<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0301</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-protezzjoni tal-konsumaturi tal-UE mill-prattiki ta’ ċerti pjattaformi tal-kummerċ elettroniku: il-każ tal-pupi tas-sess li qishom tfal, tal-armi u ta’ prodotti u materjal illegali oħrajn</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0500/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Novembru 2025 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi tal-UE mill-prattiki ta’ ċerti pjattaformi tal-kummerċ elettroniku: il-każ tal-pupi tas-sess li qishom tfal, tal-armi u ta’ prodotti u materjal illegali oħrajn (2025/2971(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-31 ta’ Marzu 2022 tal-Grupp ta’ Persuni Għorrief dwar ir-Riforma tal-Unjoni Doganali tal-UE bit-titolu “Putting More Union in the European Customs: Ten proposals to make the EU Customs Union fit for a Geopolitical Europe” (Għal Aktar Għaqda fid-Dwani Ewropej: Għaxar proposti biex l-Unjoni Doganali tal-UE tadatta għal Ewropa Ġeopolitika),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u l-Awtorità Doganali tal-Unjoni Ewropea, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 952/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/1035, 27.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1035/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Sett ta’ għodod komprensiv tal-UE għal kummerċ elettroniku sikur u sostenibbli” (COM(2025)0037),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/3015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2024 dwar il-projbizzjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat fis-suq tal-Unjoni u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/3015, 12.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3015/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar id-diliġenza dovuta tas-sostenibbiltà korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 u r-Regolament (UE) 2023/2859<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1760, 5.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1760/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ April 2024 ta’ Enrico Letta bit-titolu “Much more than a market: Speed, Security, Solidarity – Empowering the Single Market to deliver a sustainable future and prosperity for all EU Citizens” (Ħafna aktar minn suq – Nagħtu s-setgħa lis-Suq Uniku biex iwassal futur sostenibbli u prosperità għaċ-Ċittadini kollha tal-UE)<FOOTNOTE><FIELD> Letta, E., “Much more than a market: Speed, Security, Solidarity – Empowering the Single Market to deliver a sustainable future and prosperity for all EU Citizens” (Ħafna aktar minn suq – Nagħtu s-setgħa lis-Suq Uniku biex iwassal futur sostenibbli u prosperità għaċ-Ċittadini kollha tal-UE), April 2024.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2065 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (DSA),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1925/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, (DMA),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/988 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE (GPSR)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 135, 23.5.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/988/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1020/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (MSR),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/2853 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar ir-responsabbiltà għall-prodotti difettużi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2853, 18.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2853/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A10-0133/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi mill-31 ta’ Ottubru 2025 tfaċċat kontroversja kbira fi Franza, li estendiet malajr madwar l-Ewropa, dwar il-bejgħ ta’ pupi tas-sess li qishom tfal u prodotti illegali oħrajn, inklużi armi, fuq il-pjattaforma Ċiniża tal-kummerċ elettroniku SHEIN; billi l-gwardjan tal-konsumaturi Franċiż bagħat rapporti tal- “bejgħ ta’ oġġetti sesswali li jixbhu lit-tfal” lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku ta’ Pariġi, li konsegwentement fetaħ, fit-3 ta’ Novembru 2025, investigazzjoni dwar SHEIN u tliet swieq online addizzjonali mhux tal-UE, jiġifieri Temu, AliExpress u Wish;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi wara azzjoni ta’ infurzar inizjali mill-awtoritajiet Franċiżi, SHEIN affermat li rtirat ir-reklami u l-viżwali relatati kollha u li neħħiet temporanjament il-kategorija tagħha ta’ “prodotti għall-adulti”; billi għad hemm dubji sinifikanti rigward il-kapaċità jew ir-rieda ta’ SHEIN li tieħu azzjoni effettiva u deċiżiva kontra l-kontenut illegali, u li tiggarantixxi li prodotti konformi biss isiru disponibbli fuq il-pjattaforma tagħha; billi dawn id-dubji ġew imsaħħa minn evidenza li l-prodotti kkontestati baqgħu aċċessibbli fi Stati Membri oħrajn, inkluż permezz tal-aċċess VPN, jumejn wara l-allegata sospensjoni tal-bejgħ tagħhom fi Franza;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>meta jitqies li, fis-26 ta’ Novembru 2025, l-awtoritajiet Franċiżi ħabbru li se jressqu lment kontra AliExpress u Joom, li huma involuti wkoll fil-bejgħ ta’ pupi tas-sess li qishom tfal, li juri l-iskala u s-serjetà ta’ dan il-fenomenu;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fid-dawl ta’ dawn ir-rivelazzjonijiet il-Gvern Franċiż wissa pubblikament li ksur ripetut iwassal biex jintalab li l-aċċess jiġi diżattivat għall-pjattaforma SHEIN fis-suq Franċiż; billi bi tweġiba, SHEIN jidher li neħħiet il-pupi tas-sess li qishom tfal kollha mill-pjattaformi globali tagħha, u ħabbret projbizzjoni dinjija fuq il-pupi tas-sess kollha, neħħiet l-oġġetti rilevanti u bdiet investigazzjoni interna dwar kif tali prodotti setgħu jidhru fis-swieq online tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-reazzjoni pubblika sinifikanti fi Franza hija marbuta ma’ kontroversji preċedenti li jinvolvu lil SHEIN, inklużi sejbiet f’Lulju 2025 li l-kumpanija kienet involuta fi prattiki ta’ skont qarrieqa u kienet għamlet dikjarazzjonijiet ambjentali mhux ġustifikati; billi dawk il-prattiki inġusti jitfgħu dawl fuq il-mudelli kummerċjali ta’ dawn il-pjattaformi online u jqajmu mistoqsijiet dwar ix-xejriet tal-konsum;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-każ Franċiż ġab attenzjoni mġedda u sinifikanti għall-problema usa’ ta’ prodotti mhux sikuri u illegali li jiċċirkolaw permezz ta’ swieq online fl-UE kollha, u qajjem dibattitu usa’ dwar ix-xejriet tal-konsum, il-kompetizzjoni inġusta minn pjattaformi online mhux tal-UE, ir-regolamentazzjoni tas-swieq online u d-drittijiet tal-konsumatur;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rimarki ta’ introduzzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna l-avvenimenti reċenti fi Franza dwar id-disponibbiltà fuq SHEIN ta’ oġġetti sesswalizzati li qishom tfal u oġġetti illeċiti jew perikolużi oħrajn, bħal armi, li kienu aċċessibbli fl-UE kollha; jisħaq li dawn il-prattiki jikkostitwixxu ksur serju tad-dritt tal-Unjoni u theddida diretta għas-sikurezza tal-konsumaturi u l-protezzjoni tal-minorenni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jissottolinja li SHEIN mhuwiex każ iżolat, iżda jirrifletti xejra sistemika ta’ sorveljanza inadegwata u mekkaniżmi preventivi insuffiċjenti; jenfasizza s-sejbiet reċenti mill-organizzazzjonijiet tal-konsumatur li jindikaw li proporzjon sinifikanti ta’ prodotti offruti minn pjattaformi ewlenin tal-kummerċ elettroniku mhux tal-UE jonqsu milli jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza tal-UE, b’sehem sostanzjali li joħloq riskji serji għall-konsumaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota l-inkjesti li għaddejjin bħalissa mnedija mill-Kummissjoni dwar il-prattiki ta’ pjattaformi online kbar ħafna, inklużi t-talbiet reċenti għal informazzjoni indirizzati lil SHEIN, iżda jistieden lill-Kummissjoni tgħaddi mid-djalogu għal infurzar deċiżiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li l-biċċa l-kbira tal-prodotti mhux sikuri u illegali jiġu ttrasportati lejn l-UE f’volumi kbar ta’ pakketti individwali u spiss żgħar mibjugħa lill-konsumaturi tal-UE permezz ta’ pjattaformi online minn pajjiżi mhux tal-UE, b’mod partikolari miċ-Ċina; iwissi li ż-żieda esponenzjali ta’ kunsinni żgħar, flimkien ma’ kapaċità ta’ kontroll limitata, tirriżulta fl-interċettazzjoni inadegwata ta’ oġġetti perikolużi; jisħaq li din is-sitwazzjoni tipperikola lill-konsumaturi u tfixkel il-kompetizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesprimi tħassib serju li s-sehem dokumentat dejjem jiżdied ta’ nuqqas ta’ konformità minn SHEIN u pjattaformi online oħrajn mhux tal-UE huwa aggravat mill-mudell kummerċjali xprunat mill-veloċità, il-massimizzazzjoni tal-profitti u l-konsum eċċessiv, għad-detriment tad-drittijiet tal-bniedem, il-protezzjoni ambjentali, is-sikurezza tal-konsumatur u l-valuri fundamentali; jiddeplora l-fatt li wara l-prezzijiet artifiċjalment baxxi hemm kwistjonijiet inkwetanti, inklużi x-xogħol mhux imħallas biżżejjed, l-imitazzjoni illegali tax-xogħol tad-disinjaturi, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti mhux sikuri u mhux konformi, u l-akkumulazzjoni tal-iskart tat-tessuti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sfidi ta’ konformità</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-UE stabbiliet qafas ta’ konformità robust, inklużi d-DSA, id-DMA, l-MSR, il-GPSR, ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u diversi liġijiet dwar il-prodotti u l-ambjent, li japplika wkoll għall-prodotti mibjugħa online; jirrikonoxxi, madankollu, li għadhom meħtieġa sforzi akbar għall-infurzar sħiħ u kkoordinat tal-qafas ta’ konformità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iqis li l-implimentazzjoni rigoruża, konsistenti u f’waqtha tal-acquis regolatorju tal-UE hija indispensabbli biex jiġi pprevenut li prodotti mhux sikuri, mhux konformi u kontrafatti jidħlu fis-suq intern u biex jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur; jistieden lill-awtoritajiet rilevanti kollha fl-Istati Membri jużaw l-għodod ta’ infurzar kollha għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex jirrispondu fil-ħin u b’mod effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li d-DSA jipprovdi bażijiet legali ċari għall-intervent, inkluża l-awtorità skont l-Artikolu 74 li jiġu imposti multi, u skont l-Artikolu 9 li tiġi ordnata t-tneħħija ta’ prodotti illegali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ u f’waqtu minn dawn l-istrumenti biex tiżgura li l-pjattaformi jikkonformaw mal-obbligi tagħhom; jissottolinja li ċ-ċittadini jeħtiġilhom jaraw li l-UE hija kapaċi tiggarantixxi s-sikurezza tagħhom online u jistenna infurzar ikkoordinat u robust fis-suq intern kollu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iwissi li għad hemm nuqqasijiet kbar fl-infurzar minħabba n-nuqqas kroniku ta’ riżorsi u l-kapaċitajiet diġitali insuffiċjenti tal-awtoritajiet doganali u tas-sorveljanza tas-suq, in-nuqqas ta’ persunal speċjalizzat u n-nuqqas ta’ għodod teknoloġiċi armonizzati u interoperabbli fl-Istati Membri kollha, aggravati minn skambju limitat tad-data u koordinazzjoni operazzjonali dgħajfa bejn l-awtoritajiet doganali, tas-sorveljanza tas-suq u tal-protezzjoni tal-konsumatur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq li l-volum kbir ta’ kunsinni ta’ kummerċ elettroniku li jidħlu fl-UE jagħmel il-kontrolli fiżiċi intrinsikament insuffiċjenti; jappella għal miżuri urġenti, inkluża l-introduzzjoni ta’ tariffa armonizzata għall-immaniġġjar konformi mad-WTO fil-livell tal-UE biex tkopri ż-żieda fil-kostijiet superviżorji tal-awtoritajiet doganali, u responsabbiltà ddefinita b’mod ċar għall-pjattaformi u l-bejjiegħa stabbiliti f’pajjiżi terzi għas-sikurezza u l-konformità tal-prodotti mmirati lejn il-konsumaturi tal-UE, li għandha takkumpanja t-tneħħija tal-eżenzjoni mill-VAT u mid-dazju doganali għal kunsinni ta’ valur baxx li ġiet miftiehma reċentement fil-Kunsill; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid b’mod sinifikanti l-appoġġ finanzjarju u operazzjonali għall-awtoritajiet doganali u tas-sorveljanza tas-suq, inkluż permezz ta’ aktar allokazzjonijiet fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, biex jiġu żgurati riżorsi suffiċjenti u persunal adegwat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Investigazzjonijiet dwar pjattaformi online u azzjonijiet ulterjuri</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jiddeplora l-progress kajman tal-investigazzjonijiet mibdija mill-Kummissjoni u min-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur fi pjattaformi online mhux tal-UE għal allegat ksur tal-liġijiet tal-UE dwar is-sikurezza tal-prodotti u l-konsumaturi u fi pjattaformi kbar ħafna, b’mod partikolari fl-ambitu tad-DSA; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-proċeduri investigattivi spiss jestendu għal ħafna xhur jew saħansitra snin, u b’hekk inaqqsu l-fiduċja taċ-ċittadini u jfixklu l-kapaċità tal-leġiżlaturi li jirrispondu għal riskji online li qed jitfaċċaw malajr; jisħaq fuq l-urġenza li dawn l-investigazzjonijiet jiġu konklużi u li jiġu indirizzati r-raġunijiet strutturali għal dan id-dewmien dannuż; jissottolinja li, fil-prattika, is-sospensjoni tal-operazzjonijiet tal-pjattaformi, kif huwa l-għan bħalissa fi Franza, għadha fil-biċċa l-kbira diffiċli biex tinkiseb, anke f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità ovvju u ripetut; jisħaq li hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-UE biex jiġi żgurat l-infurzar konsistenti tal-leġiżlazzjoni, kif ukoll biex tiġi pprevenuta kwalunkwe distorsjoni tas-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jitlob, għalhekk, strumenti ta’ infurzar aktar b’saħħithom, aktar rapidi u aktar operazzjonali biex jiġi żgurat li r-regoli tal-UE jkunu jistgħu jiġu applikati b’mod effettiv fl-ambjent diġitali; jinsisti li l-implimentazzjoni tal-impenji magħmula mill-pjattaformi online tkun soġġetta għal skrutinju kontinwu u sistematiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza li s-sejbiet reċenti dwar SHEIN juru fallimenti sistemiċi aktar milli inċidenti iżolati u ma jistgħux jiġu rimedjati sempliċiment permezz tal-irtirar tal-prodott jew apoloġiji pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Iħeġġeġ l-attivazzjoni aktar rapida u aktar faċli ta’ miżuri <STRING ITALIC="on">interim</STRING> skont id-DSA u ta’ miżuri oħrajn skont il-GPSR u l-MSR, inkluża s-sospensjoni temporanja tal-operat tas-swieq online f’każijiet ta’ ksur ripetut, serju jew sistemiku tad-dritt tal-Unjoni, bħall-każ li jikkonċerna lil SHEIN fi Franza, sabiex jiġi żgurat li l-pjattaformi mhux konformi ma jevitawx il-konsegwenzi; jisħaq li s-sospensjoni tal-operat tas-swieq online ma għandhiex tibqa’ tiġi ttrattata bħala miżura eċċezzjonali u tal-aħħar istanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu applikati sanzjonijiet aktar effettivi fil-ħin, filwaqt li jsir użu sħiħ mill-istrumenti kollha previsti skont il-leġiżlazzjoni tal-UE; jisħaq li tali sanzjonijiet jeħtieġ li jkunu dissważivi biżżejjed biex jiżguraw li l-pjattaformi mhux konformi jikkonformaw bis-sħiħ mad-dritt tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li s-sistema attwali hija prinċipalment aktar reattiva milli preventiva, peress li l-awtoritajiet jintervjenu biss wara li jkunu diġà nbiegħu l-prodotti perikolużi lill-konsumaturi, minflok ma jipprevjenu d-distribuzzjoni tagħhom; ifakkar li, skont il-GPSR, is-swieq online għandhom ineħħu l-offerta tal-prodott perikoluż fi żmien jumejn jekk ikunu konxji li l-prodott huwa perikoluż jew jekk ikollhom isegwu ordni ta’ tneħħija minn korp governattiv, jew fi żmien tlett ijiem jekk ikollhom isegwu minn parti terza rikonoxxuta; jisħaq, barra minn hekk, li l-fornituri tas-swieq online huma mħeġġa jiċċekkjaw il-prodotti skont il-Portal Safety Gate qabel ma jelenkawhom fuq l-interfaċċi tagħhom; jenfasizza li l-kampjunar u l-ittestjar aleatorji jistgħu jservu bħala deterrent effettiv biss meta jitwettqu b’mod sistematiku u bi frekwenza suffiċjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jinforzaw bil-qawwa d-DSA fir-rigward tar-responsabbiltà tas-swieq online, b’mod partikolari l-obbligi tagħhom rigward is-sistemi ta’ rakkomandazzjoni, id-disinji tal-interfaċċa, id-dritt għall-informazzjoni, ir-regoli dwar il-konformità mid-disinn biex tiżdied it-traċċabbiltà ġenerali u l-obbligu tagħhom ta’ “kun af lill-klijent kummerċjali tiegħek”; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ network ibbażat fuq id-DSA ta’ sinjalaturi fdati għall-prodotti illegali u l-kummerċ elettroniku biex jiġi żgurat li l-pjattaformi jissodisfaw l-obbligi tagħhom b’mod effettiv; ifakkar li SHEIN u pjattaformi online oħrajn, bħal Temu u AliExpress, ġew iddeżinjati bħala pjattaformi online kbar ħafna u huma soġġetti għal obbligi msaħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni qed teżamina ċerti swieq online mhux tal-UE għall-użu tagħhom ta’ tekniki manipulattivi, inklużi darks patterns, karatteristiċi tad-disinn li joħolqu dipendenza, kummerċjalizzazzjoni ta’ influwenzaturi qarrieqa u t-tixrid ta’ reċensjonijiet foloz jew qarrieqa online minnhom; ifakkar li l-Kontroll tal-Idoneità tal-Ġustizzja Diġitali jistma telf tal-konsumaturi ta’ kważi EUR 8 biljun kull sena minħabba prattiki kummerċjali inġusti, u jisħaq li tali metodi ta’ sfruttament, li jaffettwaw b’mod partikolari lill-utenti vulnerabbli u lill-minorenni, jixprunaw imġiba impulsiva ta’ xiri u jalimentaw konsum mhux sostenibbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-Att dwar il-Ġustizzja Diġitali li ġej jindirizza dawn il-prattiki billi jagħlaq il-lakuni regolatorji fil-leġiżlazzjoni attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jitlob li l-bejjiegħa kollha li joperaw fi swieq online jkunu meħtieġa jipprovdu indirizz ta’ ritorn u punt ta’ kuntatt verifikabbli fl-UE, li jiżgura li l-konsumaturi jkunu jistgħu jinfurzaw b’mod effettiv id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-konsumatur tal-UE, bħad-dritt li jirtiraw xiri meta jixtru online, kif ukoll li jirritornaw oġġetti mhux konformi mingħajr piżijiet addizzjonali, u li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jwettqu spezzjonijiet b’mod effettiv; jinsisti li s-swieq online għandhom ikunu responsabbli biex jivverifikaw dan u għandhom jinżammu responsabbli għall-infurzar;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-ħtieġa għal riformi regolatorji</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu miżuri effettivi mingħajr dewmien kontra prodotti mhux sikuri u illegali fuq pjattaformi online, inklużi miżuri leġiżlattivi fejn il-lakuni legali ġew identifikati b’mod ċar, biex tiżgura ċ-ċertezza legali u kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji Ewropej, filwaqt li tagħmel enfasi partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi implimentat il-qafas ta’ konformità attwali u jiġu evalwati dawn il-miżuri meta titqies leġiżlazzjoni ġdida, inklużi obbligi ġodda għas-swieq online;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-informazzjoni ta’ operatur ekonomiku responsabbli fl-UE fl-ambitu tal-GPSR, li jaġixxi f’isem negozjant jew pjattaforma mhux tal-UE, spiss tkun żbaljata jew nieqsa; jisħaq, madankollu, li jekk il-bejjiegħa jkunu bbażati barra mill-UE jew ma jkunux traċċabbli u jekk jintużaw indirizzi foloz għal persuni responsabbli, ma jkun hemm l-ebda entità ġuridika responsabbli u jkun impossibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jieħdu azzjonijiet ta’ infurzar jew għall-konsumaturi li jaċċessaw kumpens jew rimedji; jinnota li anke meta din l-informazzjoni tkun disponibbli, il-persuna responsabbli fl-UE tista’ ma tkunx responsabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jemmen li r-rimedju għall-konsumatur irid jiġi żgurat fil-każijiet kollha; jissottolinja, f’dan ir-rigward, li meta l-manifattur ikun stabbilit barra mill-UE u ma jkun jista’ jiġi identifikat l-ebda importatur, rappreżentant awtorizzat jew fornitur ta’ servizz ta’ ġestjoni, is-swieq online għandhom jipprovdu rimedji adegwati u proporzjonati lill-konsumaturi meta jonqsu milli jikkonformaw mad-DSA, b’mod partikolari mal-Artikoli 30 u 31 tiegħu, jew mal-Artikolu 22 tal-GPSR;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirrevedi l-MSR, u jisħaq li dan il-proċess irid jippermetti valutazzjoni fil-pront u bir-reqqa tar-regoli attwali dwar il-“persuna responsabbli għall-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni”, b’mod partikolari dawk għal negozjanti mhux tal-UE, filwaqt li jibni fuq ir-riżultati tar-rapport ta’ evalwazzjoni fl-Artikolu 4 tal-MSR; jistieden lill-Kummissjoni tħaffef il-valutazzjoni tagħha tal-introduzzjoni ta’ rekwiżit obbligatorju għan-negozjanti mhux tal-UE biex jaħtru persuna responsabbli fl-UE b’aktar responsabbiltà legali u finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iqis li r-reviżjoni tal-MSR toffri opportunità kritika biex jissaħħaħ il-qafas regolatorju tal-UE billi ssir distinzjoni aktar ċara bejn ir-responsabbiltajiet tal-pjattaformi li jqiegħdu prodotti fis-suq u dawk li l-attivitajiet tagħhom huma limitati għall-ospitar ta’ kontenut mhux prodott, bħal vidjos, stampi jew artikli; ifakkar li din id-differenzjazzjoni diġà hija inerenti fil-GPSR, l-MSR u l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, li jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi għas-swieq online li jbigħu l-prodotti; jemmen, madankollu, li huma meħtieġa responsabbiltajiet imsaħħa għas-swieq online li jbigħu l-prodotti biex il-konsumaturi jiġu protetti aktar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproċedi mingħajr dewmien b’reviżjoni komprensiva tar-Regolament dwar il-Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2394/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, peress li dan huwa prerekwiżit biex jinkiseb infurzar transfruntier robust tar-regoli tal-konsumatur tal-UE u titrażżan iċ-ċirkolazzjoni ta’ oġġetti mhux sikuri; jinsisti li r-reviżjoni trid tintroduċi dispożizzjonijiet konkreti li jsaħħu l-kapaċitajiet ta’ infurzar fir-rigward ta’ negozjanti u pjattaformi mhux tal-UE, filwaqt li tiżgura koordinazzjoni aktar mill-qrib u kondiviżjoni strutturata tal-informazzjoni bejn l-UE u l-awtoritajiet nazzjonali, u, meta rilevanti, ma’ korpi kompetenti f’pajjiżi mhux tal-UE; jissottolinja l-ħtieġa li l-Kummissjoni tingħata setgħat investigattivi u ta’ sanzjonar diretti għal ksur serju u b’impatt għoli tal-liġi tal-konsumatur, sabiex jiġi żgurat infurzar koerenti, simultanju u ta’ deterrent fl-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Iqis li l-operazzjonijiet ta’ xiri bil-moħbi mwettqa mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, kif deskritt fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-kummerċ elettroniku, jikkostitwixxu mezz kruċjali għall-valutazzjoni tal-legalità u s-sikurezza tal-prodotti offruti permezz ta’ pjattaformi online; jitlob li dawn il-kontrolli jiġu estiżi drastikament u jitwettqu b’regolarità akbar biex jiġi żgurat infurzar sinifikanti, flimkien ma’ azzjonijiet ta’ infurzar ikkoordinati oħrajn bħal sweeps u rieżamijiet bejn il-pari; ifakkar li l-miżuri korrettivi mmirati lejn in-nuqqas ta’ konformità ripetut jew dokumentat qabel fir-rigward ta’ prodotti komparabbli previsti fil-GPSR għandhom jintużaw b’mod aktar sistematiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà tal-iżvilupp ta’ definizzjonijiet ċari u armonizzati ta’ “moda veloċi” u “moda ultraveloċi” biex jiġu indirizzati r-riskji speċifiċi assoċjati ma’ dawn il-mudelli ta’ negozju, filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-parteċipanti kollha tas-suq u tiġi pprevenuta l-frammentazzjoni regolatorja fis-suq intern; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tivvaluta d-dispożizzjonijiet li jiżguraw id-disponibbiltà ta’ għodod kompletament effettivi biex jiġu indirizzati l-isfidi ġejjin mill-proliferazzjoni ta’ prodotti “ultraveloċi” u ta’ kwalità baxxa, inklużi proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità aktar robusti u għodod ta’ infurzar imsaħħa, biex jiġi żgurat suq intern li jiggarantixxi l-ogħla livelli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, filwaqt li jippermetti t-tkabbir ta’ prodotti u ideat innovattivi u jnaqqas kwalunkwe piż amministrattiv bla bżonn fuq negozji responsabbli u prodotti konformi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri, barra minn hekk, jaċċelleraw b’mod konsiderevoli d-diġitalizzazzjoni tal-proċeduri tal-importazzjoni fl-amministrazzjonijiet doganali, appoġġjati mill-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni attwali u jitħaffef l-iżdoganar tal-merkanzija, b’mod partikolari minħabba t-tkabbir esponenzjali fil-flussi tal-pakketti; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-użu ta’ proċessi awtomatizzati, bħall-iskennjar awtomatiku tat-tikketti matul l-ipproċessar tal-pakketti fid-dwana; jisħaq li l-użu wiesa’ tal-passaport diġitali tal-prodotti jippermetti verifika tal-konformità ex ante għall-prodotti kollha importati permezz tal-kummerċ elettroniku, li jkun fih informazzjoni dettaljata dwar il-kwalità u l-konformità u li jiġi integrat direttament fil-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tkopri, malajr kemm jista’ jkun, l-oġġetti fiżiċi kollha mqiegħda fis-suq tal-UE bil-passaport diġitali tal-prodotti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu b’mod sinifikanti l-kontrolli doganali u jsaħħu l-kapaċitajiet ta’ analiżi tar-riskju, appoġġjati minn kompiti ta’ ġestjoni tar-riskju mwettqa mill-Kummissjoni u mill-Awtorità Doganali tal-UE li għandhom jiġu introdotti fir-riforma tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, biex oġġetti mhux konformi jiġu identifikati u interċettati malajr, u b’hekk tiġi limitata l-ħsara lill-konsumaturi tal-UE u jiġu ssalvagwardjati l-interessi ekonomiċi tan-negozji tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità taċ-ċentri doganali biex ikunu jistgħu jimmaniġġjaw b’mod effettiv il-volum għoli ħafna ta’ pakketti żgħar li jaħarbu mill-metodi ta’ kontroll tradizzjonali, inkluż permezz tal-varar ta’ teknoloġiji avvanzati ta’ skrinjar li kapaċi jidentifikaw kunsinni suspettużi fil-punti ta’ dħul; jappella għal kontrolli tal-konformità aktar stretti, ikkomplementati minn spezzjonijiet aleatorji, fuq it-trasport b’tunnellaġġ għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jissottolinja li, fid-dawl tal-ħtieġa urġenti li jissaħħu l-kontrolli doganali, l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-obbligi ewlenin skont ir-reviżjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni għandha titressaq ’il quddiem, b’mod partikolari l-ħolqien tal-Pjattaforma tad-Data Doganali tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tniedi mingħajr dewmien il-passi preparatorji kollha meħtieġa għall-istabbiliment tagħha, filwaqt li tiżgura li l-funzjonalitajiet tal-kummerċ elettroniku tal-pjattaforma jkunu kompletament operazzjonali qabel il-mira tal-2026; jilqa’ l-ftehim politiku li ntlaħaq fil-Kunsill biex jiġi abolit il-limitu ta’ eżenzjoni mid-dazju doganali ta’ EUR 150, peress li dan jikkostitwixxi miżura kruċjali biex jitrażżan l-abbuż sistematiku f’kunsinni ta’ valur baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li f’xi każijiet in-negozjanti u l-pjattaformi mhux tal-UE jġibu merkanzija mhux konformi u xi drabi perikoluża fis-suq tal-UE mingħajr ma jiffaċċjaw konsegwenzi; jinnota li r-riforma tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni għandha tikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-lakuni fir-responsabbiltà għal prodotti mhux konformi li jidħlu fit-territorju doganali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jitlob lill-awtoritajiet tal-konsumatur, lill-organizzazzjonijiet, lill-korpi tal-industrija u lill-kmamar tal-kummerċ jintensifikaw l-isforzi konġunti ta’ informazzjoni li għandhom l-għan li jgħammru lill-konsumaturi bi gwida ċara u aċċessibbli dwar id-drittijiet tagħhom u r-riskji assoċjati max-xiri online, b’mod partikolari minn pjattaformi mhux tal-UE; jitlob bil-qawwa li tali inizjattivi jenfasizzaw b’mod prominenti d-disponibbiltà ta’ perkorsi ta’ rimedju, inkluż rimedju kollettiv, biex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu jistgħu jfittxu rimedji b’mod effettiv meta jiffaċċjaw prodotti mhux sikuri jew illegali;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>