<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0302</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-qtil postelettorali u d-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tanzanija, inkluż il-każ tal-kap tal-oppożizzjoni inkarċerat Tundu Lissu</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0514, 0515, 0524, 0530 u 0534/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2025 dwar il-qtil postelettorali u d-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tanzanija, inkluż il-każ tal-kap tal-oppożizzjoni inkarċerat Tundu Lissu (2025/2990(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-elezzjonijiet tad-29 ta’ Ottubru 2025 tat-Tanzanija ġew ikkritikati b’mod sever mill-missjonijiet reġjonali Afrikani ta’ osservazzjoni elettorali, inklużi dawk tal-Unjoni Afrikana u tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC); billi l-UE ma ġietx mistiedna tibgħat missjoni ta’ osservazzjoni elettorali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-elezzjonijiet kienu segwiti minn protesti mifruxa u repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà, u dawn involvew użu illegali u eċċessiv tal-forza, li rriżulta f’imwiet, f’korrimenti u f’arresti tal-massa;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-awtoritajiet tat-Tanzanija imponew curfews u għeluq tal-infrastruttura tal-internet u tal-media u tal-komunikazzjoni fil-pajjiż kollu biex jimblukkaw l-aċċess għall-informazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-mexxejja tal-oppożizzjoni Tundu Lissu u Luhaga Mpina ma tħallewx joħorġu għall-elezzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi Lissu ġie arrestat fid-9 ta’ April 2025 u akkużat bi tradiment, u dan huwa reat kapitali skont il-liġi tat-Tanzanija; billi għadu f’detenzjoni f’kundizzjonijiet ta’ theddida għall-ħajja;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi mexxejja oħra tal-oppożizzjoni u kritiċi ġew arrestati jew attakkati b’mod arbitrarju f’tentattiv biex isir tbattil totali sostnut li jinvolvi l-ħtif u l-għajbien ta’ persuni, inkluż dak ta’ Humphrey Polepole, irrappurtat minn organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tat-Tanzanija qed tiddeterjora u l-ispazju ċiviku qed jiċkien u dan kollu jikkontradixxi l-valuri u l-prinċipji ewlenin li jirfdu l-azzjoni esterna tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-mexxejja Kristjani u Musulmani tat-Tanzanija kkundannaw l-użu tal-vjolenza mill-gvern;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddenunzja l-fatt li l-forzi tas-sigurtà tat-Tanzanija użaw il-vjolenza u l-forza eċċessiva wara l-elezzjonijiet ta’ Ottubru 2025, u dan irriżulta f’eluf ta’ mwiet, korrimenti u oqbra tal-massa rrappurtati; jikkundanna l-fatt li l-gvern qed jiċħad li għamel xi ħaġa ħażina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Gvern tat-Tanzanija jwaqqaf minnufih ir-repressjoni u l-arresti arbitrarji ta’ membri tal-oppożizzjoni, dimostranti, ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, jeħles lil dawk kollha detenuti b’mod arbitrarju, u jneħħi r-restrizzjonijiet kollha fuq l-internet u l-media;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna d-detenzjoni arbitrarja u politikament motivata tal-mexxej tal-oppożizzjoni Lissu; jappella biex jinħeles minnufih u bla kundizzjonijiet; jesprimi tħassib serju dwar il-kundizzjonijiet orribbli li qed jinżamm fihom; jesiġi li jingħata aċċess immedjat u sħiħ għall-familja, għall-avukati u għall-kura medika tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jappella għal investigazzjoni fil-pront, bir-reqqa, indipendenti u imparzjali dwar l-allegati każijiet kollha ta’ qtil, għajbien furzat, tortura u ksur ieħor; jinsisti li dan isir permezz ta’ mekkaniżmu estern u kredibbli, inkluża kummissjoni ta’ inkjesta internazzjonali mmexxija mill-Afrika biex tiġi żgurata r-responsabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza li l-Parlament esiġa li l-Kummissjoni twaqqaf l-appoġġ dirett lill-awtoritajiet tat-Tanzanija; jappella għall-assistenza tal-UE biex tagħti prijorità lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-ġurnalisti; jistieden lill-Kunsill jikkunsidra sanzjonijiet kontra dawk responsabbli għall-ksur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lit-Tanzanija tabolixxi l-piena tal-mewt u tibdel is-sentenzi tal-mewt kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iqis li l-elezzjonijiet reċenti la kienu ħielsa u lanqas ġusti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lit-Tanzanija tinvolvi ruħha fi djalogu politiku inklużiv mar-rappreżentanti tal-oppożizzjoni, tas-soċjetà ċivili u dawk tal-vittmi biex tindirizza l-kriżi u tippermetti elezzjonijiet ġodda, kredibbli u trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern u lill-Parlament tat-Tanzanija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-Unjoni Afrikana, lill-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, lill-SADC u lin-NU.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>