<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0313</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-ġestjoni ħażina tal-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0497/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2025 dwar ġestjoni organizzazzjonali ħażina tal-kompetizzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) (2025/2880(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tagħha dwar id-dritt għal amministrazzjoni tajba,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Petizzjoni Nru 0525/2025 imressqa minn ċittadin tal-UE dwar l-allegati kwistjonijiet organizzazzjonali li jiffaċċjaw il-kandidati li jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 233(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-EPSO huwa responsabbli għas-selezzjoni tal-persunal għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-UE, u jeħtieġlu jħaddan l-ogħla standards ta’ professjonaliżmu, imparzjalità u trasparenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-leġittimità demokratika u l-effiċjenza tal-istituzzjonijiet tal-UE huma msejsa fuq is-servizzi ta’ amministrazzjoni pubblika tal-UE, indipendenti, multilingwi u kompetenti ħafna li hija aċċessibbli bl-istess mod għal kull ċittadin tal-UE bl-aktar mod oġġettiv possibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Petizzjoni Nru 0525/2025 tesprimi tħassib serju dwar problemi organizzazzjonali u tekniċi ripetuti fil-kompetizzjonijiet tal-EPSO matul dawn l-aħħar sentejn, inkluż il-kanċellazzjoni tat-testijiet u tal-kompetizzjonijiet, ripetizzjonijiet frekwenti tas-sessjonijiet tat-testijiet, skedi ta’ żmien eċċessivament twal u komunikazzjoni ħażina mal-kandidati;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-rappreżentanti tal-kumitati tal-persunal u t-trade unions ukoll esprimew, b’mod ripetut, it-tħassib tagħhom dwar il-funzjonament ħażin tal-EPSO;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi proċeduri ta’ reklutaġġ trasparenti u korretti huma essenzjali biex jiġi salvagwardjat l-aċċess ugwali għaċ-ċittadini kollha tal-UE u biex tinżamm il-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-petizzjonant u kandidati oħra milquta rrapportaw tbatija mentali sostanzjali u telf ta’ fiduċja fil-korrettezza u l-affidabbiltà tal-proċess ta’ reklutaġġ tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-kandidati jinvestu ħin u riżorsi finanzjarji sinifikanti fit-tħejjija għall-eżamijiet tal-EPSO;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Ombudsman Ewropew ikkonkludiet, f’diversi inkjesti separati<FOOTNOTE><FIELD> Id-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2024 dwar kif l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) ittratta lment rigward problemi fil-kuntest ta’ testijiet mill-bogħod bħala parti mill-proċedura ta’ selezzjoni EPSO/AST/151/22-3; id-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2024 dwar kif l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) ittratta lment dwar problemi tekniċi fi proċedura ta’ selezzjoni (EPSO/AST155/22 – Assistenti fil-qasam tas-sigurtà operattiva); id-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2024 dwar kif l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) ittratta lment dwar in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ inviġilaturi waqt test mill-bogħod fil-proċedura ta’ selezzjoni għall-persunal tal-UE EPSO/AD/398/2; id-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tal-21 ta’ Ġunju 2024 dwar kif l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) ittratta lment dwar diffikultajiet tekniċi esperjenzati waqt it-testijiet mill-bogħod fil-kuntest ta’ proċedura ta’ selezzjoni għall-Programm Professjonisti Żgħażagħ; id-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2024 dwar kif l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) eskluda kandidat minn proċedura ta’ selezzjoni għall-persunal tal-UE (EPSO/AST/151/22).</FIELD></FOOTNOTE>, li l-EPSO wettaq amministrazzjoni ħażina fit-trattament tiegħu tal-ilmenti tal-kandidati, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri ta’ testijiet mill-bogħod, in-nuqqasijiet tal-pjattaforma u l-komunikazzjoni inkonsistenti rigward problemi tekniċi, inkluż fil-każ fejn omm li kienet għadha kemm welldet tpoġġiet fi żvantaġġ;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Ombudsman ikkritikat lill-EPSO fir-rigward tal-inflessibbiltà, l-istruzzjonijiet kontradittorji u d-deċiżjonijiet mhux ġustifikati tiegħu, kif ukoll iċ-ċaħda tiegħu ta’ lmenti validi anke meta l-kandidati kienu segwew il-linji gwida uffiċjali għar-rappurtar tal-problemi;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Ombudsman għamlet diversi suġġerimenti lill-EPSO<FOOTNOTE><FIELD> Id-deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2024 f’inkjesta fuq inizjattiva proprja dwar l-użu mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) tat-testijiet mill-bogħod fil-proċeduri ta’ selezzjoni għar-reklutaġġ tal-impjegati taċ-ċivil tal-UE.</FIELD></FOOTNOTE> biex itejjeb il-mod kif jagħmel it-testijiet, inkluż li jagħti lill-kandidati l-possibbiltà li jagħmlu t-testijiet f’ċentri tat-testijiet fiżiċi u li jipprovdi informazzjoni ċara u komprensiva dwar kif jagħmlu lment, kif ukoll dwar kif itejjeb il-mod kif jittratta l-ilmenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi skont rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri<FOOTNOTE><FIELD> Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, Rapport Speċjali 24/2024, “Iċ-Ċivil tal-UE – Qafas flessibbli tal-impjieg, li ma jintużax suffiċjentement biex itejjeb il-ġestjoni tal-forza tax-xogħol”, is-7 ta’ Novembru 2024.</FIELD></FOOTNOTE>, bejn l-2019 u l-2023 ġew varati 35 % anqas kompetizzjonijiet tal-EPSO, u tlestew 38 % anqas meta mqabbla mal-ħames snin preċedenti, u dan irriżulta f’għadd imnaqqas ta’ kandidati disponibbli għar-reklutaġġ u sussegwentement żieda sinifikanti fl-għadd ta’ persunal temporanju impjegat f’karigi permanenti (żieda ta’ 192 % fil-Kummissjoni, 256 % fil-Kunsill u 89 % fil-Parlament);
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi ż-żieda fir-rikors għall-persunal temporanju jixħet dubju fuq l-impenn tal-istituzzjonijiet tal-UE għal servizz pubbliku indipendenti tal-UE reklutat b’mod miftuħ, bi proċessi ta’ reklutaġġ aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE permezz ta’ kompetizzjonijiet miftuħa reklamati b’mod wiesa’;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-aħħar kompetizzjoni għall-amministraturi ġeneralisti ġiet organizzata fl-2019; billi l-kompetizzjoni l-ġdida diġà ġiet posposta diversi drabi;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet fl-2023<FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2023,<STRING ITALIC="on"> Il-Kummissjoni Ewropea</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Ir-Repubblika Taljana</STRING>, C-623/20 P, ECLI:EU:C:2023:97.</FIELD></FOOTNOTE> li r-restrizzjonijiet tal-EPSO fuq l-għażla tat-tieni lingwa f’ċerti kompetizzjonijiet kienu illegali, u sabet li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi ġustifikazzjoni suffiċjenti għal-limitar tal-għażliet għall-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż, u b’hekk iddiskriminat kontra kandidati minn Stati Membri fejn l-ebda waħda minn dawn il-lingwi ma hija l-aktar mitkellma;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi filwaqt li servizz pubbliku tal-UE jista’ jirrikjedi diversi lingwi ta’ ħidma, il-proċeduri ta’ reklutaġġ għandhom jippermettu lill-kandidati jagħżlu taħlitiet ta’ lingwi li jippermettulhom jesprimu l-kompetenzi tagħhom bl-aħjar mod fl-istadji differenti ta’ proċedura ta’ reklutaġġ;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-EPSO introduċa t-testijiet bl-24 lingwa uffiċjali kollha tal-UE u huwa responsabbli għall-kwalità u ċ-ċarezza tal-mistoqsijiet tat-testijiet bil-lingwi kollha li l-eżamijiet jiġu offruti bihom, iżda għad hemm inugwaljanzi fil-kwalità tat-testijiet f’xi wħud mil-lingwi offruti;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, fir-rapport tal-awditjar tiegħu tal-25 ta’ April 2023 dwar it-testijiet b’inviġilazzjoni mill-bogħod tal-EPSO permezz ta’ fornituri esterni tas-servizzi, ikkonkluda li t-testijiet mill-bogħod jibdlu b’mod profond l-ipproċessar tad-data personali f’kompetizzjonijiet miftuħa u għandhom impatt akbar fuq id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali tal-kandidati; billi huwa rrakkomanda li l-EPSO jissospendi t-testijiet mill-bogħod u jivvaluta l-użu tagħhom bir-reqqa, peress li l-EPSO ma kienx kejjel l-effettività tat-testijiet kompletament mill-bogħod meta mqabbla mat-testijiet fuq il-post;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi EPSO li jiffunzjona ħażin jikkomprometti serjament il-kredibbiltà tal-proċeduri ta’ selezzjoni tal-UE u jagħmel ħsara lir-reputazzjoni tagħhom, u b’hekk jagħmel ħsara wkoll lill-immaġni tas-servizz ċivili kollu tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat bidliet fil-formati tat-testijiet tal-EPSO, inkluża l-adozzjoni tat-testijiet mill-bogħod, iżda, skont id-deċiżjoni tal-Ombudsman tat-22 ta’ Jannar 2024, dawn it-tranżizzjonijiet ma ġewx implimentati bil-livell adegwat ta’ sorveljanza, tħejjija teknika jew obbligu ta’ rendikont;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi t-testijiet mill-bogħod, jekk jiġu implimentati b’mod korrett, jista’ jkollhom impatt pożittiv sinifikanti fuq il-ħila tal-kandidati madwar id-dinja kollha, anke f’postijiet remoti, li jaċċessaw il-kompetizzjonijiet, għax jeliminaw il-ħtieġa li l-kandidati jivvjaġġaw, filwaqt li għandhom ukoll benefiċċji addizzjonali fir-rigward tal-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi d-dipendenza fuq it-testijiet bil-kompjuter b’miżuri kumplessi biex tiġi żgurata l-integrità tas-sistema tista’ tpoġġi kategoriji ta’ kandidati fi żvantaġġ u tintroduċi tipi ġodda ta’ diskriminazzjoni li jirriżultaw minn livelli differenti ta’ profiċjenza fil-kompjuter;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-proċessi ta’ reklutaġġ tal-UE għandhom ikunu aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE, irrispettivament minn kwalunkwe restrizzjoni baġitarja tal-EPSO;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi ħafna kandidati esprimew tħassib dwar in-nuqqas ta’ aċċess għal għodod u tagħmir tal-IT xierqa u affidabbli, inkluż in-notepad u l-kalkulatur għat-testijiet mill-bogħod, u n-nuqqas ta’ ċentri tat-testijiet bi preżenza fiżika, li jistgħu jiżguraw ambjent ta’ eżami aktar kontrollat, standardizzat u ekwu; billi l-għodod diġitali, jekk jiġu ġestiti kif xieraq, jistgħu jżidu l-aċċessibbiltà, l-inklużività u s-sostenibbiltà fir-reklutaġġ, iżda jirrikjedu infrastruttura robusta, sorveljanza u appoġġ għall-kandidati; billi l-EPSO għandu jwieġeb għall-ilmenti u għall-appelli amministrattivi sussegwenti kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi t-tnaqqis fil-kompetizzjonijiet tal-EPSO u ż-żieda parallela fir-reklutaġġ ta’ persunal temporanju u kuntrattwali wasslu għal prekarjetà dejjem akbar fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE, u dan idgħajjef il-mudell ta’ impjieg soċjali u sigur li l-UE għandha tinkorpora; billi d-dipendenza eċċessiva fuq kuntratturi privati f’funzjonijiet pubbliċi ewlenin bħas-selezzjoni tal-persunal regolari u permanenti tissogra li ddgħajjef is-sovranità u l-obbligu ta’ rendikont istituzzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-impatt tal-ħsarat tekniċi huwa inugwali u jolqot b’mod partikolari lill-kandidati mir-reġjuni periferiċi jew b’anqas riżorsi ekonomiċi, u b’hekk jaggrava l-inugwaljanzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi fl-2023, diversi kompetizzjonijiet speċjalizzati kienu milquta minn kwistjonijiet bħall-kanċellazzjoni jew it-twettiq mill-ġdid tas-sessjonijiet ta’ testijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi ħafna kandidati rrappurtaw ukoll kwistjonijiet tekniċi tal-IT fil-Portal Uniku tal-Kandidati l-ġdid tal-EPSO;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa n-nuqqasijiet tekniċi, organizzazzjonali u proċedurali ripetuti fil-funzjonament tal-EPSO matul dawn l-aħħar sentejn, li kellhom impatt sinifikanti fuq il-fiduċja taċ-ċittadini fil-proċess ta’ reklutaġġ tal-UE; jemmen bis-sħiħ li l-EPSO għandu jagħti prijorità li jsolvi n-nuqqasijiet severi kollha tiegħu fl-organizzazzjoni tal-proċeduri ta’ selezzjoni, biex jevita aktar ħsara serja lir-rwol intenzjonat tiegħu, li hu li jiżgura s-servizzi ta’ uffiċjali bl-ogħla standards ta’ ħila, effiċjenza u integrità għall-istituzzjonijiet tal-UE, reklutati abbażi tal-aktar bażi ġeografika wiesgħa possibbli minn fost iċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jiġu restawrati l-integrità, it-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u l-prevedibbiltà tal-proċeduri ta’ selezzjoni tal-EPSO, sabiex tissewwa l-ħsara li saret lir-reputazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE, jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-servizz pubbliku tal-UE u jiġi garantit it-trattament ugwali tal-kandidati mill-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ammont sinifikanti ta’ sforz, ħin u riżorsi li l-kandidati jiddedikaw biex iħejju u jlestu l-proċeduri ta’ selezzjoni, sikwit għad-detriment tal-ħajja professjonali u personali tagħhom; jesprimi n-nuqqas ta’ sodisfazzjon tiegħu fir-rigward tal-impatt negattiv tal-ġestjoni organizzazzjonali ħażina tal-kompetizzjonijiet tal-EPSO fuq il-benesseri psikoloġiku tal-kandidati u ċ-ċirkostanzi finanzjarji u personali tagħhom minħabba d-diversi nuqqasijiet tal-proċess ta’ selezzjoni, bħall-kanċellazzjonijiet ripetuti jew id-dipendenza żejda fuq it-teknoloġija diġitali u s-soluzzjonijiet tal-intelliġenza artifiċjali (IA) mingħajr sorveljanza umana xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, b’kontribut mill-Ombudsman u minn esperti indipendenti fil-qasam tat-testijiet diġitali, twettaq valutazzjoni bir-reqqa, trasparenti u indipendenti tal-ġestjoni, tas-sistemi, tal-esternalizzazzjoni u tal-proċeduri tal-EPSO, b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tat-testijiet mill-bogħod, il-fattibbiltà teknoloġika tiegħu, id-dipendenza żejda fuq kuntratturi esterni, inkluż dawk li jużaw pjattaformi b’servers li huma bbażati barra mill-UE, it-trattament tal-ilmenti tal-kandidati, u l-prattiki ta’ komunikazzjoni, bl-għan li jiġu indirizzati l-kawżi tal-amministrazzjoni ħażina tal-EPSO u terġa’ tinkiseb il-fiduċja fil-proċess ta’ reklutaġġ tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-EPSO jintroduċi mill-ġdid il-faċilitajiet ta’ testijiet fuq il-post iċċertifikati mill-EPSO li jkunu aċċessibbli għall-kandidati, b’mod parallel mat-testijiet mill-bogħod, u joffri lill-kandidati l-għażla li jagħżlu l-modalità preferuta tagħhom, u jiżgura kundizzjonijiet tat-testijiet korretti u uniformi, opportunitajiet indaqs u inklużività; ifakkar li t-testijiet organizzati fiċ-ċentri tat-testijiet tal-EPSO fil-passat ma ffaċċjawx daqstant problemi tekniċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lill-EPSO jagħmel rieżami tal-metodi tat-testijiet tiegħu bl-għan li jagħmilhom faċli għall-utent u jistabbilixxi sistema li fiha t-teknoloġija diġitali u l-IA jkunu soġġetti għal sorveljanza u verifika umana minn persunal kompetenti, f’kull pass tal-proċess; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi stabbilita sistema bbażata fuq trasparenza massima u obbligu ta’ rendikont sħiħ għall-persunal kollu involut fil-proċess ta’ selezzjoni, inkluż il-persunal maniġerjali tal-EPSO; jirrifjuta kwalunkwe tentattiv li jiddelega lil sistemi awtomatizzati deċiżjonijiet li jolqtu d-drittijiet fundamentali tal-kandidati, peress li dawn iridu jibqgħu r-responsabbiltà ta’ uffiċjali pubbliċi kwalifikati taħt skrutinju demokratiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li l-EPSO huwa responsabbli għall-kwalità u ċ-ċarezza tal-lingwa użata fl-24 lingwa kollha li t-testijiet huma disponibbli bihom, u li l-EPSO jeħtieġlu jindirizza b’mod urġenti n-nuqqasijiet f’dan ir-rigward; jikkundanna bil-qawwa l-kwalità inadegwata u n-nuqqas ta’ konsistenza fl-eżamijiet verbali tat-tieni lingwa mwettqa b’lingwi uffiċjali tal-UE apparti l-Ingliż jew il-Franċiż, u jissottolinja li din il-prattika tikkostitwixxi żvantaġġ strutturali għall-kandidati li jagħżlu lingwi uffiċjali tal-UE apparti l-Ingliż jew il-Franċiż u ddgħajjef il-multilingwiżmu, it-trattament ugwali u l-korrettezza fil-proċeduri ta’ reklutaġġ tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jikkritika s-sistema attwali tal-eżamijiet, fejn il-kandidati l-ewwel jeħtiġilhom jiġu evalwati permezz ta’ test ibbażat fuq il-kompjuter qabel ma jkunu jistgħu juru l-għarfien speċifiku għas-suġġett, bir-riskju li jeħlu f’dak l-għarbiel kandidati kwalifikati għal karigi speċifiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-EPSO jiżgura aċċess ugwali għall-proċeduri tat-testijiet u tar-reklutaġġ għall-persuni b’diżabbiltà, inkluż il-persuni b’diżabbiltajiet intellettwali u b’kundizzjonijiet newrodiverġenti, sabiex jakkomoda l-ħtiġijiet speċjali tagħhom, bl-objettiv aħħari li jevita kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni jew żvantaġġ, u jiżgura aċċessibbiltà ġenwina għas-servizz pubbliku tal-UE għall-persuni b’diżabbiltà; jinnota li l-EPSO huwa impenjat li jipprovdi akkomodazzjonijiet raġonevoli għall-kandidati bi ħtiġijiet speċifiċi minħabba d-diżabbiltà jew il-kundizzjoni medika tagħhom, u jenfasizza li l-proċess ta’ evalwazzjoni jrid ikun trasparenti u soġġett għal proċedura ta’ appell;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-EPSO jagħmel użu minn stħarriġiet anonimi sistematiċi wara t-testijiet bl-użu ta’ pjattaforma sigura tal-UE u konsultazzjoni strutturata, biex itejjeb il-proċeduri ta’ selezzjoni b’mod kontinwu u jindirizza l-kwistjonijiet rikorrenti; jistieden lill-EPSO jinkludi, fir-rapport annwali tiegħu, analiżi ta’ dan il-feedback, flimkien ma’ statistika annwali dwar l-applikazzjonijiet, l-ammissjonijiet u r-rati ta’ suċċess imqassma skont il-pajjiż, sabiex l-iżbilanċi jiġu identifikati u kkoreġuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrakkomanda li l-punt ta’ kuntatt tal-EPSO jissaħħaħ b’kapaċità multilingwi u disponibbiltà estiża, sabiex ikun jista’ jassisti lill-kandidati internament u f’ħin reali matul u wara s-sessjonijiet ta’ testijiet, b’enfasi partikolari fuq l-aċċessibbiltà u l-inklużjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jieħu nota tal-Politika ta’ Riżoluzzjoni tal-Ilmenti tal-Kandidati tal-EPSO għall-Avvenimenti tal-Ittestjar bħala għodda biex jiġi ċċarat kif l-EPSO jittratta l-ilmenti; jistieden lill-EPSO jtejjeb il-politika bl-għan li jistabbilixxi u jimplimenta karta tad-drittijiet tal-kandidati, li tiddeskrivi b’mod ċar id-drittijiet, l-obbligi, il-proċeduri ta’ lment u l-mekkaniżmi ta’ rimedju relatati mal-istadji u l-aspetti kollha tal-proċeduri ta’ selezzjoni, inkluż impenn li l-EPSO jwieġeb għall-ilmenti malajr kemm jista’ jkun u b’mod trasparenti u faċli għall-kandidati, bil-possibbiltà ta’ rieżami minn korp tal-appelli indipendenti; jenfasizza l-ħtieġa ta’ proċessi inklużivi, aċċessibbli u rapidi tal-ilmenti u tal-appelli, b’kapaċità multilingwi biex jassistu lill-kandidati f’ħin reali u mingħajr ma jirrikorru għal kuntratturi esterni, inkluż f’sitwazzjonijiet fejn il-kandidati jiffaċċjaw rifjut jew ostakli ftit qabel il-bidu tat-test jew matulu, għal raġunijiet li jistgħu jinkludu l-verifika tal-identità bbażata fuq l-IA jew problemi marbuta mal-ambjent madwar il-kandidati b’modalità mill-bogħod;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-EPSO jiżviluppa politika ta’ komunikazzjoni trasparenti u komprensiva, inkluż skeda ta’ żmien tal-kompetizzjonijiet ċara u affidabbli għal kull fażi, u aġġornamenti proattivi, permezz ta’ kanali uffiċjali multipli, dwar bidliet fl-iskedi ta’ żmien, inċidenti tekniċi u miżuri korrettivi; jinnota b’nuqqas ta’ sodisfazzjon li ma hemm l-ebda skeda standard għall-kandidati biex jirċievu r-riżultati tagħhom wara li jagħmlu eżami;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lit-tmexxija tal-EPSO tikkonsulta lill-Bord tal-Amministrazzjoni tal-EPSO b’mod f’waqtu u b’sinifikat u tidħol fi djalogu aktar effettiv u dirett mal-korpi ta’ rappreżentanza tal-persunal fl-istituzzjonijiet tal-UE, tikkonsultahom dwar titjib possibbli fil-proċess ta’ selezzjoni ġenerali, b’enfasi partikolari fuq it-testijiet u l-komunikazzjoni mal-kandidati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-EPSO jiżgura t-trasparenza tal-kriterji użati għall-preselezzjoni tal-kandidati mistiedna biex jagħmlu t-testijiet tal-proċeduri ta’ selezzjoni tal-CAST (Għodda għas-Selezzjoni tal-Aġenti Kuntrattwali); jistieden lill-EPSO jikkomunika b’mod ċar id-dati tal-eżamijiet tal-CAST li jmiss fuq is-sit web tiegħu, b’avviż raġonevoli minn qabel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li l-kumpaniji privati qed joffru korsijiet ta’ tħejjija għall-kompetizzjonijiet tal-EPSO, bi spejjeż eżorbitanti għall-kandidati, minħabba li l-EPSO ma jipprovdix biżżejjed simulazzjonijiet u mistoqsijiet ta’ prattika qabel it-testijiet; iħeġġeġ lill-EPSO jinvesti f’għodod aqwa ta’ simulazzjoni ta’ qabel it-testijiet u pjattaformi ta’ prattika sabiex il-kandidati jkunu jistgħu jiffamiljarizzaw ruħhom mas-sistema u jnaqqsu l-ansjetà teknika; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu pprovduti spjegazzjonijiet aktar ċari dwar kif it-testijiet u l-eżerċizzji jingħataw il-punteġġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jimmonitorja b’mod kostanti n-nuqqasijiet tekniċi, organizzazzjonali u proċedurali fil-funzjonament tal-EPSO li ġew deskritti f’din ir-riżoluzzjoni fl-evalwazzjoni tiegħu għall-kwittanza annwali tal-baġit tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jirrakkomanda taħriġ regolari għall-persunal tal-EPSO u għas-superviżuri tat-testijiet biex jiġu żgurati prattiki konsistenti u adatti għall-kandidati fl-istadji kollha taċ-ċikli tal-kompetizzjoni; jiddeplora l-użu ta’ tweġibiet standard għall-ilmenti u l-kwistjonijiet speċifiċi li jqajmu l-kandidati; jikkundanna bil-qawwa l-prattika li jintużaw dikjarazzjonijiet standard għall-valutazzjoni finali tal-profili tal-kandidati meta jitqiesu li ma jaqblux mar-rekwiżiti speċifiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tipproponi soluzzjonijiet xierqa u ġusti għall-kandidati milquta direttament minn kanċellazzjonijiet tat-testijiet, problemi tal-IT jew dewmien proċedurali, bħal pereżempju għażliet flessibbli u rapidi ta’ ttestjar mill-ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Iqis li d-dipendenza dejjem akbar fuq il-persunal temporanju u l-kuntratti għal żmien qasir fl-istituzzjonijiet tal-UE hija wkoll konsegwenza diretta tal-ineffiċjenza tal-EPSO, u tista’ tikkomprometti l-istabbiltà u l-kwalità meħtieġa tal-impjieg fis-servizz pubbliku tal-UE; jappella għal miżuri urġenti biex din it-tendenza titreġġa’ lura u biex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet tax-xogħol dinjitużi u siguri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tar-riformi mitluba, inkluż parametri referenzjarji u indikaturi tal-prestazzjoni, fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>