<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0304</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-istat tad-dritt u s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tuneżija, b’mod partikolari l-każ ta’ Sonia Dahmani</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0518, 0520, 0525, 0532 u 0538/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2025 dwar l-istat tad-dritt u s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tuneżija, b’mod partikolari l-każ ta’ Sonia Dahmani (2025/2988(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Tuneżija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u t-Tuneżija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Qbil bejn l-UE u t-Tuneżija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 150(5) u 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-avukat u l-ġurnalista Sonia Dahmani ġiet arrestata f’Mejju 2024 fl-uffiċċju tal-Kamra tal-Avukati Tuneżina wara li dehret fuq l-istazzjon televiżiv Carthage+; billi mill-arrest tagħha ffaċċjat ħames proċedimenti tal-qorti separati u ġiet ikkundannata tliet darbiet; billi huma ppjanati proċessi ulterjuri u s-sentenza totali tagħha tista’ twassal sa 24 sena;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi Sonia Dahmani hija soġġetta għal kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani u degradanti, mingħajr aċċess għall-kura medika;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi oħtha Ramla Dahmani ġiet ikkundannata <STRING ITALIC="on">in absentia</STRING> f’Lulju 2025 fuq akkużi ta’ tixrid ta’ aħbarijiet foloz;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna d-detenzjoni arbitrarja, il-fastidju ġudizzjarju u l-kundanna tal-avukat u l-kummentatur tal-media Sonia Dahmani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ Sonia Dahmani u ta’ dawk kollha detenuti talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-espressjoni, inklużi l-priġunieri politiċi u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Tuneżini jirtiraw l-akkużi kollha kontra Sonia Dahmani u oħtha u joqgħodu lura milli jagħtu fastidju lill-familthom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jiddenunzja l-kundizzjonijiet li fihom qed tinżamm Sonia Dahmani, inklużi kura medika inadegwata, komunikazzjoni limitata ma’ familtha u l-avukat tagħha, u seduti ta’ smigħ imdewma, flimkien ma’ diversi każijiet bl-għan li jestendu d-detenzjoni tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinsisti li l-awtoritajiet Tuneżini jipproteġu l-libertà tal-għaqda u tal-espressjoni, jiggarantixxu l-indipendenza ġudizzjarja, jipprevjenu l-indħil eżekuttiv fil-funzjonijiet ġudizzjarji u jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet garantiti mill-Kostituzzjoni Tuneżina; jikkundanna ż-żieda fid-detenzjonijiet arbitrarji, il-persekuzzjonijiet motivati politikament u r-restrizzjonijiet fuq il-libertajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jitlob ir-revoka sħiħa tad-Digriet Amministrattiv 54, li wassal għal prosekuzzjonijiet relatati mal-espressjoni ta’ opinjoni, u tal-leġiżlazzjoni abbużiva kollha użata biex tillimita l-libertajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jesprimu tħassib serju dwar id-deterjorament tad-drittijiet tal-bniedem fit-Tuneżija u jsegwu azzjoni diplomatika kkoordinata mmirata biex tiffaċilita l-ħelsien tad-detenuti politiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet Tuneżini jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Tuneżija; jieħu nota tal-posponiment reċenti tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Tuneżija u jitlob lill-Kummissjoni tqiegħed is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-ċentru ta’ kwalunkwe djalogu politiku, assistenza finanzjarja, kooperazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u ftehimiet mat-Tuneżija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jesprimi solidarjetà soda mas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-media indipendenti u l-ġurnalisti, u l-assoċjazzjonijiet tal-avukati Tuneżini; jistieden lill-Kummissjoni tirreaġixxi għad-deċiżjoni tal-Gvern Tuneżin li jimblokka l-kontijiet bankarji tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jissottolinja r-rwol kritiku li għandhom il-professjonisti legali fis-salvagwardja tal-istat tad-dritt u l-integrità tas-sistema ġudizzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iħeġġeġ lit-Tuneżija tindirizza d-diversi sfidi fir-reġjun kollu billi tassumi rwol fir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-awtoritajiet tat-Tuneżija.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>