<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0303</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-eskalazzjoni tar-repressjoni tal-Baha’i fl-Iran</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0528, 0529, 0531 u 0541/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2025 dwar l-eskalazzjoni tar-repressjoni tal-Baha’i fl-Iran (2025/2987(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iran,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-komunità Baha’i, magħmula minn 300 000 membru u nieqsa mir-rikonoxximent kostituzzjonali, qed tiffaċċja persekuzzjoni sistematika minħabba l-memorandum Iranjan tal-1991, inklużi arresti u priġunerija arbitrarji, għajbien furzat, ċaħda ta’ dfin dinjituż, konfiska tal-proprjetà, ċaħda tal-edukazzjoni u tal-impjieg u inċitament għall-mibegħda mill-media kkontrollata mill-Istat;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-awtoritajiet Iranjani intensifikaw kontinwament ir-repressjoni kontra l-komunità Baha’i permezz ta’ detenzjonijiet tal-massa, proċessi mħaffa u akkużi foloz ta’ spjunaġġ u ta’ kollaborazzjoni ma’ entitajiet barranin;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fl-2024, madwar 1 200 Baha’i għaddew minn proċedimenti legali jew priġunerija, bin-nisa li jirrappreżentaw żewġ terzi tad-detenuti, u b’16-il mara f’Hamadan u Isfahan ikkundannati b’mod ikkombinat għal 129 sena u soġġetti għal tortura u ksur serju ta’ proċess ġust;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-awtoritajiet ipprofanaw iċ-ċimiterji tal-Baha’i, inkluż f’Tehran, Ahvaz, Rafsanjan, Kerman u Hamadan;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-persekuzzjoni dejjem akbar tal-komunità Baha’i u s-soppressjoni sistemika tal-minoranzi reliġjużi u etniċi kollha u tan-nisa; jistieden lill-Iran iwaqqaf minnufih kull diskriminazzjoni, fastidju, detenzjoni, konfiska tal-proprjetà u ksur tad-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Iran jeħles minnufih lill-individwi kollha detenuti minħabba r-reliġjon jew it-twemmin tagħhom, u talli ddefendew id-drittijiet tal-bniedem, u dawk detenuti minħabba atti ta’ blasfemija jew ta’ sigurtà nazzjonali relatati mat-twemmin, u jwaqqaf il-fastidju u l-vjolenza kontra l-komunitajiet reliġjużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-fatt li n-nisa Baha’i jinsabu fil-mira, billi qed jiffaċċjaw persekuzzjoni reliġjuża u bbażata fuq il-ġeneru, u dan jirrappreżenta żewġ terzi tal-Baha’i li jinsabu l-ħabs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jeżiġi li l-awtoritajiet Iranjani jannullaw il-kundanni ta’ Fariba Kamalabadi, Roya Sabet, Anisa Fanaian, Leila Adalati, Nahid Behrouzi, Mahvash Sabet u tas-sitt nisa Baha’i f’Hamadan, Zarrindokht Ahadzadeh, Farideh Ayyoubi, Noura Ayyoubi, Neda Mohebbi, Jaleh Rezaie, u Atefeh Zahedi; jappella għall-ħelsien ta’ Afshin Heyratian u Farhad Fahandej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa ż-żieda fl-eżekuzzjonijiet fl-Iran; itenni l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għall-piena tal-mewt u jħeġġeġ lill-Iran iwaqqaf l-użu tagħha bħala għodda ta’ repressjoni politika u reliġjuża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-profanazzjoni, il-qerda u l-konfiska taċ-ċimiterji Baha’i u t-tfixkil tar-riti funebri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Iran jirrevoka l-Memorandum tal-1991 u jippermetti lill-Baha’i jaċċessaw l-edukazzjoni, l-impjiegi u s-servizzi bażiċi u jwaqqaf il-konfiski tal-proprjetà, jirritorna l-assi kollha maqbuda u jipprovdi rimedji legali u kumpens għall-vittmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jiddiskutu s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem li qed tiddeterjora fl-Iran, b’mod partikolari l-ksur tal-libertà reliġjuża, fid-djalogi kollha mal-Iran, u jimponu sanzjonijiet fuq l-imħallfin, il-prosekuturi u l-uffiċjali tal-intelligence Iranjani li jippersegwitaw lill-Baha’i;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jiddeżinja l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika bħala organizzazzjoni terroristika, u jestendi s-sanzjonijiet tal-UE biex jinkludu lill-membri kollha tiegħu u lil dawk responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Assemblea Konsultattiva Iżlamika, lill-Uffiċċju tal-President u lill-Uffiċċju tal-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>