permezz ta’ missjonijiet ta’ riċerka, investimenti f’infrastrutturi strateġiċi u sħubijiet b’użu doppju jafu jqiegħdu f’dubju l-prinċipji ta’ governanza konsolidati;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>li jqisu x-xenarji potenzjali ta’ theddid marbuta mas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, inkluż it-tisħiħ possibbli tal-preżenza Russa fl-Artiku bħala konsegwenza ta’ kunflitt iffriżat potenzjali fl-Ukrajna; li, għaldaqstant, jimplimentaw bis-sħiħ is-sanzjonijiet tal-UE relatati mat-teknoloġiji b’użu doppju ddestinati għall-espansjoni militari Russa fl-Artiku, filwaqt li jappoġġjaw id-djalogu tal-Ukrajna mal-istrutturi ta’ governanza tal-Artiku, anki fid-dawl li tikseb l-istatus ta’ osservatur fi ħdan il-fora rilevanti; li jsaħħu s-sanzjonijiet fil-konfront tal-bastimenti tal-flotta mistura li jinqdew bil-bnadar ta’ konvenjenza biex jaħarbu mis-sanzjonijiet fl-Artiku; li jsaħħu l-monitoraġġ u l-applikazzjoni tagħhom, anki permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali, biex jiġi żgurat li tali bastimenti jiddaħħlu fil-listi suwed tal-portijiet u tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni; li jqisu l-Istati tal-bandiera totalment responsabbli mir-rispett tal-istandards ambjentali u ta’ sigurtà;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>li jifhmu bis-sħiħ l-importanza tal-passaġġ GIUK bħala kuritur ta’ tranżitu marittimu inseparabbli mill-interessi tal-UE, kif ukoll ir-riskji assoċjati mal-fatt li qiegħed jirriżulta teatru ta’ operazzjonijiet ta’ żona griża; b’konsegwenza ta’ dan, li jfittxu li jsaħħu r-reżiljenza istituzzjonali ta’ dawn il-pajjiżi u dawn it-territorji f’kooperazzjoni ma’ sħab kostruttivi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>li jikkollaboraw mal-Istati Membri u mal-alleati tan-NATO biex jissaħħu l-kapaċitajiet ta’ deterrenza, bħala risposta, anki permezz tat-tisħiħ tad-dialogi strateġiċi UE-NATO dwar l-għarfien tas-settur Artiku, il-kondiviżjoni tal-intelligence u l-eżerċizzji difensivi konġunti fit-Tramuntana Estrema, fuq l-eżempji tal-Arctic Challenge 2023 ospitat mill-Iżvezja, mill-Finlandja u min-Norveġja u mill-eżerċizzju militari Arctic Light 2025 immexxi mid-Danimarka; li jsaħħu l-kooperazzjoni mal-istrutturi tan-NATO u maċ-Ċentru Ewropew għall-Ġlieda Kontra t-Theddid Ibridu bil-għan li tinbena r-reżiljenza u jiġu żviluppati standards komuni għall-protezzjoni tal-infrastrutturi fl-Artiku; li japprofondixxu l-kooperazzjoni prattika bejn l-UE u n-NATO fl-Artiku fl-oqsma ta’ interess komuni, fosthom l-għarfien tas-settur marittimu, il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika, il-loġistika u l-interoperabbiltà fit-tiftix u s-salvataġġ; li jsaħħu l-viġilanza fuq l-involviment tal-UE mas-sħab esterni u li jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ kontroll tas-sigurtà fil-livell tal-UE għall-proġetti barranin ta’ riċerka u infrastrutturali fl-Artiku;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>b’mod parallel, li jkomplu jaħdmu biex jevitaw li l-kunflitti ġeopolitiċi jinxterdu f’dan ir-reġjun, filwaqt li jassumu rwol aktar prominenti fl-Artiku u jsegwu riartikolazzjoni komprensiva tal-politika Artika li tmur lil hinn min-nozzjoni antikwata ta’ eċċezzjonaliżmu Artiku, u li minflok jużawha bħala metodu biex jivvalutaw l-isfidi li qed jevolvu fil-kuntest ġeopolitiku attwali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(g)</SYMBOL>fid-dawl ta’ dan, li jiżguraw li l-azzjonijiet tal-UE fit-Tramuntana Estrema jkunu komplementari għall-Kunċett Strateġiku 2022 tan-NATO u jibbenefikaw mill-pożizzjoni marittima msaħħa tal-Alleanza; li jippromwovu l-koordinament bejn in-NATO u l-UE u l-għarfien tas-sitwazzjoni kondiviż u li jitolbu li tissaħħaħ l-interoperabbiltà fost l-Istati Membri tal-UE u l-alleati l-oħra tan-NATO f’dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà Artika, is-sorveljanza marittima, l-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ u l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(h)</SYMBOL>li jieħdu nota tal-fatt li r-reġjun Artiku Ewropew huwa parti minn <STRING ITALIC="on">continuum</STRING> li jinkludi r-reġjun tal-Baħar Baltiku fl-Artiku, bi sfidi u b’interessi kondiviżi; li jirrikonoxxu li l-attivitajiet tal-UE fl-Artiku jeħtieġ li jkunu allinjati mal-attivitajiet ta’ żvilupp implimentati mill-UE fiż-żoni tal-fruntiera tal-Grigal tagħha u jappoġġjawhom, bil-għan li jiġi massimizzat l-impatt tagħhom;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>f’dan il-kuntest u fid-dawl tal-fatti li ġraw dawn l-aħħar fil-Baħar Baltiku attribwiti lill-flotta mistura Russa u lill-bastimenti Ċiniżi, li jsaħħu sostanzjalment il-protezzjoni tal-infrastrutturi sottomarini essenzjali fl-Artiku, b’mod partikolari l-kejbils u l-pipelines sottomarini, inklużi dawk fil-viċinanzi ta’ Greenland, u li jissikkaw il-qafas regolatorju fir-rigward ta’ sanzjonijiet u kontromiżuri; li jirrispettaw u jinfurzaw l-obbligi fl-ambitu tal-Artikoli 112 sa 115 tal-UNCLOS, li huma fundamentali biex titħares l-interkonnettività diġitali u enerġetika tal-Ewropa mit-tfixkil ġeopolitiku; li jiżviluppaw strateġija tal-UE u taż-ŻEE biex timmonitorja u tikkuntrasta l-kooperazzjoni bejn iċ-Ċina u r-Russja fit-Tramuntana Estrema, li, potenzjalment, tikkomprometti l-libertà ta’ navigazzjoni u d-dritt internazzjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(j)</SYMBOL>li jappoġġjaw l-istabbiliment ta’ standards komuni fil-qasam taċ-ċibersigurtà u tar-reżiljenza għall-kejbils sottomarini, għall-punti ta’ nżul u għall-infrastruttura diġitali kritika fl-Artiku, anki permezz ta’ valutazzjonijiet konġunti tar-riskji, rekwiżiti ta’ rapportar tal-inċidenti u eżerċizzji perjodiċi ta’ verifika tar-reżiljenza, u li jirrikonoxxu r-rwol strateġiku tagħhom għall-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(k)</SYMBOL>li jindirizzaw it-theddid ibridu pereżempju l-attakki ċibernetiċi, l-operazzjonijiet ta’ disturb intenzjonali (“jamming”) u ta’ “spoofing” tal-GPS u s-sabotaġġ tal-kejbils sottomarini, li jirrikjedu mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u ta’ risposta msaħħa, permezz ta’ qafas konġunt ta’ monitoraġġ u risposta UE-NATO u aktar investimenti fil-komunikazzjoni bis-satellita msaħħa, sikuri u awtonomi, inkluż l-kapaċità ta’ llanċjar, kif ukoll investimenti fid-droni sottomarini u fl-immappjar ta’ qiegħ il-baħar; f’dak ir-rigward, li jappoġġjaw ukoll ir-riċerka, l-ittestjar u t-tixrid gradwali tat-teknoloġiji ta’ sorveljanza ibrida ffinanzjati mill-UE, inklużi s-sistemi mingħajr ekwipaġġ, f’koordinament mas-sħab Nordiċi, bil-għan li jiġi mmonitorjat it-theddid ibridu u tingħatalu risposta;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(l)</SYMBOL>fid-dawl tal-importanza strateġika dejjem akbar tal-kapaċitajiet spazjali tal-Artiku għas-sigurtà Ewropea u tad-dipendenza dejjem akbar minnhom, li jsaħħu l-għarfien kollettiv tas-sitwazzjoni, ir-reżiljenza u l-istabbiltà reġjonali fl-Artiku; barra minn hekk, li jippromwovu investimenti u sħubijiet ma’ alleati fdati taħt it-tmexxija tal-UE biex jiżguraw infrastruttura kritika fl-Artiku u jnaqqsu d-dipendenza minn potenzi awtoritarji, inkluża l-produzzjoni ta’ bastimenti li jkissru s-silġ, jekk possibbli, f’kooperazzjoni mas-sħab strateġiċi tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(m)</SYMBOL>li jirrikonoxxu l-kompetizzjoni ġeopolitika dejjem tibkar fil-kurituri marittimi Artiċi, b’mod partikolari fir-Rotta tal-Baħar tat-Tramuntana; li jappoġġjaw, għaldaqstant, lid-djalogi diplomatiċi mmirati biex jistipulaw ftehimiet internazzjonali ċari fir-rigward tal-libertà ta’ navigazzjoni u tal-kooperazzjoni marittima paċifika, filwaqt li jirreżistu r-rivendikazzjonijiet unilaterali u jippromwovu l-applikazzjoni tad-dritt marittimu internazzjonali f’konformità mal-UNCLOS; b’konsegwenza ta’ dan, li jikkundannaw pubblikament il-fatt li r-Russja qed tillimita n-navigazzjoni libera fir-Rotta tal-Baħar tat-Tramuntana u qed issaħħaħ l-infrastrutturi militari tagħha tul din ir-rotta; li jappoġġjaw l-applikazzjoni tad-dritt internazzjonali biex jikkuntrastaw it-tentattivi biex jilleġittimaw il-kurituri marittimi kkuntestati jew li jeżerċitaw influwenza ġeopolitika bil-pretest tal-kooperazzjoni xjentifika jew ekonomika; li jidħlu fi djalogi reġjonali dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim fil-qafas tal-UNCLOS fuq il-konservazzjoni u fuq l-użu sostenibbli tal-bijodiversità marina fiż-żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali fl-Artiku;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(n)</SYMBOL>minħabba l-impatt sproporzjonat tat-tibdil fil-klima fuq l-Artiku, u f’kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali u mal-popli indiġeni tal-Artiku, li jsaħħu b’urġenza l-istrateġiji ta’ adattament li għandhom ukoll dimensjoni ta’ politika ta’ sigurtà, li jsostnu inizjattivi estensivi ta’ monitoraġġ u li jżidu b’mod sinifikanti l-investimenti fil-programmi ta’ riċerka li jagħtu prijorità lill-bżonn li jinstab bilanċ fit-tkabbir ekonomiku filwaqt li jipproteġu l-ekosistemi kritiċi fl-Artiku, bi qbil mal-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti” stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2020/852; li jirrikonoxxu li, filwaqt li t-tibdil fil-klima jhedded lill-ekosistemi Artiċi, iż-żieda fit-temperaturi għandha wkoll riperkussjonijiet soċjali importanti fir-reġjuni Artiċi, u dan jenfasizza l-bżonn li l-persuni li jgħixu fl-Artiku jitqiegħdu fil-qalba tar-riċerka u li jiġi żgurat li l-benefiċċji tal-attivitajiet ta’ riċerka jgħinu lill-komunitajiet lokali jadattaw ruħhom u jsiru aktar reżiljenti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(o)</SYMBOL>fid-dawl tal-importanza tar-riżorsi naturali Artiċi, fosthom l-idrokarburi, l-elementi tal-materjali tal-art rari u r-riżorsi tas-sajd, u flimkien mal-Istati Membri, li jsaħħu s-sħubijiet kunsenswali ma’ Greenland u mal-partijiet ikkonċernati fl-Artiku l-oħra, inklużi l-komunitajiet indiġeni, fl-ambitu tal-estrazzjoni u tal-ipproċessar sostenibbli tar-riżorsi, fir-rispett rigoruż tal-ogħla standards ambjentali bil-għan li jiġu evitati konsegwenzi katastrofiċi bħal dawk ikkawżati mid-diżastru tat-tixrid taż-żejt ta’ Norilsk, fir-Russja, fl-2020; li jiżguraw li tali kooperazzjoni, minn naħa, tikkontribwixxi għaż-żieda demografika u għar-rivitalizzazzjoni tal-komunitajiet lokali fl-Artiku u, min-naħa l-oħra, tnaqqas id-dipendenza tal-UE miċ-Ċina u minn fornituri inaffidabbli oħra; li jqisu l-interess strateġiku tal-UE li tassigura l-aċċess għall-materja prima kritika li tkun ġejja minn sħab affidabbli u tal-istess fehma, kif ukoll tat-tkabbir ekonomiku tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(p)</SYMBOL>b’mod parallel, fid-dawl tal-potenzjal tar-rotot ta’ navigazzjoni trans-Artiċi l-ġodda, li jaħdmu biex jiġi stabbilit reġim internazzjonali vinkolanti ta’ responsabbiltà ambjentali, bil-għan li jiġi żgurat li min iniġġes jerfa’ r-responsabbiltà sħiħa fir-rigward tal-inċidenti u tad-danni ekoloġiċi fl-ilmijiet tal-Artiku;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(q)</SYMBOL>minħabba l-bżonn li jiġu rispettati u promossi d-drittijiet tal-popli indiġeni fl-Artiku kollu, li jaħdmu biex jintegraw l-għarfien indiġenu fil-proċessi ambjentali u tat-tfassil tal-politiki, filwaqt li jiżguraw li l-interessi u l-għarfien espert tal-popli indiġeni jkunu integrati sew fil-livelli kollha tat-tfassil tal-politiki tal-UE, flimkien mas-sorsi ta’ għarfien rilevanti kollha l-oħra, u li l-lingwi u l-kultura tagħhom jiġu protetti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(r)</SYMBOL>li jagħtu prijorità, fl-ambitu tal-kooperazzjoni Artika tal-UE, lill-programmi rigward is-saħħa mentali, il-litteriżmu, il-lingwi u ż-żgħażagħ, bħala risposta lir-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-fora li jlaqqgħu lill-persuni indiġeni u ż-żgħażagħ tal-Artiku;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(s)</SYMBOL>li jirrispettaw l-Artikolu 19 tad-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, li jistabbilixxi d-drittijiet tagħhom; li jiżguraw, bl-istess mod, li l-attivitajiet tal-UE u tal-Istati Membri fl-Artiku jikkontribwixxu għall-benesseri u għad-drittijiet tal-komunitajiet indiġeni u ma jippreġudikawhomx, f’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Ottawa tal-1996; li jqisu u jikkuntrastaw l-esponiment akbar tal-popli indiġeni għall-indħil barrani u għall-kampanji ta’ diżinformazzjoni li jippruvaw jistrumentalizzaw kuntesti uniċi u kumplessi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(t)</SYMBOL>li jintegraw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tad-Dikjarazzjoni ta’ Kiruna tal-2013 fil-politika tal-UE għall-Artiku, anki billi jappoġġjaw żieda fil-finanzjamenti għall-enerġiji rinnovabbli u l-ġestjoni sostenibbli tal-iskart fil-komunitajiet Artiċi, billi jsaħħu l-mekkaniżmi għall-parteċipazzjoni sinifikattiva tal-popli indiġeni fil-governanza u fil-proċessi deċiżjonali tal-Artiku, billi jtejbu s-sigurtà ċivili u l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni għall-emerġenzi fir-reġjuni Artiċi – inklużi l-infrastrutturi ta’ tiftix u salvataġġ u ta’ preparatezza għad-diżastri – u billi jippromwovu sħubijiet interdixxiplinari fil-qasam tar-riċerka u tal-edukazzjoni, inkluż l-appoġġ liż-żgħażagħ u lill-istituzzjonijiet lokali u indiġeni tal-Artiku;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(u)</SYMBOL>li jippromwovu l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim dwar is-sajd fl-Oċean Artiku Ċentrali, li jimponi lill-firmatarji jistabbilixxu programm komuni ta’ riċerka xjentifika u monitoraġġ u jintegraw l-għarfien indiġenu qabel ma jingħata l-permess għal kwalunkwe attività futura tas-sajd kummerċjali fir-reġjun;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(v)</SYMBOL>filwaqt li jirrikonoxxu li Artiku popolat, infrastrutturi transfruntiera u soċjetajiet reżiljenti għandhom importanza strateġika għas-sigurtà Ewropea, li jsaħħu l-kooperazzjoni mal-Artiku Ewropew u fi ħdanu; li jappoġġjaw, b’mod partikolari, l-iżvilupp ta’ proġetti infrastrutturali mit-Tramuntana għat-Tramuntanta u mil-Lvant għall-Punent fl-Artiku Żvediż u Finlandiż, b’enfasi partikolari fuq it-titjib tal-kapaċitajiet tal-ferroviji eżistenti bejn il-Finlandja u l-Oċean Artiku u fuq l-eżami ta’ kollegamenti ta’ trasport multimodali ġodda biex jissaħħu l-konnettività u l-mobbiltà militari bejn l-UE u l-pajjiżi Nordiċi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(w)</SYMBOL>filwaqt li jirrikonoxxu l-importanza ta’ konnettività reżiljenti għall-komunitajiet Artiċi u s-sigurtà tal-UE, li jfasslu strumenti tal-UE li jippromwovu b’mod attiv integrazzjoni ekonomika akbar fir-reġjun Artiku, inkwantu l-investimenti fl-infrastrutturi transfruntieri jżidu l-mobbiltà, jistimolaw l-innovazzjoni u l-iżvilupp tan-negozju u jsaħħu s-sigurtà tal-provvista u l-preparatezza permezz tal-kooperazzjoni bejn atturi pubbliċi u privati;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(x)</SYMBOL>li jirrikonoxxu li l-appoġġ tal-UE għall-iżvilupp u għall-kollaborazzjoni fl-Artiku huwa essenzjali biex jitrawmu r-relazzjonijiet, il-fiduċja u l-kapaċità ta’ żvilupp fiż-żoni tat-Tramuntana vulnerabbli li huma skarsament popolati;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(y)</SYMBOL>li jirrikonoxxu li l-kompetittività u l-ġestjoni tal-kriżijiet f’kuntest tal-politika ta’ sigurtà kumpless jiddependu mill-preżenza ta’ soċjetajiet b’saħħithom u innovattivi u impriżi lokali bil-kapaċitajiet tagħhom, kif ukoll mill-kooperazzjoni transfruntiera bejn min ifassal il-politiki, ir-riċerkaturi, l-impriżi u l-komunitajiet; li jirrikonoxxi li l-UE għandha tkompli, fi djalogu mill-qrib mal-Istati u mal-korpi reġjonali rilevanti, tappoġġja t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ komunitajiet Artiċi aktar reżiljenti u sostenibbli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(z)</SYMBOL>filwaqt li jenfasizzaw ir-rwol kruċjali li tiżvolġi l-kooperazzjoni xjentifika internazzjonali fil-governanza Artika u fil-ftehim dwar il-klima, li jsostnu l-finanzjamenti u l-parteċipazzjoni attiva tal-UE fil-proġetti ta’ riċerka u fid-djalogi xjentifiċi dwar l-Artiku; li jippromwovu l-kondiviżjoni tad-data miftuħa u l-integrazzjoni tar-riżultati xjentifiċi fil-proċessi tat-tfassil tal-politiki, filwaqt li jiżguraw li tali skambju xjentifiku jsir b’għarfien sħiħ tar-riskji attwali għad-difiża u għas-sigurtà li jinqalgħu mis-sitwazzjoni ġeopolitika;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aa)</SYMBOL>li jirrikonoxxu r-rwol uniku li jiżvolġu l-universitajiet li jinsabu fiż-żoni rurali Artiċi bħala muturi tal-iżvilupp reġjonali u tat-tkabbir ekonomiku permezz tal-innovazzjoni fir-riċerka u fl-impriżi, tal-attrazzjoni ta’ abitanti ġodda, tat-tisħiħ tal-kompetenzi u tal-ħiliet fil-livell lokali u reġjonali, tal-promozzjoni tal-koeżjoni reġjonali u tat-tixrid tal-għarfien u tal-informazzjoni li jikkontribwixxu għar-reżiljenza u għall-preparatezza; li jappoġġjaw lill-universitajiet Artiċi, anki bis-saħħa ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji permezz ta’ taħlita ta’ programmi tal-UE; li jsaħħu l-mobbiltà fil-qasam tal-edukazzjoni u tar-riċerka bejn l-universitajiet tal-UE u l-istituti tal-edukazzjoni għolja tal-Artiku, anki fi Greenland, fl-Iżlanda u fin-Norveġja tat-Tramuntana, bil-għan li jitrawwem l-iżvilupp ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ esperti tal-Artiku u tiġi approfondita l-kooperazzjoni interpersonali; li jżidu l-finanzjamenti għar-riċerka interdixxiplinari dwar l-Artiku u li jappoġġjaw il-ħolqien ta’ Ċentru Ewropew ta’ Eċċellenza għar-Riċerka dwar l-Artiku li jagħmel użu mis-servizzi ta’ Copernicus, minn infrastrutturi tad-data miftuħa, kejl <STRING ITALIC="on">in situ</STRING> u għarfien tradizzjonali, bil-għan li jforni prodotti xjentifiċi operattivi li jkunu ta’ appoġġ għall-proċess deċiżjonali fil-livell tal-UE u għall-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali leġittimi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ab)</SYMBOL>fid-dawl tal-appoġġ dejjem akbar fl-Iżlanda għall-adeżjoni mal-UE, li jilqgħu l-intenzjoni li esprimew l-awtoritajiet lokali biex jorganizzaw, sal-2027, referendum dwar l-issuktar tan-negozjati ta’ adeżjoni mal-UE u jwiegħdu li jirrispettaw l-eżitu tiegħu, kif esprima b’mod demokratiku l-poplu Iżlandiż; fil-frattemp, li jimpenjaw ruħhom b’mod proattiv mal-Gvern Iżlandiż biex jippromwovu l-vantaġġi tal-adeżjoni potenzjali mal-UE u jtejbu t-tħejjija għal proċess ta’ adeżjoni mġedded f’każ li l-Iżlanda terġa’ tattiva formalment l-applikazzjoni tagħha, filwaqt li tissaħħaħ minnufih il-kooperazzjoni f’ambiti ta’ interess komuni u tingħata assistenza tal-UE fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu u l-indħil barrani;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ac)</SYMBOL>li jilqgħu d-deċiżjoni tal-Gvern Iżlandiż li jagħti bidu lit-taħditiet dwar is-sħubija fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża mal-UE; li jaffermaw li l-ftehim li jirriżulta se jkun fundamentali għar-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u l-Iżlanda;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ad)</SYMBOL>li jirrikonoxxi lin-Norveġja bħala alleat fundamentali tal-UE u fin-NATO u li jissottolinjaw il-bżonn persistenti li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża, f’konformità sħiħa mal-impenji tan-NATO; fid-dawl ta’ dan, peress li l-adeżjoni tan-Norveġja mal-UE tkun issaħħaħ kemm l-interessi nazzjonali tal-pajjiż kif ukoll ir-reżiljenza ġeopolitika tal-UE, billi timla l-lakuni kritiċi fid-difiża kolletiva ta’ din tal-aħħar, b’mod partikolari fil-passaġġ GIUK, li jieħdu f’kunsiderazzjoni kooperazzjoni aktar fil-fond man-Norveġja, inkluża l-possibbiltà ta’ estensjoni l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għan-Norveġja u l-adeżjoni potenzjali tagħha mal-UE; li jenfasizzaw li kooperazzjoni komprensiva man-Norveġja fis-settur tad-difiża diġà hija possibbli, kif turi l-Kooperazzjoni Nordika għad-Difiża soda, li għandha sservi ta’ mudell biex jissaħħu r-rabtiet bejn l-UE u n-Norveġja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ae)</SYMBOL>minħabba r-rwol kruċjali tan-Norveġja fis-sigurtà enerġetika tal-UE, li fl-2024 irrappreżentat aktar minn 30 % tal-importazzjonijiet ta’ gass tal-UE, li jsaħħu l-kooperazzjoni fil-qasam tar-reżiljenza enerġetika u tad-diversifikazzjoni tal-provvista bħala strument ewlieni – flimkien ma’ proġetti infrastrutturali strateġiċi oħra bħall-Kuritur tal-Gass tal-Baħar Baltiku – biex tinkiseb l-awtonomija strateġika tal-UE, tissaħħaħ ir-reżiljenza u tonqos id-dipendenza mill-provvisti ta’ enerġija Russi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(af)</SYMBOL>li jilqgħu l-appoġġ kostanti tan-Norveġja lill-Ukrajna, inkluża d-deċiżjoni tagħha li talloka kważi EUR 600 miljun favur is-sistemi ta’ difiża tal-ajru tal-Ukrajna;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ag)</SYMBOL>fid-dawl tat-tħassib kbir tal-Parlament rigward l-importanza ġeopolitika dejjem akbar ta’ Greenland – iggravata mid-dikjarazzjonijiet ta’ atturi esterni li jqiegħdu f’dubju l-arranġamenti kostituzzjonali u s-sovranità tad-Danimarka, kif ukoll mir-rapporti ta’ ndħil barrani fl-affarijiet interni tagħha, inklużi ċerti dikjarazzjonijiet tal-amministrazzjoni tal-Istati Uniti – li jerġgħu jaffermaw ir-rispett tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni ta’ Greenland, b’enfasi fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet rigward il-futur kostituzzjonali u r-relazzjonijiet internazzjonali ta’ Greenland iridu jittieħdu esklużivament mill-poplu ta’ Greenland, mingħajr pressjonijiet esterni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ah)</SYMBOL>fid-dawl tar-rilevanza dejjem akbar ta’ Greenland fl-oqfsa Artiċi u Ewropej tas-sigurtà, flimkien mal-appoġġ dejjem akbar għall-adeżjoni mal-UE fost il-Greenlandiżi, skont is-sondaġġ li wera li madwar 60 % tal-Greenlandiżi issa huwa favur li jerġa’ jidħol fl-UE, li jilqgħu kwalunkwe inzjattiva potenzjali min-naħa tal-Gvern ta’ Greenland maħsuba biex issaħħaħ ir-rabtiet politiċi, istituzzjonali u ekonomiċi tiegħu mal-UE; li jinkoraġġixxu lill-UE tidħol fi sħubijiet strateġiċi u ekonomiċi aktar profondi, anki fil-kuntest tal-adeżjoni potenzjali, jekk u meta jixtieq il-poplu Greenlandiż; li jissottolinjaw, f’dan ir-rigward, li l-adeżjoni mal-UE, li toffri aċċess għal inizjattivi bħal IRIS<STRING SUPERSCRIPT="on">2</STRING> u Galileo, tkun tagħti lill-Greenland vuċi aktar b’saħħitha fil-governanza Artika, tkun tagħti l-mezzi biex tipproteġi lill-ekosistemi essenzjali tagħha u tkun tippermetti l-iżvilupp sostenibbli ta’ infrastruttura kritika hekk kif jinbtu rotot kummerċjali ġodda fit-Tramuntana, filwaqt li ssaħħaħ is-sigurtà tagħha wkoll;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ai)</SYMBOL>li jieħdu nota tal-ewwel strateġija dwar is-sigurtà ta’ Greenland bit-titolu “Greenland in the World: Nothing about Us Without Us – Greenland’s Foreign, Security and Defense Policy 2024-2033” (Greenland fid-dinja: xejn dwarna mingħajrna – Politika estera, ta’ sigurtà u ta’ difiża ta’ Greenland 2024-2033), li tirrifletti l-prinċipju ta’ inklużjoni sinifikattiva tal-popli Artiċi fit-tiswir tal-politiki li jolqtu lir-reġjun tagħhom; li jieħdu nota tar-rakkomandazzjoni li tinsab fl-istrateġija biex jinħoloq f’Nuuk ċentru għall-paċi li jkun jippromwovi d-djalogu u jaġevola r-riċerka u l-medjazzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aj)</SYMBOL>li jirrikonoxxu l-fatt li, wara l-invażjoni tal-Ukrajna, Greenland allinjat ruħha mas-sanzjonijiet imposti dall-UE fil-konfront tar-Russja; li jissottolinjaw li l-ftuħ tal-uffiċċju tal-Kummissjoni f’Nuuk huwa l-bidu ta’ fażi ġdida fil-kooperazzjoni ma’ Greenland, li, minkejja li mhijiex Stat Membru, ilha żmien twil b’rabtiet stretti mal-UE u tibbenefika mill-appoġġ finanzjarju tagħha, anki fil-qasam tal-edukazzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ak)</SYMBOL>li jsaħħu l-kollaborazzjoni mal-Kanada; li jissottolinjaw l-importanza strateġika tas-sħubija UE-Kanada fid-dawl tal-valuri demokratiċi u tar-responsabbiltajiet kondiviżi fil-livell dinji, u li jippromwovu l-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża fl-Artiku, fl-ambitu ta’ aġenda ambizzjuża u b’viżjoni għall-futur bejn l-UE u l-Kanada;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(al)</SYMBOL>li jenfasizzaw, b’mod partikolari, il-bżonn ta’ aktar kooperazzjoni biex jiġu miġġielda l-attivitajiet malizzjużi tar-Russja u taċ-Ċina fl-Artiku, filwaqt li jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku u li jitfakkar li kooperazzjoni militari tista’ wkoll issaħħaħ lill-komunitajiet lokali; li jiżviluppaw, fil-qafas tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv UE-Kanada<FOOTNOTE><FIELD> Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 11, 14.1.2017, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2017/37/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, djalogu strutturat iċċentrat fuq il-protezzjoni tal-ekosistemi u tal-bijodiversità, l-implimentazzjoni tal-istandards ambjentali internazzjonali, ir-reżiljenza tal-infrastrutturi, is-sigurtà tar-rotot marittimi u l-integrazzjni tal-għarfien indiġenu fil-proċessi deċiżjonali; li jfakkru l-potenzjal kbir tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kanada f’dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi naturali Kanadiżi; li jinkoraġġixxi kooperazzjoni aktar stretta fil-qasam xjentifiku u f’dak kulturali bil-għan li tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-popolazzjonijiet indiġeni kif ukoll tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Artiku; li jenfasizzaw li l-kollaborazzjoni fil-qasam tal-iżvilupp u tal-ġestjoni ta’ infrastrutturi u mudelli ta’ sħubija indiġena hija fundamentali għall-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Kanada; li jagħtu prijorità lil miżuri rapidi maħsuba biex japprofondixxu l-kooperazzjoni politika, ekonomika u fil-qasam tas-sigurtà mal-Kanada, fid-dawl tar-rwol tagħha ta’ membru fundatur tal-Kunsill tal-Artiku u ta’ sieħba strateġika tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(am)</SYMBOL>li jmexxu ’l quddiem id-djalogu bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar l-Artiku; li jenfasizza l-bosta sfidi komuni li l-UE u l-Istati Uniti jkollhom jindirizzaw fir-reġjun, li jvarjaw mill-kwisjonijiet relatati mal-klima sal-kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà; li jissottolinjaw li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Istati Uniti fl-Artiku hija fundamentali biex jitrażżnu r-Russja u ċ-Ċina u biex tiġi żgurata s-sigurtà kondiviża bejn l-UE u l-Istati Uniti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(an)</SYMBOL>li jisħqu fuq il-bżonn ta’ djalogu reġjonali aktar b’saħħtu mas-sħab tal-istess fehma fl-Artiku u li jistiednu lill-mexxejja tal-UE jlaqqgħu lill-mexxejja ta’ dawn is-sħab bil-għan li jistabbilixxu strateġija fit-tul komuni, konkreta u sostenibbli għall-Artiku;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ao)</SYMBOL>li jsaħħu l-governanza u l-kooperazzjoni multilaterali permezz tal-Kunsill tal-Artiku, b’mod partikolari taħt il-presidenza attwali tar-Renju tad-Danimarka, iggwidata minn Greenland għall-perjodu 2025-2027; li jħeġġu, f’dan ir-rigward, lill-membri kollha jirrispettaw oqfsa ta’ governanza paċifiċi u bbażati fuq id-dritt u li jġibu lura kooperazzoni multilaterali effikaċi, b’enfasi partikolari fuq il-ħarsien tal-ambjent, l-iżvilupp sostenibbli u d-drittijiet tal-popli indiġeni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ap)</SYMBOL>li jsaħħu l-kooperazzjoni mal-Istati osservaturi tal-Kunsill tal-Artiku, pereżempju l-Ġappun u l-Korea t’Isfel, b’enfasi fuq it-teknoloġija sostenibbli, il-kapaċitajiet tat-tkissir tas-silġ u s-sikurezza marittima, filwaqt li jitħarsu l-interessi strateġiċi tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aq)</SYMBOL>li jġeddu l-isforzi favur l-applikazzjoni tal-UE biex issir osservatur sħiħ fi ħdan il-Kunsill tal-Artiku u jsaħħu l-parteċipazzjoni tal-UE fil-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill tal-Artiku;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ar)</SYMBOL>li jżidu l-finanzjamenti u l-appoġġ favur il-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet Artiċi ewlenin, bħall-Kunsill Ekonomiku tal-Artiku, il-Forum tas-Sindki tal-Artiku u l-Kumitat Permanenti tal-Parlamentari tar-Reġjun Artiku, anki permezz tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet, proġetti konġunti u inizjattivi ta’ riċerka, filwaqt li jirrikonoxxu r-rwol essenzjali tagħhom fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u tal-involviment lokali fir-reġjun Artiku kollu;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(as)</SYMBOL>li jirrikonoxxu li strateġija tal-UE għall-Artiku mtejba u aġġornata tirrikjedi wkoll riżorsi finanzjarji addizzjonali; li jiżguraw għaldaqstant li l-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss jistimola l-investimenti strateġiċi fil-kapaċitajiet tat-trasport marittimu fl-Artiku, f’sistemi ta’ komunikazzjoni moderni, ċentri loġistiċi u infrastrutturi ta’ appoġġ, inklużi l-bastimenti li jkissru s-silġ; li jenfasizzaw li tali investimenti jridu jiggarantixxu r-rispett rigoruż tal-istandards ambjentali u l-parteċipazzjoni sinifikattiva tal-popli indiġeni fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-politiki;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(at)</SYMBOL>li jsaħħu l-mandat tal-Mibgħut Speċjali tal-UE għall-Kwistjonijiet tal-Artiku billi jagħtuh awtorità aktar ċara, riżorsi adegwati u responsabbiltajiet biex jimmonitorja l-iżviluppi fil-qasam tas-sigurtà u tal-ambjent, jirrappreżenta lill-UE fil-fora Artiċi, jikkoordina l-politika Artika, jiddjaloga mal-komunitajiet indiġeni u jirrapporta lill-Kunsill u lill-Parlament;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(au)</SYMBOL>li jitolbu li tinħoloq unità għall-Artiku ddedikata fi ħdan is-SEAE, bil-għan li trawwem djalogu aktar komprensiv u proattiv mal-Istati Artiċi u mal-partijiet ikkonċernati tar-reġjun; li jenfasizzaw li l-UE għandha tqis l-Artiku bħala sieħeb fit-tul għal skopijiet ta’ prosperità sostenibbli, filwaqt li tagħti prijorità lill-kollaborazzjoni f’materja ekonomika, ambjentali u ta’ sigurtà; li jħeġġu lis-SEAE jiżviluppa għarfien espert speċifiku dwar l-Artiku, anki permezz tat-taħriġ tal-persunal u kooperazzjoni aktar stretta mal-komunitajiet u mal-istituzzjonijiet Artiċi, u li jsaħħu l-parteċipazzjoni tal-UE fil-gruppi ta’ ħidma tal-Kunsill tal-Artiku; li jenfasizzaw li dan it-tisħiħ tal-kapaċitajiet irid jiġi appoġġjat minn finanzjamenti adegwati, fosthom riżorsi għat-taħriġ tal-persunal, għar-riċerka u għall-ħolqien ta’ sħubijiet mal-komunitajiet u mal-istituzzjonijiet Artiċi, biex jiġi żgurat approċċ komprensiv, infurmat, effikaċi u koordinat għall-politika tal-UE għall-Artiku;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(av)</SYMBOL>jeżamina u jistabbilixxi rappreżentanza formali tal-UE fil-Gżejjer Faeroe bil-għan li jissaħħaħ id-djalogu politiku, jiżdiedu l-kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-iżvilupp sostenibbli u tiġi kkonsolidata l-preżenza strateġika tal-UE fir-reġjun tal-Atlantiku tat-Tramuntana;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, kif ukoll, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Artiċi u lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-popli indiġeni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RECOM></TXTLST></SDOCTA>