<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0311</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni politika fil-Myanmar inkluża l-kriżi umanitarja tar-Rohingya</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0508, 0510, 0513, 0516, 0521 u 0523/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2025 dwar is-sitwazzjoni politika fil-Myanmar inkluża l-kriżi umanitarja tar-Rohingya (2025/2986(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Myanmar u dwar is-sitwazzjoni tar-Rohingya,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar il-Myanmar u dwar ir-Rohingya,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Kunsens ta’ Ħames Punti (5PC) dwar is-sitwazzjoni fil-Myanmar, adottat fil-Laqgħa tal-Mexxejja tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) f’Jakarta fl-24 ta’ April 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU tal-1948 dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tal-1951 u l-Protokoll tal-1967 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-6 ta’ Jannar 2025 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u tal-Gvernijiet tal-Istati Uniti, tal-Awstralja, tal-Kanada, ta’ New Zealand, tan-Norveġja, tal-Korea t’Isfel, tal-Iżvizzera, ta’ Timor Leste u tar-Renju Unit li tindirizza l-kriżi umanitarja u tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-31 ta’ Jannar 2025 mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà fir-raba’ anniversarju tal-kolp ta’ stat fil-Myanmar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/820 tal-25 ta’ April 2025 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/820, 28.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/820/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-16 ta’ Mejju 2025 mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar l-allinjament ta’ ċerti pajjiżi fir-rigward ta’ miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra ż-żjara tas-Sottokumitat tal-Parlament għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Bangladesh mis-16 sat-18 ta’ Settembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-17 ta’ Ottubru 2025 mill-membri tal-Parlamentari għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-ASEAN u tal-Parlament Ewropew li tappella għal azzjoni aktar b’saħħitha tal-UE biex jiġu rrifjutati l-elezzjonijiet tal-ġunta tal-Myanmar u tingħata prijorità lill-protezzjoni umanitarja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-20 ta’ Ottubru 2025 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rieżami u d-Deċiżjoni dwar l-Implimentazzjoni tal-Kunsens ta’ Ħames Punti” tal-“Mexxejja tal-ASEAN”, adottati f’Kuala Lumpur fis-26 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fl-1 ta’ Frar 2021, il-forzi militari tal-Myanmar, magħrufa bħala t-Tatmadaw, bi ksur ċar tal-Kostituzzjoni tal-Myanmar, arrestaw lill-President Win Myint u lill-Kunsillier tal-Istat Aung San Suu Kyi u ħatfu l-poter fuq il-fergħat leġiżlattivi, ġudizzjarji u eżekuttivi tal-gvern permezz ta’ kolp ta’ stat; billi f’Awwissu 2021, il-kap kmandant, Min Aung Hlaing, iddikjara lilu nnifsu bħala Prim Ministru u estenda l-istat ta’ emerġenza ferm lil hinn mill-iskadenzi mħabbra inizjalment;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi mill-1 ta’ Frar 2021, politiċi, uffiċjali tal-gvern, rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, atturi reliġjużi, dimostranti paċifiċi u ġurnalisti ġew arrestati illegalment jew inżammu f’detenzjoni domiċiljari; billi l-aħħar rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar jiddikjara li, sa mill-kolp ta’ stat, kważi 30 000 persuna ġew arrestati u aktar minn 22 000 priġunier politiku kienu għadhom il-ħabs f’Ottubru 2025; billi mill-inqas 1 853 persuna mietu f’detenzjoni sa mill-kolp ta’ stat u aktar minn 70 individwu oħra mietu waqt li kienu detenuti bejn Jannar u Lulju 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-ġunta eskalat b’mod drammatiku l-bumbardamenti indiskriminati mill-ajru, l-attakki tal-artillerija u l-attakki ta’ ħruq doluż fuq l-infrastruttura ċivili, inklużi skejjel, kliniki mediċi, monasteri, kampijiet u djar ta’ spostament, biex b’hekk inqerdu aktar minn 100 000 dar ċivili u nqatlu mill-inqas 7 300 ċivili sa mill-kolp ta’ stat; billi l-ġunta għadha qed timponi lieva furzata, inkluż taż-żgħażagħ, filwaqt li twettaq arresti arbitrarji, tortura, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, għajbien furzat u vjolenza sesswali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi madwar 3,6 miljun persuna ġew spostati bħala riżultat tal-kunflitt armat u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar; billi fil-bidu tal-2025, in-NU stmaw li 19,9 miljun persuna kienu jeħtieġu assistenza umanitarja, ċifra li żdiedet għal 21,9 miljuni wara t-terremot f’Marzu 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi s-sitwazzjoni kompliet tiddeterjora wara t-terremot devastanti ta’ skala 7,7 fit-28 ta’ Marzu 2025, li warajh il-forzi tal-ġunta mblukkaw l-aċċess umanitarju, heddew u estortaw lill-ħaddiema ta’ sokkors, ikkonfiskaw il-provvisti mediċi u komplew l-attakki mill-ajru fuq żoni ċivili u affettwati mid-diżastru, mingħajr ma ħadu miżuri biex jipproteġu liċ-ċivili, u b’hekk l-2025 saret l-aktar sena fatali ta’ attakki mill-ajru sa mill-kolp ta’ stat;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-kriżi ekonomika fil-Myanmar qed tikber, b’telf massiv fil-PDG, iperinflazzjoni, kollass tal-munita, insigurtà tal-ikel u faqar li jaffettwaw sehem kbir tal-popolazzjoni, u dan qed ikompli jiggrava t-traġedja umanitarja li tinsab għaddejja bħalissa;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi f’April 2021 il-Laqgħa tal-Mexxejja tal-ASEAN issarfet f’kunsens ta’ ħames punti dwar is-sitwazzjoni fil-Myanmar; billi l-UE tappoġġja r-rwol diplomatiku tal-ASEAN u l-isforzi biex ittemm il-vjolenza fil-Myanmar u tirritorna l-poter lil gvern ċivili elett demokratikament; billi l-pajjiżi tal-ASEAN enfasizzaw uffiċjalment li l-waqfien tal-vjolenza u d-djalogu politiku inklużiv iridu jippreċedu l-elezzjonijiet; billi rikonċiljazzjoni nazzjonali ġenwina, il-paċi u d-demokrazija jistgħu jinkisbu biss jekk il-ġunta militari ċċedi l-ħakma tagħha fuq il-poter u l-governanza ċivili tiġi restawrata, flimkien mal-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, u jekk jiġi ggarantit l-obbligu ta’ rendikont għall-abbużi tal-passat;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-minoranza tar-Rohingya tal-Myanmar, li fil-biċċa l-kbira tagħha hija Musulmana, ġarrbet aktar minn ħames deċennji ta’ marġinalizzazzjoni mmexxija mill-Istat; billi l-forzi militari tal-Myanmar issottomettew lir-Rohingya għal vjolenza atroċi li tikkostitwixxi delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra; billi skont il-Liġi tal-1982 dwar iċ-Ċittadinanza tal-Myanmar, ir-Rohingya mhumiex meqjusa bħala ċittadini mill-awtoritajiet u b’hekk jirrappreżentaw l-akbar popolazzjoni apolida fid-dinja; billi madwar 600 000 Rohingya għadhom maqbuda fl-Istat ta’ Rakhine u huma soġġetti għall-persekuzzjoni u l-vjolenza, limitati għal kampijiet u rħula mingħajr libertà ta’ moviment, u maqtugħa mill-aċċess għall-ikel, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u għajxien adegwati;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-vjolenza fl-Istat ta’ Rakhine intensifikat b’mod drammatiku mill-2024 ‘l hawn, peress li l-ġunta, l-Armata Arakan u l-gruppi armati Rohingya kollha huma implikati fi ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż qtil tal-massa, reklutaġġ furzat ta’ rġiel u subien Rohingya, dekapitazzjonijiet, ħruq doluż ta’ rħula Rohingya u Rakhine, attakki bid-droni fuq iċ-ċivili, u attakki fuq siti ta’ spostament; billi bejn l-2024 u Novembru 2025, madwar 150 000 Rohingya ħarbu lejn il-Bangladesh minħabba l-eskalazzjoni fil-vjolenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Bangladesh għadu jospita kważi miljun rifuġjat Rohingya f’Cox’s Bazar u f’Bhasan Char; billi l-assistenza umanitarja laħqet livelli ta’ kriżi wara l-kollass drammatiku tal-finanzjament globali; billi l-għajnuna umanitarja kontinwa u l-impenn tal-UE huma meħtieġa u indispensabbli għas-sopravivenza tar-Rohingya; billi n-nuqqas ta’ prospetti għal ritorn volontarju, sikur u dinjituż iħalli lir-Rohingya fi stat ta’ spostament fit-tul u ta’ disprament dejjem akbar;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi korpi kredibbli tan-NU, tad-drittijiet tal-bniedem u korpi investigattivi, kif ukoll ir-Rapporteur Speċjali tan-NU, iddokumentaw attakki mifruxa u sistematiċi kontra l-poplu tal-Myanmar, li f’ħafna każijiet jammontaw għal delitti kontra l-umanità u delitti tal-gwerra skont id-dritt internazzjonali, u enfasizzaw il-ħtieġa li jingħata rendikont;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-UE u l-Istati Membri tagħha appellaw b’mod konsistenti għall-obbligu ta’ rendikont għad-delitti kontra r-Rohingya u appoġġjaw il-proċessi tal-ġustizzja internazzjonali; billi f’Novembru 2024, il-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) talab mandat ta’ arrest għall-Kap Kmandant tal-Myanmar Min Aung Hlaing, u dan il-mandat għadu pendenti quddiem il-QKI; billi l-impunità għal ksur serju għadha għaddejja;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-UE żiedet il-miżuri restrittivi tagħha kontra l-Myanmar minn mindu seħħ il-kolp ta’ stat militari tal-2021, u s’issa adottat tmien pakketti ta’ sanzjonijiet immirati lejn ir-reġim militari tal-Myanmar; billi dawn il-pakketti ta’ sanzjonijiet jinkludu projbizzjonijiet tal-ivvjaġġar għal individwi, projbizzjoni ta’ embargo fuq apparat ta’ sorveljanza u fuq l-armi, projbizzjoni tal-esportazzjoni ta’ oġġetti b’użu doppju u iffriżar tal-assi għal individwi u entitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-awtoritajiet militari tal-Myanmar qed ikomplu jirrestrinġu l-aċċess għall-internet u jimponu għeluq nazzjonali u lokalizzat tiegħu, jikkriminalizzaw l-espressjoni online permezz tal-Liġi tal-2025 dwar iċ-Ċibersigurtà, jipprojbixxu n-networks virtwali privati, jiċċensuraw il-pjattaformi diġitali u jarrestaw lil dawk li jesprimu nuqqas ta’ qbil online, filwaqt li jimminaw serjament il-libertà tal-espressjoni u l-aċċess għall-informazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi fid-29 ta’ Lulju 2025, il-ġunta ppromulgat il-liġi drakonjana dwar il-Protezzjoni tal-Elezzjonijiet Ġenerali Demokratiċi Multipartitiċi mill-Ostruzzjoni, it-Tfixkil u l-Qerda li tikkriminalizza l-kritika tal-proċess elettorali billi tipprojbixxi kwalunkwe diskorsi, ġemgħat organizzati, jew protesti paċifiċi li jitqies li jkunu qed “ifixklu” l-proċess elettorali; billi aktar minn 40 partit politiku ġew xolti wara l-promulgazzjoni ta’ din il-liġi; billi l-ksur ta’ din il-liġi jġorr piena ta’ sa 20 sena ħabs u anki l-piena tal-mewt;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi sa minn Awwissu 2025, l-awtoritajiet tal-ġunta arrestaw mill-inqas 94 individwu, inklużi erbat itfal, skont din il-liġi minħabba l-attività u l-atti online tagħhom inklużi d-distribuzzjoni ta’ stikers jew fuljetti u diskorsi li għamlu, fost allegati atti oħra ta’ “interferenza”; billi fid-9 ta’ Settembru 2025, Nay Thway ġie kkundannat għal seba’ snin ta’ xogħol iebes f’Taunggyi, l-Istat ta’ Shan, minħabba post fuq Facebook li kkritika l-ġunta; billi fid-29 ta’ Ottubru 2025, il-produtturi tal-films Zambu Htun Thet Lwin u Aung Chan Lu ġew arrestati sempliċement għal “like” ta’ post fuq Facebook li kkritika film ta’ propaganda elettorali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-ġunta militari qed tipprova tiffabbrika l-leġittimità permezz ta’ elezzjonijiet multifażi frodulenti li hu ppjanat li jsiru fit-28 ta’ Diċembru 2025 u fil-11 ta’ Jannar 2026; billi dawn l-elezzjonijiet illeġittimi qed jiġu organizzati f’partijiet tal-pajjiż ikkontrollati mill-ġunta militari u f’ambjent ta’ repressjoni sistematika, inklużi l-arresti tal-massa ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni, ix-xoljiment ta’ partiti politiċi bħal-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija, il-kriminalizzazzjoni tad-dissens, is-sorveljanza pervażiva, ir-restrizzjonijiet severi fuq il-moviment, u l-priġunerija ta’ ġurnalisti, attivisti favur id-demokrazija u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-kolp ta’ stat li seħħ fl-1 ta’ Frar 2021 fil-Myanmar u t-tmexxija vjolenti u illeġittima tal-ġunta, inkluża r-repressjoni li għaddejja bħalissa min-naħa tat-Tatmadaw u l-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq kontra ċ-ċivili, il-minoranzi etniċi u l-avversarji politiċi; jistieden lit-Tatmadaw jirrispettaw bis-sħiħ l-eżitu tal-elezzjonijiet demokratiċi ta’ Novembru 2020 u jistabbilixxu mill-ġdid u minnufih il-gvern ċivili, itemmu l-istat ta’ emerġenza, iwaqqfu l-użu tal-vjolenza kontra d-dimostranti paċifiċi, jirrispettaw id-dritt għal-libertà ta’ espressjoni u assoċjazzjoni u jippermettu lill-parlamentari eletti kollha jwettqu l-mandati tagħhom mingħajr restrizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jesprimi allarm profond rigward il-metodi ta’ repressjoni brutali użati mill-ġunta, inklużi l-lieva furzata, it-tortura, il-qtil ekstraġudizzjarju, l-għajbien furzat, id-detenzjoni arbitrarja, il-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru u l-impunità sistemika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jappella għal waqfien mill-ġlied immedjat u għat-tmiem tal-vjolenza bħala prerekwiżit għal paċi sostenibbli, dejjiema u fit-tul għall-poplu tal-Myanmar; jenfasizza li l-ebda proċess elettorali trasparenti u inklużiv mhuwa possibbli mingħajr ma tinġieb fi tmiemha l-vjolenza fil-Myanmar; jisħaq li kwalunkwe elezzjoni li ssir fl-atmosfera attwali ta’ biża’ u repressjoni u bi ksur tal-istandards internazzjonali kollha ma tistax titqies bħala ħielsa u ġusta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jiċħad bħala illeġittima kwalunkwe elezzjoni organizzata unilateralment mill-ġunta, b’mod partikolari l-elezzjoni ġenerali li hu ppjanat li ssir f’Diċembru 2025 u f’Jannar 2026, li tikser b’mod ċar l-istandards demokratiċi; jisħaq li l-ebda proċess elettorali kredibbli ma jista’ jseħħ taħt kundizzjonijiet ta’ repressjoni, spostament tal-massa, detenzjonijiet arbitrarji kontinwi, u fl-assenza ta’ djalogu politiku inklużiv; jiddenunzja kwalunkwe riżultat ta’ dawn l-elezzjonijiet illeġittimi li jirrappreżentaw it-tentattiv tal-ġunta li tikseb leġittimità internazzjonali; jafferma li perkors kredibbli lejn il-paċi u d-demokrazija jirrikjedi li l-ġunta militari ttemm il-vjolenza u ċċedi l-poter, tippermetti awtorità tranżizzjonali ċivili, tirrestawra l-istituzzjonijiet demokratiċi u terġa’ tistabbilixxi mexxejja ċivili leġittimi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jikkundanna l-Liġi dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Partiti Politiċi u l-Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Elezzjonijiet Ġenerali Demokratiċi Multipartitiċi mill-Ostruzzjoni, it-Tfixkil u l-Qerda, li huma għodod ta’ oppressjoni politika u soċjali sfaċċata, u jappella għar-revoka immedjata tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jappella għall-ħelsien immedjat u bla kundizzjonijiet tal-President Win Myint, tal-Kunsillier tal-Istat Aung San Suu Kyi u tal-oħrajn kollha li ġew arrestati abbażi ta’ akkużi bla bażi jew li jinsabu detenuti abbażi ta’ akkużi politikament motivati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jappoġġja lill-Kumitat li jirrappreżenta lill-Pyidaungsu Hluttaw u lill-Gvern ta’ Unità Nazzjonali (NUG) bħala l-uniċi rappreżentanti leġittimi tax-xewqat demokratiċi tal-poplu tal-Myanmar; jistieden lill-ASEAN u lill-komunità internazzjonali biex jinkluduhom u jinvolvuhom fi djalogu politiku ġenwin u inklużiv u fi sforzi bl-għan li l-kriżi tissolva b’mod paċifiku abbażi tar-rispett tal-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jafferma mill-ġdid in-natura multietnika tal-Myanmar u jħeġġeġ lit-Tatmadaw jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet inaljenabbli ta’ kull etniċità; jappella għal investigazzjoni immedjata, rigoruża, indipendenti u trasparenti tad-delitti kommessi fil-pajjiż mill-forzi militari u jitlob li l-awturi jitressqu quddiem il-ġustizzja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Itenni l-kundanna tiegħu tal-persekuzzjoni u tal-ispostament tal-massa li jinsabu għaddejjin tal-popolazzjoni Musulmana Rohingya u tal-attakki sistematiċi kontra din il-popolazzjoni; jissottolinja li l-UE qed tkompli timmonitorja mill-qrib l-azzjonijiet tat-tmexxija militari fil-konfront tal-minoranzi fil-pajjiż, inkluża l-popolazzjoni Rohingya; jikkundanna t-tbatija sproporzjonata tal-minoranza Rohingya, li għadha apolida, tiffaċċja diskriminazzjoni dejjem tiżdied u hija nieqsa minn aċċess sinifikattiv għall-għajnuna umanitarja, filwaqt li tinsab maqbuda bejn il-partijiet fil-kunflitt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-persekuzzjoni tal-minoranzi reliġjużi, inklużi l-Insara, il-Musulmani u gruppi reliġjużi oħra fil-pajjiż; iħeġġeġ lit-Tatmadaw itemmu l-qtil u l-arresti ta’ nies li jagħmlu parti minn minoranzi reliġjużi, kif ukoll il-bumbardament u r-raids ta’ postijiet ta’ qima; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu rigward l-attakki frekwenti fuq il-knejjes, il-moskej, il-monasterji, l-iskejjel u l-faċilitajiet mediċi, u l-arresti tal-mexxejja reliġjużi; jenfasizza t-tħassib dejjem jikber tal-komunità internazzjonali rigward il-vjolenza mmirata lejn il-minoranzi reliġjużi fil-Myanmar; jappella għar-rispett tal-libertà reliġjuża fil-Myanmar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-kriżi tar-Rohingya, inklużi d-diskriminazzjoni, iċ-ċaħda taċ-ċittadinanza u l-esklużjoni mill-ħajja politika; jappella għal riforma tal-Liġi dwar iċ-Ċittadinanza tal-1982 li ċċaħħad lir-Rohingya mid-drittijiet tagħhom ta’ ċittadinanza tal-Myanmar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jappella għal sforzi favur titjib sostenibbli biex jiġi żgurat ir-ritorn dinjituż u sikur tal-popolazzjoni Rohingya; jistieden lill-UE tassumi rwol ewlieni fil-mobilizzazzjoni tal-appoġġ internazzjonali għall-poplu Rohingya u fl-iżgurar tal-għoti ta’ rendikont minn dawk responsabbli għall-persekuzzjoni ta’ dan il-poplu, b’mod partikolari l-forzi militari tal-Myanmar; ifaħħar lill-Bangladesh tal-appoġġ u tal-ġenerożità kruċjali tiegħu, talli ospita aktar minn miljun membru tal-komunità Rohingya, minkejja sfidi enormi, u tal-involviment tal-popolazzjonijiet lokali fid-distretti ta’ Cox’s Bazar u Chittagong talli pprovdew appoġġ; iħeġġeġ lill-awtoritajiet ikomplu bl-isforzi tagħhom biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tar-Rohingya;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-allokazzjoni ta’ għajnuna umanitarja tal-UE ta’ Marzu 2025, inklużi EUR 32,3 miljun għar-rifuġjati Rohingya fil-Bangladesh, u jappella għal finanzjament sostnut u prevedibbli tal-Pjan ta’ Rispons Konġunt għall-2025-2026 biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ finanzjament kritiku; jenfasizza, madankollu, li l-finanzjament umanitarju waħdu ma jistax ikopri l-ħtiġijiet ta’ aktar minn miljun rifuġjat; jissottolinja li huwa indispensabbli li, biex jinkiseb titjib fit-tul u sostenibbli fis-sitwazzjoni tar-Rohingya, tissolva l-kriżi fil-Myanmar, li hija l-kawża ewlenija tal-qtil, tal-ispostamenti u tal-kriżi umanitarja mwiegħra tar-Rohingya; jappella, f’dan ir-rigward, għal aktar assistenza umanitarja mill-komunità internazzjonali u mill-pajjiżi fir-reġjun; iħeġġeġ lill-Istati Uniti jkomplu l-għajnuna umanitarja sinifikanti tagħhom lir-Rohingya;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jappella biex l-UE u l-Istati Membri jiżguraw finanzjament robust għas-servizzi psikosoċjali, tas-saħħa u ta’ protezzjoni fil-kampijiet tar-rifuġjati, speċjalment għall-vittmi tal-vjolenza sesswali u tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru, għan-nisa, għat-tfal u għal gruppi vulnerabbli oħrajn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq li l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi assoċjati għandhom iżommu l-embargo fuq il-provvista, il-bejgħ u t-trasferiment diretti jew indiretti, inklużi t-tranżitu, l-ispedizzjoni u l-intermedjazzjoni, tal-armi, tal-munizzjon u ta’ tagħmir u sistemi militari ta’ sigurtà u ta’ sorveljanza oħra kollha, kif ukoll il-forniment ta’ taħriġ, manutenzjoni u assistenza oħra militari u ta’ sigurtà; jenfasizza l-ħtieġa li l-Qorti Kriminali Internazzjonali tinvestiga s-sitwazzjoni aktar; jitlob lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jimponi b’mod urġenti embargo globali fuq l-armi fil-konfront tal-Myanmar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jappella għal appoġġ robust għall-mekkaniżmi internazzjonali ta’ obbligu ta’ rendikont, inklużi l-Mekkaniżmu ta’ Investigazzjoni Indipendenti għall-Myanmar u l-proċedimenti quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jappoġġjaw lill-Qorti Kriminali Internazzjonali sabiex hija tkun tista’ tkompli l-ħidma kritika tagħha fil-Myanmar mingħajr xkiel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jikkundanna lill-atturi internazzjonali, b’mod partikolari r-Russja u ċ-Ċina, tal-appoġġ politiku, ekonomiku u militari tagħhom lill-ġunta tal-Myanmar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jappoġġja l-kontinwazzjoni u l-espansjoni ta’ sanzjonijiet immirati kontra dawk responsabbli għall-kolp ta’ stat, għall-atroċitajiet u għall-abbużi, inklużi kmandanti militari, entitajiet ekonomiċi u fornituri tal-armi; jappella għal sforzi internazzjonali mġedda u msaħħa biex jiġu imposti sanzjonijiet fuq il-ġunta tal-Myanmar u biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li l-ġunta ma tibbenefikax mill-iskema Kollox Minbarra Armi, jew f’każ kuntrarju, tirtira temporanjament il-mekkaniżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Iħeġġeġ li tiġi pprovduta aktar għajnuna umanitarja lir-rifuġjati Rohingya f’Cox’s Bazar, il-Bangladesh, lill-persuni spostati internament fil-Myanmar u lir-rifuġjati tul il-fruntiera bejn it-Tajlandja u l-Myanmar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jissottolinja n-neċessità ta’ kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u l-ASEAN biex jinbena rispons unifikat li jipprijoritizza d-drittijiet tal-bniedem u l-ġustizzja fil-Myanmar; iħeġġeġ lill-ASEAN, lill-istati membri tagħha u b’mod partikolari lill-Mibgħut Speċjali tagħha għall-Myanmar biex jużaw il-mandati tagħhom b’mod proattiv billi jikkooperaw mill-qrib mal-Mibgħut Speċjali tan-NU u jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-Gvern ta’ Unità Nazzjonali, l-organizzazzjonijiet etniċi, il-gruppi tan-nisa u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex javvanzaw proċess politiku inklużiv u jikkontribwixxu sabiex il-kriżi tissolva b’mod sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tirrapporta regolarment lill-Parlament dwar l-iżviluppi fil-Myanmar, inkluż dwar is-sitwazzjoni tal-gruppi reliġjużi u etniċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jesprimi s-solidarjetà soda tiegħu mal-poplu tal-Myanmar u mar-rappreżentanti demokratiċi leġittimi tiegħu, inklużi l-Gvern ta’ Unità Nazzjonali, l-organizzazzjonijiet rivoluzzjonarji etniċi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fit-taqbida tagħhom għal-libertà, għad-dinjità u għad-demokrazija; jonora l-kuraġġ ta’ dawk kollha li jirreżistu l-oppressjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President leġittimu u lill-Gvern ta’ Unità Nazzjonali tal-Myanmar, lill-Kumitat li jirrappreżenta lil Pyidaungsu Hluttaw, lill-Kunsillier tal-Istat tal-Myanmar, lit-Tatmadaw, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Uniti, tal-Bangladesh, tar-Renju Unit, tal-Ġappun, tal-Indja, tal-Awstralja u tal-Kanada, lill-istati membri tal-ASEAN, u lir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-ASEAN, lill-Kummissjoni Intergovernattiva tal-ASEAN għad-Drittijiet tal-Bniedem u lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>