<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0300</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs u l-iscale-ups</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0185/2025 - Rapporteur: Jorge Martín Frías)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2025 dwar l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs u l-iscale-ups (2025/2072(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Mejju 2025 bit-titolu “L-Istrateġija tal-UE dwar l-Istartups u l-Iscaleups – Agħżel l-Ewropa biex tibda jew tespandi negozju” (COM(2025)0270),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Mejju 2025 bit-titolu “Is-Suq Uniku: is-suq intern Ewropew tagħna f’dinja inċerta – Strateġija biex is-Suq Uniku jsir sempliċi, bla xkiel u b’saħħtu” (COM(2025)0500),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Budapest adottata fit-8 ta’ Novembru 2024 fil-laqgħa informali tal-kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tat-18 ta’ Lulju 2024 tal-President tal-Kummissjoni von der Leyen bit-titolu “L-għażla quddiem l-Ewropa: linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2024-2029”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Ċentrali Ewropew bit-titolu “Survey on the access to finance of enterprises in the euro area – First Quarter of 2025” (Stħarriġ dwar l-aċċess għall-finanzjament tal-intrapriżi fiż-żona tal-euro – L-ewwel trimestru tal-2025), ippubblikat f’April 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “Unjoni tat-Tfaddil u tal-Investimenti – Strateġija biex Jissaħħu l-Ġid taċ-Ċittadini u l-Kompetittività Ekonomika fl-UE” (COM(2025)0124),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bit-titolu “Survey on the access to finance of enterprises (SAFE) – Analytical report 2024” (Stħarriġ dwar l-aċċess għall-finanzjament tal-intrapriżi (SAFE) – Rapport analitiku 2024), ippubblikat f’Jannar 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività fl-Ewropa) (ir-rapport ta’ Draghi), ippubblikat f’Settembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Lulju 2024 bit-titolu “Annual Report on European SMEs 2023/2024” (Rapport Annwali dwar l-SMEs Ewropej 2023/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta bit-titolu “Much more than a market” (Ħafna aktar minn suq) (ir-rapport ta’ Letta), ippubblikat f’April 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta’ April 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2023 dwar żieda fl-innovazzjoni u fil-kompetittività industrijali u teknoloġika permezz ta’ ambjent favorevoli għan-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4182, 2.8.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4182/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2023 bit-titolu “Pakkett ta’ Għajnuna għall-SMEs” (COM(2023)0535),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0185/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (MSMEs) jirrappreżentaw is-sinsla tan-negozju Ewropew, u l-SMEs jirrappreżentaw 99,8 % tal-intrapriżi kollha, 65,2 % tal-impjiegi u 53,1 % tal-valur miżjud fis-settur tan-negozju mhux finanzjarju fl-UE fl-2023<FOOTNOTE><FIELD> Katsinis, A., Lagüera-González, J., Di Bella, L., Odenthal, L., Hell, M., et al., “Annual Report on European SMEs 2023/2024” (Rapport Annwali dwar l-SMEs Ewropej 2023/2024), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024, https://single-market-economy.ec.europa.eu/document/download/2bef0eda-2f75-497d-982e-c0d1cea57c0e_en?filename=Annual%20Report%20on%20European%20SMEs%202024.pdf<STRING UNDERLINE="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-UE kollha kemm hi – u speċjalment l-akbar ekonomiji tagħha – bħalissa għaddejja minn tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku u qed tiffaċċja problemi peress li l-kumpaniji qed jitilfu l-kompetittività tagħhom meta mqabbla ma’ pajjiżi terzi, u dan qed jiggrava minħabba l-konsegwenzi tal-pandemija, il-kriżi tal-enerġija u l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li affettwaw b’mod partikolari lill-SMEs u lill-ekonomiji tal-pajjiżi tul il-fruntiera tal-Lvant tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-SMEs Ewropej ivarjaw fl-ambitu, fl-industrija, fil-ħtiġijiet finanzjarji, fil-post, fis-sjieda, fil-mudell ta’ negozju, u fil-kapaċità tal-innovazzjoni, u għalhekk jiffaċċjaw diversi sfidi u ħtiġijiet finanzjarji, u għandhom kapaċità limitata li jiffaċċjawhom; billi l-biċċa l-kbira tal-SMEs Ewropej joperaw prinċipalment fil-livell nazzjonali; billi huma relattivament ftit l-SMEs involuti f’operazzjonijiet transfruntieri fi ħdan l-UE, filwaqt li dawk li jesportaw barra l-Unjoni jikkostitwixxu minoranza;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-rapport ta’ Draghi jindika li l-ostakli regolatorji u l-piżijiet amministrattivi huma fost l-akbar sfidi li jiffaċċjaw l-SMEs, tant li r-regolamenti ta’ rapportar, l-aktar fl-ambitu tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, huma meqjusa minn aktar minn 60 % tal-kumpaniji tal-UE bħala ostaklu għall-investiment, u 55 % tal-SMEs jindikaw li l-akbar sfida tagħhom hija l-ostakli regolatorji u l-piż amministrattiv, filwaqt li l-proporzjon huwa saħansitra akbar għall-istart-ups u l-mikrointrapriżi, u jirrakkomanda li l-SMEs jiġu eżentati mir-regolamenti għal raġunijiet ta’ proporzjonalità, b’qafas regolatorju aktar sempliċi, prevedibbli u kompetittiv u b’rieżami tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala elementi kruċjali għall-prosperità tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Kummissjoni għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs sabiex iżżid l-iskala, tnaqqas l-ineffiċjenzi u tippromwovi l-interoperabbiltà, u stabbiliet mira ta’ tnaqqis ta’ mill-anqas 35 % fil-piżijiet ta’ rapportar għall-SMEs, u ħabbret kontroll ġdid tal-kompetittività tal-SMEs fil-valutazzjonijiet tal-impatt; billi dawn l-inizjattivi jridu jkunu akkumpanjati minn ekosistema ta’ kapital ta’ riskju żviluppata sew, filwaqt li jitqies il-fatt li l-investituri istituzzjonali bħall-kumpaniji tal-assigurazzjoni jagħtu kontribut importanti għall-finanzjament tal-SMEs permezz tat-trasferiment u tat-trasformazzjoni tar-riskji, u filwaqt li jitqies ukoll il-fatt li, għall-kuntrarju tal-Istati Uniti, il-biċċa l-kbira tal-finanzjament fl-Unjoni Ewropea jiġi pprovdut mill-banek, u hemm disparitajiet notevoli bejn il-kultura Ewropea tal-investiment u reġjuni oħra tad-dinja, b’mod partikolari għall-kapital ta’ riskju u l-investiment informali; billi minħabba din is-sitwazzjoni l-SMEs huma partikolarment vulnerabbli għal restrizzjoni ta’ self mill-banek;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Ewropa ma għandhiex ambjent aktar dinamiku u favorevoli għall-espansjoni tal-kumpaniji innovattivi u għal aktar investiment u avvanzi fl-infrastruttura diġitali, u dan iwassal biex kważi 30 % tal-“unicorns” jirrilokaw barra mill-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> Draghi, Mario, “The Future of European Competitiveness – A Competitiveness Strategy for Europe” (Il-Futur tal-Kompetittività Ewropea – Strateġija għall-Kompetittività għall-Ewropa), 2024, https://commission.europa.eu/document/97e481fd-2dc3-412d-be4c-f152a8232961_en.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Kummissjoni ppubblikat strateġija għall-istart-ups u għall-iscale-ups, u hemm diversi inizjattivi fis-seħħ bl-għan li jippromwovu l-intraprenditorija, l-innovazzjoni u t-trasformazzjoni diġitali fl-UE, bħall-istrateġija għall-kumpaniji start-up u scale-up, it-tabella ta’ valutazzjoni tal-ekoinnovazzjoni, il-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni, il-Pjattaforma Ewropea għall-Kollaborazzjoni bejn ir-Raggruppamenti, id-Deċennju Diġitali u l-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali, kif ukoll programmi ta’ finanzjament iddedikati għall-innovazzjoni f’oqsma oħra ta’ politika;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kunsiderazzjonijiet ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li l-ħolqien ta’ kundizzjonijiet tas-suq favorevoli biex il-kumpaniji Ewropej jinnovaw, jiftħu, joħolqu, jikbru u jespandu fl-Ewropa huwa essenzjali biex jiġi żblukkat il-potenzjal sħiħ tas-suq tagħna u jgħin biex l-ekonomiji tagħna jsiru aktar kompetittivi; jirrikonoxxi li l-frammentazzjoni regolatorja hija wieħed mill-ostakli li jżommu lill-iscale-ups milli jilħqu l-potenzjal sħiħ tas-suq uniku; jirrikonoxxi li l-SMEs jiffaċċjaw kundizzjonijiet u rekwiżiti ta’ finanzjament mhux ugwali madwar l-Istati Membri u r-reġjuni, minħabba fatturi speċifiċi għal kull negozju, il-pożizzjoni ġeografika – bħal li jkunu jinsabu f’żoni remoti, f’żoni ultraperiferiċi u fi gżejjer – u l-ambjent ekonomiku, u għalhekk jeħtieġu soluzzjonijiet imfassla apposta għal tali partikolaritajiet, kif ukoll għall-ħtiġijiet ta’ ekonomiji iżgħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, wara r-rapport ta’ Draghi u r-rapport ta’ Letta, ġiet rikonoxxuta l-ħtieġa ta’ suq uniku aktar kompetittiv, anqas frammentat u anqas burokratiku; jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjonijiet f’dawn ir-rapporti, li jiddikjaraw li hemm bżonn azzjoni immedjata u deċiżiva kemm fil-livell regolatorju kif ukoll f’dak politiku; jiddispjaċih, f’dan ir-rigward, dwar il-piżijiet eċċessivi li l-SMEs iffaċċjaw bħala konsegwenza tal-implimentazzjoni ta’ obbligi varji fl-ambitu tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; jinsab konvint li, kieku, definizzjonijiet iddedikati ta’ start-ups u scale-ups iżidu l-opportunitajiet għal appoġġ permezz ta’ miżuri li huma mfassla għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jirrikonoxxi li s-self mill-banek jibqa’ s-sors primarju ta’ finanzjament estern għall-SMEs fl-Unjoni; jissottolinja r-rwol essenzjali tal-mudelli bankarji tradizzjonali, inklużi l-banek reġjonali żgħar, il-banek tat-tfaddil, il-banek kooperattivi u l-istituzzjonijiet pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li l-UE għandha tistinka biex tagħmel l-ambjent tan-negozju aktar faċli u aktar attraenti għall-mobilizzazzjoni tal-kapital u tal-investiment kemm Ewropej kif ukoll internazzjonali; jisħaq fuq il-ħtieġa li titrawwem ekosistema tal-iscale-ups li tkun isserraħ primarjament fuq l-investimenti privati u s-sħubijiet pubbliċi-privati, u dan jgħin biex jiġi mmobilizzat il-kapital u jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament għall-kumpaniji; jissottolinja r-rwol importanti u żviluppat sew tal-banek b’għarfien lokali u reġjonali speċifiku fil-provvista ta’ finanzjament għall-SMEs, li jirriżulta minn relazzjonijiet fit-tul ma’ dawn il-kumpaniji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-isfidi partikolari li jiffaċċjaw l-iscale-ups Ewropej biex jiksbu finanzjament għat-tkabbir fi stadju avvanzat; jinnota li ħafna ditti tal-UE b’potenzjal għoli għadhom jiddependu minn kapital ta’ riskju u investituri barranin, b’sehem kbir ta’ ċikli ta’ finanzjament aktar tard immexxija minn investituri mhux Ewropej; jenfasizza l-ħtieġa li jinħolqu kundizzjonijiet aktar attraenti għall-investiment fl-Unjoni; jisħaq li l-aċċess għall-finanzjament għandu jkun iggwidat minn kriterji ta’ effiċjenza ekonomika, profittabbiltà u skalabbiltà, irrispettivament mill-oriġini tal-kapital, u jfakkar li l-kompetizzjoni miftuħa u globali biex tattira l-investiment hija ta’ benefiċċju għan-negozji u l-innovazzjoni; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-adozzjoni reċenti tal-Att dwar il-Kwotazzjoni tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> L-Att dwar il-Kwotazzjoni huwa magħmul mir-Regolament (UE) 2024/2809 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 li jemenda r-Regolamenti (UE) 2017/1129, (UE) Nru 596/2014 u (UE) Nru 600/2014 sabiex is-swieq kapitali pubbliċi fl-Unjoni jsiru aktar attraenti għall-kumpaniji u sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-kapital għall-intrapriżi żgħar u medji (ĠU L, 2024/2809, 14.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2809/oj), id-Direttiva (UE) 2024/2810 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar strutturi ta’ ishma b’vot multiplu f’kumpaniji li jfittxu ammissjoni għan-negozjar tal-ishma tagħhom f’faċilità multilaterali tan-negozjar (ĠU L, 2024/2810, 14.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2810/oj) u d-Direttiva (UE) 2024/2811 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 li temenda d-Direttiva 2014/65/UE biex tagħmel is-swieq kapitali pubbliċi fl-Unjoni aktar attraenti għall-kumpaniji u biex tiffaċilita l-aċċess għall-kapital għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u li tħassar id-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L, 2024/2811, 14.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2811/oj).</FIELD></FOOTNOTE> li se jagħmilha aktar sempliċi biex il-kumpaniji ta’ kull daqs, inklużi l-SMEs, jiġu kkwotati fil-boroż Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jieħu nota tal-fatt li l-Kummissjoni ppubblikat l-istrateġija Ewropea għall-kumpaniji start-up u scale-up, li għandha tippromwovi l-innovazzjoni u tindirizza l-isfidi li jiffaċċjaw l-innovaturi, il-fundaturi, l-istart-ups u l-iscale-ups individwali fl-UE; jisħaq li, għalkemm id-dijanjożi li tinsab fl-istrateġija hija sa ċertu punt preċiża, il-miżuri proposti jridu jkunu aktar ambizzjużi, b’enfasi fuq ir-revoka tar-regolamenti kollha tal-UE li jimponu piżijiet burokratiċi bla bżonn li jfixklu l-ħolqien u l-espansjoni tan-negozji; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi l-agrikoltura fost is-setturi ta’ prijorità identifikati fl-istrateġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iqis li l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs u għall-iscale-ups se jiddependi (i) minn tnaqqis sinifikanti u kontinwu fil-piżijiet burokratiċi u regolatorji, inklużi proċeduri twal għall-ħruġ tal-permessi, rekwiżiti ta’ rapportar li jiswew ħafna, u l-kumplessità u l-imprevedibbiltà tal-ambjent regolatorju, (ii) mill-kapaċità mtejba biex jiġi sfruttat l-investiment privat u t-tfaddil, (iii) mit-tnaqqis tad-diskrepanza fil-finanzjament għall-iscale-ups, u (iv) mit-tisħiħ ta’ ekosistema kompetittiva tas-swieq kapitali fl-UE; jisħaq li, għal dawn il-finijiet, l-għan finali tal-Kummissjoni jrid ikun it-tlestija ta’ unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti li tirrispetta l-kompetenzi tal-Istati Membri u l-prinċipju tas-sussidjarjetà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tnaqqis tal-piżijiet burokratiċi u regolatorji</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li ħafna start-ups u scale-ups Ewropej promettenti qed jirrilokaw lejn pajjiżi mhux tal-UE minħabba xenarju regolatorju Ewropew li jopera bil-mod u li huwa ta’ piż, frammentat u imprevedibbli; jissottolinja li, sakemm din ix-xejra ma titreġġax lura permezz ta’ simplifikazzjoni sostanzjali, l-Ewropa se tkompli titlef il-kumpaniji fl-istadju l-aktar strateġiku għat-tkabbir tagħhom u dan iwassal għal nuqqas ta’ ħolqien tal-impjiegi u tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku; jiddeplora l-fatt li l-limiti fiskali u regolatorji jiskoraġġixxu t-tkabbir tan-negozji billi jimponu trattament ta’ piż akbar ladarba ċerti livelli ta’ daqs jew fatturat jinqabżu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jappella għal aktar sforzi ta’ simplifikazzjoni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposti sussegwenti li jmorru lil hinn mill-pakketti ta’ simplifikazzjoni omnibus tagħha u li jistabbilixxu regolamenti u oqfsa favur l-istart-ups li jiffaċilitaw it-tkabbir, l-iskalabbiltà u l-operazzjonijiet transfruntiera tal-istart-ups u tal-iscale-ups, filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni tal-konsumatur, il-privatezza tad-data u l-kompetizzjoni ġusta; ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni li tnaqqas il-burokrazija permezz ta’ approċċ orizzontali, fl-oqsma kollha, u jappella biex isir skrinjar sistematiku tal-acquis tal-UE sabiex jiġu identifikati u eliminati l-ostakli regolatorji għall-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza, wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tat-Tieni Pakkett Omnibus,  li hemm bżonn proċessi simplifikati fl-implimentazzjoni tal-programm InvestEU biex jiġi żgurat li l-SMEs – inklużi l-iżgħar fosthom – ikunu jistgħu jiksbu aċċess aktar faċli għall-appoġġ finanzjarju li jeħtieġu biex jikbru u jinnovaw; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-oqfsa regolatorji u l-istrumenti ffinanzjati mill-UE jkunu proporzjonati għad-daqs u għall-kapaċità amministrattiva tal-SMEs, u jkunu adattati b’mod xieraq għall-SMEs, aktar milli jkunu rreplikati mir-rekwiżiti għal kumpaniji akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-impożizzjoni ta’ rekwiżiti regolatorji multipli fuq il-banek jista’ jkollhom impatt negattiv fuq is-self lill-SMEs; jisħaq fuq l-importanza li jiġu evitati rekwiżiti ta’ rapportar duplikati u kanali ta’ rapportar multipli, li jimponu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa, b’mod partikolari fuq banek iżgħar; jistieden lill-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, tivvaluta l-effetti tar-regoli regolatorji attwali dwar is-self lill-SMEs; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi applikat il-prinċipju tal-proporzjonalità fir-regolamentazzjoni bankarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-obbligi regolatorji eżistenti li qed ipoġġu piż fuq il-kumpaniji, bħall-qafas ta’ finanzjament sostenibbli, li mhuwiex adatt għall-SMEs Ewropej, u obbligi oħra li jirriżultaw mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif ukoll tiżviluppa limiti ta’ proporzjonalità biex teżenta lill-SMEs minn obbligi eċċessivi; jilqa’ l-proposta għall-kontroll ġdid tal-kompetittività tal-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe standard ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà jkun sempliċi u volontarju, u tirrieżamina r-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni bankarja tal-Pilastru 3 li jistgħu jimponu indirettament talbiet sproporzjonati għal data fuq il-klijenti tal-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jisħaq li l-prinċipju ta’ “one-in, one-out”, li fil-prattika ma jiġix implimentat b’mod suffiċjenti, mhuwiex biżżejjed, u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi strateġija ta’ simplifikazzjoni aktar ambizzjuża li tipprevedi ċertezza legali u prevedibbiltà, u li tirrieżamina wkoll il-leġiżlazzjoni tal-livell 2 u 3; jenfasizza li l-mira ta’ tnaqqis tal-obbligi ta’ rapportar ta’ 35 % tal-Kummissjoni trid tkun tista’ titkejjel u r-riżultati jridu jkunu traċċabbli, bi skeda ta’ żmien ċara, b’indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u b’metodoloġija ta’ traċċar li tkun adatta għall-iskop tagħha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Żblukkar tal-kapital u tat-tfaddil privati</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni għandha l-għan li timplimenta unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti, li trid tinkludi mhux biss azzjoni fil-livell tal-UE, iżda wkoll l-iżvilupp ta’ għodod, soluzzjonijiet u l-aħjar prattiki li jirrispettaw u jappoġġjaw l-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-livell nazzjonali u jippromwovu koerenza transfruntiera u t-tnaqqis gradwali tad-diverġenzi kritiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb l-aċċess tal-investituri għall-informazzjoni u għall-protezzjoni, filwaqt li tisfrutta l-potenzjal ta’ prodotti bl-imnut simplifikati ħalli dan jgħin biex it-tfaddil tal-unitajiet domestiċi jiġi dirett lejn is-swieq kapitali, u jfakkar fir-rwol importanti li l-fondi tal-pensjonijiet u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni għandhom bħala faċilitaturi ta’ dan id-direzzjonar; jieħu nota tat-tnedija tat-tikketta “Finance Europe”, li għandha tippermetti lil dawk li jfaddlu jinvestu, jekk jixtiequ, it-tfaddil tagħhom f’kumpaniji Ewropej u b’hekk ikunu qed jikkontribwixxu direttament għall-finanzjament tal-ekonomija tal-Unjoni; jisħaq li din it-tikketta ma għandha tintroduċi l-ebda piż amministrattiv ulterjuri għall-kumpaniji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li r-Regolament dwar il-Fondi Ewropej ta’ Kapital ta’ Riskju (EuVECA)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/345/oj).</FIELD></FOOTNOTE> ftit li xejn kellu impatt pożittiv fuq is-swieq lokali tal-kapital ta’ riskju; jilqa’ l-enfasi fuq il-kapital ta’ riskju għall-SMEs ġodda u innovattivi fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti, iżda jiddispjaċih għall-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-EuVECA ġiet posposta għat-tielet trimestru tal-2026; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tneħħi l-limitu minimu ta’ investiment ta’ EUR 100 000 biex tippermetti lil dawk li jfaddlu b’mod privat jinvestu f’fondi alternattivi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jipprovdu oqfsa fiskali u regolatorji attraenti u stabbli għall-fondi ta’ kapital ta’ riskju li jinvestu fl-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jenfasizza bil-qawwa l-ħtieġa li jittejjeb il-litteriżmu finanzjarju taċ-ċittadini u tal-intraprendituri tal-UE u li jiġu promossi kundizzjonijiet aħjar ta’ tfaddil u ta’ investiment li jippermettu ċaqliq mit-tfaddil għall-investiment b’mod infurmat u indipendenti; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-intraprenditorija fl-ambitu tal-istrateġija futura dwar il-litteriżmu finanzjarju u f’sett ta’ għodod għall-Istati Membri biex itejbu l-koordinazzjoni f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jappella biex il-finanzjament pubbliku ma jintużax bħala sussidji, iżda pjuttost bħala katalizzatur biex jiġu mobilizzati l-investimenti privati u biex ikun hemm aktar finanzjament privat disponibbli għall-MSMEs; ifakkar li l-biċċa l-kbira ta’ dan l-investiment irid ikun privat u jissottolinja li dan irid jiġi stimulat minn oqfsa fiskali u regolatorji attraenti u stabbli li jiġbdu l-għajn kemm tal-investituri professjonali kif ukoll tal-investituri bl-imnut; ifakkar fil-preġudizzju strutturali attwali lejn is-self u jqis li huwa meħtieġ li jinfetaħ dibattitu dwar il-ħtieġa ta’ inċentivi fiskali fuq l-ekwità, kif ukoll li jitħeġġeġ il-kapital ta’ riskju bħala parti mill-mudell ta’ negozju tal-banek tradizzjonali mingħajr ma tiġi kompromessa l-istabbiltà finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jenfasizza li s-settur pubbliku jista’ jkollu rwol ewlieni fil-mobilizzazzjoni tal-kapital privat, speċjalment f’setturi asimmetriċi tal-informazzjoni jew reġjuni bi swieq finanzjarji sottożviluppati; jappella biex l-istrumenti pubbliċi jitfasslu b’mod effiċjenti, b’newtralità kompetittiva u b’enfasi fuq l-impatt, filwaqt li jimmassimizzaw l-effett ta’ attrazzjoni tagħhom fuq l-investiment privat; jisħaq, għal dan l-għan, li l-potenzjal tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) irid jiġi sfruttat bis-sħiħ biex jattira l-investiment privat, u li l-Grupp tal-BEI jeħtieġlu jiddedika aktar riżorsi għall-proġetti ta’ innovazzjoni tal-SMEs, għall-istart-ups u għall-iscale-ups; jenfasizza, barra minn hekk, ir-rwol tal-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali, speċjalment f’reġjuni b’disponibbiltà limitata ta’ kreditu u minħabba li l-kost tas-self ivarja madwar l-UE, fatt li huwa ta’ żvantaġġ għall-SMEs f’xi Stati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jieħu nota tal-pubblikazzjoni tar-rieżami tal-qafas tat-titolizzazzjoni u jistieden lill-Kummissjoni tagħmlu aktar flessibbli biex l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkunu jistgħu jipprovdu finanzjament akbar lill-kumpaniji, inklużi l-SMEs, u jappoġġjaw it-tkabbir tagħhom mingħajr ma jitnawru t-trasparenza u l-kwalità tal-kreditu; jisħaq, għal dan l-għan, li r-robustezza tal-qafas tat-trasferiment tar-riskju sinifikanti trid tissaħħaħ bl-introduzzjoni ta’ sensittività akbar għar-riskju u bit-titjib tas-sorveljanza superviżorja, u dan jikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jirrikonoxxi l-għan tal-Kummissjoni li tiżviluppa pjan ta’ azzjoni għal kont ta’ tfaddil ta’ investiment tal-UE, li għandu jinkludi (i) proċedura simplifikata ta’ dikjarazzjoni tat-taxxa, (ii) inċentivi fiskali li jakkumpanjawh, u (iii) in-nuqqas ta’ restrizzjonijiet fuq l-aspett ġeografiku tal-investiment, is-settur, il-limiti ta’ depożitu, jew il-perjodi minimi ta’ żamma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol ċentrali li għandu s-settur privat fit-tkabbir ekonomiku u l-prosperità tal-UE; jisħaq li kwalunkwe progress lejn l-integrazzjoni tas-swieq kapitali jrid jinbena fuq il-prinċipji tal-libertà ekonomika, il-kompetizzjoni u ċ-ċertezza legali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jenfasizza li suq Ewropew għal tranżazzjonijiet sekondarji diretti, li jippermetti n-negozjar ta’ ishma ta’ negozji ġodda fi stadju avvanzat u ta’ qabel l-IPO (offerta pubblika inizjali), itejjeb l-ekosistema ta’ finanzjament tal-Unjoni dment li jiżgura kundizzjonijiet ekwi fost l-Istati Membri, jipprevjeni l-konċentrazzjoni tal-attività finanzjarja fi ftit ġuriżdizzjonijiet biss, u jirrispetta bis-sħiħ il-kompetenzi nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li r-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/65/oj).</FIELD></FOOTNOTE> (MiFID II) tipprevedi kategorija ddedikata ta’ swieq tat-tkabbir tal-SMEs li suppost jaqdu l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kumpaniji iżgħar; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa dan l-istrument billi tipprovdi reġim regolatorju aktar flessibbli li jaqbel mal-ħtiġijiet tal-kumpaniji żgħar u b’kapitalizzazzjoni medja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tnaqqis tad-diskrepanza fil-finanzjament għall-iscale-ups</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jiddispjaċih li, bħala konsegwenza tan-nuqqas ta’ għażliet attraenti ta’ finanzjament għall-iscale-ups fis-suq tagħna u ta’ ambjent regolatorju kompetittiv, bosta negozji Ewropej jispiċċaw jużaw kapitalisti ta’ riskju bbażati f’pajjiżi mhux tal-UE u jistabbilixxu ruħhom fi swieq ta’ pajjiżi mhux tal-UE biex jespandu n-negozji tagħhom; jesprimi tħassib dwar l-għadd dejjem jikber ta’ fallimenti tal-SMEs fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> Katsinis, A., Lagüera-González, J., Di Bella, L., Odenthal, L., Hell, M., Lozar, B., “Annual Report on European SMEs 2023/2024” (Rapport Annwali dwar l-SMEs Ewropej 2023/2024), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024, https://single-market-economy.ec.europa.eu/document/download/2bef0eda-2f75-497d-982e-c0d1cea57c0e_en?filename=Annual%20Report%20on%20European%20SMEs%202024.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; iqis li l-indirizzar tal-kawżi sottostanti, bħan-nuqqas ta’ kapital fit-tul, il-pressjoni fiskali matul l-iskalar u l-piżijiet amministrattivi sproporzjonati, huwa prijorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jifhem li l-mobilizzazzjoni tal-investituri istituzzjonali Ewropej, b’mod partikolari l-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-banek u l-fondi tal-pensjonijiet, hija kruċjali biex titnaqqas id-diskrepanza fl-espansjoni; jinnota li hija meħtieġa żieda fis-sehem tal-fondi ta’ kapital ta’ riskju fl-Ewropa biex jiġi pprovdut aktar finanzjament lill-iscale-ups, li għalihom huwa meħtieġ qafas aktar favorevoli għall-finanzjament tal-kapital ta’ riskju u investimenti diretti barranin sikuri fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri b’sistemi tal-pensjonijiet sottożviluppati biex jiżviluppaw setturi tal-pensjonijiet supplimentari (Pilastru 2), li jistgħu jgħinu fil-bini ta’ swieq ta’ kapital ta’ riskju, u biex joħolqu ambjent regolatorju li jippromwovi investimenti ta’ ekwità minn investituri istituzzjonali; ifakkar fl-impenn tal-Kummissjoni li taħdem fuq miżuri ta’ assorbiment tar-riskju biex jiġi attirat finanzjament privat mill-banek kummerċjali, mill-investituri u mill-kapital ta’ riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-pjattaformi ta’ koinvestiment, inklużi vetturi bbażati fuq livell reġjonali u networks ta’ investitur informali, biex jiġi attirat il-kapital privat u jitnaqqsu d-diskrepanzi persistenti fil-finanzjament fi stadju bikri għall-SMEs b’rata għolja ta’ tkabbir u xprunati mill-innovazzjoni; jappella biex l-Inizjattiva taċ-Champions Ewropej tat-Teknoloġija 2.0 li jmiss tiġi kapitalizzata b’mod adegwat u biex ikun hemm skemi ta’ finanzjament tal-UE ddedikati li jappoġġjaw il-ġbir ta’ fondi u l-kwotazzjoni tal-istart-ups u tal-iscale-ups tat-teknoloġija; jissottolinja l-mandat tal-Grupp tal-BEI li jappoġġja lill-SMEs, filwaqt li jħeġġu jadotta qafas ta’ valutazzjoni tar-riskju aktar flessibbli u jiżgura li l-Pjattaforma l-ġdida TechEU tkun aċċessibbli b’mod wiesa’ fl-Istati Membri kollha permezz ta’ proċeduri simplifikati; jaqbel mal-komunikazzjoni dwar l-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti rigward l-importanza tal-finanzi pubbliċi fil-livell tal-UE u għalhekk jirrakkomanda l-orjentazzjoni mill-ġdid tal-fondi tal-UE lejn anqas programmi li jkunu aktar flessibbli u li maż-żmien jistgħu jċaqilqu r-riżorsi bejn il-prijoritajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jinħolqu kundizzjonijiet tajbin biex it-tfaddil taċ-ċittadini jitgħadda lejn strumenti produttivi ta’ investiment li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-SMEs u għall-iscale-ups; iħeġġeġ lill-Kummissjoni telimina diżinċentivi regolatorji għall-prodotti ta’ investiment bl-imnut u tiżgura li l-investituri bl-imnut ikunu protetti b’mod adegwat meta jieħdu deċiżjonijiet ta’ investiment; jirrikonoxxi li l-finanzjament kollettiv u t-teknoloġiji bħal kuntratti intelliġenti u finanzi deċentralizzati jistgħu jwessgħu l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament dirett, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrieżamina l-qafas regolatorju tagħha b’approċċ ta’ riskju proporzjonat u ffukat fuq l-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza li ekosistema tal-innovazzjoni aktar integrata, b’networks ta’ universitajiet, start-ups, intrapriżi kbar u kapitalisti ta’ riskju, mirfuda minn aċċess għal faċilitajiet tal-ittestjar u infrastruttura teknoloġika, hija strumentali biex tgħin lin-negozji jespandu; jenfasizza r-rwol pożittiv li l-fora tal-intraprendituri, l-aċċelleraturi privati u n-networks ta’ mentoraġġ jista’ jkollhom fl-appoġġ tat-tkabbir tal-istart-ups, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibnu fuq inizjattivi bħan-Network ta’ Investituri ta’ Fiduċja, li għandu l-għan li jimmobilizza l-kapital privat b’appoġġ għall-ambizzjonijiet tal-innovazzjoni tal-Ewropa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tisħiħ ta’ ekosistema kompetittiva fl-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Iqis li ekosistema kompetittiva fl-UE trid tkun magħmula kemm minn swieq nazzjonali b’saħħithom kif ukoll minn suq intern b’saħħtu, u li kompetizzjoni b’saħħitha bejn l-Istati Membri, speċjalment f’termini ta’ approċċi ekonomiċi u regolatorji, tinċentivahom iżommu l-ekonomiji tagħhom dinamiċi u attraenti, iżda jfakkar li l-Istati Membri ma għandhomx joħolqu ostakli għall-allokazzjoni transfruntiera effiċjenti tal-kapital jew jistabbilixxu prijoritajiet biss abbażi tal-oriġini ġeografika tal-finanzjament; jappella biex l-inizjattivi tal-Kummissjoni jirrispettaw l-aħjar prattiki li diġà kienu ta’ suċċess fl-Istati Membri u jibnu fuqhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffoka fuq il-kundizzjonijiet abilitanti għas-swieq, id-denominaturi komuni rilevanti għall-Istati Membri u l-oqfsa volontarji u komplementari mmirati lejn it-tnaqqis gradwali tal-frammentazzjoni tas-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara minn xiex ikun jikkonsisti t-28 reġim legali u jfakkar li, kieku kellu jiġi introdott, dan ikollu jkun volontarju, jirrispetta bis-sħiħ ir-reġimi tal-Istati Membri, u jiġi żviluppat f’kooperazzjoni mill-qrib mas-settur privat sabiex joffri qafas simplifikat li jattira investituri privati lejn l-istart-ups, l-iscale-ups u l-SMEs Ewropej u jgħin lill-istart-ups Ewropej isiru champions globali tat-teknoloġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni biex, bl-appoġġ tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, tiżviluppa linji gwida simplifikati u punti uniċi ta’ servizz għall-SMEs u għall-iscale-ups bil-għan li tgħinhom jorjentaw ruħhom fis-sistemi legali differenti madwar l-UE dwar kwistjonijiet bħal-liġi korporattiva, il-liġi tax-xogħol, il-liġi dwar l-insolvenza, il-liġi fiskali, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-possibbiltajiet ta’ finanzjament nazzjonali; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni ttejjeb l-għodod ta’ monitoraġġ tal-aċċess għall-finanzjament tal-SMEs, inkluż l-iżvilupp ta’ indikaturi u dashboards fil-livell tal-UE li jistgħu jgħinuhom jidentifikaw opportunitajiet fl-Istati Membri kollha mingħajr ma joħolqu obbligi ġodda ta’ rapportar jew iżidu l-piżijiet amministrattivi;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>