<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0307</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0226/2025 - Rapporteurs: Thijs Reuten, Nina Carberry)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2025 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit (2024/2108(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 149, 30.4.2021, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2021/689(1)/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (FKK),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/withd_2020/sign.</FIELD></FOOTNOTE> (il-Ftehim dwar il-Ħruġ),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Qafas ta’ Windsor<FOOTNOTE><FIELD> Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023, (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87).</FIELD></FOOTNOTE> li jelenka d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li għandhom japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta, is-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża u l-Fehim Komuni dwar aġenda mġedda għall-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit tad-19 ta’ Mejju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira tal-1988 u l-ftehimiet ta’ implimentazzjoni sussegwenti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Marzu 2024 dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq: l-1 ta’ Jannar – il-31 ta’ Diċembru 2023 (COM(2024)0127),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2025 dwar l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq: l-1 ta’ Jannar – il-31 ta’ Diċembru 2024 (COM(2025)0149),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-2 ta’ April 2025 dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni – rapport annwali 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4388, 9.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4388/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni –	rapport annwali 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4389, 9.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4389/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ottubru 2021 li jistabbilixxi r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 357, 8.10.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1755/o.j</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament RAB),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024,<STRING ITALIC="on"> </STRING>ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/657 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 83, 22.3.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/657/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2023 dwar l-implimentazzjoni dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4222, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-laqgħat u l-pożizzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari ta’ Sħubija UE-Renju Unit (PPA),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-White Paper Konġunta għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030 tad-19 ta’ Marzu 2025 (JOIN(2025)0120),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2025 dwar il-white paper dwar il-futur tad-difiża Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/3151, 20.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3151/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Sauli Niinistö tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Safer Together - strengthening Europe’s civilian and military preparedness and readiness” (Aktar Sikuri Flimkien – insaħħu t-tħejjija u l-prontezza ċivili u militari tal-Ewropa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2025 għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) permezz tat-tisħiħ tal-industrija tad-difiża Ewropea (COM(2025)0122),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Qbil li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni regolatorja fis-servizzi finanzjarji bejn l-UE u r-Renju Unit tas-27 ta’ Ġunju 2023 u l-istabbiliment sussegwenti ta’ Forum Regolatorju Konġunt bejn l-UE u r-Renju Unit fil-Qasam Finanzjarju,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta Soċjali Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet u l-Protokolli tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), b’mod partikolari l-istrumenti fundamentali tal-ILO,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982, magħrufa bħala l-Konvenzjoni ta’ Montego Bay,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Arbitraġġ tat-28 ta’ April 2025 fil-kwistjoni ta’ arbitraġġ skont l-Artikolu 739 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar id-deċiżjoni tar-Renju Unit li jipprojbixxi s-sajd għaċ-ċiċċirell<FOOTNOTE><FIELD> Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ, Kawża 2024–45<STRING UNDERLINE="on">, </STRING>https://pca-cpa.org/en/cases/334/<STRING UNDERLINE="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali stabbilit bl-Artikolu 8(1)(p) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tal-10 ta’ Marzu 2023 fir-rigward tal-użu tal-Iskambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali għat-trażmissjoni tad-data bejn l-istituzzjonijiet jew il-korpi ta’ kollegament<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 91, 29.3.2023, p. 89, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/698/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 2/2023 tal-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali stabbilit bl-Artikolu 8(1)(p), tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, tat-28 ta’ Ġunju 2023 fir-rigward tad-deżinjazzjoni tal-istituzzjoni finanzjarja biex isservi bħala referenza biex tiġi ddeterminata r-rata tal-imgħax għall-ħlasijiet tard u r-rata tal-kambju għall-konverżjonijiet tal-muniti, kif ukoll id-data li għandha titqies għad-determinazzjoni tar-rati tal-konverżjoni tal-muniti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 179, 14.7.2023, p. 147, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1460/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(f) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-11 ta’ Diċembru 2024 dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta’ rapporti fuq inizjattiva proprja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għas-Sajd, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A10-0226/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-UE u r-Renju Unit, bħala parti mill-istess kontinent u marbuta bi prossimità ġeografika, valuri kondiviżi u interessi strateġiċi, qed jiffaċċjaw sfidi simili, bħat-tibdil fil-klima, ambjent ta’ sigurtà globali kritiku u volatili u ordni globali li qed jinbidel ikkaratterizzat minn gwerra fil-kontinent Ewropew u l-erożjoni rapida tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, u dan kollu jpoġġi pressjoni akbar fuq is-soċjetajiet, l-ekonomiji u l-istrutturi tas-sigurtà tagħna; billi din is-sitwazzjoni żżid il-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni reċiproka dwar l-affarijiet barranin u d-difiża; billi l-isfidi globali u s-sitwazzjoni ġeopolitika attwali juru li hija meħtieġa kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u r-Renju Unit għas-sigurtà, għall-istabbiltà u għall-prosperità tal-kontinent kollu; billi kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u r-Renju Unit, ibbażata fuq il-prevedibbiltà u l-istruttura pprovduti mill-FKK, hija aktar essenzjali minn qatt qabel biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi reċiproċi u tissaħħaħ ir-reżiljenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-UE u r-Renju Unit dan l-aħħar urew determinazzjoni politika mġedda biex jaħdmu flimkien u jkomplu jkunu sħab b’saħħithom fl-indirizzar tal-isfidi globali u tat-theddid għas-sigurtà, inkluża t-theddida mir-Russja għas-sigurtà tal-kontinent kollu tal-Ewropa u għall-ordni globali bbażat fuq ir-regoli; billi f’Marzu 2025, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Starmer ħabbar il-bini ta’ “koalizzjoni tal-partijiet disposti” biex jissaħħaħ l-appoġġ ikkoordinat għall-Ukrajna ħalli tiddefendi lilha nnifisha mill-aggressjoni tar-Russja sakemm ikun meħtieġ;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi s-soċjetajiet u l-ekonomiji miftuħa u konnessi tar-Renju Unit u tal-UE qed ikunu dejjem aktar soġġetti għal kampanji ibridi sfaċċati inklużi attakki ċibernetiċi, manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin (FIMI), sabotaġġ u l-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fis-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit tad-19 ta’ Mejju 2025, iż-żewġ naħat affermaw mill-ġdid id-determinazzjoni politika mġedda tagħhom li jaħdmu flimkien bħala sħab mill-qrib u affidabbli biex jindirizzaw l-isfidi globali komuni li qed niffaċċjaw; billi dan intwera bl-aktar mod ċar permezz tal-istabbiliment ta’ Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża, kif ukoll permezz tal-appoġġ kontinwu u magħqud tagħhom favur l-Ukrajna biex tiddefendi lilha nnifisha mill-aggressjoni tar-Russja u tirrestawra paċi komprensiva, ġusta u dejjiema, inkluż permezz ta’ impenji ta’ sigurtà msaħħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-multilateraliżmu, id-difiża tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, il-paċi, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, l-ekonomija tas-suq, l-iżvilupp sostenibbli u l-kummerċ ħieles huma prinċipji ewlenin kemm tal-UE kif ukoll tar-Renju Unit; billi l-FKK jipprovdi qafas li jista’ jissaħħaħ maż-żmien biex jintlaħqu l-għanijiet strateġiċi u ekonomiċi kondiviżi; billi l-FKK jipprovdi ċ-ċertezza legali meħtieġa biex irawwem il-kummerċ u jippromwovi kooperazzjoni bla xkiel;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-istrutturi ta’ governanza stabbiliti fl-ambitu tal-FKK, inklużi l-Kunsill ta’ Sħubija u korpi konġunti oħra, iffunzjonaw b’mod effettiv, u fl-2024 saru aktar minn 35 laqgħa biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-Ftehim;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-FKK ikopri oqsma bħall-kummerċ, l-enerġija, is-sajd, it-trasport, il-kooperazzjoni ġudizzjarja u fl-infurzar tal-liġi, u l-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, filwaqt li jipprovdi qafas diversifikat u komprensiv u jiżgura kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi fl-oqsma li jkopri; billi s-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit afferma l-impenn imġedded taż-żewġ partijiet favur il-kooperazzjoni fl-enerġija bejn l-UE u r-Renju Unit, inklużi pjanijiet biex jiġi esplorat id-dħul mill-ġdid tar-Renju Unit fis-suq intern tal-elettriku tal-UE, bl-għan li jitnaqqsu l-kostijiet tal-enerġija nadifa u tittejjeb il-kompetittività;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tal-FKK tista’ sservi ta’ inċentiv siewi biex jiġu promossi t-taħriġ, l-iżvilupp tal-ħiliet, u l-investimenti f’assi intanġibbli, bħall-kapital uman, kemm fl-UE kif ukoll lil hinn mill-fruntieri tagħha; billi l-importanza li jitrawmu l-iskambju tal-għarfien u l-kollaborazzjoni biex jissaħħu l-ħiliet tal-individwi, ħalli b’hekk jingħata kontribut għal forza tax-xogħol globali aktar kompetittiva, sostenibbli u inklużiva, hija rikonoxxuta;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-FKK huwa l-ewwel ftehim kummerċjali ffirmat mill-UE li jinkludi l-Ftehim ta’ Pariġi bħala klawżola essenzjali; billi, bl-istess mod, il-parteċipazzjoni kemm tar-Renju Unit kif ukoll tal-Istati Membri tal-UE fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem hija dispożizzjoni ewlenija tal-Ftehim; billi l-FKK ma jkoprix is-servizzi finanzjarji, il-migrazzjoni, il-programm Erasmus+, il-politika barranija jew id-difiża; billi s-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit li sar fid-19 ta’ Mejju 2025 stabbilixxa passi ewlenin biex jimtlew dawn il-lakuni;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-FKK jobbliga liż-żewġ partijiet jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali kif riflessi, b’mod partikolari, fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; billi d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem huma parti essenzjali mill-arkitettura tad-drittijiet tal-bniedem madwar il-kontinent Ewropew; billi f’Jannar 2024, l-Irlanda ressqet applikazzjoni interstatali kontra r-Renju Unit quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem li tikkonċerna l-Att tal-2023 “The Northern Ireland Troubles (Legacy and Reconciliation)” (l-Att dwar il-problemi tal-Irlanda ta’ Fuq (Legat u Rikonċiljazzjoni));
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-FKK ma jinkludix qafas għall-kooperazzjoni dwar il-politika barranija, tas-sigurtà u tad-difiża; billi kemm l-UE kif ukoll ir-Renju Unit irrikonoxxew b’mod espliċitu l-importanza u l-valur miżjud tal-kooperazzjoni strutturata f’dawn l-oqsma, b’mod partikolari fid-dawl tal-kuntest ġeopolitiku attwali; billi s-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit li sar fid-19 ta’ Mejju 2025 irriżulta fl-iffirmar ta’ Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża, u dan jimmarka pass ewlieni lejn il-formalizzazzjoni ta’ tali kooperazzjoni; billi kooperazzjoni aktar profonda f’dawn l-oqsma tikkontribwixxi biex jissaħħu s-sigurtà, ir-reżiljenza u l-prosperità kondiviża tal-Ewropa għaċ-ċittadini kollha, bil-benefiċċji tagħha jinħassu wkoll lil hinn mill-fruntieri tagħna;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Istati Membri tal-UE għandhom politiki militari u ta’ sigurtà differenti, inklużi politiki ta’ newtralità; billi dawn il-politiki għandhom jiġu rispettati;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi r-Renju Unit u Franza huma l-uniċi pajjiżi Ewropej li għandhom l-armi nukleari; billi d-deterrent nukleari huwa ta’ importanza kruċjali biex nipproteġu l-Ewropa bħala kontinent; billi l-Parlament jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-impenn tal-UE u l-Istati Membri tagħha favur it-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari bħala l-ġebla tax-xewka tar-reġim tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm nukleari; billi l-Parlament jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-UE jkollha rwol b’saħħtu u kostruttiv fl-iżvilupp u fit-tisħiħ tal-isforzi globali ta’ nonproliferazzjoni bbażati fuq ir-regoli u tal-arkitettura tal-kontroll tal-armi u tad-diżarm;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-Ftehim dwar il-Ħruġ u l-FKK jikkostitwixxu l-qafas għar-relazzjoni tar-Renju Unit mal-UE; billi ż-żewġ ftehimiet ġew ratifikati mill-UE u mir-Renju Unit u huma trattati legalment vinkolanti skont id-dritt internazzjonali; billi r-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit trid tkun ibbażata fuq ir-rispett sħiħ għal dawn l-impenji internazzjonali u l-applikazzjoni effettiva tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Parlament ikompli jagħti attenzjoni speċjali lis-sitwazzjoni taċ-ċittadini tal-UE li jgħixu fir-Renju Unit u taċ-ċittadini Brittaniċi li jgħixu fl-UE; billi l-Awtorità Indipendenti ta’ Monitoraġġ (Independent Monitoring Authority (IMA)) tar-Renju Unit għall-Ftehimiet dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini rċeviet 79 ilment miċ-ċittadini tal-UE u taż-Żona Ekonomika Ewropea bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ Ġunju 2023<FOOTNOTE><FIELD> IMA, “Complaints to the IMA: 1 January 2023 – 30 June 2023”.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-maġġoranza tal-ilmenti huma relatati mad-dritt ta’ residenza, b’mod partikolari rigward ħinijiet twal ta’ stennija għall-applikazzjonijiet tal-Iskema għall-kisba tal-istatus ta’ stabbilit għaċ-ċittadini tal-UE, ħinijiet twal ta’ stennija simili għall-applikazzjonijiet tal-Karta ta’ residenza ta’ membru tal-familja taċ-ċittadin tal-Unjoni, u rieżamijiet amministrattivi twal tal-Iskema għall-kisba tal-istatus ta’ stabbilit għaċ-ċittadini tal-UE, segwiti mill-kwistjoni tat-trattament ugwali; billi f’Diċembru 2024, l-IMA rrapportat rata ta’ rifjut ta’ 21 % rigward l-applikazzjonijiet tal-Iskema għall-kisba tal-istatus ta’ stabbilit għaċ-ċittadini tal-UE li saru fl-Irlanda ta’ Fuq, u b’hekk saret l-ogħla rata ta’ rifjut fir-Renju Unit<FOOTNOTE><FIELD> IMA, “IMA focus on citizens’ rights in Northern Ireland”.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-UE għandha responsabbiltà partikolari li tiżgura li kemm il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira kif ukoll il-paċi fl-Irlanda ta’ Fuq jiġu rispettati; billi l-implimentazzjoni tal-FKK hija marbuta direttament mal-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim dwar il-Ħruġ; billi l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu ġiet imdewma waqt li l-UE u r-Renju Unit kienu qed isibu soluzzjonijiet komuni għall-isfidi prattiċi maħluqa fl-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq li jirriżulta mill-Brexit;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-Qafas ta’ Windsor, li ġie konkluż fl-2023, jindirizza wħud mill-isfidi prattiċi li rriżultaw fl-operat tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq matul l-ewwel snin tal-implimentazzjoni tiegħu u joħloq ċertezza legali, u għalhekk iwitti t-triq għal implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u tal-FKK fl-Irlanda ta’ Fuq; billi l-Qafas ta’ Windsor ikopri għadd kbir ta’ oqsma, bħall-governanza demokratika, id-drittijiet, is-salvagwardji u l-ugwaljanza tal-opportunitajiet, il-kummerċ, id-dwana, is-settur agroalimentari, il-mediċini, l-għajnuna mill-istat, il-VAT u d-dazji tas-sisa; billi l-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira rifed il-paċi u l-istabbiltà fil-gżira tal-Irlanda għal aktar minn 25 sena; billi l-istatus uniku tal-Irlanda ta’ Fuq, kif rikonoxxut fil-Protokoll u fil-Qafas ta’ Windsor, irid jiġi rrispettat bis-sħiħ fin-negozjati futuri bejn l-UE u r-Renju Unit biex jiġi żgurat li l-ebda arranġament ma jipperikola din il-kisba; billi l-Gvern attwali tar-Renju Unit impenja ruħu li jirrevoka u jissostitwixxi l-Legacy Act tal-gvern preċedenti; billi t-taqlib kummerċjali globali attwali għandu impatt uniku fuq l-Irlanda ta’ Fuq minħabba l-pożizzjoni unika tagħha li tirriżulta mill-Brexit u billi kemm ir-Renju Unit kif ukoll l-UE jeħtiġilhom ikunu konxji minn din il-pożizzjoni meta jifformulaw il-politika kummerċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-konklużjoni tal-Qafas ta’ Windsor flimkien mal-wegħda tal-Prim Ministru tar-Renju Unit li “tiġi stabbilita mill-ġdid” ir-relazzjoni tar-Renju Unit mal-UE f’Lulju 2024 fetħu kapitlu ġdid u ambizzjuż fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi s-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit li sar fid-19 ta’ Mejju 2025 kellu eżiti pożittivi għaż-żewġ partijiet u afferma mill-ġdid l-impenn politiku tagħhom li japprofondixxu s-sħubija, inkluż permezz ta’ sħubija strateġika; billi s-Summit irriżulta fi progress dwar firxa ta’ kwistjonijiet inklużi l-miżuri sanitarji u fitosanitarji (SPS), il-mobbiltà taż-żgħażagħ u l-kooperazzjoni fl-enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi s-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit witta t-triq għal aġenda bilaterali aktar strutturata u li tħares ’il quddiem; billi dan is-Summit kien maħsub biex jimmarka l-bidu ta’ djalogu politiku regolari u strutturat, b’aktar laqgħat antiċipati dwar oqsma bħall-politika barranija, tas-sigurtà u tad-difiża, il-mobbiltà, l-enerġija, il-klima, ir-riċerka u s-sigurtà interna; billi l-Kummissjoni kkonfermat li d-diskussjonijiet esploratorji li saru fit-tħejjija għas-Summit jiffurmaw parti minn proċess kontinwu usa’ mmirat lejn l-approfondiment tal-kooperazzjoni f’diversi oqsma;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-impenji meħuda matul is-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit għandhom ikunu aktar minn sempliċi dikjarazzjonijiet politiċi u għandhom ikunu akkumpanjati wkoll bi ftehimiet u riżultati konkreti u legalment vinkolanti kemm għall-UE kif ukoll għar-Renju Unit f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, b’mod partikolari għaċ-ċittadini tagħhom u għan-negozji tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-UE u r-Renju Unit jeħtiġilhom jadattaw għad-dinamika li qed tevolvi fis-sigurtà trans-Atlantika u jeħtiġilhom isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom stess, flimkien ma’ sħab oħra tal-istess fehma, biex jindirizzaw dawn l-iżviluppi;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-FKK jeħtieġ ir-rispett għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tal-libertajiet u tad-drittijiet fundamentali tal-individwi, inklużi dawk stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; billi dawn id-drittijiet iservu ta’ prinċipji gwida għall-ħidma tal-gruppi konsultattivi domestiċi, inkluż dwar il-Kapitoli tal-FKK; billi l-gruppi konsultattivi domestiċi tal-UE għandhom rwol ewlieni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-FKK; billi l-Forum tas-Soċjetà Ċivili, stabbilit skont l-Artikolu 14 tal-FKK, iservi ta’ pjattaforma vitali għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, għan-negozji tal-UE, għat-trade unions u għal organizzazzjonijiet oħra tal-ħaddiema biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar l-implimentazzjoni tal-FKK, u għandu rwol essenzjali biex jappoġġa d-djalogu tal-Kummissjoni mar-Renju Unit;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi, fid-19 ta’ Mejju 2025, l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit adottaw ftehim politiku li jippermetti aċċess reċiproku sħiħ għall-ilmijiet biex isir is-sajd sat-30 ta’ Ġunju 2038<FOOTNOTE><FIELD> Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni, “A renewed agenda for European Union – United Kingdom cooperation – Common Understanding” (Aġenda mġedda għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit – fehim komuni), 19 ta’ Mejju 2025, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/statement_25_1267.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-UE tibqa’ s-sieħeb kummerċjali l-aktar importanti tar-Renju Unit; billi r-rikonoxximent tal-importanza tat-trasparenza u tal-istabbiltà fil-kummerċ u fl-investiment internazzjonali hija għall-benefiċċju tal-partijiet ikkonċernati kollha; billi ambjent kummerċjali prevedibbli li jrawwem il-kummerċ u l-investiment bejn l-UE u r-Renju Unit, u li jwassal għat-tkabbir u l-impjiegi, huwa kruċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi għalkemm il-FKK jiżgura kwoti u tariffi żero, ma jeliminax l-ostakli nontariffarji; billi b’riżultat tal-Brexit, in-negozji, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), qed jiffaċċjaw żieda fid-dikjarazzjonijiet doganali, fil-verifiki tal-konformità u fir-rekwiżiti regolatorji, u dan qed iwassal għal kostijiet operazzjonali ogħla u dewmien sinifikanti fil-fruntieri; billi l-infrastruttura inadegwata u n-nuqqas ta’ aġenti doganali mħarrġa poġġew aktar pressjoni fuq is-sistema, u dan ikkawża tfixkil fil-moviment f’waqtu tal-merkanzija;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi t-trasport bit-triq, bil-ferrovija, marittimu u bl-ajru faċli, effiċjenti u affordabbli bejn l-UE u r-Renju Unit huwa ta’ importanza kruċjali, bl-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ mobbiltà għall-ħafna ċittadini tal-Istati Membri tal-UE li jgħixu u jaħdmu fir-Renju Unit, kif ukoll għaċ-ċittadini tar-Renju Unit li jivvjaġġaw lejn l-UE bħala turisti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi hija l-valutazzjoni ġenerali tal-Kummissjoni li l-FKK huwa ftehim modern u komprensiv, li jirrifletti l-interessi tal-UE dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni, filwaqt li, fl-istess ħin, jippreżerva l-limiti li ġew stabbiliti mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-Istati Membri matul il-proċess ta’ ħruġ tar-Renju Unit; billi għas-snin 2021 sa 2024, il-Kummissjoni, fir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tagħha, stabbiliet li, b’mod ġenerali, l-arranġamenti kummerċjali għall-oġġetti u għas-servizzi stabbiliti fil-FKK ħadmu tajjeb, minkejja xi problemi relatati mal-implimentazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi skont il-FKK, il-fornituri ta’ servizzi jew l-investituri mill-UE ma jeħtiġilhomx jiġu trattati b’mod anqas favorevoli mill-operaturi tar-Renju Unit fir-Renju Unit, u viċe versa; billi l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni japplika għal firxa wiesgħa ta’ attivitajiet ekonomiċi, inklużi l-forniment ta’ servizzi, l-istabbiliment ta’ negozji u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi r-Renju Unit japplika s-sistema ta’ sponsorizzazzjoni tiegħu għall-viżi tax-xogħol għall-fornituri tas-servizzi tal-UE, u b’riżultat ta’ dan, impjegatur tar-Renju Unit li jkun jixtieq jimpjega ħaddiem tal-UE jeħtieġ li jkun liċenzjat mill-Home Office tar-Renju Unit u mbagħad jassenja ċertifikat ta’ sponsorizzazzjoni lill-ħaddiem tal-UE, u jħallas tariffi għal dak il-ħaddiem biex ikun jista’ japplika għal viża (filwaqt li l-ħaddiem iħallas ukoll tariffi addizzjonali); billi dawn ir-restrizzjonijiet jaffettwaw ukoll lill-organizzazzjonijiet intermedjarji u kulturali bħall-fondazzjonijiet u l-istituti pubbliċi li jipprovdu servizzi ta’ interess pubbliku, u billi hija meħtieġa faċilitazzjoni akbar f’dan ir-rigward; billi dan joħloq piżijiet addizzjonali li jistgħu jiffavorixxu lill-operaturi tar-Renju Unit;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi s-swieq tal-akkwist pubbliku tar-Renju Unit jibqgħu miftuħa għall-offerenti tal-UE u viċi versa fuq bażi ugwali; billi ż-żewġ partijiet jeħtiġilhom jiżguraw li l-proċess tal-akkwist ikun ġust, trasparenti u miftuħ għall-kompetizzjoni; billi r-Renju Unit u l-UE qablu wkoll li jżommu l-impenji ta’ akkwist eżistenti tagħhom fl-ambitu tal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), u dan ikompli jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku tagħhom għal negozji minn pajjiżi oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-FKK huwa l-unika ftehim ta’ kummerċ ħieles li qatt ġie konkluż mill-UE li jistabbilixxi tariffi żero u kwoti żero fuq l-oġġetti kollha li jikkonformaw mar-regoli xierqa tal-oriġini; billi l-istatistika kummerċjali għall-perjodu mid-dħul fis-seħħ tal-FKK turi li l-flussi kummerċjali bejn l-UE u r-Renju Unit ġew affettwati b’mod negattiv mill-ħruġ tar-Renju Unit; billi l-kummerċ tal-oġġetti bejn ir-Renju Unit u l-UE baqa’ staġnat; billi s-sena 2024 ikkonfermat li l-kummerċ tal-oġġetti u tas-servizzi tal-UE ma’ sħab kummerċjali oħra kiber b’mod sinifikanti aktar mill-kummerċ tagħha mar-Renju Unit fuq perjodu komparabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi l-verifiki SPS u l-introduzzjoni mill-ġdid tal-formalitajiet doganali fixklu l-esportazzjoni tal-oġġetti li jitħassru, u dan wassal għal aktar ħela u telf finanzjarju kif ukoll għal tnaqqis fil-moviment u d-disponibbiltà tal-prodotti mhux biss bejn l-UE u r-Renju Unit, iżda wkoll bejn il-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi fis-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit, filwaqt li r-Renju Unit afferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu li ma jerġax jingħaqad mal-Unjoni Doganali tal-UE, iż-żewġ partijiet esprimew l-intenzjoni tagħhom li jissimplifikaw il-proċeduri doganali biex inaqqsu d-dewmien u l-kostijiet operazzjonali u li jaħdmu favur l-istabbiliment ta’ żona SPS komuni;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi l-FKK jinkludi diversi impenji pertinenti għall-kummerċ elettroniku, bħall-projbizzjoni tad-dazji doganali fuq it-trażmissjonijiet elettroniċi; billi l-promozzjoni tal-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet regolatorji, inkluż dwar mekkaniżmi kif ukoll teknoloġiji emerġenti li jiffaċilitaw it-trasferimenti tad-data, hija essenzjali għall-operazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku; billi tfaċċaw sfidi prattiċi fl-implimentazzjoni tal-FKK u b’riżultat taż-żieda kbira fit-tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku ta’ dawn l-aħħar żminijiet, u dan ħalla impatt fuq in-negozji u l-konsumaturi fuq iż-żewġ naħat tal-Kanal Ingliż; billi kemm l-UE kif ukoll ir-Renju Unit iffirmaw l-Inizjattiva Konġunta tad-WTO dwar il-kummerċ elettroniku;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi, għall-implimentazzjoni ulterjuri tal-FKK, għandu jkun hemm sforzi ta’ monitoraġġ partikolari ffukati fuq ir-riskju ta’ diverġenzi regolatorji ulterjuri; billi l-kooperazzjoni regolatorja komprensiva bejn il-partijiet hija tal-akbar importanza; billi huwa sinjal pożittiv li waslu biss żewġ ilmenti uffiċjali rilevanti mill-partijiet ikkonċernati dwar l-implimentazzjoni tal-FKK permezz tal-għodda online tal-Kummissjoni matul l-2024; billi l-istituzzjonijiet Ewropej ikomplu jaħdmu b’mod regolari mal-partijiet ikkonċernati biex jiddiskutu l-aspetti prattiċi tal-implimentazzjoni tal-FKK;
</CONS><CONS>
<NO.P>AK.</NO.P>billi d-diverġenza regolatorja bejn l-UE u r-Renju Unit fil-qasam tas-saħħa pubblika kibret mill-Brexit ’l hawn, u nħolqu implikazzjonijiet għall-proċessi tal-awtorizzazzjoni tal-mediċini, għall-ktajjen tal-provvista transfruntiera u għall-aċċess għal trattamenti kritiċi; billi din id-diverġenza diġà kkontribwiet għal skarsezzi ta’ mediċini u żiedet fil-kostijiet tal-importazzjoni, u dan affettwa b’mod partikolari lil Stati Membri u reġjuni iżgħar; billi l-FKK jipprovdi biss mekkaniżmi limitati għall-kooperazzjoni fis-saħħa, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa ta’ allinjament regolatorju sostnut, kondiviżjoni strutturata tad-data, u tħejjija konġunta għall-emerġenzi biex jiġi żgurat aċċess ekwu għal mediċini sikuri u effettivi fiż-żewġ ġuriżdizzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>AL.</NO.P>billi fit-8 ta’ Mejju 2025, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti laħqu ftehim dwar Patt dwar il-Prosperità Ekonomika bejn l-Istati Uniti u r-Renju Unit; billi tali ftehimiet jista’ jkollhom impatt fuq il-kundizzjonijiet ekwi stabbiliti bejn l-UE u r-Renju Unit fil-kuntest tal-FKK u jistgħu jirriżultaw f’diverġenza regolatorja ulterjuri mill-istandards tal-UE, b’mod partikolari f’oqsma bħas-sikurezza tal-ikel, is-servizzi diġitali u l-protezzjonijiet tal-ħaddiema; billi l-UE jeħtiġilha tiżgura li kwalunkwe diverġenza bħal din ma ddgħajjifx il-kundizzjonijiet ekwi stabbiliti fl-ambitu tal-FKK jew iddgħajjef l-integrità tas-suq uniku tal-UE; billi, f’dak ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żona SPS komuni ppjanata bejn l-UE u r-Renju Unit;
</CONS><CONS>
<NO.P>AM.</NO.P>billi kemm il-konsumaturi tal-UE kif ukoll dawk tar-Renju Unit jibbenefikaw minn kooperazzjoni msaħħa bejn in-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur tal-UE u l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tas-Swieq tar-Renju Unit; billi, bi qbil mal-Artikolu 211(1) tal-FKK, l-UE u r-Renju Unit qablu li jikkooperaw dwar aspetti varji tar-regolamentazzjoni tal-kummerċ diġitali; billi biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mill-eżistenza ta’ żewġ swieq doganali separati hemm bżonn ta’ impenn kostruttiv u kondiviżjoni f’waqtha tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tal-UE u dawk tar-Renju Unit, b’mod partikolari fl-implimentazzjoni tal-obbligi ġodda;
</CONS><CONS>
<NO.P>AN.</NO.P>billi f’termini tal-proċess ta’ implimentazzjoni interna tal-UE tal-FKK, il-koleġiżlaturi tal-UE lestew il-qafas regolatorju meħtieġ billi adottaw ir-Regolament (UE) 2023/657 tal-15 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi regoli għall-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u tal-FKK;
</CONS><CONS>
<NO.P>AO.</NO.P>billi l-UE u r-Renju Unit jikkondividu ambizzjonijiet komuni fl-oqsma tal-protezzjoni ambjentali, il-klima u s-sikurezza tal-ikel; billi żieda fid-diverġenza regolatorja f’dawn l-oqsma taf tfixkel il-kummerċ u timmina l-effettività tal-isforzi ambjentali u klimatiċi, b’mod partikolari fil-kuntest tal-Irlanda ta’ Fuq u l-Irlanda; billi fl-2024, il-Gvern tar-Renju Unit appella għal risettjar fir-relazzjonijiet biex jissaħħu l-kooperazzjoni strateġika u l-allinjament regolatorju b’rispons għall-isfidi kondiviżi u l-prijoritajiet reċiproċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AP.</NO.P>billi l-Kummissjoni u r-Renju Unit, fil-kuntest tas-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit, esploraw oqsma bil-potenzjal li jsaħħu l-kooperazzjoni bilaterali u impenjaw ruħhom li jaħdmu favur l-istabbiliment ta’ żona SPS komuni biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ agroalimentari; billi l-UE u r-Renju Unit impenjaw ruħhom ukoll li jaħdmu biex jorbtu s-Sistemi għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS) u l-Mekkaniżmi ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) rispettivi tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>AQ.</NO.P>billi l-FKK jipprevedi koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali biex jiġu protetti d-drittijiet tas-sigurtà soċjali tal-persuni li jiċċaqilqu bejn l-UE u r-Renju Unit wara l-1 ta’ Jannar 2021; billi jipprevedi wkoll kundizzjonijiet ekwi biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta billi jinżammu livelli għoljin ta’ protezzjoni f’għadd ta’ oqsma, inklużi d-drittijiet soċjali u tal-ħaddiema, b’mekkaniżmi vinkolanti ta’ infurzar u ta’ soluzzjoni tat-tilwim biex tiġi żgurata l-konformità;
</CONS><CONS>
<NO.P>AR.</NO.P>billi d-drittijiet fundamentali għall-organizzazzjoni ta’ azzjoni kollettiva, għan-negozjar kollettiv u għat-teħid ta’ azzjoni kollettiva huma minquxa fid-dritt internazzjonali u huma inerenti fl-iżgurar tal-iżvilupp sostenibbli u kundizzjonijiet ekwi, kif stabbilit fil-FKK;
</CONS><CONS>
<NO.P>AS.</NO.P>billi l-Att tar-Renju Unit dwar id-Dritt tal-UE Miżmum (Revoka u Riforma) tal-2023 irċieva kunsens irjali fid-29 ta’ Ġunju 2023; billi dan l-Att jirrevoka ċerti liġijiet tal-UE miżmuma sa tmiem l-2023 u jneħħi l-istatus speċjali tad-dritt miżmum kollu tal-UE fl-ordni legali tar-Renju Unit; billi l-Att iddelega setgħat sinifikanti lill-awtoritajiet tar-Renju Unit biex jirrevokaw, jemendaw jew jimmodifikaw il-liġijiet tal-UE miżmuma;
</CONS><CONS>
<NO.P>AT.</NO.P>billi l-moviment liberu tal-ħaddiema jikkostitwixxi dritt fundamentali fl-UE; billi l-UE u r-Renju Unit għandhom rekord twil fejn tidħol il-mobbiltà tal-ħaddiema u tal-istudenti li jsegwu edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali; billi l-Erasmus+ ilu għal żmien twil strument importanti f’dan ir-rigward; billi l-ftehim bejn l-UE u r-Renju Unit biex jaħdmu favur l-assoċjazzjoni tar-Renju Unit mal-programm Erasmus+ biex jespandu l-opportunitajiet edukattivi, professjonali u kulturali għaż-żgħażagħ huwa milqugħ tajjeb; billi t-tisħiħ tal-mobbiltà tal-ħaddiema bejn l-UE u r-Renju Unit jista’ jgħin jindirizza l-iskarsezzi ta’ ħaddiema; billi hemm il-ħtieġa ta’ ftehim komprensiv dwar il-mobbiltà bejn l-UE u r-Renju Unit li jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema u l-moviment transkonfinali tal-ħaddiema;
</CONS><CONS>
<NO.P>AU.</NO.P>billi r-Renju Unit mhuwiex assoċjat mal-programm Erasmus+ 2021-2027, mal-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà 2021-2027 jew mal-programm Ewropa Kreattiva 2021-2027;
</CONS><CONS>
<NO.P>AV.</NO.P>billi s-setturi kulturali u kreattivi mhumiex inklużi fil-FKK, li jsemmi t-terminu “edukazzjoni” biss fir-rigward taċ-ċibersigurtà u l-ħtieġa li ċ-ċittadini jiġu edukati dwar sfidi relatati;
</CONS><CONS>
<NO.P>AW.</NO.P>billi, b’konsegwenza tal-Brexit, iċ-ċittadini tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> bl-eċċezzjoni taċ-ċittadini Irlandiżi.</FIELD></FOOTNOTE> li jistudjaw fir-Renju Unit ma għadhomx intitolati għal “home fees” (miżati ta’ reġistrazzjoni applikabbli għall-istudenti Brittaniċi), u minħabba dan qed ikollhom iħallsu miżati ogħla applikabbli għall-istudenti internazzjonali; billi din il-bidla tagħmel l-istudju fir-Renju Unit għali b’mod projbittiv, u tippenalizza liż-żgħażagħ minn sfondi soċjalment żvantaġġjati b’mod partikolari, peress li ma hemm l-ebda limitu massimu tal-prezz fuq il-miżati għat-tagħlim għall-istudenti internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AX.</NO.P>billi l-Iskema Turing ma tistax titqies bħala sostituzzjoni għall-programm Erasmus+, peress li tiffinanzja biss il-mobbiltà ’l barra; billi waqt l-aħħar sena tar-Renju Unit ta’ Erasmus Erasmus+ (2019-2020) l-allokazzjoni tal-finanzjament lir-Renju Unit kienet ta’ GBP 200 miljun, somma ogħla mill-GBP 110 miljun allokati għall-Iskema Turing għall-2022-2023<FOOTNOTE><FIELD> Il-Gvern tar-Renju Unit, “Turing Scheme funding outcomes for the 2022 to 2023 academic year” (Eżiti tal-Iskema ta’ finanzjament Turing għas-sena akkademika 2022 sal-2023).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AY.</NO.P>billi, mill-2013 sal-2016, 52,7 % tal-kollokamenti ta’ mobbiltà tal-istudenti mir-Renju Unit seħħew fi Stat Membru tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Universities UK International, “Gone International: Expanding Opportunities” (Morna Internazzjonali: Nespandu l-Opportunitajiet) https://dera.ioe.ac.uk/id/eprint/31640/1/Gone%20International_expanding%20opportunities_digital.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>; billi 6 minn 10 kollokamenti ta’ mobbiltà taħt l-Iskema Turing għas-sena akkademika 2021-2022 seħħew barra mill-UE<FOOTNOTE><FIELD> L-aktar tliet destinazzjonijiet popolari tal-Erasmus+ għall-istudenti tar-Renju Unit, Spanja, Franza u l-Ġermanja, esperjenzaw tnaqqis drammatiku ta’ 43 % fl-għadd medju ta’ parteċipanti mill-edukazzjoni għolja tar-Renju Unit fl-Iskema Turing (The British Academy, “The Turing Scheme – Understanding impacts and implications” (L-Iskema Turing – Nifhmu l-impatti u l-implikazzjonijiet), Novembru 2023, https://www.thebritishacademy.ac.uk/documents/5022/The_Turing_Scheme_-_Understanding_Impacts_and_Implications.pdf).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AZ.</NO.P>billi l-għadd ta’ studenti tal-UE fir-Renju Unit naqas minn 66 685 fis-sena akkademika immedjatament qabel il-Brexit għal 28 375 fis-sena akkademika 2023-2024<FOOTNOTE><FIELD> Higher Education Statistics Agency, “UK, 2022/23 - Where students come from and go to study” (Ir-Renju Unit, 2022/23 - Minn fejn jiġu l-istudenti u fejn qed imorru biex jistudjaw), 8 ta’ Awwissu 2024, https://www.hesa.ac.uk/news/08-08-2024/sb269-higher-education-student-statistics/location.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>BA.</NO.P>billi l-Gvern ta’ Wales stabbilixxa l-programm ta’ skambju ta’ tagħlim internazzjonali Taith<FOOTNOTE><FIELD> Universities Wales, “Wales beyond borders” (Wales lil hinn mill-fruntieri).</FIELD></FOOTNOTE> biex joffri mobbiltà ’l barra u ’l ġewwa għall-istudenti, liema programm kien immirat lejn gruppi sottorappreżentati u organizzazzjonijiet iżgħar; billi l-proġett Test and Learn tal-Programm ta’ Skambju tal-Edukazzjoni Skoċċiż<FOOTNOTE><FIELD> Il-Gvern Skoċċiż, “Scottish Education Exchange Programme – Test and Learn: funded projects” (Il-Programm ta’ Skambju tal-Edukazzjoni Skoċċiż – Test and Learn: proġetti ffinanzjati), 15 ta’ Jannar 2025.</FIELD></FOOTNOTE> ġie introdott mill-Gvern Skoċċiż; billi l-Gvern Irlandiż qed jiffinanzja l-mobbiltà tal-Erasmus+ għal studenti minn universitajiet fl-Irlanda ta’ Fuq, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, billi jirreġistrahom f’universitajiet Irlandiżi għat-tul tal-iskambju tagħhom<FOOTNOTE><FIELD> Il-Gvern tal-Irlanda, “Minister Harris announces mobility funding for Northern Ireland higher education students” (Il-Ministru Harris iħabbar il-finanzjament tal-mobbiltà għall-istudenti tal-edukazzjoni għolja tal-Irlanda ta’ Fuq), 27 ta’ Lulju 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>BB.</NO.P>billi l-Istrateġija għall-Edukazzjoni Internazzjonali tar-Renju Unit stabbiliet l-objettiv li jiżdied l-għadd ta’ studenti internazzjonali milqugħa fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja tar-Renju Unit kull sena minn 400 000 għal 600 000 sal-2030<FOOTNOTE><FIELD> Il-Gvern tar-Renju Unit, “International Education Strategy: 2021 update” (Strateġija għall-Edukazzjoni Internazzjonali: aġġornament 2021), 6 ta’ Frar 2021, https://www.gov.uk/government/publications/international-education-strategy-2021-update.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>BC.</NO.P>billi d-dikjarazzjoni politika tal-2019, li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, iddikjarat li l-“Partijiet jaqblu li jikkunsidraw kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn għall-finijiet ta’ riċerka, studju, taħriġ u skambji taż-żgħażagħ”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 34, 31.1.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/withd_2020/dcl_1/sign.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-iskambji taż-żgħażagħ kienu meqjusa bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin għar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit matul il-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali tas-17 ta’ Diċembru 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>BD.</NO.P>billi l-artisti u l-ħaddiema kulturali tar-Renju Unit issa huma soġġetti għar-regoli ta’ Schengen, u dan iwassal għal diffikultajiet bħal żieda sinifikanti fil-kostijiet u l-ħtieġa li jinkisbu permessi għat-trasport tat-tagħmir u visi għall-ispettakli kulturali, meta jivvjaġġaw f’pajjiżi Ewropej differenti f’perjodu ta’ żmien qasir;
</CONS><CONS>
<NO.P>BE.</NO.P>billi l-FKK japplika eċċezzjoni għall-qasam tal-kultura li teskludi s-servizzi awdjoviżivi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, minkejja li l-UE u r-Renju Unit jikkondividu ħafna mill-istess valuri fl-oqsma tal-kultura u tal-edukazzjoni; billi r-Renju Unit jibqa’ parti għall-Konvenzjoni Ewropea dwar it-Televiżjoni Transkonfinali, u x-xogħlijiet awdjoviżivi li joriġinaw mir-Renju Unit jitqiesu bħala “xogħlijiet Ewropej” f’konformità mal-Artikolu 1(1)(n)(iii) tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/13/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>BF.</NO.P>billi l-konklużjonijiet tas-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit isemmu ħidma favur Skema ta’ Esperjenzi għaż-Żgħażagħ futura u l-assoċjazzjoni mill-ġdid tar-Renju Unit mal-programm Erasmus+, kif ukoll skambji kulturali u artistiċi u artisti li jivvjaġġaw;
</CONS><CONS>
<NO.P>BG.</NO.P>billi mill-Brexit ’l hawn, l-isportivi u l-atleti tal-UE jeħtieġu permess ta’ xogħol biex iwettqu l-attività tagħhom fir-Renju Unit; billi l-FKK ma fih l-ebda dispożizzjoni marbuta mal-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet lokali u professjonali, mas-sħubijiet u mal-iskambji fil-qasam tal-isport;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Konklużjonijiet prinċipali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza li l-UE u r-Renju Unit huma ġirien, sħab tal-istess fehma u alleati stretti, li jikkondividu valuri, interessi u rabtiet storiċi komuni, u li qed jiffaċċjaw sitwazzjoni komuni ta’ sigurtà volatili fl-Ewropa u fil-viċinat tagħha; jisħaq li jekk tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit dan jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-kompetittività u l-awtonomija strateġika ġenerali tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol sinifikanti tar-Renju Unit biex jiġu żgurati l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fil-kontinent Ewropew u lil hinn minnu; jissottolinja li l-għadd dejjem jikber ta’ theddid konvenzjonali u ibridu jeħtieġ azzjoni internazzjonali b’saħħitha u kkoordinata sabiex niżguraw il-futur komuni tagħna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li r-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit hija bbażata fuq ir-rispett sħiħ tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, u l-implimentazzjoni sħiħa, f’waqtha u leali tiegħu, inklużi l-Qafas ta’ Windsor u l-FKK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’ l-konklużjonijiet ambizzjużi tal-ewwel Summit li qatt sar bejn l-UE u r-Renju Unit, li sar fid-19 ta’ Mejju 2025 f’Londra, u l-ispirtu pożittiv u kostruttiv muri miż-żewġ naħat; jinnota li l-mexxejja kkonkludew is-Summit billi adottaw tliet dokumenti ewlenin, jiġifieri d-Dikjarazzjoni Konġunta, is-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża u l-Fehim Komuni dwar aġenda mġedda għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit; jilqa’, b’mod partikolari, il-ftehim dwar Sħubija Strateġika ġdida bejn l-UE u r-Renju Unit, sinjal ta’ tiġdid tal-impenji reċiproċi u approfondiment tal-kooperazzjoni bilaterali, kif ukoll il-ftehim li jsiru summits annwali bejn iż-żewġ partijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinsisti dwar il-ħtieġa ta’ koerenza ġeografika biex jiġu żgurati l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Ewropa u r-reżiljenza tal-bażi industrijali Ewropea; jenfasizza, f’dan ir-rigward, is-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit bħala pass importanti fit-tnedija mill-ġdid u l-approfondiment tas-sħubija bejn l-UE u r-Renju Unit u bħala punt tat-tluq għal kooperazzjoni aktar strutturata, b’mod partikolari bit-tnedija tas-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża; iqis li d-dikjarazzjonijiet politiċi u l-intenzjonijiet tajbin issa jridu jitwettqu u jinsisti dwar il-ħtieġa li kemm l-UE kif ukoll ir-Renju Unit iżommu kelmithom u jwettqu l-impenji tagħhom, b’mod partikolari l-azzjonijiet industrijali tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jissottolinja li l-FKK huwa wieħed mill-aktar ftehimiet kummerċjali ambizzjużi u komprensivi li l-UE kkonkludiet ma’ pajjiż terz; jisħaq, madankollu, li filwaqt li ma jissostitwixxix u ma jistax jissostitwixxi s-sħubija fl-UE u l-benefiċċji li jirriżultaw mill-aċċess għas-suq uniku u l-Unjoni Doganali, xorta waħda għandu potenzjal sinifikanti għal kooperazzjoni futura, kif muri bid-diversi impenji meħuda fil-livell politiku fis-Summit reċenti; jilqa’ l-impenn kondiviż tal-UE u tar-Renju Unit fis-Summit li jaffermaw mill-ġdid id-dedikazzjoni reċiproka tagħhom favur kummerċ ħieles, ġust, sostenibbli u miftuħ, bi qbil mal-valuri komuni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġu implimentati bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet inklużi fiż-żewġ ftehimiet u li jiġu vvalutati u indirizzati l-isfidi potenzjali fl-applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u tal-FKK mill-aktar fis possibbli, sabiex jiġi evitat li jkun hemm dewmien u problemi fl-applikazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-implimentazzjoni tal-FKK qed tkompli tavvanza bla xkiel, bl-impenji kollha li kienu dovuti fl-2023 u fl-2024 jew ikkompletati jew jinsabu fit-triq it-tajba; jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja mill-qrib l-applikazzjoni korretta tal-FKK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja s-sitwazzjoni speċifika tal-Irlanda ta’ Fuq b’riżultat tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq, li ġie konkluż sabiex jiġi ssalvagwardjat il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE; jappoġġa r-rikonoxximent kontinwu tal-pożizzjoni unika u speċjali tal-Irlanda ta’ Fuq, bil-pajjiż iżomm aċċess doppju kemm għas-suq uniku tal-UE kif ukoll għas-suq intern tar-Renju Unit, kif deskritt fis-Summit; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa, f’waqtha u leali tal-komponenti kollha tal-Qafas ta’ Windsor sabiex jiġu żgurati benefiċċji dejjiema, ċertezza legali, stabbiltà fit-tul, appoġġ prattiku u prevedibbiltà għan-negozji u għan-nies fl-Irlanda ta’ Fuq, tiġi pprovduta protezzjoni akbar lill-ekonomija tal-gżira kollha, tiġi evitata fruntiera fiżika fuq il-gżira tal-Irlanda, jiġi ssalvagwardjat il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, u jiġu żgurati kummerċ u kooperazzjoni bla xkiel, filwaqt li tiġi ppreservata l-integrità tas-suq uniku u tal-Unjoni Doganali; jitlob miżuri biex jiġi evitat tfixkil fir-rabtiet ekonomiċi stretti bejn l-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq minn kwalunkwe bidla fl-oqfsa regolatorji jew legali, b’mod partikolari fir-rigward tas-servizzi pprovduti lill-konsumaturi u lill-SMEs li ma jistgħux jibbenefikaw mill-mobbiltà; ifakkar li l-UE implimentat malajr l-aspetti kollha tal-Qafas ta’ Windsor u issa jistenna li r-Renju Unit jimplimenta minnufih u bis-sħiħ il-parti tiegħu biex tiġi żgurata l-istabbiltà fit-tul tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit; jisħaq li dan jinkludi l-operazzjonalizzazzjoni effettiva tal-mekkaniżmi doganali u SPS tiegħu biex jiġu indirizzati l-isfidi fil-moviment tal-merkanzija mill-Gran Brittanja lejn l-Irlanda ta’ Fuq u jiġu evitati interruzzjonijiet fil-konsenja u disponibbiltà mnaqqsa tal-prodotti għall-konsumaturi fl-Irlanda ta’ Fuq; jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tal-mekkaniżmi ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni, u monitoraġġ aħjar tal-proċessi u tas-sistemi l-ġodda għall-pakketti fl-ambitu tal-Qafas ta’ Windsor u tal-impatt tagħhom fuq l-aċċess għas-suq għall-konsumaturi; jinnota li kooperazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-awtoritajiet u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar il-pjattaforma tad-data futura tal-UE jtejbu l-qsim tal-fruntieri billi jipprovdu d-data u d-dokumentazzjoni meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissottolinja l-importanza storika tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira u jfaħħar lill-partijiet ikkonċernati kollha involuti talli komplew jirrispettaw u jimplimentaw il-Ftehim u l-valuri tiegħu, bħala pilastru kritiku tal-proċessi ta’ rikonċiljazzjoni li jibqgħu eżempju pożittiv għal oħrajn madwar il-kontinent u lil hinn minnu; ifakkar fl-impenn vinkolanti tar-Renju Unit, skont l-Artikolu 2 tal-Qafas ta’ Windsor, li jiżgura li ma jkun hemm l-ebda tnaqqis fid-drittijiet, fis-salvagwardji jew fl-opportunitajiet indaqs, kif stabbilit fil-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira; jissottolinja li l-protezzjoni effettiva ta’ dawn id-drittijiet hija essenzjali wkoll biex tinżamm il-fiduċja u l-kooperazzjoni fl-ambitu tal-FKK, b’mod partikolari f’oqsma bħall-infurzar tal-liġi, id-drittijiet tax-xogħol u l-aċċess għall-ġustizzja; jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja l-konformità ma’ dan l-obbligu u tinvolvi ruħha mal-awtoritajiet rilevanti tar-Renju Unit meta jitfaċċaw riskji ta’ rigressjoni tad-drittijiet. ifakkar li kwalunkwe emenda għas-sitt direttivi tal-UE dwar l-ugwaljanza elenkati fl-Anness 1 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ bejn l-UE u r-Renju Unit trid tiġi riflessa fil-liġi tal-Irlanda ta’ Fuq biex jiġi żgurat li d-drittijiet ma jitnaqqsux; jistieden lill-Kummissjoni taħtar rappreżentant ta’ kollegament iddedikat għall-Irlanda ta’ Fuq biex tiżgura djalogu strutturat u kontinwu mar-rappreżentanti politiċi u mal-partijiet ikkonċernati sabiex tinbena l-fiduċja u jiġu kkoordinati l-isforzi; jinnota l-ħtieġa partikolari li l-UE tinvolvi ruħha mal-Assemblea u l-Eżekuttiv tal-Irlanda ta’ Fuq fir-rigward ta’ kwistjonijiet koperti bil-Qafas ta’ Windsor; jitlob, f’dan ir-rigward, involviment akbar tal-parlamenti u l-assemblej tan-nazzjonijiet devoluti tar-Renju Unit, b’mod partikolari dak tal-Irlanda ta’ Fuq, fl-Assemblea Parlamentari ta’ Sħubija UE-Renju Unit sabiex l-interessi tan-nies fl-Irlanda ta’ Fuq ikunu jistgħu jiġu artikolati bl-aħjar mod; jitlob sforzi ulterjuri biex tittejjeb ir-rappreżentanza demokratika ta’ dawk li huma ċittadini tal-UE permezz ta’ dritt mit-twelid (<STRING ITALIC="on">jus soli</STRING>) li jgħixu fl-Irlanda ta’ Fuq; iħeġġeġ ukoll il-konsultazzjoni xierqa tal-amministrazzjonijiet tan-nazzjonijiet devoluti fir-relazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit, bi qbil mal-kompetenzi rispettivi tagħhom; jinnota li s-sitwazzjoni unika tal-Irlanda ta’ Fuq teħtieġ approċċ imfassal apposta li jibni fuq il-benefiċċji tal-programmi PEACE, filwaqt li jiġi eżaminat kif politika ta’ koeżjoni iktar wiesgħa tista’ tkun ta’ benefiċċju għall-proċess ta’ rikonċiljazzjoni; jisħaq li l-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni elettronika tal-ivvjaġġar (ETA) għall-Irlanda ta’ Fuq hija ta’ dispjaċir; jistieden lill-Gvern tar-Renju Unit ma japplikax l-ETA għall-Irlanda ta’ Fuq sabiex jippermetti vjaġġar mingħajr xkiel madwar il-gżira tal-Irlanda; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda impediment jew restrizzjoni fuq il-kapaċità tal-individwi li jirrisjedu fl-Irlanda ta’ Fuq u fl-Irlanda li jfittxu u jibdew impjieg fuq in-naħa l-oħra tal-fruntiera, bi qbil mal-prinċipji tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira; jisħaq fuq l-importanza li jiġu protetti l-ħaddiema transfruntiera f’dan il-kuntest, inklużi d-drittijiet soċjali u tax-xogħol tagħhom; jinnota li l-Qorti tal-Appell tal-Irlanda ta’ Fuq iddeċidiet li l-Att tal-2023 “The Northern Ireland Troubles (Legacy and Reconciliation)” (l-Att dwar il-problemi tal-Irlanda ta’ Fuq (Legat u Rikonċiljazzjoni)) huwa inkompatibbli mal-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u mal-Qafas ta’ Windsor; jinnota wkoll l-applikazzjoni interstatali mressqa mill-Irlanda kontra r-Renju Unit dwar l-Att; ifakkar fl-impenn tal-Gvern attwali tar-Renju Unit li jħassar u jissostitwixxi l-Legacy Act tal-Gvern preċedenti u jistieden lill-Gvern tar-Renju Unit jagħmel dan mill-aktar fis possibbli; jistieden lill-Gvern tar-Renju Unit jirtira l-appell tiegħu kontra s-sentenza tal-qorti dwar il-Legacy Act, iħassar l-Att u jikkonforma bis-sħiħ mal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mas-sentenzi kollha tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li, f’konformità mal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, il-futur kostituzzjonali tal-Irlanda ta’ Fuq għandu jiġi deċiż mill-poplu tal-gżira tal-Irlanda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden liż-żewġ partijiet japprofondixxu s-sħubija bejn l-UE u r-Renju Unit u jimplimentaw bis-sħiħ il-FKK u jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tiegħu f’oqsma ta’ interess reċiproku, inkluż permezz ta’ allinjament settorjali volontarju, mekkaniżmi ta’ rikonoxximent reċiproku u djalogu dwar l-innovazzjoni regolatorja, u filwaqt li jqisu kooperazzjoni doganali ulterjuri; jilqa’ l-konklużjonijiet tas-Summit, li affermaw mill-ġdid impenn konġunt favur kooperazzjoni msaħħa f’oqsma ewlenin bħall-enerġija, inkluża l-possibbiltà tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fis-suq intern tal-elettriku tal-UE, it-teknoloġiji ġodda u s-settur agroalimentari; jissottolinja li l-FKK joffri qafas li jħares ’il quddiem biex jiġu promossi l-prosperità u l-kompetittività kondiviżi u jħeġġeġ liż-żewġ partijiet jibnu fuq il-momentum politiku mġedded tas-Summit biex iwettqu progress tanġibbli f’dawn is-setturi u jiżguraw l-implimentazzjoni rapida u komprensiva tal-impenji meħuda, bi qbil mal-Fehim Komuni reċenti bejn l-UE u r-Renju Unit u mal-eżiti strutturati tas-Summit; jisħaq li din l-aġenda l-ġdida trid tibqa’ flessibbli u risponsiva għall-isfidi futuri, sabiex jiġu massimizzati l-opportunitajiet għall-kooperazzjoni u l-kompetittività, jissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur, jittejbu l-kummerċ transfruntier u l-aċċess għall-oġġetti u għas-servizzi, u jiġi promoss ambjent diġitali sikur u b’saħħtu għal kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’, fid-dawl tal-fatt li l-FKK ma jinkludix il-kooperazzjoni fl-oqsma tal-politika barranija, is-sigurtà, id-difiża u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-ftehim dwar Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża milħuq fis-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit, li jsaħħaħ il-kooperazzjoni, jallinja mal-istabbiliment preċedenti tad-Djalogu biannwali dwar il-Politika Barranija, jipprevedi qafas strutturat li huwa nieqes fil-FKK, u jistabbilixxi u juri l-impenn imġedded tar-Renju Unit li jinvolvi ruħu mal-UE dwar il-politika barranija u s-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jirrimarka li l-koordinazzjoni msaħħa hija essenzjali biex ikun hemm rispons għall-kriżijiet globali fil-kuntest ta’ ambjent ta’ sigurtà dejjem aktar volatili kkaratterizzat minn theddid ibridu, attakki ċibernetiċi u kampanji ta’ diżinformazzjoni; jenfasizza li l-koordinazzjoni msaħħa hija essenzjali wkoll biex jiġu promossi d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u biex tiġi żgurata s-sigurtà reġjonali u internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li s-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża tistabbilixxi kooperazzjoni aktar strutturata u istituzzjonalizzata dwar kwistjonijiet barranin, ta’ sigurtà u ta’ difiża f’livelli differenti ta’ governanza, b’mod allinjat mad-Dikjarazzjoni Politika tal-2019<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 384 I, 12.11.2019, p. 178, ELI: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:12019W/DCL(01).</FIELD></FOOTNOTE>, inkluż il-ftehim li jsiru djalogi dwar il-politika barranija u ta’ sigurtà kull sitt xhur; huwa tal-fehma li din tista’ tifforma bażi soda għall-kooperazzjoni u li għandha tiġi eżaminata l-possibbiltà li tiġi istituzzjonalizzat permezz ta’ strument legalment vinkolanti; jissottolinja li dan jgħin biex tiġi żgurata s-sigurtà tas-soċjetajiet tagħna u jagħmilhom reżiljenti għal theddid komuni u bla preċedent għas-sigurtà ġeopolitika, b’mod partikolari t-theddida mir-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE u r-Renju Unit jimmonitorjaw mill-qrib l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża u tal-impenji stabbiliti fil-Fehim Komuni; jirrikonoxxi li l-Fehim Komuni huwa estensiv u wiesa’ fl-impenji tiegħu; ifakkar li l-Parlament jeħtieġlu jiġi infurmat dwar il-passi u l-ostakli potenzjali fl-implimentazzjoni tiegħu; jissottolinja li l-Parlament jeħtieġlu jżomm lill-Kummissjoni responsabbli bis-sħiħ għat-twettiq tal-impenji tagħha skont il-Fehim Komuni miftiehem mal-Gvern tar-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ l-impenn meħud mill-UE u mir-Renju Unit li jesploraw possibbiltajiet ta’ kooperazzjoni msaħħa ta’ benefiċċju reċiproku dwar l-industrija tad-difiża, b’rispett tal-politika u tal-oqfsa legali ta’ kull parti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-qafas istituzzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ l-funzjonament effettiv tal-korpi konġunti tal-FKK; jisħaq fuq l-importanza li l-Parlament jinżamm infurmat u involut fid-diskussjonijiet politiċi u tekniċi li jkunu għaddejjin fuq bażi aktar regolari; jitlob trasparenza akbar fil-ħidma tal-korpi konġunti tal-FKK, b’mod partikolari fil-konfront tal-Parlament; jitlob stabbiltà fil-kummerċ u armonizzazzjoni regolatorja bejn l-UE u r-Renju Unit sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-konsumatur, iċ-ċertezza tan-negozju u l-kundizzjonijiet tal-investiment, speċjalment fid-dawl tat-tfixkil globali reċenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jenfasizza t-tkomplija tal-Assemblea Parlamentari ta’ Sħubija UE-Renju Unit f’Marzu 2025 wara l-elezzjonijiet Ewropej u dawk tar-Renju Unit fl-2024; jisħaq fuq ir-rwol tagħha biex tiżgura sorveljanza u skrutinju parlamentari tal-implimentazzjoni tal-FKK; jissottolinja l-valur tal-Assemblea Parlamentari ta’ Sħubija fit-trawwim ta’ rabtiet aktar mill-qrib u kooperazzjoni kostruttiva bejn il-Membri tal-Parlament Ewropew u l-membri parlamentari tar-Renju Unit; jistieden lill-Kunsill ta’ Sħubija jqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari ta’ Sħubija; jenfasizza l-importanza li titwessa’ l-parteċipazzjoni tal-membri eletti mill-parlamenti u mill-assemblej tal-Irlanda ta’ Fuq, tal-Iskozja u ta’ Wales bħala osservaturi; jirrakkomanda laqgħat tematiċi aktar frekwenti lil hinn mill-iskeda biannwali attwali biex ikunu jistgħu jsiru diskussjonijiet regolari dwar il-kummerċ, il-politika barranija, l-enerġija u d-drittijiet taċ-ċittadini; jitlob integrazzjoni aħjar mal-parlamenti nazzjonali u reġjonali sabiex jiġu riflessi l-perspettivi demokratiċi differenti; jenfasizza l-impenn tiegħu li jkompli jsaħħaħ l-Assemblea Parlamentari ta’ Sħubija bħala forum ewlieni għad-djalogu interparlamentari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-interessi taċ-ċittadini jinżammu fil-qalba tal-implimentazzjoni tal-FKK, u li fid-djalogu jiġu akkomodati elementi ta’ kooperazzjoni ekonomika flimkien mal-ġustizzja soċjali permezz tal-parteċipazzjoni tal-gruppi volontarji, tas-soċjetà ċivili u tal-assoċjazzjonijiet tan-negozju; jilqa’ l-involviment tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi u t-trade unions, kif ukoll l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fl-implimentazzjoni tal-FKK; jenfasizza r-rappreżentanza bbilanċjata tajjeb fil-Grupp Konsultattiv Domestiku tal-UE u r-rakkomandazzjonijiet siewja tiegħu; jisħaq ukoll fuq l-importanza tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili f’dan ir-rigward; jistieden lill-Kunsill ta’ Sħubija jkompli jqis il-fehmiet differenti tas-soċjetà ċivili u jappella biex l-Assemblea Parlamentari ta’ Sħubija tippermetti skambju dirett bejn il-membri tagħha u dawk tal-Grupp Konsultattiv Domestiku f’kull waħda mil-laqgħat biannwali tagħha; jistieden lill-kumitati speċjalizzati kollha jsaħħu d-djalogu mal-Grupp Konsultattiv Domestiku biex jiżguraw sorveljanza u trasparenza aħjar; jitlob li jsiru sforzi addizzjonali biex jiġi żgurat li firxa wiesgħa ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, jingħaqdu mal-Forum tas-Soċjetà Ċivili fl-ambitu tal-FKK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn tal-Parlament li jissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-FKK; ifakkar li l-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament b’informazzjoni sħiħa u immedjata dwar l-implimentazzjoni tal-FKK sabiex jiġi żgurat skrutinju xieraq; jilqa’ l-kooperazzjoni tajba kontinwa bejn il-Parlament u l-Kummissjoni u ż-żieda fil-kuntatti diretti, pożittivi u kostruttivi bejn il-Membri tal-Parlament Ewropew u l-membri taż-żewġ Kmamar tal-Parlament fir-Renju Unit; itenni t-talba tiegħu biex il-Parlament ikun involut fi kwalunkwe proċedura ta’ rieżami futura għall-FKK; jiddispjaċih li l-Parlament ma kienx involut fis-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit u jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta’ kwalunkwe referenza għar-rwol tal-Parlament u tal-Parlament tar-Renju Unit fil-qafas istituzzjonali tal-aġenda mġedda għall-kooperazzjoni, is-sħubija strateġika u s-sħubija għas-sigurtà u d-difiża bejn l-UE u r-Renju Unit fis-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummerċ tal-prodotti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar li l-FKK jipprovdi bażi komprensiva u ambizzjuża għar-relazzjoni bejn il-partijiet, b’mod partikolari għall-kummerċ bejn l-UE u r-Renju Unit, filwaqt li jiżgura kundizzjonijiet ekwi għall-kompetizzjoni ġusta u l-iżvilupp sostenibbli; ifakkar li l-FKK huwa uniku fl-istorja tal-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles tal-UE, peress li jiffoka fuq il-limitazzjoni tad-diverġenza aktar milli fuq il-promozzjoni tal-konverġenza bejn is-sħab kummerċjali; ifakkar li l-FKK huwa uniku wkoll peress li jipprevedi tariffi żero u kwoti żero għall-kummerċ bejn l-UE u r-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Itenni li l-FKK huwa l-eżitu delikat ta’ negozjati twal u diffiċli u li għalhekk għandu jiġi implimentat bis-sħiħ in <STRING ITALIC="on">bona fide</STRING>, kif għandu jiġi implimentat il-Ftehim dwar il-Ħruġ, b’mod partikolari l-Qafas ta’ Windsor, għall-benefiċċju reċiproku taż-żewġ partijiet; jistieden liż-żewġ partijiet jagħmlu użu sħiħ tal-potenzjal enormi tal-FKK biex jiffaċilita kemm jista’ jkun il-kummerċ bejn l-UE u r-Renju Unit, filwaqt li jżommu f’moħħhom li l-vantaġġi tas-sħubija f’termini ta’ aċċess għas-suq uniku tal-UE u għall-Unjoni Doganali, kif ukoll tal-parteċipazzjoni f’politiki komuni u politiki ta’ appoġġ oħra, ma jistgħu, fl-ebda ċirkostanza, jiġu replikati permezz ta’ ftehim ta’ kummerċ ħieles; madankollu, jirrikonoxxi li l-FKK għandu potenzjal sinifikanti mhux sfruttat u jilqa’ l-fatt li issa għandu jintuża bħala qafas li jħares ’il quddiem għall-approfondiment tal-kooperazzjoni f’oqsma ta’ interess reċiproku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li b’mod ġenerali, l-arranġamenti rigward il-kummerċ tal-oġġetti stabbiliti fil-FKK kienu effettivi u ffunzjonaw bla xkiel, għalkemm ippersistew ċerti diffikultajiet fl-implimentazzjoni li jirrikjedu rettifika mill-aktar fis possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Itenni li l-UE u r-Renju Unit għandhom jikkooperaw mill-qrib dwar is-suġġett tad-dwana, inkluż billi jiżguraw skambju effettiv ta’ informazzjoni u ta’ data permezz tal-ħolqien ta’ bażi tad-data konġunta dwar l-irregolaritajiet u l-frodi fil-kummerċ elettroniku, u dwar negozjanti mhux tal-UE u mhux tar-Renju Unit, fir-rigward ta’ merkanzija li tkun ġejja minn barra l-UE u r-Renju Unit; itenni l-importanza ta’ djalogu kostruttiv u metodi effettivi ta’ kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali, bl-għan li jiġu ssimplifikati, diġitalizzati u aċċellerati l-proċessi ta’ dħul u ta’ żdoganar b’uffiċjali doganali suffiċjenti u proċeduri doganali simplifikati inkluż aċċess usa’ għal skemi ta’ negozjanti fdati u l-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali intelliġenti biex jiġu ssimplifikati l-proċessi sabiex il-kostijiet amministrattivi u finanzjarji jiġu minimizzati għall-partijiet ikkonċernati kollha b’mod partikolari l-SMEs, u jiġi żgurat il-fluss transfruntier mingħajr interruzzjoni ta’ inputs agrikoli kritiċi, inklużi mediċini veterinarji, żrieragħ u għalf tal-annimali, b’mod partikolari għall-Irlanda u għal reġjuni oħra tal-fruntiera li jiddependu ħafna fuq konsenji f’waqthom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timpenja ruħha b’mod attiv mar-Renju Unit biex tissimplifika l-proċeduri doganali permezz tal-iżvilupp ta’ skemi ta’ negozjanti fdati u l-introduzzjoni ta’ “korsiji ħodor” għall-oġġetti b’riskju baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jirrikonoxxi l-kollaborazzjoni li qed tevolvi bejn l-UE u r-Renju Unit fil-qasam tal-kummerċ elettroniku mid-dħul fis-seħħ tal-FKK; jissottolinja li filwaqt li l-FKK jinkludi dispożizzjonijiet importanti biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ diġitali, il-proċeduri doganali ta’ wara l-Brexit ħolqu piżijiet addizzjonali għall-operaturi tal-kummerċ elettroniku, b’mod partikolari permezz ta’ dikjarazzjonijiet doganali obbligatorji, spezzjonijiet tal-importazzjoni, u rekwiżiti kumplessi tar-regoli tal-oriġini; jilqa’ l-isforzi reċenti bejn l-UE u r-Renju Unit biex tiġi ssimplifikata l-loġistika kummerċjali u jitnaqqsu r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, u jenfasizza li huma meħtieġa aktar sforzi biex jittejjeb l-allinjament regolatorju, jiġu ssimplifikati l-proċeduri doganali, u jiġi żgurat it-trasferiment bla xkiel u sigur tad-data, sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-kummerċ elettroniku transfruntier u jissaħħaħ il-kummerċ diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lir-Renju Unit jesploraw possibbiltajiet għal kooperazzjoni aktar profonda dwar il-ktajjen tal-provvista reġjonali; jisħaq li tali passi jappoġġjaw ktajjen tal-provvista aktar flessibbli u reżiljenti u jgħinu biex jiġu indirizzati l-ostakli tariffarji u nontariffarji marbuta ma’ rekwiżiti tar-regoli tal-oriġini kumplessi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq li l-implimentazzjoni tar-reġim il-ġdid għall-importazzjoni tar-Renju Unit, il-mudell operatorju ta’ mira għall-fruntieri, qed jikkawża xi diffikultajiet b’riżultat tal-bidliet frekwenti fil-kategorizzazzjoni tar-riskju mingħajr notifika xierqa, l-interpretazzjoni inkonsistenti tar-rekwiżiti tal-importazzjoni, il-ħinijiet ta’ stennija fit-twettiq tal-kontrolli u n-nuqqas li l-UE tiġi rikonoxxuta bħala entità sanitarja u fitosanitarja waħda; jinsab imħasseb li r-risposti tar-Renju Unit għadhom ma indirizzawx bis-sħiħ il-problemi relatati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-impenn espress fis-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit biex issir ħidma lejn l-istabbiliment ta’ żona SPS komuni permezz ta’ Ftehim komprensiv bejn l-UE u r-Renju Unit dwar l-Applikazzjoni tal-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (SPS); jirrikonoxxi li l-ostakli mhux tariffarji u d-diverġenza regolatorja bħalissa joħolqu sfidi għall-kummerċ bejn l-UE u r-Renju Unit, b’mod partikolari permezz ta’ aktar rekwiżiti ta’ konformità, proċeduri ta’ ċertifikazzjoni duplikati, u standards diverġenti tal-prodotti; jinnota li tali frizzjonijiet jaffettwaw firxa ta’ setturi, inklużi dawk agroalimentari, tas-sustanzi kimiċi, tal-vetturi bil-mutur u tal-makkinarju, u jistgħu jkunu partikolarment ta’ piż għall-SMEs; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet jagħmlu użu sħiħ u effettiv mill-mekkaniżmi tal-FKK għall-kooperazzjoni regolatorja u doganali biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-frizzjonijiet kummerċjali qabel ir-rieżami tal-FKK tal-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jilqa’ l-pjanijiet tar-Renju Unit li jilleġiżla r-rikonoxximent indefinit tal-markatura CE f’regolamenti addizzjonali dwar il-prodotti, li jkompli jiffaċilita l-isfidi ta’ konformità għall-manifatturi tal-UE u jiffaċilita l-esportazzjoni ta’ prodotti li jeħtieġu tali markatura mir-Renju Unit lejn l-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tniedi malajr negozjati mar-Renju Unit biex tiżgura allinjament b’saħħtu tal-valutazzjonijiet tal-konformità għall-prodotti, b’mod partikolari f’setturi integrati ħafna sabiex jitneħħa l-ittestjar bla bżonn, jitnaqqsu l-kostijiet tan-negozji u jissaħħaħ is-suq intern; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet isegwu arranġamenti prammatiċi għar-rikonoxximent reċiproku tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-konformità f’setturi ta’ prodotti b’riskju ċar baxx, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-kostijiet ta’ konformità u l-piżijiet amministrattivi bla bżonn, b’mod partikolari għall-SMEs, filwaqt li jiġu ssalvagwardjati u msaħħa aktar is-sikurezza u l-ħarsien tal-konsumatur; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibni fuq dan l-iżvilupp billi tfittex arranġamenti ta’ rikonoxximent reċiproku speċifiċi għas-setturi fejn diġà teżisti konverġenza regolatorja, u b’hekk tiġi eliminata d-duplikazzjoni bla bżonn tal-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni, fejn xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li l-ftehim lejn l-istabbiliment ta’ żona komuni tal-SPS inaqqas b’mod sinifikanti l-frizzjoni kummerċjali u jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-prevedibbiltà għan-negozji billi jneħħi l-maġġoranza l-kbira tar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni u kontroll għall-moviment tal-annimali, il-prodotti tal-annimali, il-pjanti u l-prodotti tal-pjanti bejn il-Gran Brittanja u l-UE filwaqt li jżomm standards għoljin ta’ saħħa u protezzjoni tal-konsumatur, sikurezza tal-ikel u benessri tal-annimali; jissottolinja li dawn il-benefiċċji għall-bdiewa, il-SMEs u l-konsumaturi madwar l-UE u r-Renju Unit jestendu wkoll għall-moviment ta’ tali merkanzija bejn il-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq; jinnota li l-Ftehim SPS futur għandu jippermetti allinjament dinamiku mir-Renju Unit, ikun soġġett għal mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim b’bord indipendenti ta’ arbitraġġ u jaċċetta l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala l-awtorità finali dwar kwistjonijiet tad-dritt tal-UE; jilqa’ l-intenzjoni li r-Renju Unit jiġi infurmat fi stadju bikri fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE f’oqsma koperti mill-Ftehim SPS futur; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq pjan direzzjonali għan-negozjati dwar l-SPS mar-Renju Unit; barra minn hekk jistieden liż-żewġ partijiet jintensifikaw id-djalogu regolatorju fl-aspetti mhux SPS tar-regolamentazzjoni tal-prodotti tal-ikel u jevitaw diverġenzi f’oqsma bħat-tikkettar u l-imballaġġ; jisħaq li kwalunkwe aċċess tar-Renju Unit għas-sistemi, għall-bażijiet tad-data jew għall-aġenziji tal-UE fl-ambitu tal-programmi tal-UE rilevanti għall-Ftehim SPS irid ikun kundizzjonali fuq l-irkupru sħiħ tal-kostijiet relatati mal-baġit tal-UE; jissottolinja li tali parteċipazzjoni trid twassal benefiċċji ċari lill-UE u lill-partijiet ikkonċernati tagħha, bi qbil mal-prinċipju tal-proporzjonalità baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Itenni l-ħtieġa strateġika ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u r-Renju Unit biex jinżamm u jiġi mmodernizzat l-ordni kummerċjali internazzjonali attwali, ekwi u bbażat fuq ir-regoli u biex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi globali kondiviżi; jappella, f’dan ir-rigward, għal sforzi konġunti addizzjonali fil-ħidma favur riforma inklużiva u komprensiva tad-WTO, li twieġeb għall-isfidi attwali u futuri f’dinja interkonnessa ħafna, u li ssir ħidma attiva kontra kwalunkwe periklu ġdid tad-diviżjonijiet fl-ordni ġeopolitiku u ekonomiku globali, kif ukoll rigward il-miżuri u t-tariffi kummerċjali unilaterali u mhux ġustifikati li dan l-aħħar laqtu kemm lill-UE kif ukoll lir-Renju Unit; jistieden, għalhekk, liż-żewġ naħat ikomplu jappoġġjaw lill-konsumaturi li qed jiffaċċjaw problemi relatati mal-għoli tal-ħajja; jisħaq li f’dan il-kuntest il-kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u r-Renju Unit hija essenzjali biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-katina tal-provvista u jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi; jissottolinja li ż-żewġ partijiet għandhom jintensifikaw l-isforzi konġunti biex ineħħu r-riskju tal-ktajjen tal-provvista kritiċi bi qbil mal-prijoritajiet tal-UE dwar is-sigurtà ekonomika; filwaqt li jinnota li l-kooperazzjoni dwar il-minerali mhux ipproċessati kritiċi ma kinitx parti mill-konklużjonijiet tas-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit, iħeġġeġ lill-UE u lir-Renju Unit isaħħu l-awtonomija tal-Ewropa f’dan ir-rigward; iħeġġeġ it-tnedija ta’ djalogi strutturati u inizjattivi mmirati biex jippromwovu d-diversifikazzjoni, jibnu fiduċja reċiproka u jsaħħu l-awtonomija strateġika, bil-ħsieb li jitrawmu t-tkabbir sostenibbli u l-prosperità kondiviża; jistieden lill-Kummissjoni teżamina d-dettalji tal-ftehim imħabbar fit-8 ta’ Mejju 2025 bejn ir-Renju Unit u l-Istati Uniti (il-“Patt dwar il-Prosperità Ekonomika”) biex tiżgura li l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet tiegħu ma timmina l-FKK jew kwalunkwe ftehim potenzjali bejn l-UE u r-Renju Unit; jinnota li, filwaqt li l-kontenut tiegħu għad irid jiġi ċċarat, il-Patt dwar il-Prosperità Ekonomika jista’ jkollu impatt fuq il-kundizzjonijiet ekwi bejn l-UE u r-Renju Unit fil-kuntest tal-FKK kif ukoll kwalunkwe allinjament dinamiku li jirriżulta mill-konklużjonijiet tas-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit, bħal dwar żona SPS komuni; jilqa’ l-ftehim dwar il-kummerċ ħieles mit-tariffi fil-prodotti tal-azzar, filwaqt li jirrikonoxxi dan bħala żvilupp pożittiv li jipprovdi l-istabbiltà u l-prevedibbiltà tant meħtieġa għas-setturi industrijali ewlenin; ifakkar li l-FKK jinkludi impenji speċifiċi biex jiġu rispettati r-regoli kummerċjali internazzjonali, il-kooperazzjoni f’fora multilaterali, u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar ir-rimedji kummerċjali u l-iżviluppi kummerċjali globali; jilqa’ l-eżiti tas-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit, fejn iż-żewġ partijiet affermaw mill-ġdid l-intenzjoni tagħhom li jsaħħu l-koordinazzjoni dwar ir-riforma tad-WTO, jappoġġaw kummerċ trasparenti u bbażat fuq ir-regoli, u jsegwu approċċi konġunti għal tilwim kummerċjali urġenti u jisħaq li l-implimentazzjoni effettiva ta’ dawn l-impenji hija essenzjali biex tissaħħaħ is-sħubija bejn l-UE u r-Renju Unit bħala forza għall-istabbiltà u l-prevedibbiltà fil-governanza kummerċjali globali; jilqa’ t-tħabbira reċenti tal-Gvern tar-Renju Unit li se jissieħeb fl-Arranġament ta’ Arbitraġġ Interim ta’ Appell bejn Diversi Partijiet tad-WTO, li se jiżgura l-effettività kontinwa tas-sistema għas-soluzzjoni tat-tilwim filwaqt li qed jiġu nnegozjati riformi usa’ għad-WTO; jenfasizza li fil-kuntest tal-kummerċ globali attwalment volatili, il-pożizzjoni unika tal-Irlanda ta’ Fuq trid titqies fil-formulazzjoni tal-politika kummerċjali kemm mill-Gvern tar-Renju Unit kif ukoll mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jilqa’ l-estensjoni miftiehma fl-21 ta’ Diċembru 2023 tar-regoli tal-oriġini għall-vetturi elettriċi u l-batteriji sal-31 ta’ Diċembru 2026; jisħaq fuq l-importanza tal-monitoraġġ tar-regoli tal-oriġini biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tal-istandards u r-regoli minn merkanzija li ġejja minn pajjiżi li magħhom ir-Renju Unit jista’ jkollu ftehimiet kummerċjali oħra;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Servizzi, kummerċ diġitali u investiment</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jieħu nota tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-implimentazzjoni tal-FKK fl-oqsma tas-servizzi u l-investiment, il-kummerċ diġitali, il-proprjetà intellettwali, l-akkwist pubbliku, u l-SMEs ġeneralment ipproċediet mingħajr xkiel, mingħajr ebda kwistjoni ewlenija ħlief għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ sponsorizzazzjoni tar-Renju Unit għall-viżi tax-xogħol għall-fornituri tas-servizzi tal-UE, li għadha ostaklu, u jinnota li l-esportazzjonijiet ta’ servizzi mir-Renju Unit għall-UE żdiedu b’19 % fl-2024, meta mqabbla mal-2019, li juri r-reżiljenza u l-potenzjal tas-settur tas-servizzi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati dawn l-ostakli għall-mobbiltà fuq terminu qasir li jħabbtu wiċċhom magħhom il-fornituri tas-servizzi tal-UE, inklużi dawk fis-setturi konsultattivi kulturali, xjentifiċi u agrikoli, u fuq il-benefiċċju reċiproku potenzjali ta’ arranġamenti msaħħa u reċiproċi ta’ mobbiltà fuq terminu qasir għan-negozji; jitlob is-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-viżi tar-Renju Unit għall-professjonisti u l-fornituri ta’ servizzi kuntrattwali tal-UE biex jitnaqqsu l-piżijiet finanzjarji u amministrattivi; jistieden lill-Istati Membri u lir-Renju Unit iħaffu ż-żmien tal-ipproċessar u jnaqqsu l-kostijiet tal-applikazzjoni għall-permessi tax-xogħol, meta jkun meħtieġ; jilqa’ l-impenn tar-Renju Unit u tal-Kummissjoni fis-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit li jistabbilixxu djalogi ddedikati dwar id-dħul u s-soġġorn temporanju ta’ persuni fiżiċi għal skopijiet ta’ negozju, inkluża l-iskema ta’ sponsorizzazzjoni; jistieden liż-żewġ partijiet jesploraw għażliet biex jiffaċilitaw il-mobbiltà fuq terminu qasir għall-fornituri tas-servizzi u għall-intraprendituri, b’mod partikolari għall-SMEs u l-professjonijiet liberi, permezz ta’ proċessi simplifikati għall-viżi u rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali, b’rispett sħiħ tal-awtonomija regolatorja rispettiva tagħhom; jistieden lill-Gvern tar-Renju Unit jeżenta mis-sistema ta’ sponsorizzazzjoni lill-fornituri tas-servizzi koperti mill-FKK; jappella għal kooperazzjoni aktar fil-fond bejn l-EU u r-Renju Unit dwar il-kummerċ fis-servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Iħeġġeġ lir-Renju Unit, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippersistu fl-isforzi tagħhom lejn ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali u jitlob li jitħaffu n-negozjati, u għal soluzzjonijiet li jiffaċilitaw il-mobbiltà fuq terminu qasir u l-forniment ta’ servizzi transfruntiera b’inqas xkiel fis-swieq tal-UE u tar-Renju Unit; jenfasizza l-ostakli kontinwi li jiffaċċjaw iċ-ċittadini tal-UE u tar-Renju Unit fl-aċċess għal professjonijiet regolati; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ proċeduri ta’ rikonoxximent ċari u simplifikati u għall-involviment tal-korpi professjonali u tal-awtoritajiet kompetenti fuq iż-żewġ naħat; jinnota li, sal-lum, ġiet riċevuta biss rakkomandazzjoni waħda għal arranġament possibbli ta’ rikonoxximent reċiproku skont il-FKK, jiġifieri fir-rigward tal-professjoni ta’ perit; jistieden lill-Kummissjoni u lir-Renju Unit iħaffu l-implimentazzjoni tal-Artikolu 158 tal-FKK u jagħtu prijorità lil setturi addizzjonali bħall-kura tas-saħħa, l-inġinerija, u s-servizzi legali u finanzjarji; jisħaq fuq l-importanza li ż-żgħażagħ jiġu megħjuna jiżviluppaw ħiliet li jibqgħu validi fil-futur billi jiġu ffaċilitati t-taħriġ transfruntier u l-opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali, inkluż investiment immirat fil-litteriżmu diġitali, ekoloġiku u finanzjarju; Jappella għal koperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit dwar l-iskemi ta’ mobbiltà u jistieden lill-UE u lir-Renju Unit jinnegozjaw ftehim ambizzjuż dwar il-mobbiltà tan-negozji, filwaqt li jirrikonoxxi li l-effettività tal-arranġamenti għar-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali hija intrinsikament marbuta ma’ dispożizzjonijiet issimplifikati dwar id-dħul u s-soġġorn temporanju fuq terminu qasir; jistieden lill-Gvern tar-Renju Unit ikompli jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġġieled id-diskriminazzjoni kontra ċ-ċittadini tal-Istati Membri li jgħixu fir-Renju Unit.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Iħeġġeġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u r-Renju Unit dwar diversi aspetti tar-regolamentazzjoni dwar il-kummerċ diġitali; japprezza, għalhekk, l-arranġament amministrattiv dwar is-superviżjoni tal-valutazzjoni tar-riskju u l-isforzi ta’ mitigazzjoni mill-fornituri ta’ pjattaformi online kbar, iffirmat mill-UE u mir-Renju Unit fit-30 ta’ April 2024; jemmen li għandhom jiġu promossi konverġenza regolatorja u djalogu dwar il-leġiżlazzjoni diġitali, b’mod partikolari dwar il-pjattaformi online;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kundizzjonijiet ekwi u kompetizzjoni ġusta</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Itenni li r-Renju Unit għandu jirrikonoxxi l-kumplikazzjonijiet li jirriżultaw minn kwalunkwe diverġenza regolatorja sistematika bla bżonn, b’mod partikolari għall-protezzjoni tad-drittijiet tax-xogħol u dawk soċjali, l-ambjent, id-data personali, l-għajnuna mill-Istat, il-kummerċ diġitali u t-tassazzjoni, li jistgħu joħolqu biss kwistjonijiet addizzjonali fir-rigward ta’ impenji ta’ kundizzjonijiet ekwi fil-FKK, kif ukoll għan-negozji tal-UE u tar-Renju Unit u l-kummerċ bejn l-UE u r-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jilqa’ l-finalizzazzjoni tal-ftehim ta’ kooperazzjoni dwar il-kompetizzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit fil-qafas tal-FKK, li jippermetti lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u lill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u s-Swieq tar-Renju Unit jikkooperaw direttament fl-investigazzjonijiet dwar il-kompetizzjoni; jinnota li dan huwa l-ewwel ftehim ta’ kooperazzjoni tal-kompetizzjoni tal-UE li jippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jikkooperaw direttament ma’ awtorità tal-kompetizzjoni ta’ pajjiż terz; jappella għar-ratifika rapida tiegħu biex isaħħaħ l-infurzar u l-koordinazzjoni transfruntiera f’każijiet ta’ kompetizzjoni, filwaqt li tiġi salvagwardjata l-kunfidenzjalità permezz ta’ eżenzjonijiet xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi mmexxija mill-UE u mir-Renju Unit biex jitolbu kooperazzjoni internazzjonali fil-ġestjoni tal-isfidi u r-riskji ppreżentati mill-intelliġenza artifiċjali (IA) sabiex tiġi promossa l-governanza globali tal-IA bbażata fuq valuri demokratiċi, standards kondiviżi u salvagwardji robusti; jinnota li l-UE adottat qafas regolatorju komprensiv u abbażi tar-riskju permezz tal-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (Att dwar l-IA)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, adottat fl-2024, filwaqt li r-Renju Unit s’issa adotta approċċ regolatorju aktar ħafif, mingħajr ma introduċa liġi orizzontali dwar l-IA; jappella għal konverġenza akbar tar-regolamentazzjoni tal-IA bejn l-UE u r-Renju Unit sabiex settur dinamiku jkun jista’ jikber f’ambjent sikur; jiddispjaċih li r-Renju Unit ma ffirmax id-Dikjarazzjoni dwar l-Intelliġenza Artifiċjali Inklużiva u Sostenibbli għan-Nies u għall-Pjaneta fis-Summit ta’ Azzjoni internazzjonali dwar l-IA f’Pariġi fil-11 ta’ Frar 2025; jisħaq fuq l-importanza ta’ kooperazzjoni strutturata bejn l-UE u r-Renju Unit dwar il-governanza tal-IA, minħabba l-impenn kondiviż għall-promozzjoni ta’ sistemi tal-IA sikuri, trasparenti u responsabbli, u sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni regolatorja, ikun hemm parteċipazzjoni fl-istabbiliment tal-istandards, u jiġi esplorati arranġamenti ta’ rikonoxximent reċiproku għall-valutazzjoni tal-konformità; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ impenn iddedikat għall-kooperazzjoni fl-IA fil-Fehim Komuni dwar aġenda mġedda għar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit, minkejja l-importanza strateġika li jitrawwem allinjament tranżnazzjonali dwar l-iżvilupp ta’ IA affidabbli, u jfakkar li l-Artikolu 39 tal-Att dwar l-IA jippermetti r-rikonoxximent tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità stabbiliti f’pajjiżi terzi taħt kundizzjonijiet speċifiċi u soġġett għal ftehim bejn l-UE u l-pajjiż terz ikkonċernat; jissottolinja r-riskju li tiżdied id-diverġenza regolatorja, b’mod partikolari bejn l-Att vinkolanti tal-UE dwar l-IA u l-approċċ immexxi mis-settur tar-Renju Unit, minkejja l-prijoritajiet konverġenti dwar il-klassifikazzjoni bbażata fuq ir-riskju, il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur u r-riskji sistemiċi; jinnota l-memorandum ta’ qbil bejn ir-Renju Unit u l-Istati Uniti dwar l-IA, li jista’ jwassal għal diverġenza fl-istandards minimi bejn l-UE u r-Renju Unit u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatti ta’ dan il-ftehim u tirrapporta lura lill-Parlament; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi stabbilit fehim komuni tal-benefiċċji u l-isfidi tal-IA; jappella għal djalogu tekniku msaħħaħ bejn ir-regolaturi biex tiġi appoġġjata l-interoperabbiltà regolatorja u titnaqqas il-kumplessità tal-konformità għan-negozji; jirrikonoxxi d-diskussjonijiet attwali fir-Renju Unit dwar il-bidliet fil-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur; jesprimi tħassib li tali pjanijiet jista’ jkollhom impatt negattiv fuq l-artisti u l-kreaturi Ewropej, b’mod partikolari fir-rigward tal-proposta biex tiġi stabbilita sistema ta’ nonparteċipazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota li l-Artikoli 103 sa 107 u 109 tal-Att dwar l-IA jemendaw il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar il-prodotti li tapplika għal u fir-Renju Unit b’rispett għall-Irlanda ta’ Fuq fl-ambitu tal-Anness 2 għal-Qafas ta’ Windsor; jieħu nota tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2025 li jistabbilixxi l-pożizzjoni tal-UE fil-Kumitat Konġunt tal-UE u r-Renju Unit fir-rigward taż-żieda  tal-Att dwar l-IA fl-Anness 2 tal-Qafas ta’ Windsor; jirrikonoxxi li allinjament regolatorju akbar f’oqsma bħas-sikurezza tal-prodotti u s-sorveljanza tas-suq jista’ jgħin biex jappoġġja ċ-ċarezza legali u l-kontinwità tas-suq; jinkoraġġixxi djalogu kontinwu bejn l-UE u r-Renju Unit fil-qafas tal-Kumitat Konġunt, bil-ħsieb li jiġu identifikati approċċi reċiprokament aċċettabbli li jżommu standards għoljin ta’ protezzjoni tal-konsumatur u koerenza regolatorja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Ifakkar li l-FKK jirrikonoxxi l-importanza ta’ standards għoljin ta’ protezzjoni tad-data u privatezza, filwaqt li jippermetti lil kull parti żżomm l-awtonomija regolatorja tagħha stess; jemmen li hemm riskji assoċjati mad-diverġenza regolatorja potenzjali bejn l-UE u r-Renju Unit; jinnota li r-reġim tal-protezzjoni tad-data tar-Renju Unit baqa’ ġeneralment allinjat mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).</FIELD></FOOTNOTE> (GDPR) tal-UE, li jippermetti l-kontinwazzjoni tad-deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-UE li tiffaċilita flussi tad-data bla xkiel li huma kritiċi għas-servizzi transfruntiera; jinnota r-riforma li tinsab għaddejja tal-qafas tal-protezzjoni tad-data tar-Renju Unit permezz tal-Abbozz ta’ Liġi dwar id-Data (Użu u Aċċess), li tintroduċi firxa ta’ bidliet sostantivi fid-dispożizzjonijiet eżistenti tal-GDPR tar-Renju Unit; itenni l-importanza li jinżammu standards ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tad-data għat-trasferiment u għall-ipproċessar ta’ data personali bejn iż-żewġ partijiet, inkluż għal individwi li d-data personali tagħhom hija pproċessata fir-Renju Unit, partikolarment meta d-data toriġina mill-UE, u jappella għal kondiviżjoni regolari tal-informazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit; jilqa’ l-kooperazzjoni regolatorja msaħħa dwar kwistjonijiet diġitali, bħall-arranġament amministrattiv tat-30 ta’ April 2024 bejn id-Direttorat Ġenerali għan-Networks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Kummissjoni u l-Uffiċċju tal-Komunikazzjonijiet (Ofcom) tar-Renju Unit, liema kooperazzjoni tagħti prijorità lill-iskambju ta’ informazzjoni relatata mas-superviżjoni tal-valutazzjoni tar-riskju u lill-isforzi ta’ mitigazzjoni mill-fornituri ta’ pjattaformi online kbar; jappella għal djalogu msaħħaħ fl-ambitu tal-Kumitat Speċjalizzat għall-Kummerċ tal-FKK dwar is-Servizzi, l-Investiment u l-Kummerċ Diġitali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet stabbli għat-trasferimenti tad-data u ċertezza legali għall-operaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Ifakkar li l-fluss liberu kontinwu ta’ data bejn l-UE u r-Renju Unit jiddependi minn deċiżjonijiet dwar l-adegwatezza tad-data mill-Kummissjoni; jinnota li l-Kummissjoni kkonkludiet li l-qafas legali tar-Renju Unit qed ikompli jipprovdi salvagwardji għall-protezzjoni tad-data li huma essenzjalment ekwivalenti għal dawk ipprovduti mill-UE, wara l-valutazzjoni tagħha tal-Att dwar id-Data (Użu u Aċċess) tar-Renju Unit; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni pproponiet li testendi d-deċiżjoni ta’ adegwatezza attwali b’sitt snin; iqis li din l-estensjoni għandha tipprovdi ċertezza regolatorja u tipprevjeni kostijiet ta’ konformità bla bżonn, u tiżgura l-istabbiltà tal-flussi transfruntiera tad-data u l-kummerċ diġitali, u tiżgura li d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE jkomplu jiġu rispettati skont il-FKK; jissottolinja li kwalunkwe arranġament permanenti irid jibqa’ dipendenti fuq l-allinjament kontinwu tar-Renju Unit, fil-qafas legali l-ġdid tar-renju Unit, mal-istandards tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u ż-żamma ta’ livell għoli ta’ protezzjoni għad-data personali, kif meħtieġ skont id-dritt tal-UE; jistieden lill-Gvern tar-Renju Unit jiżgura li l-iżviluppi leġiżlattivi tar-Renju Unit, bħall-Att dwar id-Data (Użu u Aċċess) tal-2025 ma jwassalx għal standards ta’ protezzjoni tad-data aktar baxxi minn dawk fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jieħu nota tal-Opinjoni 06/2025 tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, li tappoġġja estensjoni teknika u limitata fiż-żmien tad-deċiżjonijiet ta’ adegwatezza tar-Renju Unit sas-27 ta’ Diċembru 2025, unikament biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta l-implikazzjonijiet tar-riforma ladarba tiġi adottata; ifakkar li l-Kummissjoni hija meħtieġa timmonitorja l-iżviluppi rilevanti kollha fir-Renju Unit matul dan il-perjodu u tiżgura li kwalunkwe deċiżjoni ta’ adegwatezza futura tkun ibbażata fuq evalwazzjoni komprensiva u aġġornata tal-qafas tal-protezzjoni tad-data tar-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jinżammu approċċi simili għar-riformi tas-suq fis-settur diġitali; jitlob li r-Renju Unit jevita politiki li jitbiegħdu mill-prinċipji fundamentali tal-Att tal-UE dwar is-Swieq Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1925/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u tal-Att tal-UE dwar is-Servizzi Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (<STRING ITALIC="on">ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, </STRING>ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj)<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">.</STRING></STRING></FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Ifakkar l-interess kondiviż tal-UE u r-Renju Unit fil-konnettività diġitali; jirrakkomanda li ż-żewġ partijiet jistabbilixxu qafas għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni biex jiġu mmonitorjati t-theddidiet għall-konnettività tal-infrastruttura kritika, inklużi kejbils sottomarini u satelliti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Itenni mill-ġdid il-ħtieġa li l-UE u r-Renju Unit jirrispettaw l-impenn tagħhom stabbilit fil-FKK li jikkooperaw fuq il-promozzjoni ta’ rati trasparenti u raġonevoli għas-servizzi internazzjonali tar-roaming, sabiex jitnaqqsu l-kostijiet għall-konsumaturi tal-UE u tar-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Ifakkar li l-FKK jirrikjedi li s-sħubija ekonomika bejn iż-żewġ partijiet tkun mirfuda minn kundizzjonijiet ekwi għal kompetizzjoni miftuħa u ġusta u li l-kummerċ u l-investiment isiru b’mod li jwassal għall-iżvilupp sostenibbli, inkluż l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-protezzjoni ambjentali; ifakkar li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema hija essenzjali f’dan il-kuntest, kif stabbilit, fost l-oħrajn, fl-Artikoli 355, 386, 387, 399 u 524 tal-FKK; jinnota li skont l-Artikolu 355 iż-żewġ partijiet impenjaw ruħhom li jżommu u jtejbu l-istandards rispettivi tagħhom fl-oqsma koperti mit-Titolu XI; ifakkar li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema hija essenzjali f’dan il-kuntest, kif stabbilit, fost l-oħrajn, fl-Artikoli 355, 386, 387, 399 u 524 tal-FKK; jinnota li skont l-Artikolu 355 iż-żewġ partijiet impenjaw ruħhom li jżommu u jtejbu l-istandards rispettivi tagħhom fl-oqsma koperti mit-Titolu XI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jilqa’ l-proposti stabbiliti fl-Abbozz ta’ Liġi tal-Gvern tar-Renju Unit dwar id-Drittijiet tal-Impjieg għall-2024-2025 biex jiġu estiżi d-drittijiet għal negozjar kollettiv, jiġu pprovduti sigħat garantiti għall-ħaddiema u jitħassar l-Att dwar l-Istrajkijiet (Livelli Minimi ta’ Servizz) tal-2023; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-Abbozz ta’ Liġi dwar id-Drittijiet tal-Impjieg “Impjiegi Tajbin”, introdott mill-amministrazzjoni devoluta tal-Irlanda ta’ Fuq f’Belfast, li jirrispetta bis-sħiħ l-istandards tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li, fir-rigward tal-Att dwar id-Dritt tal-UE Miżmum (Revoka u Riforma) tal-2023, fit-tweġiba uffiċjali tagħhom lill-Kummissjoni u f’sensiela ta’ laqgħat tekniċi, l-awtoritajiet tar-Renju Unit infurmaw lill-Kummissjoni li l-objettiv tal-Att mhuwiex li jbaxxi l-livelli ta’ protezzjoni fil-kwistjonijiet tax-xogħol, fost oqsma oħra, fl-ambitu tal-FKK; jistieden, madankollu, lill-Kummissjoni ssegwi l-Att mill-qrib biex tiġi żgurata l-konformità fid-dawl tas-setgħa wiesgħa mogħtija lill-awtoritajiet tar-Renju Unit biex jimmodifikaw id-dritt tal-UE miżmum u r-rwol tal-qrati tiegħu fl-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni miżmuma tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li, f’Ottubru 2024, il-Gvern tar-Renju Unit ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jistabbilixxi Aġenzija għax-Xogħol Ġust ġdida fi ħdan id-Dipartiment għan-Negozju u l-Kummerċ biex tissostitwixxi l-korpi eżistenti tal-infurzar tal-istat għall-protezzjoni tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Assemblea Parlamentari ta’ Sħubija timmonitorja mill-qrib li l-istandards tax-xogħol u żviluppi oħra fid-drittijiet tal-ħaddiema fir-Renju Unit ma jmorrux lura, u tkompli l-isforzi tagħha mal-Gvern tar-Renju Unit biex tiżgura l-konformità totali mal-FKK; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-mezzi kollha disponibbli biex tindirizza kwalunkwe tħassib li jista’ jeħtieġ l-applikazzjoni tal-Kapitolu 6 tat-Titolu XI tal-FKK, inkluż permezz ta’ djalogu fl-Assemblea Parlamentari ta’ Sħubija u l-kumitati speċjalizzati, konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv Domestiku tal-UE u, fejn meħtieġ, il-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim previsti fl-Artikolu 389;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jitlob lill-UE u lir-Renju Unit jesploraw perkorsi għall-kooperazzjoni ulterjuri u għall-iskambju tal-aħjar prattiki fl-oqsma tal-impjiegi u tal-protezzjoni soċjali; jirrikonoxxi l-potenzjal għal kollaborazzjoni reċiproka biex jittejbu l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-politiki dwar l-impjiegi, filwaqt li jiġu żgurati l-kompetizzjoni ġusta, it-tkabbir sostenibbli għall-kumpaniji u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti għall-ħaddiema kemm fl-UE kif ukoll fir-Renju Unit; ifakkar li s-sħab soċjali għandhom rwol ġenwin kemm fil-monitoraġġ kif ukoll fl-infurzar tal-FKK, inkluż permezz tas-setgħa tagħhom li jressqu lmenti uffiċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jilqa’ l-kooperazzjoni li għaddejja bejn l-UE u r-Renju Unit fl-ILO, b’mod partikolari dwar l-iżvilupp ta’ strument ġdid bil-għan li jirregola x-xogħol fuq il-pjattaformi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jilqa’ l-implimentazzjoni parallela tal-Att tal-UE dwar is-Swieq Diġitali u l-Att tar-Renju Unit dwar is-Swieq Diġitali, il-Kompetizzjoni u l-Konsumaturi bħala pass lejn il-promozzjoni ta’ swieq diġitali ġusti u kontestabbli; jinnota l-objettivi regolatorji kondiviżi u jenfasizza l-ħtieġa li tiġi evitata l-frammentazzjoni permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa skont il-ftehim ta’ kooperazzjoni dwar il-kompetizzjoni; jappoġġja l-iżvilupp ta’ memorandum ta’ qbil biex jiġu ffaċilitati d-djalogu regolatorju, l-iskambju ta’ informazzjoni, u l-koordinazzjoni dwar il-prattiki ta’ infurzar, b’mod partikolari fir-rigward tal-pjattaformi tal-gwardjani; jissottolinja l-valur tal-allinjament tal-approċċi għall-kompetizzjoni fis-swieq diġitali biex jiġu appoġġjati ċ-ċertezza tan-negozju transfruntiera u l-protezzjoni tal-konsumatur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja mill-qrib id-diverġenza regolatorja fir-Renju Unit, li tista’ toħloq riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mal-FKK, b’mod partikolari f’oqsma rilevanti għall-kundizzjonijiet ekwi bħall-kontroll tas-sussidji, l-IA, it-tassazzjoni, l-istandards tax-xogħol u soċjali, l-ambjent u r-regoli dwar it-tibdil fil-klima, u biex jiġi indirizzati każijiet identifikati ta’ diverġenza, li jistgħu jwasslu għal standards tax-xogħol, soċjali u ambjentali aktar baxxi għaċ-ċittadini u l-konsumaturi kemm tal-UE kif ukoll tar-Renju Unit; jirrakkomanda li jinħoloq Osservatorju tad-Diverġenza Regolatorja bejn l-UE u r-Renju Unit biex jimmonitorja u jirrapporta dwar bidliet leġiżlattivi futuri fl-oqsma tas-sikurezza tat-trasport, l-istandards ambjentali u d-drittijiet tal-passiġġieri; jisħaq fuq l-importanza ta’ djalogu regolatorju proattiv biex jiġu evitati diverġenza u frammentazzjoni tas-suq bla bżonn; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament aċċess għad-data deskritta billi tippubblika rapporti annwali; jenfasizza l-isfida partikolari li d-diverġenza regolatorja toħloq għall-Irlanda ta’ Fuq, minħabba l-aċċess doppju uniku tagħha kemm għas-swieq tal-UE kif ukoll tar-Renju Unit taħt il-Qafas ta’ Windsor; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ mekkaniżmi ta’ twissija bikrija mfassla apposta u valutazzjonijiet tal-impatt ta’ leġiżlazzjoni ġdida ffukati fuq l-Irlanda ta’ Fuq biex jiġi żgurat li d-diverġenza ma timminax iċ-ċertezza legali, il-kontinwità tan-negozju, jew il-proċess ta’ paċi, u biex jiġi minimizzat l-impatt tagħha u jiġi evitat li l-allinjament ħażin isir ostaklu kummerċjali; jappella għal involviment akbar mal-partijiet ikkonċernati lokali u l-korpi tat-Tramuntana/tan-Nofsinhar stabbiliti skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Servizzi finanzjarji</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ livell għoli ta’ kooperazzjoni u ta’ djalogu li jħares ’il quddiem bejn l-UE u r-Renju Unit dwar kwistjonijiet ta’ servizzi finanzjarji; jinnota li l-Forum Regolatorju Finanzjarju Konġunt bejn l-UE u r-Renju Unit kellu biss tliet laqgħat minn meta twaqqaf;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Iħeġġeġ djalogu li jħares ’il quddiem fil-Forum Regolatorju Finanzjarju Konġunt bejn l-UE u r-Renju Unit li jippromwovi livell għoli ta’ allinjament tar-reġimi regolatorji rispettivi u jgħin biex jiġu identifikati u indirizzati kwistjonijiet komuni fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja, il-protezzjoni tal-investituri, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-prevenzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu, sabiex jiġi ffaċilitat l-investiment transfruntier, u biex titrawwem l-innovazzjoni fis-swieq finanzjarji u l-kooperazzjoni f’fora internazzjonali u fl-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali; jinnota li dan jista’ jinkludi l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar żviluppi regolatorji, skambji ta’ fehmiet dwar politiki, regoli u proċessi rispettivi fir-rigward ta’ reġimi ta’ rikonoxximent, bħall-ekwivalenza, u jista’ jkopri wkoll analiżijiet tar-riskju, u l-impatti ekonomiċi potenzjali, tal-miżuri proposti, kif ukoll suġġetti relatati mal-konverġenza teknika volontarja, li jagħmlu l-flussi kummerċjali aktar stabbli u effiċjenti; jinnota l-potenzjal tal-forum li jippromwovi approċċ konsistenti fejn possibbli u jipprovdi qafas għas-soluzzjoni tat-tilwim, u jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħh u tibni fuq din il-kooperazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament b’mod sħiħ u f’waqtu dwar it-tħejjijiet għal-laqgħat semiannwali u l-eżitu tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Iqis li l-effiċjenza u l-kompetittività tas-servizzi tas-suq finanzjarju ta’ wara l-kummerċ huma vitali biex tiġi żgurata unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti (SIU) li tiffunzjona tajjeb, u jilqa’ l-kunsens dejjem jikber bejn ir-Renju Unit u l-UE dwar din il-kwistjoni; jilqa’ l-ftehim politiku proviżorju biex il-perjodu ta’ saldu għat-tranżazzjonijiet f’titoli trasferibbli jitqassar għal jum wara n-negozju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jirrimarka li wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, il-parteċipanti fis-suq tar-Renju Unit ma għadx għandhom aċċess awtomatiku għas-suq uniku għas-servizzi finanzjarji; jenfasizza li l-UE tat biss deċiżjoni ta’ ekwivalenza limitata fiż-żmien għal subsettur wieħed speċifiku tas-servizzi finanzjarji – il-kontropartijiet ċentrali – filwaqt li l-qafas ta’ ekwivalenza tal-UE fis-servizzi finanzjarji jippermetti lid-ditti mhux tal-UE aċċess għas-suq tal-UE, dment li l-qafas regolatorju u superviżorju tagħhom jitqies ekwivalenti għall-istandards tal-UE; ifakkar li l-UE tista’ tirtira unilateralment kwalunkwe deċiżjoni dwar l-ekwivalenza fi kwalunkwe ħin jekk il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-ekwivalenza ma jibqgħux jiġu ssodisfati; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-SMEs fuq iż-żewġ naħat ikunu jistgħu jibbenefikaw minn kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u r-Renju Unit fil-qasam finanzjarju; jissottolinja l-importanza li jiġi ffaċilitat l-aċċess transfruntier għall-finanzi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiddiskuti aktar deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza sabiex tipprovdi lill-kumpaniji kemm mir-Renju Unit kif ukoll mill-UE l-benefiċċji ta’ aċċess akbar għas-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jilqa’ l-inklużjoni tal-iskambji ta’ fehmiet dwar deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza fil-kompetenzi tal-Forum dwar il-Kooperazzjoni Regolatorja tal-FKK; jitlob li tali kwistjonijiet jiġu diskussi u eżaminati b’mod regolari, b’mod partikolari fir-rigward tas-servizzi finanzjarji u ta’ investiment, fl-interessi ta’ aktar kummerċ u kooperazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u tieħu deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza b’mod strateġiku u kundizzjonali, filwaqt li tiżgura li kwalunkwe aċċess għas-suq mogħti lill-kumpaniji tas-servizzi finanzjarji tar-Renju Unit ikun allinjat bis-sħiħ mal-istandards tal-UE; jemmen li l-valutazzjoni tal-ekwivalenza għandha tmur lil hinn minn approċċ strett u speċifiku għas-settur, u minflok għandha tadotta perspettiva usa’ li tħares ’il quddiem biex tqis il-qafas regolatorju u superviżorju ġenerali tal-pajjiż mhux tal-UE, inklużi l-impenji tiegħu favur il-kompetizzjoni ġusta, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-kooperazzjoni fiskali, il-protezzjoni tal-investituri u l-istabbiltà finanzjarja, sabiex tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni, tiġi ppreservata l-integrità tas-suq uniku u jiġi evitat l-arbitraġġ regolatorju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Ifakkar li d-deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-kumpaniji tal-UE f’termini ta’ aċċess akbar għas-suq tar-Renju Unit, inkluż għall-banek, is-servizzi ta’ pagament, is-servizzi ta’ investiment u l-assigurazzjoni, u jenfasizza li relazzjoni finanzjarja miftuħa u strutturata tajjeb bejn l-UE u r-Renju Unit trid tgħin biex jitrawwem ambjent ta’ finanzjament aktar kompetittiv għall-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinnota fl-istess ħin ix-xewqa ddikjarata tar-Renju Unit għal diverġenza regolatorja mill-UE f’għadd ta’ oqsma; jesprimi tħassib li tali diverġenza tista’ timmina l-kundizzjonijiet ekwi mal-UE; jitlob li dawn l-iżviluppi u l-impatt potenzjali tagħhom fuq is-swieq tal-UE jiġu mmonitorjati mill-qrib, inkluż permezz tal-użu strateġiku ta’ deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jirrikonoxxi li, għalkemm xi kriptoassi huma primarjament ta’ natura spekulattiva, l-użu tagħhom fis-settur finanzjarju qed jiżdied, u jappella għal approċċ ikkoordinat għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni ta’ tali assi biex jiġu indirizzati b’mod effettiv ir-riskji li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-konsumatur, l-integrità tas-suq u l-ħasil tal-flus, kif ukoll it-tħassib dwar l-impatt ambjentali; jinnota bi tħassib li l-emittenti tal-istablecoin se jitħallew joperaw fir-Renju Unit bis-saħħa ta’ eżenzjoni mill-qafas regolatorju u superviżorju tar-Renju Unit, u jissottolinja li jekk ir-Renju Unit isegwi kooperazzjoni bilaterali mal-Istati Uniti fuq mudell regolatorju permissiv, l-isforzi tal-UE biex tiżgura koerenza regolatorja, sorveljanza robusta, reżiljenza finanzjarja fil-ġuriżdizzjonijiet kollha u l-istabbiltà finanzjarja globali jiġu kompromessi; jistieden, għalhekk, lir-Renju Unit jadotta leġiżlazzjoni simili għar-Regolemant (UE) 2023/1114 dwar is-swieq fil-kriptoassi<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937, ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1114/oj<STRING UNDERLINE="on">)</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE>; iwissi kontra r-riskji sistemiċi li jista’ joħloq qafas superviżorju inqas strett u jirrakkomanda li ma jkunx hemm devjazzjoni mir-rakkomandazzjonijiet tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja dwar ir-regolamentazzjoni tal-kriptoassi, li tista’ ddgħajjef l-istabbiltà finanzjarja globali; iqis li l-UE u r-Renju Unit għandhom jaħdmu flimkien fi ħdan il-komunità internazzjonali biex isibu fehim komuni tal-benefiċċji u r-riskji tal-IA applikata għas-servizzi finanzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jappoġġja u jilqa’ l-iżvilupp rapidu tal-euro diġitali, li jikkomplementa iżda ma jissostitwixxix il-flus kontanti; jenfasizza l-livell għoli ta’ dipendenza tal-UE fuq entitajiet barranin fis-settur tal-pagamenti; jirrikonoxxi l-ħtieġa urġenti li l-UE tiżgura l-awtonomija tagħha minn fornituri ta’ servizzi ta’ pagament barranin bħala kwistjoni ta’ sovranità diġitali u finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Iqis li l-introduzzjoni possibbli ta’ muniti diġitali tal-bank ċentrali kemm fl-UE kif ukoll fir-Renju Unit jista’ jkollha impatt ekonomiku fuq ir-relazzjoni bejn iż-żewġ partijiet u fuq l-awtonomija strateġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jappoġġja bil-qawwa l-kooperazzjoni kontinwa bejn l-UE u r-Renju Unit dwar l-indirizzar tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu internazzjonali, il-ġlieda kontra reġimi tat-taxxa dannużi u l-implimentazzjoni ta’ sanzjonijiet; jilqa’ l-adozzjoni mill-UE tal-pakkett kontra l-ħasil tal-flus u l-impenn kontinwu min-naħa tar-Renju Unit li jindirizza l-ħasil tal-flus u reati finanzjarji oħra, b’mod partikolari fit-Territorji extra-Ewropej u d-Dipendenzi tal-Kuruna Brittanika tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-istabbiliment mir-Renju Unit ta’ portijiet ħielsa ġodda, bħala ċentri nazzjonali biex jippromwovu l-kummerċ u l-investiment fuq livell globali, li joffru ħelsien estensiv mit-taxxa, reġimi deregolatorji u sussidji pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jenfasizza l-impenn taż-żewġ partijiet għall-Approċċ b’Żewġ Pilastri tal-Qafas Inklużiv tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD)/G20; jiddispjaċih dwar l-Ordni Eżekuttiva maħruġa mill-President tal-Istati Uniti fl-20 ta’ Jannar 2025 li tiddikjara li l-Patt Globali dwar it-Taxxa tal-OECD ma għandu l-ebda forza u effett fl-Istati Uniti; jistieden liż-żewġ partijiet jaħdmu b’mod konġunt u kostruttiv f’fora internazzjonali biex jissalvagwardjaw il-kooperazzjoni multilaterali fil-qasam tat-taxxa, jippromwovu l-implimentazzjoni globali tal-istandards minimi tat-taxxa tat-Tieni Pilastru u jiżguraw konsistenza mal-inizjattivi li qed jevolvu tan-Nazzjonijiet Uniti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jirrikonoxxi l-impenn tal-FKK li jrawwem il-kooperazzjoni dwar sfidi globali ewlenin filwaqt li jirrispetta s-setgħat rispettivi fil-qasam tat-tassazzjoni diretta; jilqa’, għalhekk, l-ewwel Djalogu bejn l-UE u r-Renju Unit dwar il-Ġlieda kontra r-Reġimi tat-Taxxa Dannużi li sar fl-10 ta’ Ottubru 2024 bħala forum ta’ diskussjoni dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali għall-ġlieda kontra r-reġimi tat-taxxa dannużi; jisħaq fuq l-importanza li jinżamm momentum fil-koordinazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit dwar ir-riforma internazzjonali tat-taxxa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jappoġġja l-kooperazzjoni kontinwa bejn l-UE u r-Renju Unit fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-prattiki tat-taxxa dannużi u l-frodi; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi mmonitorjata mill-qrib id-diverġenza regolatorja tar-Renju Unit biex jiġu evitati l-arbitraġġ regolatorju u r-riskji finanzjarji għall-UE u jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet, fir-rispett sħiħ għas-sovranità tat-taxxa nazzjonali, biex jikkooperaw b’mod proattiv – permezz ta’ fora bilaterali u multilaterali rilevanti – sabiex javvanzaw sistemi tat-taxxa ġusti u sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jilqa’ l-implimentazzjoni sħiħa fl-2024 tal-Protokoll dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva u l-Ġlieda kontra l-Frodi fil-Qasam tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u dwar l-Assistenza Reċiproka għall-Irkupru ta’ Talbiet Relatati mat-Taxxi u d-Dazji Doganali (Protokoll tal-VAT); jipproponi li l-UE u r-Renju Unit iwettqu rieżami annwali konġunt tal-implimentazzjoni u l-effettività tal-Protokoll dwar il-VAT, jipprovdu forum għal diskussjoni dwar ix-xejriet emerġenti fil-frodi tal-VAT u l-isfidi fl-irkupru transfruntier tal-VAT, u jivvalutaw il-ħtieġa ta’ miżuri konġunti addizzjonali biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jissottolinja li l-parteċipanti fis-suq tal-UE jiddependu ħafna fuq kmamar tal-ikklirjar ibbażati fir-Renju Unit, u li aktar minn 90 % tad-derivattivi tar-rata tal-imgħax tal-euro huma pproċessati fil-kmamar tal-ikklerjar ibbażati fil-Belt ta’ Londra; iqis li din il-konċentrazzjoni massiva tista’ tippreżenta riskju strateġiku għall-istabbiltà finanzjarja tal-UE; jemmen li għandu jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn it-tnaqqis sostanzjali tad-dipendenza żejda fuq il-kmamar tal-ikklerjar ibbażati fir-Renju Unit, minn naħa waħda, u l-għoti ta’ ċarezza lill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji tal-UE, min-naħa l-oħra; jieħu nota tal-aġġornamenti għar-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Suq Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet, ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/648/oj<STRING UNDERLINE="on">)</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE>, kif adottati f’Diċembru 2024, li għandhom l-għan li jindirizzaw din id-dipendenza żejda billi jintroduċu rekwiżit ta’ kont attiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jesprimi tħassib, madankollu, li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li testendi l-ekwivalenza għall-kontropartijiet ċentrali tar-Renju Unit għal perjodu ieħor ta’ tliet snin sat-30 ta’ Ġunju 2028 tirriskja li ddewwem l-iżvilupp tar-rekwiżit tal-kont attiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, sadanittant, tipprovdi soluzzjoni permanenti u stabbli biex tnaqqas id-dipendenza żejda fuq il-kontropartijiet ċentrali tar-Renju Unit, bi qbil mal-objettiv strateġiku tal-UE li tnaqqas l-iskoperturi eċċessivi għal kontropartijiet ċentrali ta’ pajjiżi mhux tal-UE ta’ importanza sistemika sostanzjali; ifakkar li l-Parlament saħaq b’mod konsistenti fuq il-ħtieġa li l-attivitajiet tal-ikklerjar jiġu rilokati lejn l-UE, u li l-ekwivalenza fit-tul f’kuntest ta’ diverġenza regolatorja timmina l-istabbiltà finanzjarja, iddgħajjef l-awtonomija tas-suq tal-UE, u tibgħat sinjali konfliġġenti lill-parteċipanti fis-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jinnota li b’konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE, il-fornituri tas-servizzi tar-Renju Unit fil-qasam tas-servizzi finanzjarji ma għadhomx jibbenefikaw mill-prinċipju tal-“pajjiż ta’ oriġini” jew mill-“passaportar” biex jaċċessaw direttament is-suq uniku tal-UE, filwaqt li l-ekonomija globali integrata tirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet, inkluż fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u l-pagamenti; jinnota wkoll li filwaqt li l-FKK huwa mirfud minn dispożizzjonijiet li jiżguraw kundizzjonijiet ekwi, dan mhuwiex biżżejjed, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli dwar is-sussidji, u jappella għal kontrolli b’saħħithom u trasparenti tal-għajnuna mill-Istat, b’infurzar domestiku effettiv u b’mekkaniżmu vinkolanti għas-soluzzjoni tat-tilwim li jista’ jgħin fil-prevenzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jiżgura kundizzjonijiet kummerċjali ġusti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jieħu nota tal-istrateġija futura tar-Renju Unit għat-tkabbir u l-kompetittività tas-servizzi finanzjarji, li tiftaħ l-investiment fl-ekonomija kollha; jistieden lill-UE u lir-Renju Unit jallinjaw mill-qrib l-istrateġiji tal-kompetittività rispettivi tagħhom għas-settur tas-servizzi finanzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-pjanijiet tar-Regolatur tas-Sistemi ta’ Pagament tar-renju Unit li jimplimenta limitu massimu tal-prezz fuq it-tariffi tal-interkambju transfruntier għall-pagamenti mingħajr kard għall-konsumaturi bejn ir-Renju Unit u ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) speċifikament għall-banek, għall-fornituri tal-kards u għal fornituri oħra ta’ servizzi ta’ pagament tal-UE; jisħaq li tnejn mit-tliet livelli alternattivi ta’ limiti massimi tal-prezzijiet huma sostanzjalment aktar baxxi mil-limitu massimu tal-prezz ekwivalenti stabbilit għall-banek tar-Renju Unit, u dan iqajjem tħassib dwar l-aderenza mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni skont il-FKK; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li jiġi żgurat li l-miżuri regolatorji kollha jirrispettaw il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni; jistieden lir-Regolatur tas-Sistemi ta’ Pagament jiżgura li l-ħidma li bdiet fuq it-tariffi tal-interkambju tkompli, bil-ħsieb li jiġi evitat kwalunkwe xkiel regolatorju u jiġi żgurat ambjent ġust għall-fornituri Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jirrikonoxxi, lil hinn mill-qafas legalment vinkolanti tal-FKK, l-importanza ta’ kooperazzjoni akbar fil-qasam tas-servizzi finanzjarji biex jiġu indirizzati l-isfidi kondiviżi u jiġu esplorati toroq għal kollaborazzjoni aktar mill-qrib u kontinwa, b’mod partikolari permezz ta’ involviment fl-ogħla livell, sabiex ikunu jistgħu jinkisbu l-benefiċċji ta’ sistemi finanzjarji interkonnessi globalment, fl-isfond tal-ħolqien ta’ SIU u taċ-ċentru b’saħħtu għas-servizzi finanzjarji li tirrappreżenta l-Belt ta’ Londra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jisħaq li ż-żieda fit-tensjonijiet transatlantiċi timplika li r-relazzjonijiet ekonomiċi mtejba bejn l-UE u r-Renju Unit huma aktar importanti minn qatt qabel; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Gvern tar-Renju Unit jikkooperaw mill-qrib fil-fora internazzjonali tas-servizzi finanzjarji sabiex jisfruttaw il-perspettiva Ewropea; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-SMEs fuq iż-żewġ naħat ikunu jistgħu jibbenefikaw minn kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u r-Renju Unit fil-qasam finanzjarju; jenfasizza li l-istandards miftiehma f’fora internazzjonali bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli, il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja, it-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja jew il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja għandhom jibqgħu l-linja bażi għall-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit u li d-devjazzjonijiet iridu jkunu debitament ġustifikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jinsab imħasseb bid-deċiżjoni tar-Renju Unit li jdewwem l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ Basel III għall-banek sal-1 ta’ Jannar 2027; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni tal-istandards ta’ Basel III adottati mill-koleġiżlaturi u jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja l-implimentazzjoni tal-istandards ta’ Basel III maqbula internazzjonalment f’ġuriżdizzjonijiet ewlenin oħra ta’ pajjiżi mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jieħu nota tat-tkabbir sostanzjali tal-intermedjarji finanzjarji mhux bankarji (NBFIs) fl-UE u fir-Renju Unit, u tal-vulnerabbiltajiet ewlenin identifikati mill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) f’dan is-settur, b’mod partikolari fir-rigward tal-effett ta’ lieva finanzjarja u d-diskrepanzi fil-likwidità; jikkondividi t-tħassib dwar ir-reżiljenza tal-NBFIs, speċjalment f’sitwazzjonijiet ta’ stress fis-suq, kif espress mill-BERS u mill-Kumitat għall-Politika Finanzjarja tar-Renju Unit f’dan ir-rigward, u jitlob monitoraġġ u regolamentazzjoni msaħħa ta’ dawn l-entitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Itenni, f’dan ir-rigward, l-importanza tal-implimentazzjoni f’waqtha tar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-fondi tas-suq monetarju (MMF), b’mod partikolari billi jitneħħew il-karatteristiċi li jistgħu jinċentivaw l-assalti bankarji; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tressaq malajr proposta riveduta dwar l-MMF, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jieħu nota tal-pjanijiet imħabbra mill-awtoritajiet tar-Renju Unit biex jintroduċu reġim regolatorju eħfef għal xi fondi ta’ investiment alternattivi; jenfasizza li s-simplifikazzjoni m’għandhiex taħbi aġenda ta’ deregolamentazzjoni; jappoġġja miżuri ta’ simplifikazzjoni, sakemm l-objettivi ta’ politika jibqgħu mhux affettwati; jistieden, għalhekk, lill-awtoritajiet tar-Renju Unit jikkooperaw mill-qrib mal-UE biex jiżguraw li din ir-riforma ppjanata ma tneħħix is-sustanza tad-Direttiva 2011/61/UE dwar maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010, ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/61/oj<STRING UNDERLINE="on">)</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE>, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli ta’ delega;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-proprjetà intellettwali, l-akkwist pubbliku u l-SMEs</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jisħaq li l-espansjoni tal-firxa tas-setturi koperti taħt il-kapitolu dwar l-akkwist pubbliku tal-FKK tirrappreżenta pass sinifikanti lejn it-tisħiħ tal-kundizzjonijiet ekwi; jilqa’ l-Att dwar l-Akkwist tal-2023 tar-Renju Unit, b’mod partikolari l-benefiċċji li joffri permezz ta’ standardizzazzjoni u simplifikazzjoni akbar tal-proċessi ta’ akkwist, u jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess ġust għall-akkwist pubbliku; jistieden lill-Gvern tar-Renju Unit u lill-Kummissjoni jtejbu l-aċċess għas-suq għall-SMEs billi jnaqqsu l-piż burokratiku u b’hekk joħolqu u jinċentivaw opportunitajiet ekonomiċi u jipprovdu inċentivi biex dawn jittieħdu; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza li jitnaqqsu l-ostakli għall-kummerċ transfruntier għall-SMEs u li jiġu appoġġjati l-kompetizzjoni ġusta u l-opportunità ekonomika fil-kooperazzjoni transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta bis-sħiħ il-Kapitolu dwar l-SMEs tal-FKK billi tistabbilixxi malajr il-punti ta’ kuntatt għall-SMEs, kif previst skont il-Ftehim, filwaqt li tiżgura l-parteċipazzjoni attiva tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-SMEs; iqis li l-Kumitat tal-SMEs għandu jingħata l-kompitu li jidentifika l-ostakli għall-kummerċ, inkluż għall-investiment, li jaffettwaw speċifikament lill-SMEs, u jipproponi soluzzjonijiet immirati biex jitnaqqsu l-kostijiet tal-konformità u l-piżijiet regolatorji, inkluż permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki dwar l-iskemi ta’ appoġġ għall-SMEs u r-reġistrazzjoni diġitali tal-kumpaniji; jisħaq fuq il-ħtieġa għal aktar flessibbiltà fir-rigward tal-mobbiltà tan-negozji billi titwessa’ l-lista ta’ attivitajiet permessi skont l-arranġamenti ta’ eżenzjoni minn viża fuq terminu qasir u jitnaqqsu l-kostijiet u l-kumplessitajiet tal-proċessi tal-viżi għall-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jappella, barra minn hekk, li jiġu kkunsidrati kriterji ta’ sostenibbiltà fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal setturi speċifiċi, fejn ikun xieraq u proporzjonat; jenfasizza li għandhom jiġu adottati miżuri li jippromwovu l-parteċipazzjoni tal-SMEs, inklużi s-simplifikazzjoni tal-proċeduri, it-tnaqqis tal-burokrazija żejda u l-iżgurar tal-pubblikazzjoni trasparenti ta’ avviżi u kriterji; jinnota li l-UE u r-Renju Unit għandhom jiżguraw aċċess reċiproku u nondiskriminatorju għas-swieq tal-akkwist pubbliku rispettivi tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-ambjent </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jenfasizza r-riskju dejjem akbar ta’ diverġenza regolatorja bejn l-UE u r-Renju Unit fil-politika ambjentali, li potenzjalment tikkawża tfixkil ekonomiku u timmina l-objettivi ambjentali; jirrikonoxxi l-isfidi ġeopolitiċi u l-ambizzjonijiet ambjentali kondiviżi tal-UE u tar-Renju Unit; jinkoraġġixxi aktar kooperazzjoni strateġika u allinjament fl-oqsma tal-ambjent, il-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jenfasizza li l-gżira tal-Irlanda hija unità ekoloġika unika; ifakkar li l-politiki ambjentali tar-Renju Unit għandhom impatt fuq l-ambjent tal-gżira kollha tal-Irlanda u, għaldaqstant, fuq il-kisba tal-għanijiet tal-protezzjoni ambjentali tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa ta’ aktar kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ambjentali permezz tal-istituzzjonijiet stabbiliti skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Ifakkar l-appell preċedenti għal kollaborazzjoni bilaterali aktar mill-qrib fil-qasam tar-regolamentazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi<FOOTNOTE><FIELD> Il-Gvern tar-Renju Unit u l-Kummissjoni Ewropea (2023), Minuti: “Third Meeting of the Trade Partnership Committee under the UK-EU Trade and Cooperation Agreement (It-Tielet Laqgħa tal-Kumitat ta’ Sħubija Kummerċjali skont il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-UE), 7 ta’ Diċembru 2023, Londra u format virtwali (ir-Renju Unit bħala pajjiż ospitant); Gruppi Konsultattivi Domestiċi UE-Renju Unit għall-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit, Dikjarazzjoni Konġunta, 19 ta’ Settembru 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; jirrakkomanda li jintalab kontribut mill-Gvern tar-Renju Unit, u mill-amministrazzjonijiet devoluti rilevanti, fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament REACH<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1907/oj<STRING UNDERLINE="on">).</STRING></FIELD></FOOTNOTE>, biex jiġu promossi l-kooperazzjoni u l-konverġenza regolatorja sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ transfruntier sikur u legalment prevedibbli tas-sustanzi kimiċi, filwaqt li jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jilqa’ r-rikonoxximent mir-Renju Unit tal-markatura CE fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn fuq il-prodotti relatati mal-enerġija u r-restrizzjonijiet fuq is-sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku; jilqa’ l-fatt li dan jiffaċilita l-kummerċ kontinwu bejn ir-Renju Unit u l-UE, filwaqt li jnaqqas il-piżijiet tal-konformità għall-manifatturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jappella għal rwol imsaħħaħ għall-partijiet ikkonċernati ekonomiċi u tas-soċjetà ċivili fil-proċessi ta’ implimentazzjoni, monitoraġġ u ta’ konsulenza relatati mal-impenji kummerċjali u tal-iżvilupp sostenibbli skont il-FKK bejn l-UE u r-Renju Unit, bi qbil mad-dikjarazzjoni konġunta tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi UE-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Ifakkar li l-impenn tal-FKK tal-UE u r-Renju Unit li jibqgħu jżommu livelli għolja ta’ protezzjoni ambjentali inkluż fl-oqsma tal-ġestjoni tal-iskart u tal-ekonomija ċirkolari; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ ppjanar u koordinazzjoni aħjar, sabiex jadattaw l-infrastrutturi tal-ġestjoni tal-iskart tagħhom u jiżguraw kapaċità suffiċjenti għar-riċiklaġġ, it-tiswija, il-manifattura mill-ġdid u t-trattament tal-iskart f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart, u jippromwovu soluzzjonijiet biex inaqqsu u jindirizzaw il-flussi tal-iskart residwu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ koordinazzjoni mill-qrib bejn l-UE u r-Renju Unit dwar l-inklużjoni potenzjali tas-settur tal-iskart fl-EU ETS, sabiex jiġi żgurat l-allinjament regolatorju, tiġi evitata r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u tinżamm kompetizzjoni ġusta bejn il-fruntieri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jirrikonoxxi li attivitajiet industrijali offshore u proġetti tal-enerġija sostenibbli fuq skala kbira, bħall-parks eoliċi offshore, jistgħu jkunu f’kunflitt mal-objettivi ta’ konservazzjoni tas-siti ta’ Natura 2000 u taż-żoni tal-baħar protetti, u jistgħu wkoll iħallu impatti negattivi fuq qiegħ il-baħar u ż-żoni tas-sajd; jissottolinja l-ħtieġa ta’ bilanċ xieraq bejn l-għanijiet ambjentali, is-sajd sostenibbli u l-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jinnota li fir-Renju Unit, l-iskemi relatati mal-bijodiversità u l-klima qed jiddaħħlu gradwalment biex jissostitwixxu l-appoġġ dirett għall-bdiewa; jappella għal skambju bejn l-UE u r-Renju Unit dwar prattiki agrikoli sostenibbli li jippromwovu l-bijodiversità u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, u jiżguraw is-sigurtà tal-ikel u l-istabbiltà tal-katina tal-provvista;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-klima </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jinnota li l-UE u r-Renju Unit jikkondividu ambizzjonijiet komuni fl-oqsma tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; jitlob allinjament aħjar tal-politiki dwar il-klima biex tiġi pprovduta konsistenza u jiġu evitati miżuri konfliġġenti jew li jikkoinċidu, li jirriskjaw li jimminaw l-effettività tal-azzjoni klimatika; iħeġġeġ l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima u t-tħejjija għalih, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatti tas-saħħa taż-żieda fit-temperaturi fuq gruppi vulnerabbli, bħal komunitajiet b’introjtu baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jinnota l-objettiv kondiviż stabbilit fil-Fehim Komuni tad-19 ta’ Mejju 2025 li jiġi stabbilit ftehim formali dwar is-suq tal-karbonju bejn l-UE u r-Renju Unit, li jorbot is-sistemi tal-ETS tar-Renju Unit u tal-EU; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet jaslu malajr għal konklużjoni biex jevitaw kostijiet doppji tal-karbonju għall-kumpaniji; itenni l-pożizzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Renju Unit li tali ftehim irid ikun allinjat b’mod ċar u konsistenti mar-regoli u l-prinċipji tal-Qafas ta’ Windsor;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jinnota li, mingħajr allinjament f’waqtu tas-sistemi tal-ETS tar-Renju Unit u tal-EU, l-esportazzjonijiet tar-Renju Unit lejn l-UE se jkunu soġġetti għall-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM) minn Jannar 2026; ifakkar fl-impenn mill-UE u mir-Renju Unit li joħolqu l-kundizzjonijiet għall-merkanzija li toriġina fil-ġuriżdizzjonijiet rispettivi tagħhom biex jibbenefikaw minn eżenzjonijiet reċiproċi mis-sistemi CBAM rispettivi tagħhom; jenfasizza li dawn l-eżenzjonijiet għandhom ikunu operattivi malajr kemm jista’ jkun legalment possibbli biex jiġi evitat tfixkil fil-kummerċ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li tissaħħaħ is-sħubija bilaterali bejn l-UE u r-Renju Unit biex titjieb il-kooperazzjoni fl-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli, is-sigurtà tal-enerġija u r-reżiljenza tal-katina tal-provvista; jappella għal djalogu aktar b’saħħtu bejn l-UE u r-Renju Unit u riċerka konġunta dwar l-enerġija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju biex jiġu indirizzati l-isfidi kondiviżi u tiġi xprunata l-innovazzjoni fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jinnota l-intenzjoni tal-UE u tar-Renju Unit li jkomplu bl-iskambji regolatorji tekniċi dwar teknoloġiji ġodda tal-enerġija, inkluż il-qbid, l-użu u l-ħżin tal-karbonju, l-idroġenu u l-bijometan, kif deskritt fil-Fehim Komuni tad-19 ta’ Mejju 2025; iħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit biex jittejjeb l-aċċess tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) għal teknoloġiji ekoloġiċi u infrastruttura reżiljenti għat-tibdil fil-klima, filwaqt li jiġi żgurat li n-negozji ż-żgħar ikunu jistgħu jikkontribwixxu b’mod effettiv għat-tranżizzjoni lejn teknoloġija ekoloġika, u jibbenefikaw minnha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-sikurezza tal-ikel</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jilqa’ l-intenzjoni li ssir ħidma lejn ftehim komprensiv dwar l-SPS bejn l-UE u r-Renju Unit u jisħaq li tali ftehim irid iżomm livelli għoljin ta’ sikurezza tal-ikel, tal-benessri tal-annimali u tal-protezzjoni tal-konsumatur u tal-ambjent; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu kkoordinati l-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) għall-pestiċidi sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa tal-bniedem u jiġi ffaċilitat il-kummerċ agroalimentari; jissottolinja l-importanza li jiġi konkluż ftehim veterinarju biex tiġi żgurata s-saħħa tal-annimali, jiġu evitati tifqigħat ta’ mard żoonotiku u tiġi miġġielda r-reżistenza għall-antimikrobiċi, speċjalment fid-dawl tat-tifqigħat reċenti u tar-restrizzjonijiet kummerċjali konsegwenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jinnota l-limiti u r-restrizzjonijiet diverġenti fuq is-sustanzi perfluworoalkilati u polifluworoalkilati (PFAS) bejn l-UE u r-Renju Unit; jappella għal kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u l-awtorità kompetenti tar-Renju Unit dwar il-monitoraġġ u l-valutazzjonijiet tar-riskju tal-PFAS; jirrakkomanda t-tisħiħ tad-djalogu xjentifiku bejn l-UE u r-Renju Unit dwar il-limiti fl-ikel u fl-għalf, sabiex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa pubblika filwaqt li jinżammu standards għoljin ta’ sikurezza tal-ikel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Jieħu nota tal-Att dwar it-Teknoloġija Ġenetika (Tnissil ta’ Preċiżjoni), li daħal fis-seħħ fl-Ingilterra fit-23 ta’ Marzu 2023, li jirrevedi r-regoli għar-rilaxx, il-kummerċjalizzazzjoni u l-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti u l-annimali żviluppati permezz tal-editjar tal-ġeni u t-tnissil ta’ preċiżjoni; jesprimi tħassib dwar l-inċertezza tad-diverġenza regolatorja rigward l-istatus legali u l-moviment ta’ tali prodotti bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi evitat li prodotti li jkunu tikkettati b’mod skorrett jidħlu fil-katina alimentari tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-saħħa pubblika</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Diverġenza regolatorja </STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Ifakkar li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE mmarka bidla fundamentali fix-xenarju regolatorju kondiviż li qabel kien jirfed il-kooperazzjoni dwar is-saħħa pubblika, il-farmaċewtiċi, u r-riċerka medika; jesprimi wkoll tħassib dwar l-inċertezza maħluqa mill-Att tar-Renju Unit dwar id-Dritt Miżmum tal-UE (Revoka u Riforma), li jabolixxi s-supremazija tad-dritt tal-UE u jista’ jirriżulta f’interpretazzjonijiet diverġenti tar-regolamenti tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Ifakkar li l-l-Aġenzija Regolatorja dwar il-Mediċini u l-Prodotti tal-Kura tas-Saħħa tar-Renju Unit (MHRA) issa tawtorizza b’mod indipendenti l-mediċini fir-Renju Unit, u dan potenzjalment iwassal għal differenzi fl-iskedi ta’ żmien tal-awtorizzazzjoni, fil-kriterji ta’ approvazzjoni u fis-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi mmonitorjat l-impatt ta’ tali diverġenza fuq l-aċċess u s-sikurezza tal-pazjenti minn fruntiera għal oħra, u jitlob monitoraġġ strutturat min-naħa tal-UE biex tivvaluta tali diverġenzi u tirreaġixxi għalihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Ifaħħar il-ftehim dwar l-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni bejn l-Aġenzija tal-UE dwar id-Drogi u l-awtoritajiet tar-Renju Unit dwar ir-riskji u t-theddid relatati mad-drogi; jitlob, għal dak il-għan, li l-ftehim operattiv possibbli bejn l-Aġenzija tal-UE u l-awtoritajiet rilevanti tar-Renju Unit jiġi konkluż malajr kemm jista’ jkun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jiddispjaċih għall-approċċi differenti rigward ir-regolamentazzjoni tal-IA fis-saħħa meħuda mir-Renju Unit u mill-UE, minħabba r-riskju li approċċi diverġenti jistgħu jimminaw l-interoperabbiltà u l-kooperazzjoni transfruntiera fis-servizzi mediċi diġitali; jappella għal djalogu strutturat biex tiġi eżaminata l-konverġenza fl-istandards u l-mekkaniżmi ta’ konformità għall-apparati mediċi diġitali u d-dijanjostika xprunata mill-IA;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni fil-qasam tas-saħħa </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tittejjeb il-kooperazzjoni biex jiġu ssalvagwardjati l-aspetti kollha tas-saħħa pubblika u biex il-pazjenti jingħataw is-setgħa li jkollhom aċċess għall-kura meta dan ikun klinikament ġustifikat; jirrakkomanda li din il-kooperazzjoni tagħti prijorità lit-trattamenti għal mard rari u pedjatriku u trattamenti kumplessi, meta waħda jew l-oħra mill-partijiet ikollha għarfien espert fil-qasam; jirrikonoxxi f’dan ir-rigward is-suċċess u l-potenzjal ulterjuri tan-Networks Ewropej ta’ Referenza u jitlob li jiġi stabbilit qafas ta’ kooperazzjoni man-networks ta’ referenza rispettivi tar-Renju Unit; jappella għall-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni fil-qasam tar-regolamentazzjoni u tar-riċerka bejn l-UE u r-Renju Unit fis-settur tas-saħħa pubblika; jappoġġja tali kooperazzjoni permezz tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fir-raggruppament tal-politiki għas-saħħa fi ħdan il-programm Orizzont Ewropa u l-involviment futur possibbli f’inizjattivi relatati mal-HERA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Jinnota li d-diverġenza regolatorja relatata mal-Brexit u ż-żieda fil-kostijiet tal-importazzjoni xekklu b’mod sinifikanti l-aċċess tal-pazjenti Brittaniċi għal trattamenti tal-kanċer li jsalvaw il-ħajja; jenfasizza li l-kost tal-importazzjoni ta’ mediċini ġodda kontra l-kanċer kważi żdied b’erba’ darbiet wara l-Brexit; jenfasizza li dawn l-ostakli wasslu għal dewmien u ċaħdiet ta’ trattamenti kritiċi, li affettwaw b’mod negattiv l-eżiti tal-pazjenti, inklużi dawk ta’ tfal b’kanċer rikorrenti; jirrakkomanda li r-Renju Unit jindirizza dawn l-isfidi biex jiżgura aċċess ekwu għal mediċini essenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġu ffaċilitati l-mobbiltà, it-taħriġ u r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki u r-residenzi tal-professjonisti tas-saħħa bejn l-UE u r-Renju Unit sabiex jiġi indirizzat l-iskarsezza tal-ħaddiema u jiġi promoss l-iskambju tal-aħjar prattiki u għarfien espert; jenfasizza l-opportunità strateġika biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit biex jiġi attirat u jinżamm talent tal-aqwa kwalità u titrawwem l-eċċellenza xjentifika; jilqa’ l-inizjattivi tal-UE biex l-Ewropa ssir ċentru globali tar-riċerka, inkluż l-appoġġ għar-rilokazzjoni tar-riċerkaturi u t-tkabbir tal-prospettivi tal-karriera; iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ programmi konġunti bejn l-UE u r-Renju Unit u skemi ta’ mobbiltà biex jappoġġjaw kemm lill-professjonisti tas-saħħa kif ukoll lir-riċerkaturi, u b’hekk jiżguraw li l-Ewropa tibqa’ tmexxi fejn jidħlu l-innovazzjoni medika u l-libertà xjentifika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Jinnota li filwaqt li l-FKK bejn l-UE u r-Renju Unit jinkludi Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, li żamm mekkaniżmi għall-kura tas-saħħa reċiproka bħall-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa, it-tmiem tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fid-Direttiva dwar il-Kura tas-Saħħa Transkonfinali<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/24/oj).</FIELD></FOOTNOTE> ma ġiex segwit minn arranġament komparabbli; josserva li dan kellu impatt irregolari, b’mod partikolari fl-Irlanda ta’ Fuq, fejn aktar minn 1 000 pazjent fis-sena qabel kellhom kura fl-UE rimborżata skont id-Direttiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Jirrakkomanda li jiġi stabbilit grupp ta’ ħidma ddedikat bejn l-UE u r-Renju Unit dwar il-farmaċewtiċi u l-apparati mediċi biex jiffaċilita d-djalogu kontinwu, jindirizza d-diverġenzi regolatorji u jippromwovi l-allinjament f’oqsma bħall-provi kliniċi, il-farmakoviġilanza, iċ-ċertifikazzjoni tal-apparati mediċi u l-kummerċ illeċitu ta’ prodotti relatati mal-kura tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>113.</NO.P>Jirrikonoxxi d-dispożizzjonijiet limitati fl-ambitu tal-FKK għall-kooperazzjoni dwar is-sigurtà tas-saħħa, u jiddispjaċih li r-Renju Unit ma għadux jipparteċipa fil-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa tal-UE jew fiċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC); iwissi li dan jillimita l-kapaċitajiet ta’ twissija bikrija u r-risponsi kkoordinati għat-theddid transfruntier għas-saħħa bħall-pandemiji u r-reżistenza għall-antimikrobiċi; jirrakkomanda li jiġi stabbilit djalogu formali u regolari bejn l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika tal-UE u tar-Renju Unit u l-istituzzjonijiet tas-saħħa pubblika biex isaħħaħ il-fiduċja u l-kapaċità fit-tħejjija għall-emerġenzi, ir-rispons għall-pandemiji u s-sorveljanza epidemjoloġika transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>114.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni reċenti ta’ Fehim Komuni dwar aġenda mġedda għall-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit li permezz tagħha l-Kummissjoni u r-Renju Unit se jeżaminaw il-potenzjal li jippermettu l-iskambju u l-kooperazzjoni dwar is-sigurtà tas-saħħa, inkluż id-detezzjoni ta’ theddid emerġenti għas-saħħa u t-tħejjija u r-rispons għalih, għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni ta’ pandemiji u kriżijiet tas-saħħa futuri, inkluż fil-qafas tad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tas-saħħa tal-FKK biex tiġi massimizzata l-kooperazzjoni dwar is-sigurtà tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>115.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissospendi l-kooperazzjoni, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-FKK, f’każijiet fejn l-istandards regolatorji tar-Renju Unit għall-kwalità tal-mediċini, il-farmakoviġilanza jew il-manifattura ma jibqgħux jitqiesu ekwivalenti għall-istandards tal-UE, kif deskritt fid-Direttiva 2001/83/KE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>116.</NO.P>Jirrimarka dwar is-sitwazzjoni mhux solvuta rigward il-ftehim ta’ kiri għall-bini preċedenti tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini wara li din iċċaqilqet lejn Amsterdam u jitlob li l-kwistjoni titqajjem mar-Renju Unit;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Ktajjen tal-provvista</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>117.</NO.P>Jissottolinja ż-żieda fil-kumplessità tal-ktajjen tal-provvista transfruntiera għall-mediċini wara l-Brexit, b’mod partikolari għall-prodotti li qabel kienu jiċċaqilqu liberament bejn l-UE u r-Renju Unit; jiddispjaċih li l-verifiki doganali u l-proċessi regolatorji kkawżaw dewmien, skarsezzi u żieda fil-kostijiet, li affettwaw id-disponibbiltà tal-mediċini fir-Renju Unit, b’mod partikolari fl-Irlanda ta’ Fuq, u fl-Istati Membri iżgħar li storikament kienu jserrħu fuq il-ktajjen tal-provvista bbażati fir-Renju Unit, bħal Malta, Ċipru u l-Irlanda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>118.</NO.P>Jisħaq li l-estensjoni possibbli ta’ derogi minn ċerti obbligi li jikkonċernaw ċerti prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem magħmula disponibbli fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, kif ukoll f’Ċipru, fl-Irlanda u f’Malta, stabbiliti skont id-Direttiva (UE) 2022/642<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 118, 20.4.2022, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/642/oj.</FIELD></FOOTNOTE> li temenda d-Direttivi 2001/20/KE u 2001/83/KE trid tkun ibbażata fuq evidenza ta’ neċessità kontinwa u riskju ta’ ħsara lill-pazjenti fl-Istati Membri affettwati, u mhux għall-konvenjenza amministrattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>119.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lir-Renju Unit jeżaminaw mekkaniżmi kooperattivi, bħal ftehim ta’ rikonoxximent reċiproku dwar prassi tajba ta’ manifattura bbażata fuq standards ekwivalenti biex jiġi żgurat aċċess kontinwu, b’mod partikolari, għal mediċini kritiċi, jiġu miġġielda l-iskarsezzi u jitneħħew l-ostakli relatati mal-ittestjar tal-lottijiet, il-kondiviżjoni tad-data dwar il-farmakoviġilanza, u l-loġistika tal-provvista biex jiġi minimizzat it-tfixkil għall-kura tal-pazjenti u tiġi żgurata s-sikurezza tal-pazjenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni internazzjonali u żvilupp</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>120.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa assoluta li ż-żewġ partijiet isaħħu b’mod konġunt l-involviment u l-kooperazzjoni tagħhom fil-governanza tas-saħħa globali u fil-programmi ta’ żvilupp internazzjonali, inkluż iżda mhux biss l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa; jissottolinja l-importanza ta’ azzjoni koordinata f’dan ir-rigward biex tippermetti rispons internazzjonali aktar b’saħħtu, aktar ekwu u aktar effettiv għall-emerġenzi tas-saħħa transfruntiera;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Protezzjoni tal-konsumatur</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>121.</NO.P>Jisħaq li l-konsumaturi fl-UE u fir-Renju Unit jiffaċċjaw diversi riskji li jirriżultaw minn prodotti mhux sikuri u illegali, u minn tekniki manipulattivi ta’ bejgħ online; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-isfidi relatati li jirriżultaw mill-kummerċ elettroniku li għalihom huma esposti l-konsumaturi; iqis li kooperazzjoni aktar mill-qrib u l-iskambju ta’ informazzjoni importanti bejn il-korpi tal-infurzar tad-drittijiet tal-konsumaturi tal-UE u tar-Renju Unit huma essenzjali biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>122.</NO.P>Jisħaq li l-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit trid tiddefendi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, b’enfasi partikolari fuq is-sikurezza tal-prodotti, il-kummerċ elettroniku u s-servizzi diġitali transfruntiera; jitlob kollaborazzjoni msaħħa biex tiġi indirizzata l-preżenza ta’ prodotti mhux sikuri u prattiki kummerċjali inġusti; jissottolinja l-ħtieġa ta’ konverġenza regolatorja dwar is-sikurezza tal-prodotti u d-drittijiet tal-konsumaturi f’kuntest diġitali biex jiġi żgurat livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, u b’hekk jiġu appoġġjati l-kunfidenza u l-fiduċja tal-konsumaturi fil-kummerċ transfruntier; jesiġi li l-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit timpenja liż-żewġ partijiet favur id-djalogu u l-iskambju ta’ informazzjoni f’oqsma ta’ tħassib komuni, inklużi s-sikurezza tal-prodotti, id-drittijiet tal-konsumaturi f’kuntest diġitali u l-prattiki kummerċjali żleali; jenfasizza li l-UE u r-Renju Unit jeħtiġilhom jikkooperaw biex jipprevjenu diverġenza regolatorja li taffettwa b’mod negattiv il-kunfidenza tal-konsumatur jew il-kummerċ transfruntier;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>123.</NO.P>Jiddispjaċih li l-FKK ma jinkludix arranġament ta’ kooperazzjoni relatat mal-infurzar tal-liġijiet dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, u jistieden lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li tistabbilixxi arranġament bejn in-Network ta’ Kooperazzjoni għall-Protezzjoni tal-Konsumatur tal-UE u l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tas-Swieq tar-Renju Unit; jisħaq li tali arranġament jippermetti lill-awtoritajiet jintervjenu b’mod aktar effiċjenti billi jwettqu skambju ta’ informazzjoni relatata ma’ investigazzjonijiet u jeżaminaw azzjonijiet konġunti; jenfasizza li tali kooperazzjoni għandha tiġi kkunsidrata skont ir-Regolament dwar Kooperazzjoni fil-Protezzjoni tal-Konsumaturi<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/2394/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, peress li dan jippermetti kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE biex jiġu protetti l-interessi tal-konsumaturi; jilqa’ l-ftehim li jerġgħu jinbdew id-diskussjonijiet dwar l-iskambju regolari ta’ informazzjoni bejn is-sistema Safety Gate tal-UE u l-bażi tad-data dwar is-sorveljanza tas-suq u s-sikurezza tal-prodotti tar-Renju Unit, bi qbil mal-Artikolu 96(4) tal-FKK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>124.</NO.P>Jistieden lill-UE tiffaċilita l-adeżjoni tar-Renju Unit mal-Konvenzjoni ta’ Lugano biex tippermetti r-rikonoxximent reċiproku u l-infurzar tas-sentenzi bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>125.</NO.P>Jilqa’ l-arranġament amministrattiv iffirmat fit-30 ta’ April 2024 bejn il-Kummissjoni u l-Ofcom, ir-regolatur tar-Renju Unit għax-xandir, it-telekomunikazzjoni u s-servizzi postali, bl-għan li jiġi ssorveljat kif il-pjattaformi online kbar jivvalutaw u jimmaniġġjaw ir-riskji, inklużi l-protezzjoni tal-minorenni, id-disinn adatt għall-età u t-trasparenza tal-pjattaformi; jesprimi t-tama li dan jimmarka l-bidu ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib biex jiġu indirizzati dawn l-isfidi u sfidi oħra komuni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Enerġija</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>126.</NO.P>Jenfasizza, fl-isfond tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u fil-kuntest ta’ swieq globali volatili tal-enerġija, l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar l-enerġija u dwar is-sigurtà tal-provvista bejn l-UE u r-Renju Unit; iħeġġeġ lill-UE u lir-Renju Unit jaħdmu flimkien biex itemmu d-dipendenza enerġetika Russa billi jwaqqfu l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili Russi kollha mal-ewwel opportunità, inklużi ż-żejt, il-gass, il-gass naturali likwifikat (LNG), il-fjuwils nukleari u materjali nukleari oħra; jinnota li kemm l-UE kif ukoll ir-Renju Unit qed ikomplu jagħmlu progress lejn l-għan komuni tagħhom li jtemmu r-rabtiet kollha tal-enerġija mar-Russja; jilqa’ l-istabbiliment tal-Grupp ta’ Ħidma l-ġdid bejn l-UE u r-Renju Unit dwar is-Sigurtà tal-Provvista fl-ambitu tal-FKK, kif irrakkomandat mill-Kunsill ta’ Sħubija tas-17 ta’ Marzu 2024 u implimentat aktar tard mill-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija; jittama li l-Grupp ta’ Ħidma l-ġdid bejn l-UE u r-Renju Unit dwar is-Sigurtà tal-Provvista jkun jista’ jiltaqa’ b’mod regolari u jiżviluppa soluzzjonijiet konkreti u azzjonijiet konġunti f’dan il-qasam kruċjali ta’ kooperazzjoni bilaterali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>127.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-integrazzjoni tas-swieq tal-enerġija tal-UE u tar-Renju Unit, li tista’ ttejjeb is-sigurtà tal-provvista, tistimula l-produzzjoni tal-enerġija nadifa u tnaqqas il-kostijiet tal-enerġija għaż-żewġ partijiet; jemmen li livelli għoljin ta’ kapaċità ta’ interkonnessjoni fiżika jeħtieġ li jiġu kkomplementati minn swieq tal-enerġija bl-ingrossa aktar integrati li jkunu kapaċi jiffaċilitaw is-sigurtà tal-enerġija kif ukoll il-kummerċ tal-enerġija bejn l-UE u r-Renju Unit; jikkonstata li, minkejja kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn ir-regolaturi u l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, ftit li xejn sar progress f’termini tal-iżvilupp tal-arranġamenti l-ġodda għall-kummerċ tal-elettriku previsti skont l-Artikolu 312 tal-FKK; ifakkar li r-Renju Unit ma għadux jagħmel użu mill-għodod tas-suq uniku tal-UE għall-akkoppjament tas-swieq għall-kummerċ tal-elettriku, bħall-Akkoppjament Singolu ta’ Ġurnata bil-Quddiem tal-UE, u dan iwassal għal kummerċ ineffiċjenti fuq interkonnetturi li jgħollu l-kostijiet bl-ingrossa u fl-aħħar mill-aħħar jikkontribwixxi għal kontijiet ogħla għall-konsumatur, kif ukoll ixekkel l-investiment f’interkonnetturi ibridi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>128.</NO.P>Jilqa’ l-impenn u l-ftehim politiku reċenti bejn l-UE u r-Renju Unit biex tiġi estiża l-kooperazzjoni dwar l-enerġija bejn l-UE u r-Renju Unit fuq bażi kontinwa u biex jiġu eżaminati l-parametri għall-parteċipazzjoni potenzjali tar-Renju Unit fis-suq intern tal-elettriku, inkluż l-allinjament dinamiku u l-kontribuzzjonijiet għall-kostijiet assoċjati ma’ dan il-qasam ta’ politika, kif stabbilit fil-Fehim Komuni bejn l-UE u r-Renju Unit; jappella għal negozjati immedjati dwar l-allinjament tas-suq u għall-konklużjoni f’waqtha tagħhom, u jenfasizza l-ħtieġa ta’ progress rapidu u deċiżiv; jenfasizza li tali parteċipazzjoni tnaqqas il-prezzijiet tal-enerġija u tkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi u n-negozji; jisħaq li tali ftehim ikollu jintlaħaq qabel l-arranġamenti attwali jiskadu; jisħaq li, b’mod speċjali fid-dawl tal-kuntest ġeopolitiku li qed jinbidel u l-inċertezza tal-kummerċ globali, oqsma ta’ interess reċiproku ċar jinkludu l-kooperazzjoni fl-enerġija nadifa fl-Ibħra tat-Tramuntana, l-irbit tas-sistemi rispettivi tal-UE u tar-Renju Unit għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet biex tiġi evitata tensjoni mill-mekkaniżmi ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM) rispettivi tagħhom, it-titjib fl-arranġamenti tal-kummerċ tal-elettriku u koordinazzjoni aktar mill-qrib fl-ippjanar tal-infrastruttura, u b’hekk jissaħħu s-sigurtà tal-enerġija u l-kompetittività industrijali madwar l-Ewropa; jistieden liż-żewġ partijiet jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li jkun jista’ jiġi stabbilit f’waqtu qafas realistiku, b’tali mod li tiġi limitata l-inċertezza legali; jappella għal sforzi konġunti konkreti min-naħa tal-UE u tar-Renju Unit lejn kooperazzjoni akbar fuq l-enerġija nukleari, li hija sors ta’ elettriku b’karbonju baxx u affordabbli u li hija essenzjali biex tintlaħaq in-newtralità klimatika u biex tinżamm il-kompetittività tal-industriji Ewropej; ifakkar li l-kooperazzjoni strutturata bejn l-UE u r-Renju Unit f’oqsma bħall-interkonnetturi tal-elettriku u l-infrastruttura rinnovabbli offshore tista’ tippreżenta intersezzjonijiet ma’ programmi ta’ finanzjament tal-UE, inklużi inizjattivi reġjonali u tal-enerġija; jenfasizza li kwalunkwe parteċipazzjoni tar-Renju Unit f’tali oqfsa tirrikjedi governanza xierqa, konformità mar-regoli tal-UE u kontribuzzjonijiet finanzjarji xierqa li jirriflettu l-investiment tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament informazzjoni kompluta dwar kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja li għandha tiġi pprovduta mir-Renju Unit f’dawn l-oqsma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>129.</NO.P>Jilqa’ l-pożizzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Renju Unit, kif espressa fis-Summit reċenti bejn l-UE u r-Renju Unit, li l-ħolqien ta’ rabtiet bejn is-swieq tal-karbonju jgħin biex jiġi indirizzat it-tħassib relatat mal-kummerċ u dwar kundizzjonijiet ekwi, f’konformità mal-Artikolu 392(6) tal-FKK, u jeżenta lid-ditti bbażati fir-Renju Unit mis-CBAM, inaqqas it-tensjonijiet kummerċjali u jrawwem l-allinjament fuq l-ipprezzar tal-karbonju, u b’hekk isaħħaħ l-objettivi kondiviżi tad-dekarbonizzazzjoni u jikkontribwixxi għall-kisba tal-miri tan-newtralità klimatika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>130.</NO.P>Jirrikonoxxi li t-tħaddim ta’ CBAMs differenti fl-UE u fir-Renju Unit jista’ jwassal għal kostijiet addizzjonali mhux mixtieqa għall-kummerċ transfruntier futur fl-elettriku minn sorsi rinnovabbli, b’impatti negattivi fuq l-industriji u l-unitajiet domestiċi, u riskji partikolari għall-integrità tas-Suq Uniku tal-Elettriku fil-gżira tal-Irlanda; jemmen li l-aktar soluzzjoni effiċjenti u sempliċi tkun li r-Renju Unit ikun marbut direttament mas-Sistema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (ETS), kif propost fil-Fehim Komuni; isostni li rabta sħiħa mal-ETS għandha tevita kostijiet mhux mixtieqa u tneħħi ostakli politiċi mhux meħtieġa għall-kooperazzjoni, b’mod speċjali fl-Ibħra tat-Tramuntana; jappella, madankollu, għal miżuri interim, jekk ikun meħtieġ, biex jiġi żgurat li s-CBAMs tal-UE u tar-Renju Unit ma jimponu l-ebda piż addizzjonali fuq il-kummerċ transfruntier tal-elettriku mill-2026 ’il quddiem, meta n-negozjati dwar il-parteċipazzjoni fis-suq tal-elettriku u r-rabta mal-ETS jaf ikunu għadhom għaddejjin; jenfasizza li kwalunkwe parteċipazzjoni tar-Renju Unit f’mekkaniżmi jew f’sistemi relatati mal-EU ETS irid ikun akkumpanjat minn kontribuzzjoni finanzjarja ġusta u proporzjonata li tkopri l-kostijiet amministrattivi tal-UE u dawk relatati mal-programmi; jinsisti li l-interessi finanzjarji u klimatiċi tal-UE jridu jiġu ssalvagwardjati bis-sħiħ fi kwalunkwe arranġament futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>131.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti regoli komuni għall-enerġija rinnovabbli offshore u l-infrastruttura tal-pipelines fir-reġjun tal-Baħar tat-Tramuntana biex jiġu ffaċilitati l-ftehimiet kummerċjali bejn l-UE u r-Renju Unit; jappella għal kollaborazzjoni kontinwa bejn l-UE u r-Renju Unit dwar l-isforzi internazzjonali rigward l-enerġija fil-kuntest tal-Konferenzi tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>132.</NO.P>Jinnota l-impenn internazzjonali konġunt affermat mill-ġdid biex jitwettqu l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, kif ukoll il-Ftehim ta’ Pariġi; itenni l-ħtieġa li l-UE u r-Renju Unit jibqgħu jaħdmu flimkien f’konferenzi internazzjonali dwar il-klima, inkluża l-COP30 imminenti, biex jibnu fuq il-progress li sar u jmexxu aktar azzjoni globali għall-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan mis-settur tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>133.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li ż-żewġ partijiet iżommu ambizzjonijiet komparabbli rigward l-effiċjenza enerġetika u l-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sal-2030, bl-għan kondiviż aħħari ta’ newtralità klimatika sal-2050; jifraħ lir-Renju Unit talli kiseb l-eliminazzjoni gradwali tal-ġenerazzjoni tal-enerġija mill-faħam fl-1 ta’ Ottubru 2024, bħala l-ewwel nazzjon tal-G7 u l-ewwel pajjiż żviluppat u industrijalizzat li kiseb dan l-għan; jisħaq fuq l-importanza tal-klawżola ta’ nonrigressjoni dwar il-protezzjoni ambjentali fil-FKK, li l-ebda parti ma tista’ titbiegħed minnha mingħajr ma tpoġġi l-ftehim fl-intier tiegħu fil-periklu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>134.</NO.P>Iqis b’mod favorevoli r-rieda taż-żewġ partijiet li jikkontemplaw kooperazzjoni regolatorja u teknoloġika akbar dwar teknoloġiji nodfa bħall-qbid, l-użu u l-ħżin tal-karbonju, kif ukoll l-enerġiji rinnovabbli, inklużi l-enerġija mir-riħ offshore, l-idroġenu, il-bijometan u l-bijofjuwils sostenibbli; jinnota, madankollu, li d-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mis-suq uniku tal-UE toħloq sfidi inevitabbli għall-format tal-kooperazzjoni bilaterali fil-qasam tal-enerġija u tillimita l-ambitu ta’ din il-kooperazzjoni; jistieden liż-żewġ partijiet isibu modi ġodda biex itejbu l-kwalità u l-profondità tal-kooperazzjoni bilaterali tagħhom fir-rigward tat-teknoloġiji tal-enerġija nadifa u rinnovabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>135.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ ppjanar u konverġenza kkoordinati fil-proċeduri għall-għoti ta’ permessi bejn l-UE u r-Renju Unit biex jiġi żgurat l-iżvilupp tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u b’mod partikolari l-enerġija mir-riħ offshore, l-infrastruttura tal-elettriku u l-ħżin tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>, kif ukoll proġetti tal-enerġija ibrida fl-Ibħra tat-Tramuntana; jemmen li ż-żewġ partijiet jeħtieġ li jaħdmu flimkien mill-qrib biex jittrasformaw l-Ibħra tat-Tramuntana f’ċentru tal-enerġija ekoloġika li jkun jista’ jgħin ukoll biex jiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista, fost l-oħrajn permezz ta’ livelli għoljin ta’ produzzjoni tal-enerġija mir-riħ offshore, bi qbil mal-għan mhux vinkolanti tal-UE li tilħaq madwar 360 GW ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni offshore installata sal-2050; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni reġjonali dwar l-ippjanar tal-grilja offshore u l-iżvilupp tal-infrastruttura kritika tal-enerġija mar-Renju Unit, kif ukoll dwar il-baċiri tal-baħar kollha mal-pajjiżi ġirien, sabiex isaħħu r-robustezza tas-sistema u jnaqqsu l-probabbiltà ta’ tfixkil fl-infrastruttura u ta’ interruzzjonijiet fil-provvista tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>136.</NO.P>Ifakkar li l-użu sħiħ tar-riżorsi tal-enerġija offshore se jirrikjedi investiment sinifikanti ħafna fil-kapaċità tal-grilja u tal-interkonnessjoni; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li tiġi żviluppata grilja interkonnessa fuq il-baħar, inklużi interkonnetturi ibridi u mekkaniżmi xierqa ta’ kondiviżjoni tal-kostijiet; iqis li l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-elettriku biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija mir-riħ offshore huwa prijorità kondiviża tal-UE u tar-Renju Unit; jissottolinja li l-isfruttament ta’ riżorsi rinnovabbli kondiviżi jista’ jkun ta’ benefiċċju reċiproku għall-UE u għar-Renju Unit, u jista’ jnaqqas il-kost tat-tranżizzjoni għal enerġija nadifa għaż-żewġ naħat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>137.</NO.P>Jilqa’ l-parteċipazzjoni attiva tar-Renju Unit fil-Kooperazzjoni tal-Enerġija fl-Ibħra tat-Tramuntana (NSEC), li tibni fuq il-Memorandum ta’ Qbil li huwa ffirma f’Diċembru 2022; isostni li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-NSEC għandha eventwalment twassal għal proġetti konġunti vijabbli li jkunu konsistenti mal-għan komuni li l-Ibħra tat-Tramuntana jiġu żviluppati bħala l-impjant tal-enerġija ekoloġika tal-Ewropa, kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni ta’ Ostend, li r-Renju Unit iffirma fl-24 ta’ April 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>138.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat Speċjalizzat għall-Enerġija adotta kemm rakkomandazzjoni kif ukoll pjan direzzjonali dwar il-kummerċ tal-elettriku lejn tmiem l-2024, u jistieden kemm lill-UE kif ukoll lir-Renju Unit iżidu l-ħidma teknika meħtieġa biex jiġu implimentati arranġamenti kummerċjali ġodda bejn il-partijiet, inkluża fażi ta’ validazzjoni tal-kunċett għall-akkoppjament ta’ volumi mhux flessibbli b’diversi reġjuni (MRLVC), il-mudell tal-kummerċ propost stabbilit fl-Anness 29 tal-FKK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>139.</NO.P>Jinnota li l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) u r-Renju Unit, konkluż fil-21 ta’ Diċembru 2020 fil-qafas tal-FKK, ikopri l-kooperazzjoni dwar l-użu sikur u paċifiku tal-enerġija nukleari u huwa bbażat fuq l-impenji miż-żewġ naħat li jkun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali; jissottolinja l-benefiċċji reċiproċi tal-kooperazzjoni nukleari ċivili bejn l-UE u r-Renju Unit f’oqsma bħar-reatturi tal-ġenerazzjoni li jmiss, il-ġestjoni tal-iskart, ir-reatturi modulari żgħar, l-istandards tas-sikurezza u tas-saħħa, ir-reżiljenza tal-katina tal-provvista u t-teknoloġiji tal-fużjoni, inkluż permezz tar-riċerka, l-applikazzjonijiet mediċi, il-mobbiltà tar-riċerkaturi nukleari u l-aċċess għal infrastruttura xjentifika konġunta, fejn xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>140.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li jinżammu standards ambjentali u tax-xogħol għoljin fil-proġetti tal-enerġija; jenfasizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni regolatorja biex jiġi żgurat li l-inizjattivi tal-enerġija jippromwovu konverġenza ’l fuq fid-drittijiet tal-ħaddiema, is-saħħa u s-sikurezza, u l-protezzjoni ambjentali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Trasport</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Kummenti ġenerali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>141.</NO.P>Jilqa’ l-implimentazzjoni bla xkiel tal-FKK bejn l-UE u r-Renju Unit fil-qasam tat-trasport u l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet mogħtija b’mod reċiproku f’dan ir-rigward, filwaqt li tinżamm konnettività tat-trasport effettiva mill-applikazzjoni provviżorja tiegħu f’Jannar 2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>142.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tissorveljanza l-implimentazzjoni tal-FKK u ssaħħaħ il-kooperazzjoni biex tkompli tintegra s-swieq tal-UE u tar-Renju Unit, tiffaċilita l-integrazzjoni tal-infrastruttura u l-mobbiltà transfruntiera mingħajr xkiel, u tikseb l-objettivi reċiproċi tal-klima u t-trasport, f’konformità sħiħa mal-qafas tal-FKK, abbażi tar-reċiproċità u l-preservazzjoni ta’ kundizzjonijiet ekwi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>143.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-potenzjal dejjem akbar għal diverġenza regolatorja bejn l-UE u r-Renju Unit, ħaġa li tista’ toħloq ostakli għall-operazzjonijiet tat-trasport mingħajr xkiel u tnaqqas il-benefiċċji tal-konnettività; jisħaq, b’mod partikolari, fuq il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni kontinwa dwar aġġornamenti futuri għar-regolamenti dwar id-drittijiet tal-passiġġieri, peress li dan jista’ joħloq asimmetriji fil-limiti ta’ kumpens għad-dewmien u l-protezzjoni għall-vjaġġi multimodali, filwaqt li joħloq riskju li l-konsumatur jiġi konfuż u jimmina l-fiduċja fis-servizzi transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>144.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lir-Renju Unit jistabbilixxu mekkaniżmu konġunt ta’ twissija rapida (RAM) għat-tfixkil fit-trasport, u jiżguraw l-iskambju immedjat ta’ informazzjoni dwar inċidenti li jaffettwaw il-kurituri tan-Network trans-Ewropew tat-trasport (TEN-T);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>145.</NO.P>Jirrikonoxxi l-benefiċċji tas-sigurtà tas-Sistema Ewropea ta’ Dħul/Ħruġ (EES) iżda jwissi dwar tfixkil potenzjali fit-trasport matul it-tnedija tagħha tal-2025; jappella biex tingħata prijorità lill-implimentazzjoni rapida u lit-tħejjija tal-infrastruttura fl-ajruporti, kif ukoll f’portijiet bħal Dover u Calais, flimkien ma’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni tal-passiġġieri għall-prevenzjoni tal-konġestjoni fil-fruntieri; jinnota li mit-2 ta’ April 2025, iċ-ċittadini tal-UE huma meħtieġa jiksbu ETA sabiex jidħlu fir-Renju Unit għal soġġorni qosra, b’kost ta’ madwar EUR 19, u b’hekk ġie introdott rekwiżit amministrattiv ġdid għall-ivvjaġġar li jinvolvi l-qsim tal-Kanal Ingliż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>146.</NO.P>Jirrakkomanda kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-partijiet fir-rigward tal-edukazzjoni, it-taħriġ professjonali u r-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-ħaddiema tat-trasport, sabiex tiġi miġġielda l-iskarsezza ta’ ħaddiema b’ħiliet speċjalizzati għan-negozji u tiġi appoġġjata l-mobbiltà tal-ħaddiema f’konformità mal-istandards soċjali u ta’ sikurezza tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>147.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ trasport tal-merkanzija sikur u effiċjenti bejn l-UE u r-Renju Unit; ifakkar, f’dan ir-rigward, li s-sewwieqa ta’ vetturi tqal tal-merkanzija (HGV) qed jiffaċċjaw sfidi dejjem akbar, inkluż minn immigranti illegali li jipprovaw jistaħbew fil-vetturi tagħhom sabiex jaqsmu l-fruntiera illegalment, u li xi sewwieqa tal-HGVs ġew attakkati b’mod vjolenti qrib il-port ta’ Calais; jisħaq li l-kumpaniji tat-trasport marittimu u s-sewwieqa tal-HGVs tal-UE jeħtiġilhom ma jbatux il-kostijiet u l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ sigurtà mill-awtoritajiet kompetenti tal-fruntieri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Trasport bl-ajru</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>148.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon it-tranżizzjoni bla xkiel fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni, b’kooperazzjoni tajba u kondiviżjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-UE u l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Renju Unit, b’mod partikolari f’termini tal-validazzjoni tat-talbiet għaċ-ċertifikazzjoni maħruġa minn kull wieħed mill-korpi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>149.</NO.P>Jilqa’ l-ftehimiet bilaterali ffirmati sal-lum dwar is-servizzi tal-ajru tal-merkanzija biss u tal-passiġġieri, li jiggarantixxu konnettività bl-ajru kontinwa u bla xkiel bejn l-UE u r-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>150.</NO.P>Jilqa’ d-diskussjonijiet li għaddejjin fil-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bl-Ajru dwar l-impatt tal-avjazzjoni fuq il-klima mhux tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>, u jappella għal koordinazzjoni sostnuta fir-riċerka, fil-monitoraġġ u fir-rappurtar, biex jiġu evitati diskrepanzi futuri fil-leġiżlazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>151.</NO.P>Jilqa’ r-rwol tal-Kumitat Speċjalizzat għat-Trasport bl-Ajru li jżomm liż-żewġ partijiet informati bl-isforzi biex jiġu rregolati u inċentivati fjuwils alternattivi sostenibbli (SAFs) għall-avjazzjoni, u jirrakkomanda l-allinjament tal-inizjattivi biex jiġu massimizzati l-benefiċċji tas-sostenibbiltà, il-promozzjoni tal-innovazzjoni u l-appoġġ għall-kompetittività tas-settur tal-avjazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>152.</NO.P>Jieħu nota tad-dibattitu li għaddej rigward id-dispożizzjonijiet dwar il-kiri bl-ekwipaġġ bejn l-UE u r-Renju Unit, issa li dan tal-aħħar jeħtieġlu jikkonforma ma’ restrizzjonijiet addizzjonali applikabbli għal pajjiżi mhux tal-UE, u jinnota t-talbiet tar-Renju Unit biex il-proċeduri jiġu ssimplifikati f’kuntest ta’ wara l-Brexit, sabiex ikun jista’ jlaħħaq ma’ domanda staġjonali għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>153.</NO.P>Jenfasizza, madankollu, li dawn it-talbiet iridu jiġu kkunsidrati fil-kuntest tat-talbiet attwali għal kjarifika urġenti dwar ir-regoli u l-prattiki tal-kiri bl-ekwipaġġ fl-UE u barra mill-UE, inkluż dwar is-sorveljanza u l-infurzar, u effiċjenza akbar tas-servizzi tal-ajru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>154.</NO.P>Jirrakkomanda, għalhekk, li l-Kummissjoni tipproponi r-reviżjoni tar-Regolament dwar is-Servizzi tal-Ajru<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1008/oj).</FIELD></FOOTNOTE> lill-koleġiżlaturi, billi tiċċara r-regoli, il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza u d-dispożizzjonijiet ta’ infurzar dwar il-kiri bl-ekwipaġġ fl-UE u barra mill-UE, biex tiġi indirizzata kwalunkwe kwistjoni li tista’ titqajjem fil-kuntest tal-FKK bejn l-UE u r-Renju Unit, aktar milli jiġu stabbiliti linji gwida dwar kwistjonijiet li l-koleġiżlaturi għadhom ma ħadux deċiżjoni dwarhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>155.</NO.P>Jinnota li għadd ta’ ajruporti lokali u reġjonali fl-UE joperaw ħafna konnessjonijiet lejn ir-Renju Unit; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ titjiriet ta’ dan it-tip, li jintużaw miċ-ċittadini tal-UE li jgħixu u jaħdmu fir-Renju Unit, iżda wkoll minn ċittadini tar-Renju Unit li jtiru lejn l-Ewropa bħala turisti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>156.</NO.P>Jirrikonoxxi li t-tkabbir kontinwu fit-traffiku tal-ajru u l-pressjonijiet dejjem akbar fuq is-sistema globali tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru jesiġu kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u r-Renju Unit biex jiġu ottimizzati l-prestazzjoni, l-effiċjenza u l-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru; jilqa’ l-koordinazzjoni kontinwa tar-Renju Unit mal-Eurocontrol, u jinkoraġġixxi li jiġu eżaminati aktar toroq għal kollaborazzjoni ta’ benefiċċju reċiproku f’dan ir-rigward;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Trasport bit-triq</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>157.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li r-Renju Unit jiġi konness mar-Reġistri Ewropej tal-Impriżi tat-Trasport bit-Triq (ERRU) u jilqa’ l-impenn taż-żewġ naħat li jagħmlu progress fl-iskambju tad-data bejn ir-reġistri elettroniċi nazzjonali dwar ksur (serju) tar-regoli tat-trasport bit-triq, li jikkontribwixxi għall-infurzar effettiv tar-regoli dwar it-trasport bit-triq stabbiliti fil-FKK; jistieden liż-żewġ partijiet jaħdmu fuq ftehim bilaterali biex jiffaċilitaw aktar l-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni bi qbil mad-Direttiva (UE) 2024/3237<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/3237 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/413 li tiffaċilita l-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (ĠU L, 2024/3237, 30.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/3237/oj<STRING UNDERLINE="on">)</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE>, bil-għan li tittejjeb is-sikurezza fit-toroq filwaqt li jiġu ssalvagwardjati r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tas-sewwieqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>158.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni li tintuża l-verżjoni 2 tat-takografu intelliġenti fil-vetturi tal-UE u tar-Renju Unit irreġistrati ġodda, biex jiġu żgurati livell għoli kontinwu ta’ sikurezza fit-toroq u kundizzjonijiet ekwi fiż-żewġ territorji fit-trasport tal-merkanzija bit-triq;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Trasport marittimu</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>159.</NO.P>Jinnota t-tħassib dwar iċ-ċaqliq potenzjali fir-rotot u fl-attività tat-trasport marittimu lejn il-portijiet tar-Renju Unit biex jiġi evitat il-kost tal-emissjonijiet marittimi fl-ambitu tal-iskema EU ETS, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-attività portwarja fil-portijiet tar-Renju Unit; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-fehim komuni milħuq fis-Summit bejn ir-Renju Unit u l-UE biex tiġi stabbilita rabta li tiffunzjona bejn l-EU ETS u s-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tar-Renju Unit, li għandha tinkludi t-trasport marittimu u tal-avjazzjoni nazzjonali u internazzjonali, filwaqt li jisħaq fuq l-importanza li jiġu allinjati l-oqfsa tal-ipprezzar u l-monitoraġġ tal-karbonju għaż-żamma tal-ambizzjoni ambjentali, għall-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi u għall-prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u d-distorsjonijiet fil-kompetittività tal-portijiet, kif ukoll għall-protezzjoni tal-ħaddiema u n-negozji tal-portijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>160.</NO.P>Jappoġġja d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1973 tal-11 ta’ Ottubru 2022 dwar ir-rikonoxximent tar-Renju Unit skont id-Direttiva (UE) 2022/993 fir-rigward tas-sistema għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (ĠU L 270, 18.10.2022, p. 99, ELI: <STRING UNDERLINE="on">http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/1973/oj</STRING>).</FIELD></FOOTNOTE> biex, mill-11 ta’ Ottubru 2022, tiġi rikonoxxuta s-sistema tar-Renju Unit għat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara skont id-Direttiva (UE) 2022/993<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2022/993 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2022 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ tal-baħħara (ĠU L 169, 27.6.2022, p. 45, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/993/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, wara li ġie determinat li r-rekwiżiti kollha ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni speċifikati fil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara kienu ġew issodisfati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Trasport ferrovjarju</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>161.</NO.P>Jinnota li t-trasport ferrovjarju jibqa’ eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-FKK, u li dan jirrifletti d-dipendenza tal-UE u tar-Renju Unit minn ftehimiet bilaterali; jilqa’, madankollu, il-progress relatat mal-liċenzji tal-impriżi ferrovjarji u ċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>162.</NO.P>Ifakkar fl-importanza strateġika tal-Mina taħt il-Kanal Ingliż bħala konnessjoni infrastrutturali essenzjali bejn ir-Renju Unit u l-UE; jinnota bi tħassib li, minkejja l-progress bilaterali, il-volumi tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u tal-passiġġieri li jgħaddu mill-Mina taħt il-Kanal Ingliż għadhom ferm anqas mill-projezzjonijiet inizjali minħabba kostijiet għoljin, ostakli regolatorji li jaffettwaw is-servizzi kemm tal-merkanzija kif ukoll tal-passiġġieri, u l-limiti tal-kapaċità tal-infrastruttura għat-tkomplija tal-ivvjaġġar fir-Renju Unit, peress li ħafna min-network ferrovjarju Brittaniku ma jistax jakkomoda kontejners u vaguni tal-merkanzija standard Ewropej;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sajd</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Implimentazzjoni tal-intestatura “Sajd” tal-FKK </STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>163.</NO.P>Jieħu nota tar-rapporti tal-2023 u tal-2024 tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-FKK, b’mod partikolari l-punti taħt l-intestatura “Sajd”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>164.</NO.P>Jilqa’ l-kooperazzjoni mtejba bejn il-partijiet fin-negozjati annwali dwar il-qabdiet totali permissibbli (TACs), li fl-2023 u fl-2024 wasslu għal ftehim f’waqtu li ppermetta li tiġi evitata l-applikazzjoni tal-qabdiet totali permissibbli proviżorji, u b’hekk ġew żgurati ċ-ċarezza u l-prevedibbiltà għas-settur tas-sajd rigward l-opportunitajiet tas-sajd għas-sena ta’ wara;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>165.</NO.P>Jiddeplora l-instabbiltà kkawżata mill-Brexit fir-relazzjonijiet internazzjonali tas-sajd mal-istati kostali, li tagħmilha aktar diffiċli li jinkiseb bilanċ fl-arranġamenti ta’ kondiviżjoni u li jsir skambju tal-opportunitajiet tas-sajd; jinnota bi tħassib il-fatt li xi stati kostali qed jieħdu vantaġġ minn din l-instabbiltà billi b’mod unilaterali u inġust jippruvaw iżidu l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom, għad-detriment ta’ dawk tal-UE; ifakkar fl-importanza li d-drittijiet storiċi tas-sajd jiġu rrispettati; jappella għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u l-istati kostali biex jinkisbu ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut kondiviżi u żieda fl-istabbiltà u fil-prevedibbiltà rigward il-kwoti tas-sajd, b’mod partikolari fil-kuntest tal-konsultazzjonijiet annwali u tal-arranġamenti trilaterali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>166.</NO.P>Ifakkar li r-Renju Unit introduċa sistema ta’ liċenzji tas-sajd biex il-bastimenti tal-UE jkollhom aċċess għall-ilmijiet tiegħu; jinnota li din is-sistema ħolqot dewmien sinifikanti fl-implimentazzjoni effettiva tal-FKK, peress li r-Renju Unit żied ħafna prerekwiżiti għall-għoti ta’ tali liċenzji u ppenalizza b’mod partikolari l-bastimenti ta’ anqas minn 12-il metru tul, li storikament kienu jistadu fl-ilmijiet territorjali tar-Renju Unit, iżda li kellhom diffikultà jagħtu prova tal-preżenza tagħhom fl-ilmijiet tar-Renju Unit; jiddispjaċih ħafna li din is-sitwazzjoni wasslet biex ħafna bastimenti fuq skala żgħira ma tinħarġilhomx liċenzja, u dan ġegħilhom jirrilokaw lejn żoni oħra jew iwaqqfu l-attivitajiet tagħhom, u b’hekk kompla jżid mas-sitwazzjoni negattiva u l-effetti avversi kkawżati minn kostijiet addizzjonali u piżijiet burokratiċi oħra assoċjati mal-Brexit; jiddispjaċih, barra minn hekk, għall-fatt li l-FKK irrenda null u bla effett it-Trattat ta’ Granville Bay, li, sal-Brexit, kien jirregola s-sajd fl-ilmijiet ta’ Jersey; ifakkar, fl-aħħar nett, li l-kwistjoni tal-limitu massimu globali għal-liċenzji maħruġa minn Jersey għadha ma ġietx solvuta għalkollox, u dan iħalli lil xi sajjieda inċerti ħafna dwar l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet tad-Dipendenzi tal-Kuruna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>167.</NO.P>Ifakkar li, f’konformità mal-Artikolu 496 tal-FKK, il-miżuri ta’ ġestjoni u tekniċi li jista’ jkollhom impatt fuq il-bastimenti tal-parti l-oħra jridu jiġu nnotifikati minn qabel b’mod li jkun hemm żmien biżżejjed biex il-parti l-oħra tkun tista’ tikkummenta jew titlob kjarifika; jisħaq li tali miżuri jridu jkunu proporzjonati, nondiskriminatorji u bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli, u jridu jqisu s-sostenibbiltà ambjentali, soċjali u ekonomika fit-tul; jiddispjaċih għall-fatt li l-istudji tal-impatt ma jitwettqux sistematikament bil-parteċipazzjoni ndaqs tal-partijiet ikkonċernati miż-żewġ partijiet u <STRING ITALIC="on">bona fide</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>168.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li r-Renju Unit implimenta b’mod unilaterali għadd kbir ta’ miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd, b’mod partikolari ta’ natura teknika, inklużi projbizzjonijiet fuq ċertu sajd, l-introduzzjoni ta’ daqsijiet minimi tal-qabdiet għal ċerti speċijiet, l-għeluq tas-sajd f’żoni tal-baħar protetti (pereżempju fid-Dogger Bank), u l-istabbiliment ta’ parks eoliċi, li rriżultaw fi tnaqqis drastiku fl-aċċess tal-bastimenti tal-UE għaż-żoni u r-riżorsi tas-sajd tar-Renju Unit, b’mod partikolari fiż-żona ta’ bejn sitta u tnax-il mil nawtiku; jiddispjaċih għall-fatt li dawn il-miżuri, u dawk fil-qasam soċjali, għandhom impatt akbar fuq il-bastimenti tal-UE milli fuq il-bastimenti Brittaniċi, b’riperkussjonijiet soċjoekonomiċi għall-industrija tas-sajd tal-UE u b’mod partikolari għas-sajjieda fuq skala żgħira; jinsab imħasseb li miżura ta’ dan it-tip tista’ fl-aħħar mill-aħħar teskludi l-bastimenti tal-UE minn żoni tas-sajd sħaħ, u b’hekk tixħet dubju fuq id-drittijiet tas-sajd tal-UE fl-ilmijiet Brittaniċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>169.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet komprensivi u sistematiċi tal-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali ta’ dawn il-miżuri, inkluż fid-Dipendenzi tal-Kuruna, sabiex tiddetermina jekk humiex proporzjonali u nondiskriminatorji, u, fejn xieraq, tirreaġixxi b’mod sod u tuża l-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim jew il-miżuri ta’ ritaljazzjoni previsti fil-FKK, inklużi miżuri ta’ kumpens bħas-sospensjoni tat-trattament tariffarju preferenzjali mogħti lill-prodotti tas-sajd, kif ukoll il-mezzi politiċi u diplomatiċi l-oħra kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>170.</NO.P>Jilqa’, f’dan ir-rigward, id-deċiżjoni finali tat-Tribunal tal-Arbitraġġ tat-28 ta’ April 2025 fit-tilwima bejn l-UE u r-Renju Unit dwar id-deċiżjoni li jingħalaq is-sajd għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet Ingliżi tal-Baħar tat-Tramuntana u fl-ilmijiet Skoċċiżi; jinnota li t-Tribunal, f’dan il-każ speċifiku, qies li ma kien hemm l-ebda ksur tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, u li l-miżura kienet ibbażata fuq ix-xjenza; jisħaq li t-Tribunal sab li l-projbizzjoni fuq is-sajd għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet Ingliżi tikser il-prinċipju tal-proporzjonalità skont il-FKK u li r-Renju Unit naqas milli jissodisfa l-obbligu tiegħu li jagħti aċċess sħiħ għall-ilmijiet tiegħu għall-finijet tas-sajd għaċ-ċiċċirell; ifakkar li r-Renju Unit huwa obbligat jieħu l-miżuri meħtieġa biex jikkonforma mad-deċiżjoni tat-Tribunal tal-Arbitraġġ; iqis li din id-deċiżjoni tistabbilixxi preċedent legali importanti biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tas-sajd tal-UE u biex jingħata rispons għal miżuri simili futuri meħuda mir-Renju Unit; jistieden lill-Kummissjoni tkompli timmonitorja mill-qrib il-miżuri unilaterali meħuda mir-Renju Unit, sabiex tiżgura l-konformità mal-FKK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>171.</NO.P>Jinsab imħasseb li l-miżuri unilaterali għandhom effett ta’ katina fuq il-vijabbiltà ekonomika u soċjali tas-settur tas-sajd tal-UE u fuq il-katina tal-valur tiegħu; jesprimi, barra minn hekk, it-tħassib tiegħu li r-restrizzjoni fuq l-aċċess għall-ilmijiet tar-Renju Unit qed twassal biex l-isforz tas-sajd jiġi trasferit lejn il-Kanal Ingliż u l-Baħar tat-Tramuntana, b’żieda fil-pressjoni fuq l-ispeċijiet soġġetti għat-TAC u fuq dawk mhux soġġetti għat-TAC; jenfasizza l-fatt li ż-żieda fl-użu tal-ilmijiet tal-UE għandha konsegwenzi f’dawk li huma sigurtà u ġestjoni tal-ispazju marittimu, iżda wkoll f’dak li huwa aċċess għar-riżorsi, speċjalment għas-sajd fuq skala żgħira, u dan iqajjem dubji dwar is-sostenibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali tal-attivitajiet tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>172.</NO.P>Jistieden liż-żewġ partijiet jindirizzaw malajr iż-żieda fil-pressjoni fil-Kanal Ingliż u fil-Baħar tat-Tramuntana billi jipproponu pjan ta’ ġestjoni reġjonali biex jiggarantixxu l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi u l-ġestjoni pluriennali tas-sajd; ifakkar, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni fir-regoli tal-pjan pluriennali tal-Baħar tat-Tramuntana, li jkopru wkoll dawn l-ilmijiet, u jemmen li għandhom jiġu adattati jekk ikun meħtieġ biex tiġi allinjati kwalunkwe diskrepanza possibbli u tiġi żgurata ċ-ċarezza legali għall-operaturi u għall-Istati Membri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Tmiem il-perjodu ta’ aġġustament </STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>173.</NO.P>Jistieden liż-żewġ partijiet jirrispettaw il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 500 intitolat “Aċċess għall-ilmijiet”, sabiex jiżguraw bilanċ sodisfaċenti b’mod reċiproku bejn l-interessi rispettivi tagħhom; ifakkar li l-aċċess għall-ilmijiet, inkluża ż-żona ta’ bejn sitta u tnax-il mil nawtiku, irid ikun reċiproku u proporzjonat għat-TACs jew il-livelli medji tal-qabdiet tal-parti l-oħra; jistieden lill-Kummissjoni timplimenta bis-sħiħ dan l-artikolu u tiżviluppa fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd il-linji gwida meħtieġa biex tiffaċilita l-applikazzjoni prattika tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>174.</NO.P>Jisħaq li l-FKK jipprevedi klawżola ta’ rieżami li titlob rieżami fl-2030 biex tissaħħaħ u tiġi kkodifikata l-implimentazzjoni tal-FKK, b’kont meħud tal-fatt li din il-klawżola ma tistax tintuża biex jitnaqqas il-livell tal-aċċess għall-ilmijiet; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tagħmel kull sforz biex tiżgura li l-aċċess għall-ilmijiet fis-snin li ġejjin ikun prevedibbli, ikun kontinwu u jiżdied;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>175.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ ftehim dwar is-sajd ġust u sostenibbli bejn l-UE u r-Renju Unit; jilqa’ l-ftehim politiku li ntlaħaq fid-19 ta’ Mejju 2025 bejn l-UE u r-Renju Unit, b’mod partikolari t-tiġdid tal-aċċess reċiproku, stabbli u kontinwu għall-ilmijiet sat-30 ta’ Ġunju 2038, li jipprovdi stabbiltà għall-komunitajiet tas-sajd; jilqa’ l-fatt li s-sajd żvolġa rwol sinifikanti f’dawn in-negozjati reċenti; iħeġġeġ liż-żewġ naħat iżommu approċċ prammatiku u ta’ benefiċċju reċiproku fin-negozjati futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>176.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd ifformalizza l-ftehim politiku; jistieden lill-Kummissjoni tkun viġilanti fl-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim il-ġdid, inkluż dwar l-aċċess għaż-żona ta’ bejn sitta u tnax-il mil nawtiku, b’mod partikolari għall-bastimenti Franċiżi fuq skala żgħira u kostali; jisħaq fuq il-ħtieġa assoluta ta’ monitoraġġ u infurzar robusti biex jiġu rispettati l-impenji kondiviżi, jiġu protetti l-ekosistemi tal-baħar u jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-UE u ta’ dawk li jgħixu f’komunitajiet kostali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>177.</NO.P>Itenni li l-aċċess reċiproku u kontinwu għall-ilmijiet u għar-riżorsi tas-sajd irid jinżamm bħala parti essenzjali tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit u jrid, għalhekk, jiġi ttrattat b’mod konġunt ma’ partijiet oħra tal-FKK, bħall-kummerċ, l-aċċess għas-suq intern tal-prodotti tas-sajd u l-kooperazzjoni fl-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>178.</NO.P>Jinnota li l-FKK jipprevedi tnaqqis gradwali, b’25 %, tat-TACs tal-UE fl-ilmijiet tar-Renju Unit matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni sa tmiem l-2026; jisħaq li dan it-tnaqqis kien sagrifiċċju enormi għas-sajjieda tal-UE u kellu impatt konsiderevoli fuq is-sajd tal-UE, tant li wassal għal pjanijiet ta’ ħruġ mill-flotta u għat-telf ta’ bastimenti; jilqa’ l-fatt li, wara l-2026, l-opportunitajiet tas-sajd se jinżammu mill-anqas f’dan il-livell u mhux se jiġu kkontestati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>179.</NO.P>Jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ data jew studji dwar l-impatt tal-Brexit fuq is-settur tas-sajd; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bis-sħiħ ir-riperkussjonijiet tal-perjodu ta’ aġġustament fuq il-katina tal-valur kollha tas-settur tas-sajd tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>180.</NO.P>Jisħaq li l-FKK jipprevedi l-possibbiltà li jiġi kkunsidrat l-iżvilupp ta’ strateġiji pluriennali għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tat-TACs u tal-istokkijiet bla kwota; jistieden liż-żewġ partijiet jaħdmu favur stabbiltà u prevedibbiltà akbar fil-kwoti tas-sajd u jiżguraw ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet fil-Baħar tat-Tramuntana u fil-Grigal tal-Atlantiku għas-setturi tas-sajd taż-żewġ partijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Governanza u kooperazzjoni fil-qasam tas-sajd bejn l-UE u r-Renju Unit </STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>181.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ kooperazzjoni aktar b’saħħitha u aktar stretta bejn l-UE u r-Renju Unit, mhux biss dwar is-sajd u l-ġestjoni taż-żoni tal-baħar protetti, iżda b’mod ġenerali dwar l-ippjanar tal-ispazju marittimu, kif ukoll dwar miżuri tekniċi, ta’ kontroll, doganali u sanitarji li jinvolvu l-korpi kollha, inkluż il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd; jistieden liż-żewġ partijiet itejbu l-funzjonament u t-trasparenza tal-korpi tal-governanza billi jiżguraw li ssir diskussjoni qabel ma jistabbilixxu l-miżuri, li għandhom ikunu msejsa fuq bażijiet xjentifiċi u soċjoekonomiċi sodi u la għandhom ikunu diskriminatorji u lanqas ta’ tali natura li jżommu lill-atturi kkonċernati milli jilħqu l-kwoti allokati lilhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>182.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkun partikolarment viġilanti rigward l-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti u t-termini maqbula u tirreaġixxi bil-qawwa f’każ li r-Renju Unit jaġixxi b’mod diskriminatorju; jinkoraġġixxi, barra minn hekk, lill-Kummissjoni, fi ħdan il-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd, tadatta r-restrizzjonijiet doganali, sanitarji u ta’ kontroll għall-ħatt l-art mill-bastimenti ta’ parti waħda fit-territorju tal-parti l-oħra, pereżempju billi tistabbilixxi pjan ta’ kontroll konġunt bejn ir-Renju Unit u Stati Membri individwali, dment li jingħataw garanziji ekwivalenti ta’ traċċabbiltà u konformità tal-prodotti tal-frott tal-baħar; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati ċirkwiti loġistiċi kemm għall-importazzjonijiet kif ukoll għall-esportazzjonijiet billi jitneħħew l-ostakli marbuta man-nuqqas ta’ kontrolli tas-saħħa u doganali f’ċerti portijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>183.</NO.P>Jesprimi tħasseb dejjem akbar dwar l-għadd dejjem jikber ta’ każijiet ta’ ksur imwettaq minn bastimenti tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-UE; jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jsaħħu l-kapaċitajiet ta’ sorveljanza marittima, iżidu l-kontrolli u japplikaw sanzjonijiet xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>184.</NO.P>Jistieden lill-partijiet jiżguraw il-koerenza, il-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà tal-miżuri ta’ kontroll tagħhom, inklużi s-sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod u s-sistemi ta’ kameras stabbiliti biex jevitaw li jżidu piż amministrattiv jew finanzjarju eċċessiv, u ma jiddevjawx minn xulxin b’mod li mhux raġonevoli; itenni li ż-żewġ partijiet għandhom ikunu fi djalogu mill-qrib mar-rappreżentanti tas-settur qabel ma jadottaw dawn il-miżuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>185.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat Speċjalizzat għas-Sajd iltaqa’ disa’ darbiet mid-dħul fis-seħħ tal-FKK; jiddispjaċih, madankollu, għan-nuqqas ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont ta’ dan il-korp; jitlob li l-membri tal-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament ikunu involuti fil-laqgħat u jiġu mistiedna jattendu għalihom biex ikun jista’ jsir skrutinju xieraq, u li l-minuti u d-dokumenti tal-laqgħat jiġu kondiviżi mill-aktar fis possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>186.</NO.P>Jistieden lill-UE u lir-Renju Unit isaħħu l-isforzi tagħhom biex jippromwovu l-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd, iżidu l-kooperazzjoni u l-iskambji tal-prattiki tajba biex itejbu s-selettività u jnaqqsu l-impatt ta’ ċerti prattiki tas-sajd, u jimplimentaw bis-sħiħ l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>187.</NO.P>Jistieden liż-żewġ partijiet isaħħu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tagħhom fil-livell internazzjonali, fil-qafas tal-organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd jew mal-istati kostali dwar il-ġestjoni kondiviża tal-istokkijiet tal-ħut; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE u r-Renju Unit jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat u li jappoġġjaw l-azzjonijiet meħtieġa biex tali sajd jinqered fil-forums internazzjonali kollha, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lit-tisħiħ tar-regoli dwar it-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-prodotti tal-frott tal-baħar importati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>188.</NO.P>Ifakkar liż-żewġ partijiet fil-ħtieġa ta’ kooperazzjoni akbar fl-azzjonijiet tagħhom rigward l-ippjanar tal-ispazju marittimu, b’mod partikolari fir-rigward tal-kunflitti bejn il-proġetti ta’ parks eoliċi offshore u l-objettivi ta’ konservazzjoni jew mas-settur tas-sajd; jappella għal approċċ ibbilanċjat bejn l-interessi kollha li jikkonċernaw l-użu tal-ispazju marittimu, li għandu jiżen id-dimensjoni ambjentali, dik ekonomika u dik soċjali, filwaqt li jiżgura l-konsistenza u l-ġustizzja fis-setturi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>189.</NO.P>Jappella għal sforzi konġunti miż-żewġ partijiet biex jippromwovu r-riċerka xjentifika u jagħmlu skambju tal-aħjar prattiki bil-għan li jidentifikaw u jneħħu l-munizzjon minn qiegħ il-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>190.</NO.P>Jistieden lill-partijiet kollha jiżguraw li l-ħruġ tal-liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet biex il-bastimenti tal-UE jistadu fl-ilmijiet tar-Renju Unit u tad-Dipendenzi tal-Kuruna jitwettaq mingħajr ostakli amministrattivi, fiskali jew finanzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>191.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, minħabba s-sitwazzjoni speċifika taċ-Channel Islands, tiffaċilita l-kollaborazzjoni bejn il-partijiet permezz ta’ rabtiet aħjar bejn id-djalogu reġjonali u l-Laqgħa tal-Quad; jistieden lill-partijiet jinvolvu lir-rappreżentanti tas-settur tas-sajd, lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, u jippromwovu l-mudell ta’ koġestjoni tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>192.</NO.P>Ifakkar li r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit ġiet stabbilita biex ittaffi l-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali, territorjali u ambjentali tal-Brexit; ifakkar li dan il-fond ta’ EUR 5,4 biljun kien maħsub biex ikun ta’ benefiċċju għas-settur tas-sajd, inkluż is-sajd fuq skala żgħira, li ntlaqat b’mod sproporzjonat mill-Brexit; ifakkar li r-Regolament dwar ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit kien jirrikjedi li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill bil-qagħda attwali tal-proċess ta’ implimentazzjoni sa Ġunju 2024; jiddispjaċih għall-fatt li l-Kummissjoni s’issa għadha ma pprovdiet l-ebda informazzjoni dwar il-kwistjoni; jitlob li, qabel tmiem l-2025, il-Parlament u l-Kunsill jiġu infurmati bil-qagħda attwali tal-proċess ta’ implimentazzjoni tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>193.</NO.P>Jilqa’ l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali kienet kostruttiva, mingħajr kwistjonijiet sistemiċi jew strutturali identifikati fl-2023 jew fl-2024, u biż-żewġ partijiet impenjati biex isolvu kwalunkwe kwistjoni li tista’ tirriżulta fl-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali għall-FKK; jinnota d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali b’rabta mal-ħaddiema stazzjonati u mal-persuni li jaħdmu għal rashom biex jiċċaraw ċerti aspetti finanzjarji; jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm protokoll dinamiku, li jkun allinjat mar-reviżjonijiet tad-dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali; jappella għal sforzi kontinwi biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri, tiġi żgurata interpretazzjoni konsistenti fl-Istati Membri kollha u fir-Renju Unit, u jissaħħaħ l-aċċess taċ-ċittadini għas-sigurtà soċjali permezz ta’ gwida, għodod diġitali u kooperazzjoni amministrattiva mtejba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>194.</NO.P>Jinnota li l-Kumitat Speċjalizzat dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali wettaq ħidma teknika dwar suġġetti bħal bidliet għal dokumenti elettroniċi strutturati u dokumenti portabbli, proċeduri għar-rimborż tal-kost tal-benefiċċji tal-mard, u t-traspożizzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali tal-UE; jistieden lill-kumitat jintensifika l-isforzi tiegħu u jwettaq progress tanġibbli dwar it-titjib tal-proċeduri, filwaqt li jiżgura interpretazzjoni uniformi fl-Istati Membri kollha u fir-Renju Unit, u jtejjeb il-koordinazzjoni tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali għall-ħaddiema mobbli u transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>195.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, ġusti u sikuri għall-ħaddiema staġjonali, b’mod partikolari f’setturi essenzjali bħall-agrikoltura, t-turiżmu u l-kostruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-FKK, l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu speċifiku għall-mobbiltà tal-ħaddiema staġjonali, li jkun jinkludi standards komuni fuq it-tul tal-impjieg, l-aċċess għas-sigurtà soċjali u l-protezzjoni mill-isfruttament, b’salvagwardji komparabbli għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 2014/36/UE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2014/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 375, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/36/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>196.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibbiltà li jiġi stabbilit punt ta’ kuntatt uniku għall-UE u r-Renju Unit sabiex jiġu rappurtati każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-ħaddiema, ostakli biex jiġu jinkiseb aċċess għall-benefiċċji soċjali, jew kwistjonijiet relatati mar-rikonoxximent tal-kuntratti ta’ impjieg transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>197.</NO.P>Jieħu nota tal-importanza u l-valur tal-mudell soċjali tal-UE u jistieden lill-Gvern tar-Renju Unit jestendi l-klawżola ta’ nonrigressjoni għall-acquis soċjali kollu tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Parteċipazzjoni fil-programmi tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>198.</NO.P>Itenni l-fehma tiegħu li t-taqsima tal-FKK dwar il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-programmi tal-UE, il-ġestjoni finanzjarja tajba u d-dispożizzjonijiet finanzjarji tikkostitwixxi bażi ġusta għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit u tgħin biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; jissottolinja l-ħtieġa ta’ arranġamenti trasparenti ta’ bbaġitjar u kondiviżjoni tal-kostijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>199.</NO.P>Jilqa’ bil-qawwa l-fatt li, permezz tal-Protokolli I u II tal-FKK, ir-Renju Unit qed jipparteċipa f’Orizzont Ewropa u fil-komponent Copernicus tal-programm spazjali tal-UE u għandu aċċess għas-servizzi tal-komponent “Sorveljanza u Insegwiment fl-Ispazju tal-UE” tal-programm spazjali tal-UE; jenfasizza l-benefiċċji, għall-UE u għaċ-ċittadini tagħha, tal-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi mhux tal-UE fil-programmi tal-UE; jemmen li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit f’Orizzont Ewropa tirrikonoxxi li x-xjenza u l-innovazzjoni tar-Renju Unit huma parti integrali mill-ekosistema tax-xjenza u l-innovazzjoni Ewropea; iqis li huwa ta’ benefiċċju reċiproku li r-Renju Unit ikun assoċjat mal-10 Programm Qafas għar-Riċerka (FP10) futur u li l-ambitu ta’ kwalunkwe tali assoċjazzjoni għandu jilħaq l-objettiv li jixpruna t-tkabbir ekonomiku fl-UE permezz tal-innovazzjoni; jemmen, għalhekk, li huwa essenzjali li finalment jinstab bilanċ ġust bejn il-kontribuzzjonijiet tar-Renju Unit u l-benefiċċji li jirċievi lura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>200.</NO.P>Itenni, madankollu, it-tħassib tiegħu dwar id-dispożizzjonijiet fil-Protokoll I rigward mekkaniżmu ta’ korrezzjoni awtomatika għar-Renju Unit b’rabta ma’ Orizzont Ewropa, liema dispożizzjonijiet ma ġewx miftiehma bħala parti mill-FKK innifsu; jieħu nota tal-fatt li l-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni tar-Renju Unit japplika sa tmiem il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali u huwa anqas favorevoli mill-mekkaniżmu ta’ korrezzjoni li jinsab fil-FKK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>201.</NO.P>Jisħaq, barra minn hekk, fuq id-diffikultajiet maħluqa minn tariffi għoljin tal-viża u l-ħlas addizzjonali għall-kura tas-saħħa għar-riċerkaturi tal-UE li jibbenefikaw minn Orizzont Ewropa u li jixtiequ jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ mobbiltà billi jiċċaqilqu lejn ir-Renju Unit, u jħeġġeġ lir-Renju Unit jindirizza din il-problema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>202.</NO.P>Għadu imħasseb dwar il-protokoll ta’ assoċjazzjoni emendat tal-2023 għall-FKK, b’mod partikolari dwar il-fatt li r-rifużjoni awtomatika fuq il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit għal Orizzont Ewropa f’każ li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-programm tkun “aktar baxxa milli mistenni” rriżultat f’inkonsistenzi mad-dispożizzjonijiet tal-FKK, li għalihom il-Parlament ta l-approvazzjoni tiegħu f’Diċembru 2020; jinnota li din il-bidla fil-FKK permezz tal-adozzjoni ta’ protokoll fissret li l-Parlament ma setax jagħti kunsens sinifikattiv jew jeżerċita skrutinju effettiv rigward dak li jikkostitwixxi parti ċentrali mill-ftehim ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>203.</NO.P>Jenfasizza li kwalunkwe ftehim internazzjonali dwar l-assoċjazzjoni tar-Renju Unit mal-programmi tal-UE għandu jirrispetta bis-sħiħ il-prerogattiva tal-Parlament li jagħti kunsens sinifikattiv, bi qbil mar-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Frar 2024 dwar ftehimiet ta’ assoċjazzjoni għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fil-programmi tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6341, 7.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6341/oj.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>204.</NO.P>Jappella għall-involviment sħiħ tal-Parlament fin-negozjati kollha dwar l-assoċjazzjoni tar-Renju Unit mal-FP10, kif ukoll rigward l-implimentazzjoni tal-FP10 matul il-QFP li jmiss; jittama li ż-żewġ partijiet ikunu jistgħu jevitaw id-dewmien li kkaratterizza l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit f’Orizzont Ewropa u fil-programm Copernicus fl-ambitu tal-QFP attwali, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fil-finanzjament għal proġetti ewlenin ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE li jinvolvu sħab mir-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>205.</NO.P>Jinnota li l-inizzjattiva “Choose Europe for Science” (Agħżel l-Ewropa għax-Xjenza) tikklassifika b’mod ċar kemm lill-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC) kif ukoll lill-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie bħala programmi vitali li jistgħu jgħinu lill-UE tattira talent xjentifiku globali; josserva li r-Renju Unit jista’ jipparteċipa f’dawn iż-żewġ programmi u jissottolinja l-prestazzjoni b’saħħitha tar-Renju Unit fiż-żewġ programmi; ifakkar fir-rekwiżit legali stabbilit fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament Orizzont<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/695/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex il-kamp ta’ applikazzjoni tal-assoċjazzjoni ta’ pajjiżi terzi speċifiċi jkun soġġett għal analiżi tal-benefiċċji għall-Unjoni u l-objettiv li jiġi xprunat it-tkabbir ekonomiku fl-Unjoni permezz tal-innovazzjoni; iqis li l-iskarsezza tat-talent hija fattur li jillimita t-tkabbir ekonomiku tal-UE, b’mod partikolari fis-setturi tat-teknoloġija avvanzata; jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, tagħmel analiżi dettaljata tal-benefiċċji għall-UE tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-ERC u fl-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie, b’mod partikolari meta jitqies kif dan għandu impatt fuq il-kapaċità tal-UE li tattira talent xjentifiku, u li tikkondividi dik l-analiżi mal-Parlament, preferibbilment b’mod parallel man-negozjati dwar il-proposta leġiżlattiva għall-10 Programm Qafas (FP10).
</ACTION><ACTION>
<NO.P>206.</NO.P>Jesprimi tħassib li r-Renju Unit żied b’mod sinifikanti l-ħlas addizzjonali għall-kura tas-saħħa u l-kostijiet tal-viża għar-riċerkaturi li jmorru r-Renju Unit permezz tal-finanzjament ta’ Orizzont Ewropa, u b’hekk il-mobbiltà saret aktar diffiċli finanzjarjament għar-riċerkaturi tal-UE u għall-istituzzjonijiet sħab tagħhom tar-Renju Unit; jappoġġja t-talba għat-treġġigħ lura għal-livelli preċedenti ta’ tariffi u ħlas addizzjonali, kif espress mill-UE fit-tielet laqgħa tal-Kunsill ta’ Sħubija fis-16 ta’ Mejju 2024; jilqa’ l-impenn li jkompli jitnaqqas il-piż amministrattiv u l-kostijiet relatati għar-riċerkaturi tal-UE li jwettqu mobbiltà lejn ir-Renju Unit bħala parti minn Orizzont Ewropa u s-suċċessur tiegħu, l-FP10;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>207.</NO.P>Jinnota li r-Renju Unit fl-aħħar mill-aħħar iddeċieda kontra l-parteċipazzjoni fil-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Euratom, fl-impriża konġunta Fużjoni għall-Enerġija (F4E) jew fil-proġett ta’ fużjoni nukleari ITER, għalkemm il-parteċipazzjoni tiegħu kienet prevista fid-Dikjarazzjoni Konġunta bejn l-UE u r-Renju Unit dwar il-Parteċipazzjoni fil-Programmi tal-Unjoni li jakkumpanjaw l-FKK; jesprimi tħassib li r-Russja għadha msieħba fil-proġett ITER; jappella għall-preservazzjoni tal-legat xjentifiku tal-Joint European Torus, li jinsab f’Culham fir-Renju Unit, li għal għexieren ta’ snin serva bħala l-emblema tar-riċerka Ewropea dwar il-fużjoni nukleari; jisħaq li ż-żarmar kontinwu ta’ din il-faċilità unika jirriskja t-telf irriversibbli tal-infrastruttura xjentifika u l-għarfien espert;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>208.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li r-Renju Unit għażel li ma jipparteċipax fi programmi oħra tal-UE u għad-deċiżjoni tiegħu li ma jipparteċipax fil-Euratom u fl-F4E, kif oriġinarjament previst fid-Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Diċembru 2020; iqis li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-proġett ITER trid tkun ibbażata fuq il-parteċipazzjoni fl-F4E; jiddeplora d-deċiżjoni li jiġi żarmat il-Joint European Torus; iħeġġeġ lir-Renju Unit jerġa’ jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu dwar dawn il-kwistjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>209.</NO.P>Jenfasizza l-programm PEACEPLUS, suċċessur għal inizjattivi ta’ kooperazzjoni transfruntiera preċedenti u jenfasizza r-rwol vitali tal-programm fil-promozzjoni tal-paċi, tar-rikonċiljazzjoni u tal-prosperità soċjoekonomika fl-Irlanda ta’ Fuq u fir-reġjun tal-fruntiera; jinnota li l-programm huwa ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjonijiet sostanzjali mill-UE u mir-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>210.</NO.P>Jilqa’ l-arranġament ta’ kooperazzjoni dwar l-istatistika ffirmat bejn il-Eurostat u l-Awtorità tal-Istatistika tar-Renju Unit, li jippermetti l-iskambju ta’ data dwar l-istatistika rilevanti għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-programmi tal-UE; iqis li informazzjoni dwar l-istatistika affidabbli tipprovdi bażi importanti għat-teħid tad-deċiżjonijiet f’dan il-qasam u għall-verifika li d-dispożizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fil-FKK qed jiġu rispettati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Edukazzjoni, kultura, żgħażagħ u sport</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>211.</NO.P>Jinnota l-enfasi qawwija li saret fuq it-tisħiħ tar-rabtiet bejn il-persuni, b’mod partikolari fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa, fis-Summit reċenti bejn l-UE u r-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>212.</NO.P>Ifakkar li d-drittijiet taċ-ċittadini huma fil-qalba tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u li jridu jiġu protetti bis-sħiħ; jinnota, madankollu, li mill-Brexit sar aktar ikkumplikat għaċ-ċittadini tal-UE biex jivvjaġġaw u jiċċaqilqu lejn ir-Renju Unit; jinsab imħasseb ħafna dwar il-bidliet fil-politika tal-immigrazzjoni li qed jiġu diskussi bħalissa fir-Renju Unit sa fejn dawn jistgħu jaffettwaw id-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fir-Renju Unit, inklużi l-istudenti tal-UE u l-miżati għat-tagħlim applikati għalihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>213.</NO.P>Jissottolinja li l-mobbiltà taż-żgħażagħ kienet imxekkla serjament mill-Brexit; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tiġi stabbilita skema ta’ mobbiltà għaż-żgħażagħ<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ April 2024 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-mobbiltà taż-żgħażagħ (COM(2024)0169).</FIELD></FOOTNOTE> u l-impenn kondiviż espress fil-Fehim Komuni biex issir ħidma lejn skema ta’ esperjenzi għaż-żgħażagħ ibbilanċjata u ta’ benefiċċju reċiproku bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ mill-UE u mir-Renju Unit f’diversi attivitajiet, bħal xogħol, studji, au-pairing, volontarjat, jew sempliċiment vjaġġar, għal perjodu ta’ żmien limitat; iħeġġeġ liż-żewġ naħat jagħmlu progress rapidu u ambizzjuż fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ dan il-ftehim, filwaqt li jiżguraw aċċess reċiproku, ċarezza legali u protezzjoni soċjali adegwata għall-parteċipanti, li huwa pass essenzjali biex jiġu stabbiliti mill-ġdid ir-rabtiet u l-kooperazzjoni fit-tul bejn il-popli; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati, fejn rilevanti, pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għall-parteċipanti ta’ kwalunkwe skema futura ta’ esperjenzi għaż-żgħażagħ; iħeġġeġ bil-qawwa lir-Renju Unit juri li huwa miftuħ għall-proposti ppreżentati mill-Kummissjoni f’dan il-qasam fl-2024; jemmen bis-sħiħ li ftehim dwar is-suġġett tal-mobbiltà taż-żgħażagħ irid ikun parti essenzjali ta’ kwalunkwe reviżjoni futura possibbli tal-FKK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>214.</NO.P>Iqis li skema bħal din għandha potenzjal sinifikanti li tispira ġenerazzjoni ġdida ta’ żgħażagħ fl-Ewropa u fir-Renju Unit billi trawwem skambji legali u interpersonali msejsa fuq valuri demokratiċi kondiviżi, fehim kulturali u fiduċja reċiproka, u li tista’ twitti t-triq għal kooperazzjoni fit-tul, koeżjoni soċjali u networks tranżnazzjonali aktar b’saħħithom fost iż-żgħażagħ; iħeġġeġ ukoll liż-żewġ naħat jikkunsidraw li jiffaċilitaw il-mobbiltà bejn ir-Renju Unit u l-UE anke lil hinn mill-iskema proposta ta’ esperjenzi għaż-żgħażagħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>215.</NO.P>Jissottolinja li n-natura temporanja ta’ din id-dispożizzjoni tagħmilha skambju kulturali u edukattiv, mhux għodda ta’ politika dwar il-migrazzjoni; jinnota li r-Renju Unit diġà għandu skemi ta’ mobbiltà għaż-żgħażagħ ma’ pajjiżi oħra, bħall-Ġappun; jenfasizza li jistgħu jinkisbu benefiċċji aktar ekwi jekk l-UE twettaq negozjati konġunti milli kieku l-Istati Membri jinnegozjaw ftehimiet bilaterali individwalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>216.</NO.P>Jilqa’, bl-istess mod, id-dikjarazzjoni ta’ intenzjoni tas-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit li jaħdem lejn il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-programm Erasmus+ tal-UE, li jkun ta’ benefiċċju reċiproku, peress li l-promozzjoni tal-mobbiltà taż-żgħażagħ, it-taħriġ u l-isport bejn l-UE u r-Renju Unit tkun siewja ħafna; jistieden lill-Kummissjoni u lir-Renju Unit iħaffu n-negozjati f’dan ir-rigward, isibu soluzzjoni ta’ assoċjazzjoni li tkun ta’ benefiċċju għaż-żewġ partijiet; jisħaq, f’dan il-kuntest, fuq ir-rwol partikolari ta’ Erasmus+ bħala mutur tal-valuri Ewropej, tad-diversità kulturali, tal-involviment ċiviku u tal-inklużjoni soċjali, u tat-tisħiħ assoċjat tar-reżiljenza tal-Ewropa; jinnota li l-iskema ta’ mobbiltà għaż-żgħażagħ u l-assoċjazzjoni mill-ġdid tar-Renju Unit mal-programm Erasmus+ jistgħu jitnedew simultanjament, u dan jenfasizza l-ħtieġa li ż-żewġ inizjattivi jkunu komplementari u jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>217.</NO.P>Jinsisti li din l-assoċjazzjoni trid tkun konsistenti mal-QFP u mal-FKK; ifakkar li kwalunkwe parteċipazzjoni potenzjali tar-Renju Unit fi programmi tal-UE bħal Erasmus+ għandha tiġi vvalutata u mfassla b’mod li jissalvagwardja u jippromwovi bis-sħiħ l-interessi tal-Unjoni, inkluż il-fatt li jiġi żgurat valur miżjud ċar għall-UE u għaċ-ċittadini tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni f’waqtha u dettaljata dwar it-termini finanzjarji ta’ parteċipazzjoni futura tar-Renju Unit f’Erasmus+ u dwar kwalunkwe implikazzjoni finanzjarja ta’ kwalunkwe skema futura ta’ esperjenzi għaż-żgħażagħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>218.</NO.P>Jiddispjaċih li l-iskambji kulturali qed ibatu b’riżultat tal-Brexit; jinnota bi tħassib l-inċertezzi u d-diffikultajiet li nħolqu għall-istudenti, għall-għalliema, għall-artisti li jivvjaġġaw u għall-professjonisti kulturali li huma disposti jitgħallmu, jgħallmu, jagħtu prestazzjonijiet u jaħdmu fuq iż-żewġ naħat tal-Kanal Ingliż; jilqa’ r-referenza fil-konklużjonijiet tas-Summit bejn ir-Renju Unit u l-UE għall-iskambji kulturali u artistiċi u għall-artisti li jivvjaġġaw; jissottolinja l-ħtieġa għal reċiproċità fi proċeduri u f’miżuri eżistenti jew futuri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-impatt tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-programmi tal-UE fuq l-iskambji kulturali u edukattivi u taħdem fuq soluzzjonijiet kreattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>219.</NO.P>Jinnota li l-kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati fl-UE u fir-Renju Unit se tkun vitali biex jiġi appoġġjat l-iskambju kulturali u jiġu indirizzati l-ostakli li jiffaċċjaw il-professjonisti tar-Renju Unit li jivvjaġġaw; jappella għal pjan aktar konkret biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li qed jiffaċċjaw l-artisti; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha lejn l-assoċjazzjoni mill-ġdid tar-Renju Unit mal-programm Ewropa Kreattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>220.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-vjaġġi tal-iskola u l-mobbiltà taż-żgħażagħ mill-UE huma ostakolati bir-regoli l-ġodda ta’ dħul tar-Renju Unit; jappella, għalhekk, għall-ħolqien ta’ skema ta’ vjaġġar fi gruppi taż-żgħażagħ għal persuni taħt it-18-il sena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>221.</NO.P>Huwa mħasseb tassew bit-tnaqqis fl-għadd ta’ studenti mill-UE li jistudjaw fl-universitajiet Brittanniċi; jissottolinja l-fatt li din is-sitwazzjoni hija marbuta b’mod ċar mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-programm Erasmus+ u mat-tmiem tar-regoli dwar it-trattament ugwali rigward il-miżati għat-tagħlim u l-boroż ta’ studju għall-istudenti tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Bl-eċċezzjoni taċ-ċittadini Irlandiżi.</FIELD></FOOTNOTE>; iħeġġeġ lir-Renju Unit u lill-UE jilħqu ftehim dwar it-tnaqqis tal-miżati għat-tagħlim sabiex aktar żgħażagħ mill-UE jkunu jistgħu jistudjaw fir-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>222.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li r-Renju Unit u l-UE jeħtiġilhom japprofondixxu l-kooperazzjoni akkademika tagħhom biex jegħlbu l-isfidi ġeopolitiċi attwali u jsaħħu s-setgħa ta’ persważjoni rispettiva tagħhom; jenfasizza, f’dan ir-rigward, ir-rwol kruċjali tal-prinċipju ta’ reċiproċità internazzjonali minqux fil-Karta Erasmus għall-Edukazzjoni Għolja biex jinbnew sħubijiet stabbli u fit-tul bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>223.</NO.P>Jinnota l-ħolqien tal-Iskema Turing mill-Gvern tar-Renju Unit, il-programm Taith mill-Gvern ta’ Wales u l-proġett Test and Learn tal-Programm ta’ Skambju tal-Edukazzjoni Skoċċiż, li bħalissa jinsab fil-fażi pilota tiegħu; jiddispjaċih, madankollu, li l-Iskema Turing tkopri biss il-mobbiltà ħierġa ta’ studenti u għalhekk ma tistax titqies bħala sostituzzjoni sħiħa għall-Erasmus+;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>224.</NO.P>Jinnota li l-universitajiet tar-Renju Unit jistgħu jkunu parti minn alleanzi tal-universitajiet Ewropej iżda ma jistgħux jibqgħu jiġu inklużi fl-istruttura ta’ governanza tagħhom, li <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tirrilegahom għall-istatus ta’ sħab tat-tieni klassi; iħeġġeġ is-sħubija kontinwa tagħhom permezz tal-inizjattiva tal-Alleanzi tal-Universitajiet Ewropej, liema sħubija tibbenefika mill-forma l-ġdida ta’ status legali li jippermettilhom ikunu soċju solidali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>225.</NO.P>Jissottolinja l-fatt li r-Renju Unit<FOOTNOTE><FIELD> Is-sistema tal-edukazzjoni għolja Skoċċiża hija differenti mill-bqija tar-Renju Unit, u għalhekk hija meqjusa bħala entità separata fi ħdan il-Proċess ta’ Bologna (iż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja, “Ir-Renju Unit (l-Iskozja)”), https://ehea.info/page-united-kingdom-scotland<STRING UNDERLINE="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE> ikompli jipparteċipa fiż-Żona Ewropea ta’ Edukazzjoni Għolja (il-proċess ta’ Bologna); iħeġġeġ lir-Renju Unit, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu l-ħidma tagħhom lejn ir-rikonoxximent reċiproku sħiħ tal-kwalifiki akkademiċi, tad-diplomi, tal-lawrji u tal-perjodi ta’ skambju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>226.</NO.P>Jinnota li l-UE u r-Renju Unit għadhom swieq vitali għall-iskambju kulturali, għall-kondiviżjoni ta’ rabtiet li ilhom jeżistu u għall-influwenzi reċiproċi bejn l-isferi kulturali tagħhom; jirrikonoxxi l-valur ekonomiku għoli tas-settur kulturali tar-Renju Unit; jappella għal kooperazzjoni ġdida u kontinwa bejn l-artisti u professjonisti oħra fis-setturi u fl-industriji kulturali u kreattivi tal-UE u tar-Renju Unit, kif ukoll għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>227.</NO.P>Jinnota li l-programm Ewropa Kreattiva ma ġie sostitwit minn ebda programm ieħor iddedikat għall-kultura biex jappoġġja l-artisti fir-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>228.</NO.P>Jiddispjaċih għan-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet marbuta mal-kultura u mas-setturi kulturali u kreattivi fil-FKK wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE u t-tmiem tal-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-moviment liberu, li jirriżultaw f’ostakli amministrattivi li jiffaċċjaw l-artisti li jivvjaġġaw, speċjalment l-artisti emerġenti u indipendenti; jinnota li l-artisti u l-ħaddiema kulturali tar-Renju Unit li jivvjaġġaw fl-UE jeħtiġilhom jikkonformaw ma’ sistemi differenti multipli ta’ viża, immigrazzjoni u permessi tax-xogħol; jesiġi, għalhekk, li l-Istati Membri jiċċaraw ir-rekwiżiti rigward il-carnets ATA (ammissjoni temporanja); jappella għall-inklużjoni tas-settur kulturali fir-rieżami li jmiss tal-FKK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>229.</NO.P>Jappella biex tinstab soluzzjoni bil-għan li jiġu indirizzati d-diffikultajiet ta’ wara l-Brexit iffaċċjati mill-artisti u mill-ħaddiema kulturali, speċjalment dawk żgħażagħ u emerġenti, fir-rigward tal-ivvjaġġar u tal-parteċipazzjoni f’festivals, bħar-regoli doganali u tal-VAT għall-merchandising u għar-regoli dwar it-trasport internazzjonali; jitlob lir-Renju Unit, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex jaħdmu bil-għan li jsibu soluzzjonijiet li jrawmu modi aktar faċli għall-artisti biex joperaw fuq iż-żewġ naħat tal-Kanal Ingliż, jindirizzaw il-viżas u l-permessi tax-xogħol għal soġġorni kulturali qosra u għal proċeduri armonizzati għall-formalitajiet tad-dwana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>230.</NO.P>Jinnota l-ħtieġa li tiġi żgurata l-konverġenza tal-ambjent regolatorju futur għas-servizzi awdjoviżivi u tal-media fir-Renju Unit u fl-UE biex jiġu pprovduti rekwiżiti stabbli, prevedibbli u ċari għas-settur kulturali u kreattiv u għas-settur tal-isport fil-kuntest tal-isfidi globali dejjem jikbru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>231.</NO.P>Jinnota li l-FKK japplika eċċezzjoni fil-qasam kulturali, li teskludi s-servizzi awdjoviżivi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu; jenfasizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni strateġika fis-settur awdjoviżiv biex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-produzzjonijiet li jsiru fl-Ewropa u l-kompetittività globali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>232.</NO.P>Iħeġġeġ kooperazzjoni msaħħa bejn ir-Renju Unit u l-UE biex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-atleti f’kompetizzjonijiet sportivi u skambji ta’ persunal sportiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>233.</NO.P>Jenfasizza l-impatt negattiv tar-rikonoxximent frammentat jew ineżistenti tal-mobbiltà tal-istudenti u l-persunal, b’mod partikolari fl-oqsma tal-arti, tal-kultura u tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali; jisħaq li dan jostakola l-isforzi biex jiġi indirizzat l-iskarsezzi ta’ ħiliet madwar l-Ewropa; jissottolinja li l-inizjattivi fl-ambitu tal-Unjoni tal-Ħiliet li jindirizzaw id-diskrepanza fil-ħiliet, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, u t-tagħlim tul il-ħajja jistgħu jestendu ruħhom parzjalment għall-pajjiżi sħab assoċjati mal-programm Erasmus+; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-valur miżjud tal-assoċjazzjoni mill-ġdid tar-Renju Unit mal-programm Erasmus+ u jħeġġeġ lir-Renju Unit u lill-Kummissjoni jkomplu d-djalogu tagħhom bil-ħsieb li jistabbilixxu qafas effettiv għar-rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki professjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Infurzar tal-liġi u kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>234.</NO.P>Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li s-sikurezza taċ-ċittadini għadha kruċjali fl-ambitu tal-aġenda mġedda għall-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit; jilqa’ l-ispinta għat-tisħiħ tal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, il-kooperazzjoni msaħħa fir-rigward tar-riskji u t-theddid tad-drogi, u l-kooperazzjoni approfondita dwar l-isfidi ppreżentati mill-migrazzjoni irregolari pprovduti mid-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Fehim Komuni adottati fis-summit tal-UE u tar-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>235.</NO.P>Jilqa’ l-impenn reċiproku li jiġu rispettati d-dritt internazzjonali u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) kif espress mill-Prim Ministru tar-Renju Unit u mill-President tal-Kummissjoni fid-dikjarazzjoni konġunta tagħhom tat-2 ta’ Ottubru 2024 rigward it-titjib tal-kooperazzjoni strateġika u fid-Dikjarazzjoni Konġunta tas-summit tal-UE u tar-Renju Unit; ifakkar li l-kundizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni tat-Tielet Parti tal-FKK, kif stipulati taħt l-Artikolu 524(1), tabilħaqq huma r-rispett li ilu jeżisti għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali tal-individwi, inklużi dawk stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-KEDB, kif ukoll l-importanza li d-drittijiet u l-libertajiet żgurati fil-KEDB jingħataw effett domestikament; itenni li dawn il-kundizzjonijiet iridu jiġu ggarantiti bis-sħiħ fl-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-FKK.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>236.</NO.P>Jilqa’ l-impenji stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Konġunta u l-Fehim Komuni għal kollaborazzjoni msaħħa fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ persuni, it-traffikar tad-drogi, il-kriminalità organizzata serja u transnazzjonali kif ukoll it-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti, inkluż online permezz ta’ implimentazzjoni aktar rapida, aħjar u aktar profonda tat-Tielet Parti tal-FKK u billi jiġi sfruttat bis-sħiħ u jkompli jiġi żviluppat il-potenzjal tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>237.</NO.P>Jilqa’ l-konklużjoni tal-Kummissjoni, fir-rapport ta’ implimentazzjoni tal-2024 tagħha, li l-implimentazzjoni tal-FKK fir-rigward tal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja ħadmet mingħajr xkiel matul is-sena li għaddiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>238.</NO.P>Jilqa’, b’mod partikolari, il-fatt li, sa tmiem l-2024, l-Istati Membri kollha u r-Renju Unit kienu taw lil xulxin aċċess għall-bażijiet tad-data nazzjonali tagħhom tad-DNA għal tiftix awtomatizzat, bi qbil mal-Artikolu 530 tal-FKK; jilqa’ l-fatt li, sa tmiem l-2024, ir-Renju Unit kien għamel 22 konnessjoni fir-rigward tal-marki tas-swaba’ u kien lest li jiffinalizza l-ħamsa l-oħra; jirrikonoxxi l-ambizzjoni tal-Fehim Komuni għall-partijiet biex jirrinforzaw l-iskambji komuni u reċiproċi ta’ data dwar il-marki tas-swaba’, id-DNA, u l-fedini penali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi mhux tal-UE u jesploraw l-estensjoni tal-iskambju tad-data għall-immaġnijiet tal-wiċċ għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati kriminali, filwaqt li jissottolinja li l-iskambji eżistenti u estiżi jiddependu miż-żamma ta’ standard għoli ta’ protezzjoni tad-data u l-iżgurar li l-qafas legali li qed jevolvi tar-Renju Unit jibqa’ kompatibbli mar-rekwiżiti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>239.</NO.P>Ifakkar fil-benefiċċju reċiproku u fil-ħtieġa ta’ infurzar tal-liġi u kooperazzjoni ġudizzjarja b’saħħithom biex jiġu indirizzati l-isfidi kondiviżi f’oqsma bħall-operazzjonijiet ta’ kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus u l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ persuni u t-traffikar ta’ bnedmin; jisħaq, f’dan ir-rigward, li l-UE u r-Renju Unit jeħtiġilhom jifformulaw inizjattivi ta’ kooperazzjoni konkreti f’dawn l-oqsma; jilqa’ l-kooperazzjoni mill-qrib tar-Renju Unit ma’ aġenziji ewlenin tal-UE bħall-Europol, il-Eurojust u l-Frontex;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>240.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Gvern tar-Renju Unit żied il-preżenza tal-Aġenzija Nazzjonali ta’ Kontra l-Kriminalità tar-Renju Unit fil-Europol u li qed jaħdem, f’sens usa’, favur relazzjoni msaħħa mal-Europol, inkluż fir-rigward tal-kapaċità li d-data tiġi kondiviża f’ħin reali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>241.</NO.P>Jieħu nota tar-rapporti annwali tal-Eurojust tal-2023 u l-2024 u jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu fir-rigward tal-parteċipazzjoni u tal-involviment tar-Renju Unit fil-ħidma tal-aġenzija, fejn ir-Renju Unit kien il-pajjiż mhux tal-UE li ntalab l-aktar spiss jipparteċipa f’każijiet ġodda miftuħa mill-Uffiċċji Nazzjonali tal-Eurojust fis-sentejn li huma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>242.</NO.P>Jilqa’ l-konklużjoni ta’ arranġament ta’ ħidma bejn il-Frontex u l-Uffiċċju tal-Intern tar-Renju Unit fl-2024 ibbażata fuq l-impenn konġunt biex jittejbu s-sikurezza u s-sigurtà filwaqt li jiġu rispettati l-obbligi tad-drittijiet fundamentali; jinsab fiduċjuż li dan l-arranġament se jtejjeb il-kooperazzjoni rigward il-ġestjoni tal-fruntieri u s-sigurtà, inkluż l-istazzjonament ta’ persunal għal dmirijiet ta’ konsulenza u koordinazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>243.</NO.P>Iħeġġeġ kooperazzjoni msaħħa bejn in-Network Ewropew dwar il-Migrazzjoni u l-aġenziji, inkluża l-Aġenzija tal-UE għall-Ażil u l-Frontex, u l-awtoritajiet rispettivi tar-Renju Unit, bi qbil mal-impenji meħuda mill-Fehim Komuni; jilqa’ r-referenza fil-Fehim Komuni għall-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra d-droga; iħeġġeġ il-konklużjoni ta’ arranġament ta’ ħidma dwar l-iskambju reċiproku ta’ informazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi (EUDA) u l-awtoritajiet rilevanti tar-Renju Unit dwar ir-riskji u t-theddid mid-droga, sabiex tiġi ffaċilitata l-ħidma tal-EUDA; iqis li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit f’xi laqgħat bejn il-Kumitat Latinamerikan għas-Sigurtà Interna u l-kontropartijiet tiegħu tal-UE tista’ tiġi kkunsidrata fuq bażi ta’ każ b’każ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>244.</NO.P>Jinnota l-isfidi kondiviżi li r-Renju Unit u l-UE jiffaċċjaw f’termini ta’ migrazzjoni illegali; jesprimi l-appoġġ qawwi tiegħu għall-impenn tal-partijiet għal kooperazzjoni msaħħa f’forums u proċessi multilaterali biex jiġġieldu kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar ta’ bnedmin, għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni operazzjonali dwar ir-ritorni lejn pajjiżi terzi, u l-esplorazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ deterrenza, bi qbil mad-dritt nazzjonali, tal-UE u internazzjonali, filwaqt li jżommu l-impenn tagħhom li jiżguraw protezzjoni internazzjonali għal dawk li jeħtiġuha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Gvern tar-Renju Unit jiżguraw li kwalunkwe kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni ma’ pajjiżi terzi għandha tinkludi miżuri xierqa biex tiġi żgurata l-konformità mal-qafas legali internazzjonali, bħad-dritt għall-ażil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>245.</NO.P>Jinnota li l-Abbozz ta’ Liġi l-ġdid dwar is-Sigurtà tal-Fruntieri, l-Ażil u l-Immigrazzjoni, introdott fil-Parlament tar-Renju Unit fit-30 ta’ Jannar 2025, jipprevedi l-possibbiltà li jiġu konklużi ftehimiet mal-pajjiżi tal-G7 u mas-sħab Ewropej ewlenin biex jiġi miġġieled il-kuntrabandu; jilqa’ x-xewqa tar-Renju Unit li jaħdem aktar mill-qrib ma’ Stati Membri individwali, fosthom Franza u l-membri l-oħra tal-Grupp Calais, fir-rigward tal-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ persuni u traffikar ta’ bnedmin, u b’mod usa’, fir-rigward tat-tisħiħ tas-sigurtà fil-fruntieri, inkluża s-sorveljanza tal-fruntieri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>246.</NO.P>Ifakkar li s-sistema ta’ estradizzjoni bejn l-Istati Membri u r-Renju Unit, kif stabbilita fit-Titolu VII tat-Tielet Parti tal-FKK, hija differenti minn dik prevista bid-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_framw/2002/584/oj<STRING UNDERLINE="on">)</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE>; ifakkar li, fis-sentenza reċenti tagħha<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Lulju 2024 fil-Kawża [Alchaster], ECLI:EU:C:2024:649.</FIELD></FOOTNOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni jeħtiġilha twettaq eżami indipendenti tar-riskju ta’ ksur tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li l-persuna kkonċernata tiddikjara li qed tiddekorri jekk tiġi kkonsenjata lir-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>247.</NO.P>Ifakkar li t-Tielet Parti tal-FKK tippermetti flussi estiżi ta’ data bejn l-UE u r-Renju Unit, bħall-iskambju ta’ data dwar id-DNA, data dwar ir-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri u informazzjoni dwar il-fedini penali; jissottolinja, għalhekk, li huwa tal-akbar importanza li r-Renju Unit jiżgura li l-livell ta’ protezzjoni jkun essenzjalment ekwivalenti għal dak provdut mill-UE sabiex jiġi evitat li l-istandards tal-UE, u għaldaqstant id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE, jitqiegħdu f’riskju meta d-data tiġi kondiviża mar-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>248.</NO.P>Jistieden lir-Renju Unit u lill-Istati Membri jżommu d-drittijiet taċ-ċittadini prijorità konġunta ewlenija fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit, filwaqt li jiżguraw li ċ-ċittadini kollha tal-UE u tar-Renju Unit li huma benefiċjarji tal-Ftehim dwar il-Ħruġ ikunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet tagħhom; jinnota b’sodisfazzjon it-tiġdid tal-impenn kondiviż tal-UE u tar-Renju Unit għall-implimentazzjoni sħiħa, f’waqtha u leali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ fil-partijiet kollha tiegħu; jilqa’ l-pass leġiżlattiv meħud mill-Gvern tar-Renju Unit relatat maċ-ċarezza legali għaċ-ċittadini tal-UE bi status skont l-iskema għall-kisba tal-istatus ta’ stabbilit għaċ-ċittadini tal-UE u jinsab fiduċjuż li se jiżgura tranżizzjoni bla xkiel għaċ-ċittadini minn residenza temporanja għal waħda permanenti matul is-sentejn li ġejjin; jirrimarka li l-Awtorità Indipendenti ta’ Monitoraġġ għall-Ftehimiet dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini identifikat il-kondiviżjoni tad-data bejn l-UE u r-Renju Unit bħala qasam li jista’ jikkawża dewmien fl-applikazzjonijiet tal-iskema għall-kisba tal-istatus ta’ stabbilit għaċ-ċittadini tal-UE, meta l-Istati Membri jkollhom informazzjoni rilevanti għall-applikazzjoni; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jżidu r-reattività għat-talbiet u jiżguraw skambju aħjar ta’ informazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja) biex jipprevjenu d-dewmien u jiżguraw proċess ta’ applikazzjoni bla xkiel għaċ-ċittadini;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni dwar il-politika estera u ta’ sigurtà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>249.</NO.P>Jenfasizza l-koordinazzjoni tajba u prammatika bejn l-UE u r-Renju Unit dwar il-politika estera u ta’ sigurtà biex jiġu żgurati l-istabbiltà u l-prosperità f’reġjuni oħra tad-dinja u jappella lill-UE u lir-Renju Unit isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom ma’ sħab oħra tal-istess fehma; ifaħħar il-kontribut sinifikanti tar-Renju Unit għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fl-Ewropa; jenfasizza l-fatt li l-paċi fl-Ewropa mhijiex possibbli mingħajr sħubija b’saħħitha bejn l-UE u r-Renju Unit fir-rigward tal-politika estera u ta’ sigurtà; jilqa’ l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-Komunità Politika Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>250.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon is-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża bejn l-UE u r-Renju Unit bħala qafas ewlieni għal kooperazzjoni wiesgħa bejn l-UE u r-Renju Unit fl-oqsma tas-sigurtà u d-difiża, li tindirizza b’mod konġunt it-theddid komuni u tkopri oqsma inklużi l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-intelligence, il-mobbiltà militari, l-inizjattivi ta’ sigurtà u difiża, is-sigurtà fl-ispazju, il-ġestjoni tal-kriżijiet, iċ-ċiberdifiża, it-theddid ibridu, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-manipulazzjoni barranija tal-informazzjoni u l-interferenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>251.</NO.P>Jissottolinja t-theddida eżistenzjali maħluqa mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u t-theddid tagħha li tespandi din l-aggressjoni lejn pajjiżi oħra tal-kontinent Ewropew; iqis li din hija l-aktar theddida importanti li qed jiffaċċja l-kontinent tagħna fis-snin li ġejjin, minkejja l-importanza ta’ kwistjonijiet oħra; jappella għal rispons ta’ politika proporzjonat li jagħti prijorità lill-indirizzar tal-lakuni fil-kapaċitajiet Ewropej tad-difiża u tad-deterrenza, speċjalment f’kooperazzjoni ma’ sħab Ewropej tal-istess fehma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>252.</NO.P>Jilqa’ l-kooperazzjoni b’saħħitha bejn l-UE u r-Renju Unit b’reazzjoni għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kif enfasizzat fis-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit; jenfasizza l-allinjament kontinwu tal-UE u tar-Renju Unit dwar is-sanzjonijiet, l-appoġġ militari u finanzjarju u l-koordinazzjoni diplomatika, kif ukoll l-impenn kondiviż tagħhom li jirrestawraw paċi komprensiva, ġusta u dejjiema, ibbażata fuq il-prinċipji tad-dritt internazzjonali, il-ġustizzja u l-obbligu ta’ rendikont; jappella lill-UE u lir-Renju Unit jibqgħu magħqudin bis-sħiħ lejn il-bqija tal-komunità internazzjonali fil-kundanna tal-azzjonijiet tar-Russja, fid-difiża tas-sovranità, l-integrità territorjali u l-indipendenza tal-Ukrajna, u fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni Russa dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna, u jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jiksbu l-akbar appoġġ internazzjonali possibbli għal dawn il-kwistjonijiet; ifaħħar il-kontribut vitali tar-Renju Unit biex jissawwar rispons Ewropew b’saħħtu, unifikat għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u fil-konvokazzjoni tal-“koalizzjoni tal-partijiet disposti”; jilqa’ l-kontribut tar-Renju Unit għall-appoġġ tat-tiswija u r-rikostruzzjoni futuri tal-Ukrajna; filwaqt li jiġu rispettati l-politiki militari u ta’ sigurtà tal-Istati Membri, inklużi l-politiki ta’ newtralità militari; jistieden lill-Gvern tar-Renju Unit u lill-Istati Membri kollha jżidu b’mod sinifikanti l-assistenza militari għall-Ukrajna u jeliminaw ir-restrizzjonijiet kollha fuq tali assistenza; jirrakkomanda, f’dan ir-rigward, li l-azzjonijiet meħuda fil-qafas tar-Regolament SAFE<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1106 tas-27 ta’ Mejju 2025 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) permezz tat-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża (ĠU L, 2025/1106, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1106/oj).</FIELD></FOOTNOTE> kemm mill-Istati Membri kif ukoll mir-Renju Unit jinkludu wkoll l-Ukrajna u l-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>253.</NO.P>Ifaħħar l-approċċ sod tar-Renju Unit għall-introduzzjoni u ż-żamma ta’ sanzjonijiet dejjem aktar stretti u r-rwol ewlieni tiegħu fil-koalizzjoni “Sejħa għall-Azzjoni” bl-għan li tfixkel il-flotta mistura Russa; jilqa’ l-kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u r-Renju Unit dwar is-sanzjonijiet kontra r-Russja u l-flotta mistura tagħha, kif enfasizzat fis-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit; jappella għal aktar tisħiħ koerenti u koordinat mill-UE u mir-Renju Unit tar-reġimi ta’ sanzjonijiet rispettivi tagħhom biex jiġi żgurat impatt massimu u tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet sabiex tiġi eżerċitata aktar pressjoni ekonomika u politika fuq l-awtoritajiet Russi, speċjalment fid-dawl tas-sabotaġġ effettiv ta’ dawn tal-aħħar tal-waqfien mill-ġlied u kwalunkwe negozjati għall-paċi sinifikanti; iħeġġeġ lill-UE tqabbel is-sanzjonijiet tar-Renju Unit fir-rigward tal-Ukrajna u viċi versa, b’mod partikolari billi timponi sanzjonijiet fuq it-tankers tal-flotta mistura magħrufa u mhux sanzjonati kollha li fadal u s-sidien tagħhom, kif ukoll is-sensara u l-fornituri tal-assigurazzjoni, filwaqt li tintroduċi sanzjonijiet fuq kwalunkwe tanker taż-żejt li jikser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis mill-Vapuri u tinforza l-implimentazzjoni stretta ta’ miżuri li jipprojbixxu l-bastimenti, irrispettivament mill-bandiera tagħhom, milli jbaħħru fl-ilmijiet tal-UE u tar-Renju Unit jew milli jidħlu fi kwalunkwe port tal-UE jew tar-Renju Unit jekk ma jikkonformawx mar-regoli internazzjonali dwar it-trasferimenti minn vapur għal vapur fuq il-baħar jew ikunu tfew illegalment is-sistemi ta’ identifikazzjoni awtomatika tagħhom; iħeġġeġ liż-żewġ partijiet jipprojbixxu t-trasferimenti minn vapur għal vapur ta’ żejt Russu fl-ilmijiet territorjali tagħhom; iħeġġeġ aktar kooperazzjoni u kondiviżjoni tal-informazzjoni sabiex jiġu identifikati u traċċati bastimenti jew imġiba suspettużi, jiġu stabbiliti u jinżammu standards stretti ta’ sikurezza u sigurtà marittima u jiġi infurzat id-dritt marittimu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>254.</NO.P>Jappella lill-UE u lir-Renju Unit jiżguraw li l-assi immobilizzati tal-istat Russu jkunu jistgħu jintużaw biex jappoġġjaw id-difiża, ir-rikostruzzjoni u r-reparazzjonijiet tal-Ukrajna permezz ta’ konfiska jew kwalunkwe mezz legali ieħor meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>255.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa kollettiva li l-pajjiżi Ewropej isaħħu b’mod urġenti l-kapaċitajiet tagħhom stess biex jiżguraw is-sigurtà u d-difiża tagħhom stess; jenfasizza li s-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża għandha l-għan li ssaħħaħ il-kontribut Ewropew għan-NATO, filwaqt li tirrikonoxxi r-rwol tar-Renju Unit bħala alleat ewlieni tan-NATO; jinnota l-impenn tal-Prim Ministru tar-Renju Unit, Sir Keir Starmer, li jżid l-infiq għad-difiża għal 2,5 % tal-PDG sa April 2027; iħeġġeġ lill-Istati Membri jesploraw l-isforzi konġunti bejn l-UE u r-Renju Unit biex jappoġġjaw l-istabbiliment ta’ bank tad-difiża, tas-sigurtà u tar-reżiljenza, li se jaġixxi bħala istituzzjoni mutwanti multilaterali mfassla biex tipprovdi selfiet b’imgħax baxx u b’terminu twil li jistgħu jappoġġjaw prijoritajiet ewlenin tas-sigurtà nazzjonali bħar-riforniment tal-istokkijiet, il-modernizzazzjoni tad-difiża, l-isforzi ta’ rikostruzzjoni fl-Ukrajna u x-xiri lura ta’ infrastruttura kritika li bħalissa hija proprjetà ta’ pajjiżi ostili mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>256.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tesplora malajr kwalunkwe possibbiltà għal kooperazzjoni msaħħa ta’ benefiċċju reċiproku maħluqa mill-Istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE); jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b’informazzjoni sħiħa mill-aktar fis possibbli dwar il-kundizzjonijiet u d-dettalji ta’ kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja li għandha tiġi pprovduta mir-Renju Unit; jappella għall-involviment tal-Parlament fl-adozzjoni tal-ftehim f’konformità mal-Artikolu 218(6)(a) tat-TFUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>257.</NO.P>Iqis li r-rwol ewlieni tar-Renju Unit fil-Forza Spedizzjonarja Konġunta huwa essenzjali għall-futur tas-sigurtà Ewropea u jħeġġeġ kooperazzjoni politika, finanzjarja, operattiva u loġistika kontinwa bejn l-Istati Membri u l-Forzi Armati tar-Renju Unit f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>258.</NO.P>Jissottolinja li r-Renju Unit huwa attur ewlieni Ewropew tad-difiża b’għarfien espert distint u kapaċitajiet strateġiċi avvanzati; jirrikonoxxi s-saħħa tal-bażi industrijali tad-difiża tagħha, b’mod partikolari fl-oqsma identifikati mill-inizjattiva Prontezza 2030 tal-UE u l-Istrateġija Industrijali tad-Difiża Ewropea bħala lakuni kritiċi fil-kapaċità, inkluż id-difiża integrata kontra attakki mill-ajru u l-missili b’diversi saffi, l-artillerija avvanzata, is-sistemi ta’ missili fuq distanza twila, u s-sistemi mingħajr bdot abbord; jirrikonoxxi r-rabtiet profondi, il-komplementarjetajiet u s-sinerġiji bejn il-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża Ewropea u l-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża tar-Renju Unit biex jintlaħqu objettivi ta’ sigurtà kondiviżi billi jiġu żviluppati akkordji kollaborattivi ġodda f’oqsma bħad-difiża tal-missili ballistiċi u ipersoniċi, sistemi ta’ sensuri bbażati fl-ispazju, u networks ta’ twissija bikrija; jappella lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lir-Renju Unit jagħmlu sforzi addizzjonali biex japprofondixxu l-kooperazzjoni bejn dawn is-setturi industrijali u jsaħħu l-koerenza ġeografika ta’ bażi industrijali tad-difiża Ewropea komuni, li tinkorpora wkoll lill-Ukrajna, inkluż fil-qasam tal-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp konġunti; jilqa’ l-isforzi tal-Istati Membri u tar-Renju Unit u tal-industriji tad-difiża tagħhom biex jinvestu fl-industrija tad-difiża Ukrena u jissieħbu magħha, u jistedinhom jintensifikaw dawn l-isforzi, b’mod partikolari permezz tal-istabbiliment ta’ impriżi konġunti u billi jibnu l-kapaċità tal-produzzjoni kemm fl-Ukrajna kif ukoll fl-Istati Membri; jissottolinja li s-saħħa tal-bażi industrijali tad-difiża tal-UE tista’ tikkontribwixxi bl-istess mod għat-tisħiħ tas-sigurtà tar-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>259.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lir-Renju Unit jaħdmu favur l-inklużjoni xierqa tar-Renju Unit f’inizjattivi rilevanti tad-difiża tal-UE, bħall-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF), il-Programm Ewropew għall-Investiment fil-Qasam tad-Difiża (EDIP), it-tisħiħ tal-industrija Ewropea tad-difiża permezz tal-att dwar l-akkwist komuni (EDIRPA), u l-proġetti tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO), kif ukoll programmi futuri tal-UE fil-qasam tad-difiża; jilqa’ t-tħabbira tas-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża li se tesplora l-possibbiltà li tistabbilixxi arranġament amministrattiv bejn l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) u r-Renju Unit; jistieden lill-EDA u lir-Renju Unit isegwu tali arranġament bħala kwistjoni ta’ prijorità sabiex tiżdied il-kooperazzjoni prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>260.</NO.P>Jenfasizza r-rabtiet bejn l-industriji tad-difiża tar-Renju Unit u dawk tal-Istati Membri, inklużi l-impriżi konġunti kritiċi; jirrikonoxxi l-Koalizzjoni tad-Droni, inizjattiva mmexxija b’mod konġunt bejn ir-Renju Unit u l-Latvja li tinkludi 17-il Stat Membru, bħala eżempju pożittiv ta’ kollaborazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet avvanzati essenzjali; jiddispjaċih li s-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża bejn l-UE u r-Renju Unit ma tindirizzax bis-sħiħ il-kwistjoni tal-massimizzazzjoni tas-sinerġiji u l-komplementarjetà bejn iż-żewġ bażijiet industrijali; jappella liż-żewġ partijiet japprofondixxu b’mod urġenti l-kooperazzjoni industrijali fil-qasam tad-difiża, b’mod partikolari dwar kapaċitajiet ewlenin bħal faċilitaturi strateġiċi, permezz ta’ pjan direzzjonali għall-kooperazzjoni industrijali fil-qasam tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>261.</NO.P>Ifakkar li kemm l-UE kif ukoll ir-Renju Unit jiffaċċjaw theddid ibridu kbir u interferenza minn atturi malizzjużi, b’mod partikolari — iżda mhux esklużivament — mir-Russja; jilqa’ l-fatt li l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu, inklużi l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin u ċ-ċibersigurtà ġew identifikati bħala oqsma importanti ta’ kooperazzjoni fis-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit; ifaħħar id-djalogu ċibernetiku li sar bejn l-UE u r-Renju Unit fl-ambitu tal-FKK; iħeġġeġ kemm lir-Renju Unit kif ukoll lill-UE japprofondixxu l-kollaborazzjoni ta’ benefiċċju eżistenti u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar definizzjonijiet armonizzati u d-detezzjoni tat-theddid, l-identifikazzjoni bikrija u l-koordinazzjoni tar-reazzjonijiet għal kampanji ibridi, approċċ aktar komuni għall-istrateġiji ta’ deterrenza kontra t-theddid ċibernetiku, il-bini tar-reżiljenza ċibernetika u l-kapaċità ċibernetika, kif ukoll l-iskambju ta’ prattika tajba biex jiġu żgurati s-sigurtà u r-reżiljenza tas-soċjetajiet demokratiċi tagħna, inkluż fil-pajjiżi kandidati tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>262.</NO.P>Jilqa’ l-impenn li tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-għarfien tas-sitwazzjoni, inkluża informazzjoni klassifikata; itenni l-importanza tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit dwar it-taħriġ militari, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-intelligence, u l-operazzjonijiet kontra t-terroriżmu, li huma essenzjali għas-sigurtà Ewropea; jiddispjaċih, madankollu, li s-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża ma ssemmix l-iskambju ta’ intelligence; jilqa’ l-impenn konġunt għat-tisħiħ tal-mobbiltà militari, inkluża t-tlestija tan-network TEN-T u t-titjib tal-infrastruttura b’użu doppju; jenfasizza l-ħtieġa li tingħata prijorità lid-diġitalizzazzjoni fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri u fl-infrastruttura tat-trasport biex il-proċeduri amministrattivi jiġu aċċellerati, u biex jingħelbu d-differenzi regolatorji u l-inadegwatezzi infrastrutturali, li għadhom joħolqu ostakli sinifikanti għall-moviment rapidu tat-truppi u tat-tagħmir; ifakkar li din il-kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u r-Renju Unit dwar il-mobbiltà militari għandha tiġi implimentata wkoll fil-qafas tan-NATO billi jittejbu l-aspetti regolatorji, jitwettqu eżerċizzji konġunti bejn l-Istati Membri u r-Renju Unit, u tiġi skambjata informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-infrastruttura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>263.</NO.P>Jilqa’ l-koordinazzjoni aktar profonda dwar is-sigurtà marittima bħala kwistjoni ewlenija għas-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża, minħabba l-ħtieġa urġenti li tissaħħaħ is-sigurtà tal-infrastruttura kritika, inklużi l-enerġija u l-komunikazzjonijiet, u li tiġi żgurata l-libertà tan-navigazzjoni; jissottolinja l-importanza strateġika tas-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża għas-settur tat-trasport marittimu, b’mod partikolari biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-infrastruttura kritika tat-trasport, biex jiġi miġġieled it-theddid ibridu u biex tissaħħaħ iċ-ċibersigurtà, inkluż fil-qasam tal-bastimenti tal-wiċċ awtonomi marittimi; jappella għal koordinazzjoni mill-qrib dwar il-protezzjoni tal-vapuri u tal-faċilitajiet tal-portijiet permezz tal-implimentazzjoni konsistenti u armonizzata tal-Kodiċi Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Vapuri u tal-Faċilitajiet tal-Port; jissottolinja l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni kontinwa dwar ir-reazzjonijiet għall-flotta mistura Russa, filwaqt li jisħaq li l-iskambju ta’ informazzjoni għandu jkun operazzjonali u aġġornat biex jippermetti kemm lill-Istati Membri kif ukoll lir-Renju Unit jirreaġixxu fil-ħin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>264.</NO.P>Jilqa’ l-impenn taż-żewġ partijiet li jsaħħu l-kooperazzjoni f’oqsma ewlenin bħas-sigurtà marittima fil-Baħar l-Aħmar, paċi dejjiema u ġusta fil-Lvant Nofsani, l-istabbilizzazzjoni tas-sitwazzjonijiet fis-Saħel, is-Sudan u r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fil-Balkani tal-Punent, kif ukoll il-kooperazzjoni fl-Artiku; jilqa’ l-impenn li sar fis-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit biex tiġi approfondita l-kooperazzjoni f’dawn l-oqsma permezz ta’ djalogu aktar strutturat u azzjonijiet konġunti, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni fuq il-post; iħeġġeġ, għalhekk, lill-UE u lir-Renju Unit jagħmlu użu sħiħ mill-konsultazzjonijiet strateġiċi fis-Sħubija Strateġika għad-Difiża dwar ir-Russja/l-Ukrajna, l-Indo-Paċifiku, il-Balkani tal-Punent, u t-theddid ibridu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>265.</NO.P>Jappella lill-UE u lir-Renju Unit isaħħu l-paċi u l-istabbiltà internazzjonali inkluż billi jiżviluppaw strateġiji konġunti biex jissaħħu l-isforzi tan-NU għaż-żamma tal-paċi u l-ġestjoni ta’ kriżijiet; jappella liż-żewġ partijiet jippromwovu kultura ta’ paċi u djalogu bħala mezz ta’ prevenzjoni tal-kunflitti, ġestjoni tal-kunflitti u riżoluzzjoni tal-kunflitti, u bħala mezz ta’ appoġġ għad-drittijiet tan-nisa u tal-ġeneru; jappoġġja l-kontinwazzjoni tal-kooperazzjoni attwali f’dawn l-oqsma; jappella li jkun hemm kooperazzjoni preferenzjali sistematika fl-operazzjonijiet ta’ żamma tal-paċi; jiddispjaċih li l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-missjonijiet tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni bħal EU Althea jew Atalanta waqfet bil-Brexit u jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet tar-Renju Unit jieħdu azzjoni biex jirrestawraw il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit bħala mezz ta’ implimentazzjoni prattika tas-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża; jappella għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u r-Renju Unit dwar kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp demokratiku, il-proċessi ta’ riforma u l-prattiki parlamentari demokratiċi f’pajjiżi terzi, inkluża l-osservazzjoni elettorali; jilqa’ r-rieda komuni li tissaħħaħ il-kooperazzjoni konsulari sabiex jittejjeb ir-rispons konsulari għall-kriżijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>266.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-ordni bbażat fuq ir-regoli, inkluż ir-rispett sħiħ għad-dritt internazzjonali u l-aderenza miegħu, inklużi l-Karta tan-NU, id-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-multilateraliżmu; jilqa’ l-affermazzjoni mill-ġdid ta’ impenn kondiviż għalih fis-Summit bejn l-UE u r-Renju Unit u jappella għal sforzi konġunti kontinwi biex jinżamm u jissaħħaħ din l-ordni fid-dawl ta’ instabbiltà globali dejjem tikber; jappella għal aktar appoġġ biex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-fora u l-istituzzjonijiet multinazzjonali u reġjonali, speċjalment dawk affettwati minn bidliet ġeopolitiċi reċenti, pereżempju l-QKI bħala pedament tas-sistema tal-ġustizzja internazzjonali, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa jew il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>267.</NO.P>Jilqa’ l-impenn reċenti mill-UE u r-Renju Unit, stabbilit fil-Fehim Komuni, biex jiġi stabbilit djalogu regolari dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni fir-rispons internazzjonali għad-diżastri u l-assistenza umanitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>268.</NO.P>Ifaħħar l-appoġġ kontinwu tar-Renju Unit għall-integrazzjoni Ewro-Atlantika, u l-istabbiltà u l-prosperità tas-sitt pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, inkluż l-impenn tiegħu fil-Proċess ta’ Berlin; jappella għal aktar kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit fit-twettiq ta’ objettivi ta’ politika u sigurtà kondiviżi fil-viċinat usa’ tal-Ewropa tal-Lvant, inkluż ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed u l-Balkani tal-Punent, abbażi ta’ għarfien komuni tas-sitwazzjoni, b’mod partikolari fl-appoġġ tal-integrità territorjali, is-sovranità, l-istabbiltà u r-reżiljenza demokratika tal-istati kandidati tal-UE; jirrakkomanda li jittieħed kont tat-tagħlimiet meħuda minn 25 sena ta’ involviment fil-Balkani tal-Punent, b’enfasi mġedda fuq l-iżgurar ta’ progress tanġibbli u riformi trasformattivi li se jaċċelleraw il-progress tal-pajjiżi lejn is-sħubija fl-UE u jikkontribwixxu għal futur aktar sigur għall-Ewropa; jirrikonoxxi r-rwol konġunt bejn l-UE u r-Renju Unit fiż-żamma tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton u l-annessi tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>269.</NO.P>Jappella lill-UE u lir-Renju Unit jaħdmu flimkien favur paċi dejjiema fil-Lvant Nofsani, inkluż l-appoġġ għal tranżizzjoni politika u l-protezzjoni tal-minoranzi kollha fis-Sirja u l-ġlieda kontra l-impunità tal-partijiet kollha responsabbli għall-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali fis-Sirja; jilqa’ l-kooperazzjoni u l-impenji li ilhom jeżistu mill-UE u mir-Renju Unit biex jaħdmu lejn waqfien mill-ġlied f’Gaża u jappella b’mod urġenti għall-ħelsien ta’ kwalunkwe ostaġġ li fadal, kif ukoll impenn għal soluzzjoni ta’ żewġ stati b’żewġ stati sovrani u demokratiċi li jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà garantita, u b’rispett sħiħ għad-dritt internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>270.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lir-Renju Unit jimplimentaw malajr u jibnu fuq l-istabbiliment tas-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża billi jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tagħha permezz ta’ impenji u azzjonijiet konkreti biex jiksbu l-kamp ta’ applikazzjoni u l-benefiċċji sħaħ tagħha, inkluż permezz ta’ qafas interistituzzjonali fl-ambitu tal-Kunsill ta’ Sħubija bejn l-UE u r-Renju Unit u d-Djalogu dwar il-Politika Barranija bejn l-UE u r-Renju Unit; jinnota li l-kundizzjonijiet baġitarji u regolatorji tas-sħubija għad iridu jiġu nnegozjati, filwaqt li titqies l-importanza tal-awtonomija tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>271.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Renju Unit.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>