<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0310</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-eskalazzjoni tal-gwerra u l-katastrofi umanitarja fis-Sudan</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0533, 0539, 0542 u 0543/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2025 dwar l-eskalazzjoni tal-gwerra u l-katastrofi umanitarja fis-Sudan (2025/2984(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sudan, b’mod partikolari dawk tal-15 ta’ Ġunju 2023 dwar is-sitwazzjoni umanitarja fis-Sudan, b’mod partikolari l-mewt tat-tfal maqbudin minħabba l-ġlied<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/486, 23.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/486/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u tat-13 ta’ Marzu 2025 dwar il-kriżi politika, umanitarja u tad-drittijiet tal-bniedem gravi fis-Sudan, b’mod partikolari l-vjolenza sesswali u l-istupru tat-tfal<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/3154, 20.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3154/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tal-1949 u l-protokolli addizzjonali tagħhom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-isforzi ta’ medjazzjoni għall-paċi fis-Sudan, b’mod partikolari dawk immexxija mill-Unjoni Afrikana, min-NU, mill-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp, mill-Arabja Sawdija u mill-Istati Uniti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 1556 (2004) u 2736 (2024) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u r-riżoluzzjonijiet rilevanti l-oħra kollha tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li jikkonċernaw is-Sudan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2024/383<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/383, 22.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/383/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, (PESK) 2024/1784<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1784, 24.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1784/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, (PESK) 2024/2655<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2655, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2655/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, (PESK) 2024/3154<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/3154, 16.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3154/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, (PESK) 2025/377<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/377, 25.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/377/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u (PESK) 2025/1481<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/1481, 18.7.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1481/oj.</FIELD></FOOTNOTE> dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sudan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sudan, approvati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar is-Sudan tal-20 ta’ Novembru 2025 mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà f’isem l-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2025 dwar it-tiġdid tas-Sħubija UE-Afrika: it-tfassil ta’ prijoritajiet komuni fid-dawl tas-Summit fl-Angola<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0253.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-kunflitt bejn il-Forzi Armati Sudaniżi u l-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu li beda f’April 2023 evolva fl-akbar u l-agħar kriżi umanitarja u ta’ protezzjoni fid-dinja, u kkawża spostament tal-massa (kemm internament kif ukoll f’pajjiżi ġirien) – b’aktar minn 7.2 miljun persuna spostati internament u aktar minn 4.2 miljun rifuġjat, persuna li tfittex l-ażil u persuna ripatrijata jaħarbu lejn pajjiżi ġirien – insigurtà tal-ikel u ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem; billi kważi żewġ terzi tal-popolazzjoni tas-Sudan għandhom bżonn urġenti ta’ assistenza umanitarja, inkluż 16-il miljun tifel u tifla, f’kuntest ikkaratterizzat minn spostament tal-massa, karestija, attakki mifruxa fuq il-popolazzjoni ċivili u l-ħaddiema umanitarji u mediċi, u l-kollass tas-servizzi essenzjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu ħatfu l-kontroll ta’ El Fasher fis-26 ta’ Ottubru 2025, wara assedju ta’ 18-il xahar, li skatta qtil tal-massa u atroċitajiet tal-massa inklużi eżekuzzjonijiet sommarji, vjolenza sesswali sistematika, tortura u qtil immirat abbażi tal-etniċità;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Missjoni Internazzjonali Indipendenti ta’ Tiftix tal-Fatti għas-Sudan iddokumentat l-użu tal-istupru bħala arma tal-gwerra partikolarment krudili, inklużi l-vjolenza sesswali pubblika u l-istupru minn gruppi, u l-użu ta’ żwieġ furzat, li jpoġġi miljuni ta’ persuni f’riskju ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fir-rapport tagħha, il-Missjoni Internazzjonali Indipendenti għat-Tiftix tal-Fatti sabet li ż-żewġ partijiet fil-kunflitt qed jiksru d-dritt internazzjonali u li dan il-ksur jammonta għal delitti internazzjonali, fejn l-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu wettqu delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità u l-Forzi Armati Sudaniżi wettqu ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-dritt li jirrigwarda d-drittijiet tal-bniedem li wkoll jammontaw għal delitti tal-gwerra; billi l-ksur imwettaq miż-żewġ partijiet jinkludi l-vjolenza mmirata abbażi tal-etniċità u r-reliġjon, it-tbatija tal-ġuħ bħala arma tal-gwerra, il-vjolenza sesswali tal-massa (inkluż l-istupru tat-tfal), ir-reklutaġġ furzat tat-tfal, id-detenzjonijiet arbitrarji, u abbużi gravi oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi ż-żewġ partijiet użaw l-assistenza umanitarja bħala arma, u dan fixkel l-aċċess liberu u mingħajr xkiel tal-organizzazzjonijiet umanitarji għal dawk fil-bżonn;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-pajjiżi kollha involuti fl-eżerċitar ta’ influwenza esterna fuq is-Sudan qed ikollhom rwol ewlieni fl-estensjoni tal-kunflitt fil-pajjiż;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-partijiet kollha fil-kunflitt qed jiksru d-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, fejn il-biċċa l-kbira tal-ksur jammonta għal delitti tal-gwerra; billi l-imġiba tal-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu tista’ wkoll tikkostitwixxi delitti kontra l-umanità, inklużi l-persekuzzjoni u l-esterminazzjoni, u t-tattiċi tagħhom jinkludu attakki sistematiċi kontra l-popolazzjoni ċivili, l-intimidazzjoni tal-popolazzjonijiet, tal-ġurnalisti u tal-ħaddiema tal-media, u l-isforzi biex tiġi destabbilizzata l-awtorità istituzzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi t-tfal jinsabu f’riskju partikolari, bil-UNICEF tirrapporta diversi mijiet ta’ każijiet ta’ stupru tat-tfal mill-bidu tal-2024; billi ċ-ċifri reali huma mistennija li jkunu ħafna ogħla; billi għadd kbir ta’ tfal fis-Sudan ma jistgħux jattendu l-iskola minħabba l-għeluq u l-ispostament kontinwi, li jesponuhom għal riskji ogħla u jċaħħdulhom l-aċċess għall-edukazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-UE impenjat EUR 273 miljun għar-reġjun, inklużi EUR 161 miljun speċifikament għas-Sudan;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-UE qed tkompli tipprovdi għajnuna ta’ emerġenza li ssalva l-ħajjiet li hija xprunata mill-ħtiġijiet u ggwidata minn prinċipji umanitarji sabiex tiżgura sokkors u protezzjoni immedjati għall-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli, tipprovdi assistenza essenzjali u timmonitorja l-abbuż tad-drittijiet tal-bniedem, u biex tirrispondi għall-kriżi severa tas-sigurtà tal-ikel u tan-nutrizzjoni fil-pajjiż u tipprovdi appoġġ umanitarju għas-servizzi bażiċi; billi l-organizzazzjonijiet tan-nisa, il-kumitati ta’ reżistenza u dawk li jintervjenu fil-komunità għadhom ċentrali għall-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u d-dokumentazzjoni tal-ksur;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-gwerra xi drabi titqies bħala gwerra bi prokura li fiha s-Sudan sar il-kamp tal-battalja għall-kompetizzjoni għar-riżorsi naturali bħad-deheb, il-gomma arabika, il-mineral tal-ħadid, ir-ram u l-uranju;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Parlament, fir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ Ottubru 2025 dwar it-tiġdid tas-sħubija bejn l-UE u l-Afrika, stieden lill-atturi kollha jżidu t-trasparenza u jipprojbixxu b’mod effettiv id-dħul fl-UE tal-minerali kollha li jirriżultaw mit-tixrid tad-demm;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Popolazzjoni (UNFPA) u s-sħab tiegħu qed ikomplu jipprovdu servizzi tas-saħħa riproduttiva u tal-protezzjoni, iżda t-tnaqqis reċenti fil-finanzjament internazzjonali ġiegħel lill-UNFPA jirtira minn aktar minn nofs it-93 faċilità tas-saħħa li kien qed jappoġġja fis-Sudan, li jfisser li waħda biss minn kull erba’ faċilitajiet li joffru appoġġ kliniku għall-vittmi ta’ stupru bħalissa hija funzjonali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna, bl-aktar mod qawwi, l-atroċitajiet gravi mwettqa mill-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu f’El Fasher u fil-bqija tas-Sudan, inklużi l-qtil u l-vjolenza mifruxa u mmirati abbażi tal-etniċità, l-istupru u l-iskjavitù sesswali, it-tortura, l-għajbien furzat, l-attakki fuq l-isptarijiet u l-faċilitajiet umanitarji, u t-tbatija tal-ġuħ intenzjonata tal-popolazzjoni ċivili, li possibbilment jikkostitwixxu atti ta’ ġenoċidju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza li qed tiżdied fis-Sudan u l-ksur serju tad-dritt internazzjonali mwettaq mill-partijiet kollha; jisħaq li ma hemm l-ebda soluzzjoni militari vijabbli għall-kunflitt fis-Sudan u li l-kontinwazzjoni tal-ostilitajiet tikkawża tbatija inaċċettabbli fuq il-popolazzjoni ċivili u toħloq riskji dejjem akbar għall-paċi u s-sigurtà reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-ksur gravi u sistematiku tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq kemm mill-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu kif ukoll mill-Forzi Armati Sudaniżi, inklużi l-attakki indiskriminati kontra l-popolazzjoni ċivili, il-vjolenza mmirata abbażi tal-etniċità, il-vjolenza sesswali, it-tortura, l-użu ta’ suldati tfal, l-attakki fuq l-isptarijiet u l-faċilitajiet umanitarji, it-tbatija tal-ġuħ intenzjonata tal-popolazzjoni ċivili, li possibbilment jikkostitwixxi ġenoċidju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-kunflitt li jinsab għaddej fis-Sudan, li, għat-tielet sena konsekuttiva, qed ikompli jikkawża l-mewt ta’ eluf ta’ persuni u tbatija immensa għall-poplu Sudaniż u joħloq theddida serja għall-istabbiltà u għas-sigurtà fir-reġjun usa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza kontinwa mwettqa miż-żewġ forzi armati fis-Sudan, u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali mwettaq mill-partijiet kollha; jikkundanna l-imblukkar u s-serq tal-għajnuna umanitarja u l-attakki mmirati kontra l-ħaddiema umanitarji u mediċi, dawk li jirrispondu f’emerġenza u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet fundamentali u tad-dritt umanitarju internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-poplu tas-Sudan, b’mod partikolari ma’ dawk fiż-żoni l-aktar milquta minn assedju, karestija, spostament u attakki indiskriminati, u jagħti ġieħ lill-ħaddiema umanitarji lokali, volontarji u internazzjonali li joperaw f’kundizzjonijiet estremi, inklużi gruppi ta’ għajnuna reċiproka bħall-Kmamar ta’ Rispons f’każ ta’ Emerġenza; jagħti ġieħ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tas-Sudan, lill-kumitati ta’ reżistenza u lill-movimenti tan-nisa, tal-ħaddiema u taż-żgħażagħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jiddeplora l-użu mifrux u sistematiku tal-ġellieda, bħala tattiċi ta’ gwerra, ta’ vjolenza sesswali u bbażata fuq il-ġeneru kontra n-nisa u l-bniet, inklużi l-istupru, l-iskjavitù sesswali u ż-żwieġ sfurzat; jitlob risponsi urġenti u ċċentrati fuq is-superstiti, inkluż appoġġ mediku, psikosoċjali u legali; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jtemmu minnufih dawn l-abbużi u jiżguraw li l-awturi tar-reati jinżammu responsabbli; jissottolinja l-ħtieġa li tingħata prijorità lill-protezzjoni tan-nisa u tat-tfal fir-risponsi umanitarju u tal-konsolidazzjoni tal-paċi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jafferma mill-ġdid is-sovranità, l-indipendenza, l-għaqda u l-integrità territorjali tas-Sudan; jistieden lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-atturi Sudaniżi u internazzjonali kollha jiddefendu s-sovranità, l-għaqda u l-integrità territorjali tas-Sudan, u l-leġittimità tal-gvern ċivili f’Khartoum; jirrifjuta kwalunkwe tentattiv biex jinħolqu awtoritajiet jew strutturi politiċi paralleli jew rivali f’żoni kkontrollati mill-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li r-responsabbiltà primarja biex jintemm il-kunflitt hija f’idejn it-tmexxija tal-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu, tal-Forzi Armati Sudaniżi u tal-milizzji alleati tagħhom, kif ukoll f’idejn dawk li qed jipprovdulhom appoġġ dirett jew indirett; iħeġġeġ lill-atturi esterni kollha jieħdu l-miżuri neċessarji biex itemmu l-bejgħ jew il-forniment ta’ armi u tagħmir militari ieħor lill-partijiet kollha, skont l-embargo fuq l-armi stabbilit mir-Riżoluzzjonijiet 1556 (2004) u 1591 (2005) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jikkundanna l-forom kollha ta’ interferenza esterna li jkebbsu l-gwerra fis-Sudan, inklużi t-trasferimenti tal-armi, l-iskjerament tal-merċenarji, il-kuntrabandu tad-deheb u n-networks finanzjarji illeċiti, li jdgħajfu s-sovranità tas-Sudan u jikkontribwixxu direttament għall-atroċitajiet tal-massa, u jisħaq li tali azzjonijiet jistgħu jinvolvu responsabbiltà internazzjonali; jitlob li jintemm minnufih ir-reklutaġġ tal-merċenarji u l-forniment ta’ provvisti u appoġġ militari jew loġistiku lill-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu u lill-milizzji alleati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol ċentrali tas-soċjetà ċivili tas-Sudan, tal-kumitati ta’ reżistenza, tat-trade unions, tal-organizzazzjonijiet tan-nisa u taż-żgħażagħ, tal-komunitajiet ta’ minoranza u emarġinati, u ta’ atturi oħra fil-livell lokali fi kwalunkwe riżoluzzjoni politika; jappella lill-UE biex tagħti prijorità lill-parteċipazzjoni, il-protezzjoni u l-għoti ta’ riżorsi tagħhom, inkluż permezz ta’ finanzjament dirett u flessibbli u inizjattivi ta’ spazju sikur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jappella għar-restawr u t-tisħiħ tal-istat tad-dritt, l-obbligu ta’ rendikont, ir-rispett għad-dritt internazzjonali – inkluż id-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt li jirrigwarda d-drittijiet tal-bniedem – u l-ġustizzja fis-Sudan; jisħaq li l-futur tas-Sudan ma jistax jissawwar minn gruppi u networks estremisti vjolenti, li l-influwenza destabbilizzanti tagħhom ilha tkebbes il-vjolenza u l-instabbiltà fis-Sudan u fir-reġjun kollu; jitlob il-waqfien immedjat tal-ostilitajiet u jistieden lill-partijiet kollha jinvolvu ruħhom fi djalogu sinifikattiv biex jintemm il-kunflitt u tiġi stabbilita tranżizzjoni lejn governanza demokratika ċivili; jistieden lill-atturi terzi kollha jappoġġjaw l-azzjonijiet diplomatiċi biex jiżguraw waqfien tal-ostilitajiet; jikkundanna l-ksur kollu tal-embargi kollha tan-NU fuq l-armi; jafferma mill-ġdid li tranżizzjoni mmexxija ġenwinament minn persuni ċivili hija l-unika triq vijabbli ’l quddiem lejn paċi sostenibbli fis-Sudan; jappoġġja bil-qawwa l-isforzi tal-Unjoni Afrikana u tas-sħab reġjonali biex jiffaċilitaw proċess ta’ paċi; jissottolinja li s-soċjetà ċivili Sudaniża, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet immexxija min-nisa, jeħtiġilha tkun ċentrali fit-taħditiet ta’ paċi u tmexxi l-proċess ta’ tranżizzjoni; għal dan l-għan, jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkontribwixxu b’mod proattiv għan-negozjati għall-paċi mas-sħab fil-komunità internazzjonali, u jappoġġjaw politikament u finanzjarjament lis-soċjetà ċivili, lill-organizzazzjonijiet immexxija min-nisa, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-ġurnalisti tas-Sudan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jitlob li jinfetħu kurituri umanitarji sikuri, b’mod partikolari f’El Fasher, f’Kadugli u f’El Obeid, u li dawn jiġu mmonitorjati u vverifikati min-Nazzjonijiet Uniti u mill-Unjoni Afrikana biex tiġi żgurata l-konformità; jisħaq li l-UE jeħtiġilha tippromwovi u tappoġġja b’mod attiv waqfien mill-ġlied verifikabbli bħala prerekwiżit għal kwalunkwe proċess ta’ paċi sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jappella għal aċċess umanitarju immedjat, sikur u mingħajr xkiel għall-popolazzjonijiet affettwati kollha, huma fejn huma, u jitlob li ż-żewġ partijiet iwaqqfu l-użu tal-għajnuna bħala arma; iħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-kunflitt ineħħu l-ostakli kollha li jfixklu t-twassil tal-assistenza umanitarja mingħajr dewmien, u jiżguraw aċċess umanitarju immedjat, mingħajr kundizzjonijiet, sikur u mingħajr xkiel, iwaqqfu l-ostruzzjoni intenzjonata u jipproteġu lill-popolazzjoni ċivili; jitlob li jiġi pprovdut appoġġ lill-pajjiżi ġirien li jospitaw lir-rifuġjati Sudaniżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-partijiet fil-kunflitt jirrestawraw is-servizzi ta’ komunikazzjoni fis-Sudan kollu mingħajr dewmien, itemmu l-blackouts tal-internet li jiksru d-dritt tal-poplu Sudaniż għall-informazzjoni u jfixklu l-għoti ta’ servizzi umanitarji u ta’ emerġenza, kif ukoll jaffettwaw is-sikurezza u l-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u jostakolaw il-monitoraġġ u r-rappurtar kruċjali dwar il-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jiddeplora l-qtil tal-massa, l-eżekuzzjonijiet u l-vjolenza sesswali mwettqa f’El Fasher u fl-inħawi ta’ madwaru matul u wara l-attakk tal-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu; jesprimi tħassib serju dwar rapporti ta’ ħtif kontinwu ta’ persuni u ta’ nuqqas ta’ aċċess umanitarju; jikkundanna, b’mod partikolari, l-immirar intenzjonat tal-infrastruttura ċivili, inkluża l-qerda tal-moskej u tal-knejjes, u jitlob li jiġu protetti l-minoranzi reliġjużi u li jiġi ssalvagwardjat id-dritt tagħhom għal qima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iħeġġeġ lill-partijiet fil-kunflitt itemmu minnufih l-ostilitajiet, iwaqqfu l-attakki kollha fuq il-popolazzjoni u l-infrastruttura ċivili, iwaqqfu l-attakki fuq l-infrastruttura u l-għajnuna umanitarja, itemmu l-użu tat-tbatija tal-ġuħ u l-vjolenza sesswali bħala armi tal-gwerra, iwaqqfu r-reklutaġġ u l-użu ta’ suldati tfal, u jippermettu l-aċċess umanitarju mingħajr xkiel fil-pajjiż kollu, joħolqu kurituri umanitarji, ifittxu soluzzjoni nnegozjata u jissodisfaw l-impenji tagħhom tad-Dikjarazzjoni ta’ Jeddah; jesprimi tħassib serju dwar id-deterjorament allarmanti fil-kriżi umanitarja fis-Sudan, peress li l-kunflitt wassal għall-aktar katastrofi umanitarja severa dinjija u qed ikompli jixprunaha, b’karestija kkonfermata f’partijiet tal-pajjiż; jesprimi tħassib, barra minn hekk, dwar l-effetti tal-migrazzjoni tal-massa lejn il-pajjiżi ġirien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-partijiet kollha jtemmu minnufih l-użu mifrux tal-istupru u tal-forom l-oħra kollha tal-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru bħala armi tal-gwerra; jitlob appoġġ għall-protezzjoni, il-kura, it-trattament u l-appoġġ psikosoċjali għas-superstiti tal-vjolenza sesswali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-partijiet fil-kunflitt iwaqqfu l-attakki mmirati lejn l-attivisti Sudaniżi, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, u l-fastidju tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Iħeġġeġ lill-partijiet kollha jirrispettaw l-obbligi tagħhom fl-ambitu tad-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali li jirrigwarda d-drittijiet tal-bniedem billi jużaw kull mezz possibbli biex jipproteġu lill-popolazzjoni ċivili u l-oġġetti ċivili; jisħaq li l-indirizzar tas-sitwazzjoni tan-nisa u l-bniet fis-Sudan, u b’mod partikolari l-vjolenza sesswali relatata mal-kunflitt li għaddejja bħalissa, irid jingħata prijorità fl-isforzi mmirati biex jindirizzaw il-kunflitt fis-Sudan; jissottolinja l-ħtieġa ta’ appoġġ suffiċjenti għas-servizzi soċjali ta’ emerġenza, u ta’ appoġġ speċifiku għall-mekkaniżmi ta’ protezzjoni, kura, trattament u appoġġ għas-superstiti ta’ vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-pajjiżi ġirien tas-Sudan jiftħu l-fruntieri tagħhom għar-rifuġjati Sudaniżi, u jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu malajr il-finanzjament ta’ emerġenza għar-rispons umanitarju fis-Sudan u fil-kampijiet tar-rifuġjati fil-pajjiżi ġirien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jenfasizza r-riskju gravi li l-kunflitt fis-Sudan se jinfirex f’reġjuni vulnerabbli oħra, bħall-Qarn tal-Afrika u s-Saħel, u jinsab imħasseb serjament dwar l-effetti tal-kriżi Sudaniża fuq il-flussi tal-migrazzjoni irregolari lejn l-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jżommu u jżidu l-impenn umanitarju tal-UE ta’ EUR 273 miljun għas-Sudan u għar-reġjun, filwaqt li jiżguraw li l-fondi jilħqu lil dawk l-aktar fil-bżonn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jitlob li l-awturi tar-reati kriminali kollha kontra l-poplu Sudaniż jinżammu responsabbli mingħajr dewmien; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jappoġġjaw l-espansjoni tal-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali għas-Sudan kollu, l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ġudizzjarju indipendenti, kif irrakkomandat mill-Missjoni Internazzjonali Indipendenti ta’ Tiftix tal-Fatti u li l-proċedimenti nazzjonali jinġiebu taħt ġuriżdizzjoni universali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jenfasizza li l-obbligu ta’ rendikont huwa imperattiv legali u morali; jisħaq li l-ġustizzja ma tistax tistenna u li l-komunità internazzjonali jeħtiġilha taġixxi b’mod deċiżiv biex dawk responsabbli jitressqu l-qorti fl-ambitu tad-dritt internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jappella għal investigazzjonijiet fil-pront, effettivi, bir-reqqa, indipendenti, imparzjali u trasparenti biex l-awturi tar-reati jinżammu responsabbli, inklużi dawk fil-katina ta’ kmand;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jirduppjaw l-isforzi diplomatiċi lejn iż-żewġ partijiet fil-kunflitt u jużaw l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jiżguraw aċċess għall-mekkaniżmi kollha ta’ obbligu ta’ rendikont, jirrispondu b’mod urġenti għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fis-Sudan u jżommu lill-awturi tar-reati responsabbli għal dan il-ksur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq li l-miżuri restrittivi attwali tal-UE huma importanti, iżda għadhom b’mod ċar insuffiċjenti biex iwaqqfu l-atroċitajiet li għaddejjin; jitlob, għalhekk, involviment diplomatiku aktar profond u sostnut, b’mod partikolari permezz tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Qarn tal-Afrika, Annette Weber, flimkien ma’ miżuri konkreti ta’ obbligu ta’ rendikont immirati kemm lejn l-awturi ta’ reati kif ukoll lejn il-kompliċi tagħhom madwar id-dinja; jitlob, barra minn hekk, li jinħatar Mibgħut Speċjali tal-UE għas-Sudan, b’mandat robust biex jikkoordina l-azzjoni tal-UE, jikkollabora mas-sħab reġjonali, jiffaċilita l-involviment diplomatiku u jiżgura appoġġ konsistenti għas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-atturi demokratiċi tas-Sudan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE tapplika sanzjonijiet immirati skont ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem għall-kmandanti ewlenin tal-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu u tal-Forzi Armati Sudaniżi, inklużi l-Ġenerali Abdel Fattah al-Burhan u Muhammad Hamdan “Hemedti” Dagalo u n-networks rispettivi tagħhom, kif ukoll għall-finanzjaturi u l-faċilitaturi esterni, għar-responsabbiltà tagħhom għal ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jagħti bidu b’mod urġenti għall-proċedura biex jiġi evalwat jekk il-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu jissodisfawx il-kriterji għall-inklużjoni fil-“lista tal-UE ta’ terroristi”, filwaqt li jiżgura rieżami rigoruż tal-evidenza sostanzjali tal-azzjonijiet tal-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu u, jekk ikun ġustifikat, jipproċedi għal deżinjazzjoni unanima mill-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri, b’kont meħud tal-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju, jieħdu azzjoni b’saħħitha u jaħdmu mill-qrib mas-sħab internazzjonali biex jipprevjenu l-ġenoċidju fis-Sudan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Iħeġġeġ lill-partijiet kollha fil-kunflitt jinvolvu ruħhom b’mod kostruttiv f’negozjati inklużivi ta’ waqfien mill-ġlied u jenfasizza l-ħtieġa urġenti ta’ proċess ta’ medjazzjoni kredibbli u inklużiv; iħeġġeġ lill-atturi esterni kollha li direttament jew indirettament jipprovdu armi, appoġġ finanzjarju, jew appoġġ ta’ kwalunkwe tip ieħor lill-partijiet fil-kunflitt biex iwaqqfu immedjatament tali appoġġ u biex jikkonformaw mal-embargo tan-NU fuq l-armi; jinnota li l-embargo eżistenti fuq l-armi huwa limitat għad-Darfur u jitlob li jiġi estiż biex ikopri s-Sudan kollu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jilqa’ d-dikjarazzjoni konġunta maħruġa mill-Quad (l-Eġittu, l-Arabja Sawdija, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Istati Uniti) fit-12 ta’ Settembru 2025 dwar it-tmiem tal-kunflitt fis-Sudan u jfakkar li jibqa’ l-uniku format ta’ medjazzjoni rikonoxxut għal dan il-kunflitt; jesprimi appoġġ għall-isforzi tal-Unjoni Afrikana u tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp biex tiġi kkoordinata pressjoni internazzjonali u bilaterali fuq il-partijiet kollha bil-għan li jiġi żgurat waqfien mill-ġlied, jittejjeb l-aċċess umanitarju u jitnieda mill-ġdid djalogu politiku inklużiv, f’kooperazzjoni mas-sħab bħall-UE, il-Lega tal-Istati Għarab u n-Nazzjonijiet Uniti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, lill-Qorti Kriminali Internazzjonali, u lill-awtoritajiet tas-Sudan.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>