<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0309</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u r-rwol tal-parlamenti nazzjonali fil-proċess leġiżlattiv tal-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0224/2025 - Rapporteur: Marieke Ehlers)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2025 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u r-rwol tal-parlamenti nazzjonali fil-proċess leġiżlattiv tal-UE (2025/2042(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikolu 5 dwar l-għoti tal-kompetenzi, is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, l-Artikolu 10(1) dwar id-demokrazija rappreżentattiva, l-Artikolu 10(2) dwar ir-rappreżentanza taċ-ċittadini tal-UE, l-Artikolu 10(3) dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-UE li jipparteċipaw fil-ħajja demokratika tal-Unjoni, l-Artikolu 11 dwar id-demokrazija parteċipattiva u l-Artikolu 12 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 tat-TUE u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1 </STRING>ĠU C 202, 7.6.2016, p. 203, ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2016/pro_1/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u l-Protokoll Nru 2 tat-TUE u tat-TFUE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2 </STRING>ĠU C 115, 9.5.2008, p. 206.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 2 sa 6 u l-Artikoli 15 u 122 tat-TFUE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2009 dwar l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali skont it-Trattat ta’ Liżbona<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3 </STRING>ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 94.</FIELD></FOOTNOTE>, tas-16 ta’ April 2014 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4 </STRING>ĠU C 443, 22.12.2017, p. 40.</FIELD></FOOTNOTE>, tad-19 ta’ April 2018 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-parlamenti nazzjonali<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">5 </STRING>ĠU C 390, 18.11.2019, p. 121.</FIELD></FOOTNOTE> u tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-parlamenti nazzjonali<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">6 </STRING>ĠU C, C/2024/5714, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5714/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar proposti tal-Parlament Ewropew għall-emendar tat-Trattati<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">7 </STRING>ĠU C, C/2024/4216, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4216/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, b’mod partikolari l-emendi proposti relatati mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-Protokoll Nru 2,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Settembru 2024 ta’ Mario Draghi intitolat “The future of European competitiveness”<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">8 </STRING>Draghi, M., “The Future of European Competitiveness”, il-Kummissjoni Ewropea, id-9 ta’ Settembru 2024, https://commission.europa.eu/topics/eu-competitiveness/draghi-report_en#paragraph_47059.</FIELD></FOOTNOTE> (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) (ir-rapport Draghi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità u r-relazzjonijiet mal-parlamenti nazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport finali tat-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u dwar li “Isir Inqas b’Mod Iktar Effiċjenti” tal-10 ta’ Lulju 2018<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">9 </STRING>https://commission.europa.eu/document/download/8530a17b-e2b8-4cd4-a68d-597767cfbad7_en?filename=report-task-force-subsidiarity-proportionality-and-doing-less-more-efficiently_en.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ottubru 2018 bit-titolu “l-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità: Insaħħu r-rwol tagħhom fit-tfassil tal-politika tal-UE” (COM(2018)0703),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A10-0224/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-prinċipju tas-sussidjarjetà, minqux fl-Artikolu 5(3) tat-TUE, jiżgura li: “fl-oqsma li ma jaqgħux fil-kompetenza esklussiva tagħha, l-Unjoni għandha taġixxi biss jekk u sa fejn, l-objettivi tal-azzjoni prevista ma jkunux jistgħu jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, la fil-livell ċentrali u lanqas fil-livell reġjonali u lokali, iżda jkunu jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni prevista, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni”; billi dan il-prinċipju jissalvagwardja l-bilanċ tal-poter fl-UE; billi l-prinċipju tal-proporzjonalità, kif deskritt fl-Artikolu 5(4) tat-TUE, jimponi li l-kontenut u l-forma tal-azzjoni tal-UE ma jridux jeċċedu dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tat-Trattati;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità hija essenzjali biex jiġu żgurati l-leġittimità demokratika u l-impatt u l-effiċjenza regolatorji tal-UE; billi huwa essenzjali li l-UE tirrispetta d-diversità tal-Istati Membri tagħha u tevita l-piżijiet regolatorji bla bżonn fuq l-Istati Membri u s-suġġetti legali tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Artikoli 2-6 tat-TFUE jiddelinjaw b’mod ċar il-kompetenzi esklużivi, kondiviżi u ta’ appoġġ tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità ssemmew b’mod espliċitu għall-ewwel darba fit-Trattat ta’ Maastricht biex is-setgħat dejjem akbar tal-Unjoni Ewropea jiġu bbilanċjati mas-sovranità tal-Istati Membri; billi r-rwol tal-parlamenti nazzjonali ssaħħaħ bil-Protokoll Nru 2 tat-Trattati, miżjud bit-Trattat ta’ Liżbona, bl-introduzzjoni ta’ sistema ta’ twissija bikrija (STB);
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi ġew sottomessi 577 analiżi tas-sussidjarjetà u opinjonijiet motivati mill-parlamenti nazzjonali, 3 803 kontribuzzjonijiet mill-parlamenti nazzjonali, tliet “karti sofor” u l-ebda “karta oranġjo” mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Liżbona fl-2009;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, f’konformità mal-prinċipji minquxa fit-Trattat ta’ Lisbona, b’mod partikolari l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, il-qafas istituzzjonali kollu tal-UE jrid jagħmel sforzi konsistenti u sostnuti biex jiżgura l-involviment attiv tal-parlamenti nazzjonali fil-proċess Ewropew tat-teħid tad-deċiżjonijiet; billi l-mekkaniżmi tal-karta s-safra u tal-karta l-oranġjo, kif previst fit-Trattat ta’ Lisbona, għandhom jissaħħu, u għandha tingħata kunsiderazzjoni biex tkompli l-effikaċja tagħhom tkompli tissaħħaħ aktar;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-ewwel waħda biss mit-tliet proċeduri tal-karta s-safra wasslet għall-irtirar ta’ proposta għal regolament<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">10 </STRING>Proposta għal Regolament tal-Kunsill tal-21 ta’ Marzu 2012 dwar l-eżerċizzju tad-dritt li tittieħed azzjoni kollettiva fil-kuntest tal-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li tagħti servizz, COM(2012)0130.</FIELD></FOOTNOTE>, it-tieni waħda wasslet għal kooperazzjoni msaħħa bejn 20 Stat Membru minflok implimentazzjoni unanima<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">11 </STRING>Il-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew: il-karta s-safra ġiet attivata fl-2013, u l-kooperazzjoni msaħħa ġiet adottata skont l-Artikolu 86 tat-TFUE fl-2017.</FIELD></FOOTNOTE>, u t-tielet ma kellha l-ebda effett, filwaqt li tressqu 14-il opinjoni motivata mill-parlamenti fi 11-il Stat Membru<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">12 </STRING>Id-Direttiva (UE) 2018/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi, (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2018/957/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-STB wasslet biss għal żewġ proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) biex tiġi vvalutata l-applikazzjoni korretta tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità; billi l-QĠUE ddeċidiet fiż-żewġ każijiet li ma kien hemm l-ebda ksur tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi aderenza stretta mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità mill-Kummissjoni u mill-koleġiżlaturi tista’ tgħin biex jittaffew il-piżijiet regolatorji u tikkontribwixxi għal proċess tat-tfassil tal-liġijiet aktar effiċjenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi hemm prattika stabbilita ta’ kull presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea b’dimensjoni parlamentari, li fiha l-parlamenti nazzjonali jipparteċipaw b’mod konġunt mal-Parlament Ewropew f’bosta konferenzi interparlamentari dwar varjetà ta’ suġġetti;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-parlamenti nazzjonali huma inklużi fil-proċess leġiżlattiv tal-UE kemm skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Protokoll Nru 2 tat-TFUE, kif ukoll billi jeżerċitaw kontroll demokratiku fuq il-gvernijiet nazzjonali rispettivi tagħhom, li jirrappreżentaw l-interessi tal-Istati Membri fil-Kunsill;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Artikolu 122 tat-TFUE huwa mfassal biex jintuża biss f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali u ta’ kriżi u ma għandux jintuża ħażin bħala mod kif jiġu ċċirkumventati proċeduri oħra stabbiliti mit-Trattati, speċjalment peress li dan ikun jeskludi l-parteċipazzjoni tal-Parlament u għalhekk jista’ jdgħajjef il-fiduċja pubblika;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-iskrutinju fuq il-Kummissjoni, bħala l-korp eżekuttiv tal-UE, għandu jiġi eżerċitat kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-parlamenti nazzjonali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-importanza fundamentali tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità għall-qafas legali u istituzzjonali tal-UE; ifakkar li l-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità għandhom ikunu elementi essenzjali tal-approċċ tal-Kummissjoni għar-regolamentazzjoni aħjar, li hija mibnija fuq it-tliet proċessi fundamentali tal-evalwazzjoni, il-valutazzjoni tal-impatt u l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati; itenni li dawn il-prinċipji huma essenzjali biex tiġi salvagwardjata d-diviżjoni tas-setgħat u biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet tal-UE jkunu meħtieġa u xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza li r-raġunament wara l-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu kemm jista’ jkun qrib iċ-ċittadini, filwaqt li tiġi salvagwardjata l-kapaċità tal-Istati Membri li jieħdu deċiżjonijiet u azzjoni u jawtorizzaw intervent mill-UE meta l-objettivi ta’ azzjoni ma jkunux jistgħu jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jkunu jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-UE, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, bl-għan primarju li tiġi massimizzata l-effikaċja u tiġi żgurata prossimità aktar mill-qrib maċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità jirrikjedu li l-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet tal-UE ma jaqbżux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi segwiti b’mod leġittimu mil-leġiżlazzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li l-kunċett tas-“sussidjarjetà attiva” kif żviluppat mit-Task Force dwar is-Sussidjarjetà, il-Proporzjonalità u dwar li “Isir inqas b’mod iktar effiċjenti” (it-Task Force) huwa bbażat fuq kooperazzjoni kostruttiva bejn il-livelli kollha ta’ governanza matul l-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-leġiżlazzjoni tal-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-rwol tal-Kummissjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni teżerċita d-diliġenza dovuta u d-diskrezzjoni meta tkun qed tipproponi leġiżlazzjoni li taqa’ taħt kompetenzi kondiviżi; jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi b’mod ċar u bir-reqqa l-bażi legali għall-azzjoni tal-UE, filwaqt li tiżgura r-rispett sħiħ għall-kompetenzi tal-Istati Membri u l-użu xieraq tal-pedamenti legali; jissottolinja li l-qafas istituzzjonali kollu tal-UE jrid jagħmel sforzi konsistenti u sostnuti biex jiżgura l-involviment attiv tal-parlamenti nazzjonali fil-proċess Ewropew tat-teħid tad-deċiżjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinnota bi tħassib l-għażla min-naħa tal-Kummissjoni tal-Artikolu 122 tat-TFUE bħala bażi legali għall-użu ta’ EUR 800 biljun għall-istrument Pjan ReArm Europe/Prontezza 2030; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-bażi legali ta’ din l-inizjattiva; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taqra l-Artikolu 122 tat-TFUE fid-dawl tat-tfassil inizjali tiegħu bħala soluzzjoni straordinarja u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, u fl-ispirtu tal-prinċipju tas-sussidjarjetà fi kwalunkwe proposta futura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li kwalunkwe inizjattiva leġiżlattiva mill-Kummissjoni li taqa’ taħt kompetenzi kondiviżi trid issir strettament fil-qafas ta’ valutazzjoni tal-impatt ex ante bir-reqqa, li turi b’mod kwantifikat u motivat il-ħtieġa ta’ azzjoni effettiva u l-għażla tal-istrumenti; jitlob b’insistenza li l-Kummissjoni tiġġustifika espressament, permezz ta’ analiżi komparattiva bejn l-Istati Membri, li l-armonizzazzjoni leġiżlattiva fil-livell tal-UE iġġib valur miżjud sostanzjali u ma tikkostitwixxix estensjoni mistura tal-kompetenza; ifakkar fl-intenzjoni tal-Kummissjoni, espressa fil-komunikazzjoni tagħha tal-2018, li tintegra grilja tal-valutazzjoni fil-gwida tagħha għal regolamentazzjoni aħjar u li tużaha bħala parti mill-valutazzjonijiet tal-impatt, l-evalwazzjonijiet u l-memoranda ta’ spjegazzjoni li jakkumpanjaw il-proposti leġiżlattivi tagħha; jiddispjaċih li s’issa dan għadu ma twettaqx fil-prattika; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-grilja tas-sussidjarjetà żviluppata mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tużaha bħala l-bażi għall-valutazzjonijiet tas-sussidjarjetà tagħha; jinsisti fuq il-ħtieġa ta’ kontroll aktar rigoruż tal-użu tal-Artikoli 122 u 352 tat-TFUE bħala bażi legali u jitlob konsultazzjoni minn qabel imsaħħa tal-parlamenti nazzjonali u reġjonali b’setgħat leġiżlattivi qabel ma tiġi proposta leġiżlazzjoni fil-livell tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota t-tħassib espress b’mod unanimu mill-Kumitat għall-Affarijiet Ewropej<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">13 </STRING>Le Sénat, Commission des affaires européenes, “Dérive normative de l’Union européenne – Rapport d’information n°190 (2024-2025)”, l-4 ta’ Diċembru 2024.</FIELD></FOOTNOTE> tas-Senat Franċiż rigward il-pedament legali dgħajjef għal ċerti inizjattivi leġiżlattivi tal-UE, it-tendenza dejjem tiżdied li jiġu ppreferuti r-regolamenti fuq id-direttivi, u l-użu eċċessiv tal-atti delegati jew ta’ implimentazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar li l-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 2 tat-Trattati jirrikjedi li l-Kummissjoni tipprovdi valutazzjoni dettaljata ta’ jekk kinitx konformi mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex b’mod konġunt mal-Parlament Ewropew, twettaq analiżi aktar sistematika tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità hi u tabbozza l-proposti leġiżlattivi; ifakkar li l-kontrolli tas-sussidjarjetà huma essenzjali għall-governanza tajba u ma għandhomx jitnaqqsu għal sempliċi eżerċizzju ta’ mmarkar tal-kaxxi; jappella għal trasparenza akbar fl-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji, b’mod li kull proposta leġiżlattiva tipprovdi ġustifikazzjonijiet dettaljati għall-intervent tal-UE, il-valur miżjud tal-azzjoni u l-proporzjonalità tal-miżuri b’rabta mal-objettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-opinjonijiet motivati għandhom jiġu kkunsidrati bir-reqqa anke meta ma jkunux appoġġati minn għadd kbir ta’ parlamenti nazzjonali; jenfasizza l-importanza tas-sitwazzjoni speċifika fl-Istati Membri individwali, filwaqt li titqies id-diversità tat-tradizzjonijiet legali u d-differenzi reġjonali madwar l-UE; jesprimi tħassib dwar il-fatt li ftit hemm evidenza li l-Kummissjoni tbiddel il-proposti tagħha b’mod sinifikanti bħala riżultat ta’ opinjonijiet motivati mressqa mill-parlamenti nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrimarka li l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida tal-UE tista’ tinvolvi kostijiet għoljin ħafna għall-muniċipalitajiet, b’mod partikolari fiż-żoni remoti jew b’popolazzjoni baxxa; iqis li l-muniċipalitajiet jeħtieġ li jkunu mgħammra b’riżorsi finanzjarji suffiċjenti biex jimplimentaw id-dritt tal-UE, sabiex ikunu jistgħu jikkonformaw man-normi leġiżlattivi l-ġodda tal-UE; jirrimarka li dawn ir-riżorsi finanzjarji għandhom jikkorrispondu għall-kostijiet ta’ implimentazzjoni li l-muniċipalitajiet iġarrbu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jirrimarka li l-parlamenti nazzjonali rari użaw il-proċeduri tal-“karta s-safra” jew tal-“karta l-oranġjo”; jissottolinja li dan mhuwiex minħabba nuqqas ta’ interess min-naħa tal-parlamenti nazzjonali; jinnota li hemm għadd ta’ spjegazzjonijiet possibbli għall-użu limitat tal-proċedura tal-karta s-safra, inkluż in-nuqqas ta’ trasparenza fit-tfassil tal-liġijiet tal-UE, in-nuqqas ta’ għarfien dwar il-proċess leġiżlattiv tal-UE, u l-limitazzjonijiet taż-żmien; iqis li l-parlamenti li joqogħdu lura milli jużaw l-istrument jagħmluha aktar diffiċli li jintlaħaq il-limitu meħtieġ; jirrikonoxxi li l-proċedura attwali hija kkumplikata wisq u tħalli lok għal titjib; ifakkar, f’dan il-kuntest, fil-proposti preċedenti tiegħu biex l-iskadenza għall-proċeduri tal-karta s-safra tiġi estiża għal 12-il ġimgħa u biex ikun hemm riflessjoni usa’ dwar il-possibbiltà li l-STB tiġi aġġornata għal għodda li tippermetti lill-parlamenti nazzjonali jsawru l-politiki tal-UE; ifakkar, f’dan is-sens, fir-riżoluzzjoni l-aktar reċenti tiegħu dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-parlamenti nazzjonali, fejn stieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-parlamenti nazzjonali jkollhom biżżejjed riżorsi biex iwettqu r-rwol kostituzzjonali tagħhom ta’ sorveljanza u rrakkomanda li l-parlamenti nazzjonali jużaw il-pjattaforma għall-Iskambju Interparlamentari tal-UE (IPEX) b’mod aktar effettiv u jinvolvu lill-parlamenti reġjonali tagħhom fid-dħul fis-seħħ tat-tħaddim tas-STB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-ħolqien ta’ proċeduri informali biex tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali, bħad-djalogu politiku, id-djalogu tar-rapporteurs u s-sit web intitolat “National Parliament opinions and Commission replies”<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">14 </STRING>https://national-parliaments-opinions.ec.europa.eu/home.</FIELD></FOOTNOTE> (Opinjonijiet tal-Parlament nazzjonali u tweġibiet tal-Kummissjoni); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tesplora t-toroq biex tkompli ttejjeb aktar il-konsultazzjoni mal-parlamenti nazzjonali dwar kwistjonijiet ta’ sussidjarjetà, pereżempju billi tistabbilixxi “ċentru ta’ sussidjarjetà uniku” (SSH) ibbażat fuq il-pjattaforma tal-IPEX, fejn jinġabru u jkunu aċċessibbli liberament l-opinjonijiet motivati, kif ukoll, pereżempju, il-kontributi, l-opinjonijiet tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, it-tweġibiet mill-Kummissjoni u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew; iqis li ċentru ta’ sussidjarjetà uniku ikun post addattat biex l-Istati Membri jitolbu lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni ta’ appoġġ jew koordinazzjoni f’qasam ta’ kompetenza esklużiva tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi reċenti tal-Kummissjoni biex tespandi u ttejjeb il-grilja tas-sussidjarjetà bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt ex ante tagħha tal-leġiżlazzjoni tal-UE bl-użu tas-sett ta’ għodod għal regolamentazzjoni aħjar; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tintegra aktar ir-rieżami tas-sussidjarjetà fiċ-ċiklu tal-politika tagħha billi, fost oħrajn, testendi l-evalwazzjoni tas-sussidjarjetà wara n-negozjati interistituzzjonali jekk ikun meħtieġ mill-emendi li jirriżultaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota t-tħassib li l-involviment tal-Kummissjoni mal-parlamenti nazzjonali huwa limitat u jseħħ tard wisq fil-proċess leġiżlattiv, li mbagħad jillimita l-kapaċità tal-parlamenti nazzjonali li jinfluwenzaw il-proposti leġiżlattivi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistieden lill-parlamenti nazzjonali jagħtu kontribut fi stadju aktar bikri, b’mod aktar speċifiku, meta jsiru l-konsultazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jemmen li d-djalogu interparlamentari formali u informali fi stadju aktar bikri fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet huwa essenzjali biex il-prinċipju tas-sussidjarjetà jiġi traspost b’mod korrett; jinnota li dan jista’ jieħu l-forma ta’ laqgħat ta’ kull xahar jew ta’ kull tliet xhur bejn il-Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) u l-membri tal-parlamenti nazzjonali fl-ispirtu tal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 1;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra dejjem bir-reqqa jekk aktar koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tkunx soluzzjoni aħjar f’oqsma partikolari mill-ħolqien ta’ aġenziji transnazzjonali ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jenfasizza r-rwol fundamentali tal-parlamenti fil-qalba tad-demokrazija u l-ħtieġa li tiġi rispettata d-diviżjoni ċara tal-kompetenzi bejn il-livelli differenti tad-demokrazija liberali Ewropea, jiġifieri l-livell lokali, dak reġjonali, dak nazzjonali u dak Ewropew, f’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-TUE, sabiex tiġi żgurata l-leġittimità demokratika u proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet effiċjenti u biex jissaħħu l-fiduċja u l-kooperazzjoni bejn il-parlamenti fuq livelli differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tqis aktar l-opinjonijiet espressi mill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni permezz tan-Network għall-Monitoraġġ tas-Sussidjarjetà maħluq biex jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-UE dwar id-diversi proposti leġiżlattivi li, wara l-adozzjoni tagħhom, se jkollhom impatt dirett fuq dawn il-korpi u fuq il-politiki li għalihom huma responsabbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza li l-parlamenti nazzjonali għandhom rwol ċentrali fil-konformità tal-UE mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u li l-proċess leġiżlattiv se jsaħħaħ il-validità u l-leġittimità demokratika tal-UE u tal-inizjattivi leġiżlattivi tagħha; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ skrutinju kontinwu tal-leġiżlazzjoni tal-UE u parteċipazzjoni aktar attiva tal-parlamenti nazzjonali permezz tal-mekkaniżmi previsti fit-Trattati, inklużi l-proċeduri tal-karta s-safra u tal-karta l-oranġjo; jinkoraġġixxi lill-parlamenti nazzjonali jtejbu l-kapaċità tagħhom li jiskrutinizzaw u jikkontestaw l-azzjoni tal-UE b’mod effettiv skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, billi jeżerċitaw sorveljanza aktar qawwija u aktar f’waqtha fuq il-proposti leġiżlattivi u billi jiżguraw li l-inizjattivi leġiżlattivi tal-UE jirrispettaw il-bilanċ u l-kondiviżjoni tal-kompetenzi bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Ifakkar li l-parlamenti nazzjonali jeżerċitaw kontroll demokratiku fuq il-gvernijiet nazzjonali rispettivi tagħhom, li jirrappreżentaw l-interessi tal-Istati Membri fil-Kunsill; jenfasizza li xi Stati Membri jipprevedu parteċipazzjoni aktar attiva tal-parlamenti nazzjonali u/jew reġjonali tagħhom fil-proċess leġiżlattiv Ewropew billi, pereżempju, jeżerċitaw riżerva parlamentari; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jimplimentaw miżuri li jiżguraw parteċipazzjoni aktar attiva tal-parlamenti nazzjonali fil-formazzjoni tal-pożizzjonijiet nazzjonali tagħhom sabiex tissaħħaħ il-leġittimità demokratika tad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jilqa’ l-kontributi tal-Laqgħa Plenarja tat-LXXII Konferenza tal-Kumitati Parlamentari għall-Affarijiet tal-Unjoni tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea (COSAC)<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">15 </STRING>https://secure.ipex.eu/IPEXL-WEB/download/file/8a8629a8930500d90193061cc8e70006/LXXII%20COSAC%20Contribution%20EN.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>, li rrakkomandat li jissaħħaħ ir-rieżami tas-sussidjarjetà mill-parlamenti nazzjonali billi l-iskadenza ta’ tmien ġimgħat għat-tressiq tal-opinjonijiet tiġi estiża għal 10 ġimgħa u billi l-limitu minimu għall-iskattar tal-karta s-safra jitbaxxa għal kwart tal-voti mitfugħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jitlob li jissaħħaħ ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-UE billi jissaħħu t-trasparenza, id-djalogu u l-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Kummissjoni; jenfasizza li filwaqt li l-parlamenti nazzjonali ma għandhomx setgħat diretti formali fuq il-Kummissjoni simili għal dawk tal-Parlament Ewropew, l-influwenza politika tagħhom għandha tissaħħaħ biex jiġu żgurati aktar trasparenza u leġittimità tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jemmen li l-parlamenti nazzjonali għandhom jingħataw rwol aktar pożittiv u proattiv billi, pereżempju, tinħoloq “karta ħadra” li topera b’limiti aktar baxxi; jappella, barra minn hekk, fil-kuntest tar-reviżjoni li jmiss tat-Trattati, li l-iskadenza attwali ta’ tmien ġimgħat li l-parlamenti nazzjonali għandhom biex iressqu l-opinjonijiet motivati skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 tiġi estiża għal 12-il ġimgħa; ifakkar li l-Kummissjoni diġà pprevediet ċerta flessibbiltà fl-iskadenzi, billi eskludiet ukoll il-perjodu bejn l-20 ta’ Diċembru u l-10 ta’ Jannar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni strutturali tal-koleġiżlaturi tal-UE ma’ dawk li jfasslu l-liġijiet nazzjonali, reġjonali u lokali; jissottolinja li, f’dan ir-rigward, il-Ġimgħa Parlamentari Ewropea u l-Laqgħat Interparlamentari tal-Kumitati kienu strumentali; jemmen li l-iżvilupp ulterjuri ta’ Ġimgħa Parlamentari Ewropea annwali estiża jkun jippermetti lill-Membri tal-Parlament Ewropew, lill-Kummissarji u lill-ministri tal-presidenzi tal-Kunsill attwali joħorġu quddiem il-parlamenti nazzjonali kollha u, fejn xieraq, quddiem il-parlamenti reġjonali kollha sabiex jiddiskutu u jispjegaw l-aġenda Ewropea flimkien mal-parlamentari nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jissuġġerixxi li tinbeda diskussjoni dwar l-abbozzar ta’ dikjarazzjoni politika komuni jew ta’ ftehim ta’ qafas bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew dwar l-organizzazzjoni tal-Ġimgħa Parlamentari Ewropea proposta, sabiex jiġi pprovdut qafas iktar koerenti ta’ kooperazzjoni fil-livell politiku, istituzzjonali u amministrattiv; iqis li l-Ġimgħa Parlamentari Ewropea proposta għandha tislet tagħlimiet mill-forums attwali u preċedenti, bħall-ġimgħa parlamentari li saret mill-Konferenza dwar is-Semestru Ewropew u l-Konferenza Interparlamentari dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni Ekonomika u l-Governanza fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; jemmen, barra minn hekk, li l-laqgħat u l-caucuses tal-familji politiċi bejn u fi ħdan il-gruppi politiċi nazzjonali u Ewropej fil-qafas tal-kooperazzjoni interparlamentari tal-UE jistgħu jġibu valur miżjud fis-sura ta’ dibattitu politiku Ewropew awtentiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Iqis li l-użu limitat tal-proċedura tal-karta s-safra u l-ineffettività tal-proċedura tal-“karta l-oranġjo” juru li għad hemm lok għal titjib u li għandhom limitazzjonijiet minħabba li ma għandhom l-ebda effett vinkolanti fuq il-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni; iqis li koordinazzjoni aħjar bejn il-parlamenti nazzjonali hija possibbli f’dan ir-rigward; jissottolinja li kooperazzjoni aħjar bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew twassal għal involviment aktar attiv mal-proposti leġiżlattivi tal-UE, u li l-kooperazzjoni permezz tal-gvernijiet nazzjonali bħala intermedjarji twassal għal rwol imsaħħaħ għall-parlamenti nazzjonali fit-tiswir tal-leġiżlazzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza r-rwol importanti tal-komunitajiet reġjonali u lokali u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tesplora modi li bihom il-kontribut tagħhom jista’ jiġi inkorporat aħjar fil-proposti leġiżlattivi, kif ukoll fl-evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE; iqis, f’dan ir-rigward, li l-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-organizzazzjoni ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi fil-livell lokali u reġjonali biex iżżid l-aġenzija u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tfassil tal-politika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi jinvolvu ruħhom b’mod aktar attiv u jinteraġixxu b’mod dirett bejniethom, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ ir-rwol u l-kompetenzi tal-parlamenti nazzjonali; jitlob li l-parlamenti nazzjonali jinkludu l-opinjonijiet motivati tal-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi fl-opinjonijiet motivati finali tagħhom li jintbagħtu lill-Presidenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni meta jiġu affettwati kompetenzi reġjonali esklużivi; jafferma mill-ġdid li l-Artikolu 12 tat-TUE u l-Protokoll Nru 1 jagħtu lill-parlamenti nazzjonali d-dritt li jirċievu informazzjoni direttament mill-istituzzjonijiet tal-UE; jissuġġerixxi li d-dritt għall-informazzjoni jiġi estiż ukoll għall-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport Draghi, tniedi investigazzjoni madwar l-UE biex tidentifika u tanalizza r-raġunijiet wara l-eżerċizzju limitat tal-kapaċità ta’ skrutinju tal-parlamenti nazzjonali b’rabta mas-sussidjarjetà; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tuża l-għarfien espert u l-esperjenza tal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali rigward it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-rwol tal-QĠUE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jisħaq li l-QĠUE għandha rwol kruċjali fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità fil-qafas legali tal-UE; jisħaq li, mindu ġie introdott bħala prinċipju ġenerali, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma ġiex soġġett għal rieżami ġudizzjarju intens mill-QĠUE; jinnota li l-Avukati Ġenerali ftit juru involviment fl-argumenti dwar is-sussidjarjetà fl-opinjonijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Iwissi li r-riluttanza apparenti tal-QĠUE li tinforza s-sussidjarjetà tista’ tikkawża riluttanza min-naħa tal-Istati Membri biex javviċinaw lill-QĠUE fl-ewwel lok;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Kummissjoni, fil-konsultazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri, tiżgura li l-gvernijiet jipprovdu evidenza li jqisu l-pożizzjonijiet tal-parlamenti nazzjonali u reġjonali b’setgħat leġiżlattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jirrikonoxxi n-nuqqas ta’ rieda perċepita tal-QĠUE li tinforza b’mod robust is-sussidjarjetà bħala limitazzjoni sinifikattiva fuq l-azzjoni leġiżlattiva tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li l-QĠUE hija marbuta wkoll bil-prinċipji tas-sussidjarjetà meta tkun qed tinterpreta kwistjonijiet ta’ kompetenzi kondiviżi, peress li l-att ta’ interpretazzjoni ġudizzjarja tal-leġiżlazzjoni jammonta għal tfassil tal-liġijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jieħu nota tal-interpretazzjoni min-naħa tal-QĠUE li n-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni partikolari ta’ wieħed jew aktar mill-Istati Membri fil-valutazzjoni ta’ inizjattiva leġiżlattiva ma jikkostitwix ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">16 </STRING>Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 2015, Ir-Repubblika tal-Estonja vs Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, C-508/13, ECLI:EU:C:2015:403.</FIELD></FOOTNOTE>; jinsisti li l-partikolaritajiet individwali tal-Istati Membri huma rilevanti għall-iskop tal-abbozzar tal-leġiżlazzjoni għall-UE kollha kemm hi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar is-sentenza tal-QĠUE li tiddikjara li n-nuqqas li titwettaq valutazzjoni tal-impatt ma jistax jitqies bħala ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">17 </STRING>Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Diċembru 2019, <STRING ITALIC="on">Ir-Repubblika Ċeka</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</STRING>, C-482/17, ECLI:EU:C:2019:1035.</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet tal-impatt mingħajr eċċezzjoni u tiżgura li meta l-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta leġiżlattiva jinbidel, il-Kummissjoni tippreżenta valutazzjoni tal-impatt ġdida;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jissottolinja li r-rispett għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità huwa kruċjali għall-fiduċja taċ-ċittadini fl-UE u fil-leġiżlazzjoni tagħha, u għandu jiġi kkomunikat b’mod aktar ċar lill-pubbliku waqt il-komunikazzjoni dwar inizjattivi leġiżlattivi uniċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Itenni li l-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni preċiża, oġġettiva u kompluta; iqis li huwa essenzjali, konsegwentement, li l-koleġiżlaturi tal-UE jiġbru kontribut mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma kapaċi jipprovdu l-aktar informazzjoni preċiża dwar diversi kwistjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jitlob li jsir stħarriġ tal-parlamenti nazzjonali sabiex jiġi vvalutat liema fatturi jinfluwenzaw l-użu li huma jagħmlu tal-proċedura tal-karta s-safra u kif jipperċepixxu r-rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Iqis li huwa pertinenti li jitwettaq stħarriġ fost il-korpi leġiżlattivi nazzjonali sabiex jinġabar ir-rispons tagħhom dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità; jissuġġerixxi, għalhekk, li l-Kummissjoni twettaq tali stħarriġ sabiex tidentifika f’liema oqsma u sa liema punt il-korpi leġiżlattivi nazzjonali jeħtieġ li jkunu protagonisti tal-bidla;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Osservazzjonijiet finali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jappella għal definizzjoni u applikazzjoni aktar ċari u konsistenti tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, filwaqt li jitqies l-approċċ tas-sussidjarjetà attiva żviluppata mit-Task Force u jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE japplikaw fehim kondiviż ta’ dawn il-prinċipji fundamentali fil-proċess leġiżlattiv; jipproponi li tinfetaħ diskussjoni dwar il-ħolqien ta’ “qorti tas-sussidjarjetà” fid-dawl ta’ reviżjoni futura tat-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jitlob b’insistenza li tingħalaq kwalunkwe lakuna għal trasparenza akbar fit-tħejjija tal-proposti leġiżlattivi mill-Kummissjoni, inkluż l-involviment aktar bikri mal-parlamenti nazzjonali biex jiġi żgurat li t-tħassib dwar is-sussidjarjetà jiġi indirizzat b’mod adegwat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Japprova l-konklużjoni tar-rapport Draghi li l-politika u l-azzjoni leġiżlattiva tal-UE għandhom jiffokaw fuq l-oqsma fejn l-UE verament għandha valur miżjud akbar meta mqabbla mal-azzjoni ta’ politika nazzjonali jew subnazzjonali; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE, barra minn hekk, jadottaw prinċipju ta’ awtotrażżin fit-tfassil tal-politika billi jagħżlu b’aktar reqqa l-inizjattivi futuri u jissimplifikaw il-leġiżlazzjoni attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Iqis li l-leġiżlazzjoni attwali tal-UE għandha tiġi vvalutata regolarment f’dawk li huma l-proporzjonalità u l-adegwatezza tagħha fir-rigward tar-realtajiet moderni; jissottolinja li l-intelliġenza artifiċjali tista’ tkun strumentali biex jinstabu l-inkonsistenzi legali jew l-effetti sproporzjonati, u b’hekk tiffaċilita l-konformità u tindirizza, fejn applikabbli, kwalunkwe nuqqas ta’ proporzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jissuġġerixxi li l-attivitajiet interparlamentari kollha żviluppati fil-qafas tal-Protokoll Nru 1 tat-Trattat ta’ Liżbona (inklużi l-COSAC, l-IPEX, l-ECPRD, eċċ.) mill-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew għandhom jintużaw aħjar u jiġu integrati sinerġistikament sabiex jiġu applikati aħjar il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jirrimarka li l-Membri tal-PE, peress li huma eletti direttament miċ-ċittadini Ewropej, għandhom setgħat mill-akbar biex jistabbilixxu l-aġenda leġiżlattiva tal-UE; jimpenja ruħu li juża d-dritt ta’ inizjattiva skont l-Artikolu 225 tat-TFUE biex jipproponi r-revoka tal-leġiżlazzjoni biex jitnaqqas il-piż regolatorju, b’rispett sħiħ għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Itenni li r-rispett għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità se jiffaċilita t-tfassil aħjar tal-liġijiet u se jnaqqas il-piżijiet regolatorji u l-burokrazija żejda; jinsisti li qabel ma tagħmel proposta leġiżlattiva, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-effett pożittiv mixtieq jistax jinkiseb fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali, u li, f’każijiet ta’ inċertezza dwar l-aktar livell xieraq għall-azzjoni, għandu jkun hemm preżunzjoni konfutabbli favur il-livelli aktar baxxi ta’ gvern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jissottolinja l-konklużjonijiet tat-Task Force li l-Kummissjoni u l-koleġiżlaturi għandhom jibbilanċjaw il-ħidma tagħhom lejn it-twettiq ta’ implimentazzjoni aktar effettiva aktar milli jagħtu bidu għal leġiżlazzjoni ġdida jew jemendaw b’mod kostanti l-leġiżlazzjoni attwali f’oqsma fejn il-korp attwali ta’ leġiżlazzjoni huwa skadut u/jew reċentement ġie rivedut b’mod sostanzjali;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>