<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0312</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-pjan propost u l-impenn tal-UE favur paċi ġusta u dejjiema għall-Ukrajna</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0545, 0546, 0547, 0548 u 0549/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2025 dwar il-pożizzjoni tal-UE dwar il-pjan propost u l-impenn tal-UE favur paċi ġusta u dejjiema għall-Ukrajna (2025/3001(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ukrajna u r-Russja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Presidenti tal-Kumitati għall-Affarijiet Barranin, li fiha esprimew l-appoġġ tagħhom favur paċi ġusta u dejjiema fl-Ewropa, tal-24 ta’ Novembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-għan tal-UE jibqa’ paċi ġusta u dejjiema msejsa fuq id-dritt internazzjonali u li tirrispetta bis-sħiħ l-integrità territorjali, l-indipendenza u s-sovranità tal-Ukrajna; billi r-Russja b’mod konsistenti ma turi l-ebda interess fil-paċi u qed tkompli tattakka ċ-ċivili Ukreni u l-infrastruttura tal-Ukrajna; billi l-inizjattiva biex tintemm il-gwerra li ġiet approvata reċentement mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti qajmet tħassib leġittimu dwar l-impenn tal-Istati Uniti favur id-dritt internazzjonali u s-sigurtà tal-Ewropa u tal-Ukrajna;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jassumu aktar responsabbiltà għas-sigurtà fil-kontinent Ewropew, jipprovdu appoġġ sod lill-Ukrajna filwaqt li jimpenjaw ruħhom b’mod attiv favur paċi dejjiema; jenfasizza li kwalunkwe ftehim li jkollu l-għan li jtemm il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna jmur ferm lil hinn mir-Russja u l-Ukrajna, u jkollu implikazzjonijiet profondi għall-ordni ta’ sigurtà Ewropew; jinsisti, f’dan il-kuntest, li m’għandu jiġi deċiż xejn dwar l-Ukrajna mingħajr l-Ukrajna, u xejn dwar l-Ewropa mingħajr l-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota l-isforzi mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti biex tintemm il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, iżda jqis li l-ambivalenza tal-politika tal-Istati Uniti fir-rigward tal-Ukrajna hija ta’ detriment għall-objettiv li tinkiseb paċi sostenibbli; jinsisti, għalhekk, li l-UE u l-Istati Membri tagħha juru tmexxija f’dan il-mument ġeopolitiku kruċjali u jkomplu jaħdmu mal-Istati Uniti u mas-sħab tal-istess fehma biex jiżguraw li n-negozjati għal paċi ġusta u dejjiema għall-Ukrajna jkunu msejsa fuq il-prinċipji tad-dritt internazzjonali, imwettqa <STRING ITALIC="on">in bona fide</STRING> u jistinkaw favur tmiem definittiv għall-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja li strateġija Ewropea għall-paċi fl-Ukrajna trid tkun ibbażata fuq id-dritt internazzjonali, issaħħaħ is-sigurtà Ewropea, tippreserva u tirrestawra s-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna u tkun aċċettabbli għall-Ukrajna u għall-poplu tagħha, kif ukoll isservi bħala l-bażi għal kwalunkwe negozjar diplomatiku ulterjuri; itenni li l-paċi ma tistax tinkiseb billi wieħed iċedi għall-aggressur, iżda tirrikjedi appoġġ sod u sostnut għall-Ukrajna u deterrenza adegwata biex ir-Russja ma tirrepetix l-aggressjoni tagħha fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iqis li, fid-dawl tal-istorja ta’ ksur sfaċċat min-naħa tar-Russja ta’ ftehimiet legalment vinkolanti preċedenti, impenji li tirrispetta s-sovranità tal-ġirien tagħha u l-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali, kwalunkwe ftehim dwar paċi sostenibbli se jkollu jiġi preċedut minn waqfien mill-ġlied u appoġġjat minn miżuri effettivi biex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-impenji u biex jiġi skoraġġut id-dewmien fit-twettiq tal-obbligi, u jkun mirfud minn garanziji ta’ sigurtà robusti tal-UE u tal-Istati Uniti lill-Ukrajna li se jipprevjenu u b’mod immedjat jaġixxu kontra kwalunkwe tiġdid tal-aggressjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja li kwalunkwe ftehim ta’ paċi ma jridx ipoġġi limitazzjonijiet fuq il-ħila tal-Ukrajna li tiddefendi s-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tagħha u, bħala effett ta’ dan, jagħmilha vulnerabbli għal attakki futuri; jissottolinja li tali ftehim irid joffri garanziji ta’ sigurtà kredibbli lill-Ukrajna li jammontaw għal-livell tal-Artikolu 5 tat-Trattat ta’ Washington u l-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u jevita ripetizzjoni tal-Memorandum ta’ Budapest tal-1994, u jikkonferma mill-ġdid li l-Ukrajna għandha l-libertà li tagħżel l-alleanzi politiċi u tas-sigurtà tagħha b’mod ħieles minn kwalunkwe veto Russu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jissottolinja li kwalunkwe ftehim ta’ paċi jeħtieġlu jobbliga lir-Russja tikkumpensa għalkollox lill-Ukrajna għall-ħsara materjali u immaterjali kollha li kkawżat; jenfasizza li kwalunkwe ftehim bħal dan irid jiggarantixxi responsabbiltà sħiħa fl-ambitu tad-dritt internazzjonali għad-delitt tal-aggressjoni u d-delitti tal-gwerra mwettqa mir-Russja, mill-alleati tagħha u mill-forzi bi prokura tagħha kontra l-Ukrajna u l-poplu tal-Ukrajna, quddiem il-Qorti Kriminali Internazzjonali u t-Tribunal Speċjali għad-Delitt tal-Aggressjoni; jenfasizza, barra minn hekk, li l-ftehim irid jiggarantixxi wkoll ir-ritorn tal-priġunieri tal-gwerra, tad-detenuti ċivili u tat-tfal Ukreni maħtufa kollha, kif ukoll l-irtirar tal-forzi Russi kollha mit-territorju tal-Ukrajna rikonoxxut internazzjonalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jadottaw u jimplimentaw, mingħajr dewmien ulterjuri, “self marbut mar-reparazzjonijiet” legalment u finanzjarjament sod lill-Ukrajna, appoġġjat bl-assi Russi ffriżati; jenfasizza li d-destin u l-kundizzjonijiet tal-investiment ta’ dawn l-assi mhumiex kwistjoni li tista’ tiġi nnegozjat mingħajr l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li t-territorju Ukren temporanjament okkupat mhux se jiġi rikonoxxut legalment mill-UE u mill-Istati Membri tagħha bħala territorju Russu; jenfasizza, barra minn hekk, li bħala parti mill-garanziji robusti ta’ sigurtà internazzjonali u sabiex jiġi pprevenut kwalunkwe ksur futur tas-sovranità u tal-integrità territorjali tal-Ukrajna, għandha tintbagħat missjoni internazzjonali robusta ta’ żamma tal-paċi u ta’ osservazzjoni b’mandat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fuq iż-żewġ naħat tal-linja ta’ kuntatt; itenni, minħabba s-sitwazzjoni volatili attwali tas-sigurtà fl-Ewropa, l-importanza li tinżamm preżenza militari tan-NATO u tal-Istati Uniti tul ix-xaqliba tal-Lvant peress li hija kruċjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà tar-reġjun; jenfasizza li jekk tinkiseb paċi ġusta bejn l-Ukrajna u r-Russja, l-UE, l-Istati Membri tagħha, l-Istati Uniti u s-sħab tal-istess fehma se jkollhom rwol kruċjali x’jaqdu biex jiggarantixxu l-implimentazzjoni tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja li kwalunkwe ftehim mar-Russja għandu jinkludi impenn min-naħa tar-Russja li twaqqaf minnufih il-gwerra ibrida tagħha kontra l-UE u s-sħab tagħha, inkluża l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinsisti li l-ebda sanzjoni mhi se titneħħa qabel ma jiġi negozjat u implimentat ftehim ta’ paċi; jistieden lill-UE, fil-każ li r-Russja tirrifjuta li tissieħeb f’taħditiet ta’ paċi serji, timponi aktar sanzjonijiet sostanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinsab konvint li negozjati ġenwini, appoġġjati mis-saħħa politika, militari u ekonomika kollha tal-komunità trans-Atlantika u s-sħab internazzjonali tagħha, jistgħu jistabbilixxu paċi komprensiva, ġusta u dejjiema għall-Ukrajna, u jwittu t-triq għal irkupru ekonomiku u soċjali ġust u inklużiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President, lill-Gvern u lill-Verkhovna Rada tal-Ukrajna, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kungress tal-Istati Uniti u lill-awtoritajiet Russi.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>