<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0315</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-klawżola ta’ salvagwardja bilaterali tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Mercosur u l-Ftehim Kummerċjali Interim bejn l-UE u l-Mercosur għall-prodotti agrikoli</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0254/2025 - Rapporteur:  Gabriel Mato )</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-16 ta' Diċembru 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimplimenta l-klawżola ta’ salvagwardja bilaterali tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Mercosur u l-Ftehim Kummerċjali Interim bejn l-UE u l-Mercosur għall-prodotti agrikoli (COM(2025)0639 – C10-0247/2025 – 2025/0322(COD))</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 60(4), ir-raba' subparagrafu (A10-0254/2025).</FIELD></FOOTNOTE></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION/></ACTLST></DISPOSITIF><AMDLST><HD><HEAD.OLD><STRING ITALIC="on">Test propost mill-Kummissjoni</STRING></HEAD.OLD><HEAD.NEW><STRING ITALIC="on">Emenda</STRING></HEAD.NEW></HD><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		81</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 2</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(2)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-EMPA</STRING></STRING> u <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-ITA għandhom l-għan li jipproteġu lill-produtturi</STRING></STRING> tal-Unjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ta’</STRING></STRING> komoditajiet sensittivi fis-settur agrikolu <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">billi jillimitaw il-preferenzi għall-kwoti</STRING></STRING> tariffarji.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(2)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Ftehim ta’ Sħubija</STRING></STRING> u <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-Ftehim Kummerċjali Interim se jnaqqsu l-protezzjonijiet li jgawdu l-produtturi</STRING></STRING> tal-Unjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">li jimmanifatturaw</STRING></STRING> komoditajiet sensittivi fis-settur agrikolu<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">. Għalhekk jenħtieġ li jiġu stabbiliti klawżoli ta’ salvagwardja bilaterali biex jiġi limitat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kwoti</STRING></STRING> tariffarji <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">preferenzjali fil-każ ta’ dannu jew theddida ta’ dannu</STRING></STRING>.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		1</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 12</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(12)</NO.P>Il-monitoraġġ mill-qrib ta’ kwalunkwe prodott sensittiv jenħtieġ li jiffaċilita deċiżjonijiet f’waqthom dwar il-bidu possibbli ta’ investigazzjonijiet u l-impożizzjoni sussegwenti ta’ miżuri ta’ salvagwardja. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">regolarment</STRING></STRING> l-importazzjonijiet ta’ kwalunkwe prodott sensittiv mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ITA jew tal-EMPA. Il-monitoraġġ jenħtieġ li jiġi estiż għal prodotti jew setturi oħra jekk l-industrija rilevanti tal-Unjoni tagħmel talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(12)</NO.P>Il-monitoraġġ mill-qrib ta’ kwalunkwe prodott sensittiv jenħtieġ li jiffaċilita deċiżjonijiet f’waqthom dwar il-bidu possibbli ta’ investigazzjonijiet u l-impożizzjoni sussegwenti ta’ miżuri ta’ salvagwardja. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">kostantement u proattivament</STRING></STRING> l-importazzjonijiet ta’ kwalunkwe prodott sensittiv mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-ITA jew tal-EMPA. Il-monitoraġġ jenħtieġ li jiġi estiż għal prodotti jew setturi oħra jekk l-industrija rilevanti tal-Unjoni tagħmel talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport ta’ monitoraġġ kull tliet xhur, li jkun fih il-valutazzjoni tagħha tal-impatt tal-importazzjonijiet ta’ prodotti sensittivi li jibbenefikaw minn aċċess preferenzjali għas-suq skont il-Ftehim, inkluża data dwar il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni għall-prodotti sensittivi kollha, b’diżaggregazzjoni reġjonali xierqa.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi		21 u 82</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>5.</NO.P>“dannu serju” tfisser indeboliment ġenerali sinifikanti fil-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni;</P></OLD><NEW><P><NO.P>5.</NO.P>“dannu serju” tfisser indeboliment ġenerali sinifikanti fil-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni; <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">żieda fil-volum ta’ aktar minn 5 % sena wara sena meta mqabbla mal-medja ta’ tliet snin tal-importazzjonijiet skont termini preferenzjali ta’ prodott partikolari, jew tnaqqis ta’ aktar minn 5 % sena wara sena fil-prezz medju tal-importazzjoni ta’ prodott partikolari, għandhom jitqiesu bħala evidenza prima facie ta’ dannu serju;</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		83</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Indikazzjonijiet ċari ta’ deterjorament fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija, madwar l-Unjoni jew fil-livell tal-Istati Membri, inkluża żieda fil-volum ta’ aktar minn 5 % sena wara sena meta mqabbla mal-medja ta’ tliet snin tal-importazzjonijiet skont termini preferenzjali ta’ prodott partikolari jew tnaqqis sostnut fil-prezzijiet domestiċi, jistgħu jkunu biżżejjed biex juru dannu serju lis-settur u biex jiġġustifikaw salvagwardja.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		2</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(ca)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-introduzzjoni ta’ obbligu ta’ reċiproċità rigward il-prodotti u l-istandards tal-produzzjoni;</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		3</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 4 – paragrafu 1</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>1.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha timmonitorja <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">regolarment</STRING></STRING> is-suq tal-Unjoni ta’ prodotti sensittivi, b’mod partikolari fir-rigward tax-xejriet tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, tal-produzzjoni u tal-iżviluppi fil-prezzijiet. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tikkoopera u tagħmel skambju ta’ data mal-Istati Membri u mal-industrija tal-Unjoni fuq bażi regolari.</P></OLD><NEW><P><NO.P>1.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kostantement u proattivament is-suq tal-Unjoni ta’ prodotti sensittivi, b’mod partikolari fir-rigward tax-xejriet tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, tal-produzzjoni u tal-iżviluppi fil-prezzijiet<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, bl-appoġġ tal-osservatorji tas-suq tal-Unjoni stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill</STRING></STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"><STRING SUPERSCRIPT="on">1a</STRING></STRING></STRING>. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tikkoopera u tagħmel skambju ta’ data mal-Istati Membri<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, mal-Parlament Ewropew</STRING></STRING> u mal-industrija tal-Unjoni fuq bażi regolari.</P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"><STRING SUPERSCRIPT="on">1a</STRING></STRING></STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj).</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		4</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>2a.</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fuq talba debitament ġustifikata mill-industrija tal-Unjoni kkonċernata, il-Kummissjoni tista’ twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għal kwalunkwe prodott jew settur għajr dawk imsemmija fl-Anness.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		5</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 4 – paragrafu 2b (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>2b.</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-kooperazzjoni u l-iskambju tad-data għandhom jitwettqu kemm vertikalment, bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, kif ukoll orizzontalment, bejn l-Istati Membri.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		6</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 4 – paragrafu 2c (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>2c.</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sal-1 ta’ Marzu 2026, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa u tagħmel disponibbli għall-Istati Membri linji gwida tekniċi dwar l-indikaturi, il-parametri u t-tipi ta’ data li jistgħu jiġu mmonitorjati fis-swieq fil-livell nazzjonali u lokali.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		7</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 4 – paragrafu 3</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>3.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ monitoraġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">sitt</STRING></STRING> xhur li jkun fih il-valutazzjoni tagħha tal-impatt tal-importazzjonijiet ta’ prodotti sensittivi li jibbenefikaw minn aċċess preferenzjali għas-suq skont il-ftehim. Tali rapporti għandhom ikopru s-suq tal-Unjoni u, jekk rilevanti, ikopru wkoll is-sitwazzjoni fi Stat Membru wieħed jew aktar.</P></OLD><NEW><P><NO.P>3.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ monitoraġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tliet</STRING></STRING> xhur li jkun fih il-valutazzjoni tagħha tal-impatt tal-importazzjonijiet ta’ prodotti sensittivi li jibbenefikaw minn aċċess preferenzjali għas-suq skont il-ftehim. Tali rapporti għandhom ikopru s-suq tal-Unjoni u, jekk rilevanti, ikopru wkoll is-sitwazzjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">speċifika</STRING></STRING> fi Stat Membru wieħed jew aktar.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		8</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 6 – paragrafu 3</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>3.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tittratta, fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet kuntrarji, żieda fil-volum ta’ aktar minn <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">10 % sena wara sena</STRING></STRING>, bħala regola, tal-importazzjonijiet taħt termini preferenzjali ta’ prodott partikolari minn pajjiż ikkonċernat bħala evidenza prima facie ta’ dannu serju jew it-theddida ta’ dannu serju lill-industrija tal-Unjoni, jekk, fl-istess ħin, il-prezz medju tal-importazzjoni għal dawk l-importazzjonijiet minn pajjiż ikkonċernat ikun mill-inqas <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">10 %</STRING></STRING>, bħala regola, taħt il-prezz domestiku medju rilevanti ta’ prodotti simili jew f’kompetizzjoni diretta matul l-istess perjodu, abbażi tad-data disponibbli.</P></OLD><NEW><P><NO.P>3.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tittratta, fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet kuntrarji, żieda fil-volum ta’ aktar minn <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">5 % imqabbla mal-medja ta’ tliet snin</STRING></STRING>, bħala regola, tal-importazzjonijiet taħt termini preferenzjali ta’ prodott partikolari minn pajjiż ikkonċernat bħala evidenza prima facie ta’ dannu serju jew it-theddida ta’ dannu serju lill-industrija tal-Unjoni, jekk, fl-istess ħin, il-prezz medju tal-importazzjoni għal dawk l-importazzjonijiet minn pajjiż ikkonċernat ikun mill-inqas <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">5 %</STRING></STRING>, bħala regola, taħt il-prezz domestiku medju rilevanti ta’ prodotti simili jew f’kompetizzjoni diretta matul l-istess perjodu, abbażi tad-data disponibbli.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		9</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 6 – paragrafu 4</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>4.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tittratta, fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet kuntrarji, tnaqqis ta’ aktar minn <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">10 % sena wara sena</STRING></STRING>, bħala regola, fil-prezz medju tal-importazzjoni ta’ prodott partikolari minn pajjiż ikkonċernat importat fl-Unjoni b’termini preferenzjali bħala evidenza prima facie ta’ dannu serju jew it-theddida ta’ dannu serju lill-industrija tal-Unjoni, jekk fl-istess ħin il-prezz medju tal-importazzjoni għal dak il-prodott minn pajjiż ikkonċernat ikun mill-inqas <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">10 %</STRING></STRING>, bħala regola, taħt il-prezz domestiku medju rilevanti ta’ prodotti simili jew f’kompetizzjoni diretta matul l-istess perjodu, abbażi tad-data disponibbli.</P></OLD><NEW><P><NO.P>4.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tittratta, fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet kuntrarji, tnaqqis ta’ aktar minn <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">5 %</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">imqabbla mal-medja ta’ tliet snin</STRING></STRING>, bħala regola, fil-prezz medju tal-importazzjoni ta’ prodott partikolari minn pajjiż ikkonċernat importat fl-Unjoni b’termini preferenzjali bħala evidenza prima facie ta’ dannu serju jew it-theddida ta’ dannu serju lill-industrija tal-Unjoni, jekk fl-istess ħin il-prezz medju tal-importazzjoni għal dak il-prodott minn pajjiż ikkonċernat ikun mill-inqas <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">5 %</STRING></STRING>, bħala regola, taħt il-prezz domestiku medju rilevanti ta’ prodotti simili jew f’kompetizzjoni diretta matul l-istess perjodu, abbażi tad-data disponibbli.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		10</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>4a.</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni ma għandhiex tkun limitata għas-sollijiet kwantitattivi stabbiliti f’dan l-Artikolu meta tistabbilixxi evidenza prima facie ta’ dannu serju. Indikazzjonijiet ċari ta’ deterjorament fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija, madwar l-Unjoni jew fil-livell tal-Istati Membri, inkluż tnaqqis sostnut fil-prezzijiet domestiċi, jistgħu jkunu biżżejjed biex juru dannu lis-settur u jistgħu jiġġustifikaw il-bidu ta’ investigazzjoni.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		11</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 7 – paragrafu 3</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>3.</NO.P>Fejn possibbli, l-investigazzjoni għandha tiġi konkluża fi żmien <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">sitt</STRING></STRING> xhur mid-data li fiha jkun ġie ippubblikat in-notifika tal-bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dak il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż b’perjodu ulterjuri ta’ tliet xhur f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">,</STRING></STRING> bħall-involviment ta’ għadd ogħla mis-soltu ta’ partijiet interessati jew sitwazzjonijiet kumplessi tas-suq. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-partijiet interessati kollha dwar kwalunkwe tali estensjoni u tispjega r-raġunijiet għal dan. Fejn investigazzjoni tikkonċerna prodotti sensittivi, il-Kummissjoni għandha tikkonkludiha kemm jista’ jkun malajr, bl-għan li tieħu deċiżjoni finali fi żmien <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">erba’ xhur</STRING></STRING> mid-data li fiha tiġi ppubblikata n-notifika tal-bidu f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>.</P></OLD><NEW><P><NO.P>3.</NO.P>Fejn possibbli, l-investigazzjoni għandha tiġi konkluża fi żmien <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tliet</STRING></STRING> xhur mid-data li fiha jkun ġie ippubblikat in-notifika tal-bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dak il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż b’perjodu ulterjuri ta’ tliet xhur f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni bħall-involviment ta’ għadd ogħla mis-soltu ta’ partijiet interessati jew sitwazzjonijiet kumplessi tas-suq. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-partijiet interessati kollha dwar kwalunkwe tali estensjoni u tispjega r-raġunijiet għal dan. Fejn investigazzjoni tikkonċerna prodotti sensittivi, il-Kummissjoni għandha tikkonkludiha kemm jista’ jkun malajr, bl-għan li tieħu deċiżjoni finali fi żmien <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">xahrejn</STRING></STRING> mid-data li fiha tiġi ppubblikata n-notifika tal-bidu f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		12</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 7 – paragrafu 5</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>5.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-fatturi rilevanti kollha ta’ natura oġġettiva u kwantifikabbli li jaffettwaw is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari r-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f’termini assoluti u relattivi, is-sehem mis-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet miżjuda, u bidliet rigward l-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-livell tal-bejgħ, tal-produzzjoni, tal-produttività, tal-użu tal-kapaċità, tal-qligħ u tat-telf, u tal-impjieg. Din il-lista mhijiex eżawrjenti, u l-Kummissjoni tista’ tqis fatturi oħra rilevanti meta tkun qed tiddetermina l-eżistenza ta’ dannu serju jew theddida ta’ dannu serju, bħall-ħażniet, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-prezzijiet,</STRING></STRING> ir-redditu tal-kapital użat, il-fluss ta’ flus, il-livell tal-ishma mis-suq, u fatturi oħra li qed jikkawżaw jew li setgħu kkawżaw dannu serju, jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni.</P></OLD><NEW><P><NO.P>5.</NO.P>Il-Kummissjoni għandha tevalwa <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-indikaturi ekonomiċi u</STRING></STRING> l-fatturi rilevanti kollha ta’ natura oġġettiva u kwantifikabbli li jaffettwaw is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, b’mod partikolari r-rata u l-ammont taż-żieda fl-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat f’termini assoluti u relattivi, is-sehem mis-suq domestiku meħud mill-importazzjonijiet miżjuda, u bidliet rigward l-industrija tal-Unjoni fir-rigward tal-livell tal-bejgħ, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">inklużi l-prezzijiet,</STRING></STRING> tal-produzzjoni, tal-produttività, tal-użu tal-kapaċità, tal-qligħ u tat-telf, u tal-impjieg. Din il-lista mhijiex eżawrjenti, u l-Kummissjoni tista’ tqis fatturi oħra rilevanti meta tkun qed tiddetermina l-eżistenza ta’ dannu serju jew theddida ta’ dannu serju, bħall-ħażniet, ir-redditu tal-kapital użat, il-fluss ta’ flus, il-livell tal-ishma mis-suq, u fatturi oħra li qed jikkawżaw jew li setgħu kkawżaw dannu serju, jew jheddu li jikkawżaw dannu serju lill-industrija tal-Unjoni.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi		34 u 86</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b a (new) (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(ba)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Indikazzjonijiet ċari ta’ deterjorament fis-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija, madwar l-Unjoni jew fil-livell tal-Istati Membri, inkluża żieda fil-volum ta’ aktar minn 5 % sena wara sena meta mqabbla mal-medja ta’ tliet snin tal-importazzjonijiet skont termini preferenzjali ta’ prodott partikolari jew tnaqqis sostnut fil-prezzijiet domestiċi, jistgħu jkunu biżżejjed biex juru dannu serju lis-settur u biex jiġġustifikaw salvagwardja.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		13</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 9 – paragrafu 3</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>3.</NO.P>Fil-każ ta’ prodotti sensittivi, għandhom jiġu adottati miżuri ta’ salvagwardja proviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(4) mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien massimu ta’ <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">21</STRING></STRING> jum mill-bidu tal-investigazzjoni biex tiġi evitata dannu lill-industrija tal-Unjoni li tkun diffiċli li tissewwa, inkluż fejn tali dannu jista’ jkun ġeografikament ikkonċentrata fi Stat Membru wieħed jew aktar.</P></OLD><NEW><P><NO.P>3.</NO.P>Fil-każ ta’ prodotti sensittivi, għandhom jiġu adottati miżuri ta’ salvagwardja proviżorji f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 18(4) mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien massimu ta’ <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">14-il</STRING></STRING> jum mill-bidu tal-investigazzjoni biex tiġi evitata dannu lill-industrija tal-Unjoni li tkun diffiċli li tissewwa, inkluż fejn tali dannu jista’ jkun ġeografikament ikkonċentrata fi Stat Membru wieħed jew aktar.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi 36 u 	87</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 11 – paragrafu 1</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>1.</NO.P>Meta investigazzjoni twassal għall-konklużjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ikunu sodisfatti, il-Kummissjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tista’</STRING></STRING> tadotta miżuri ta’ salvagwardja definittivi f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(3).</P></OLD><NEW><P><NO.P>1.</NO.P>Meta investigazzjoni twassal għall-konklużjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1) ikunu sodisfatti, il-Kummissjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandha</STRING></STRING> tadotta miżuri ta’ salvagwardja definittivi f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(3).</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emendi		64 u 88</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 12a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Artikolu 12a</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Klawżola dwar l-Ambjent, is-Saħħa u l-SPS</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>1.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni għandha tibda investigazzjoni u tadotta miżuri ta’ salvagwardja skont dan ir-Regolament fejn ikun hemm evidenza kredibbli li l-importazzjonijiet li jibbenefikaw minn preferenzi tariffarji ma jissodisfawx rekwiżiti ekwivalenti ambjentali, tal-benesseri tal-annimali, tas-saħħa, tas-sikurezza tal-ikel, jew tal-protezzjoni tal-ħaddiema applikabbli għall-produtturi tal-Unjoni.</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>2.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fil-każ ta’ riskju dokumentat għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, inklużi l-użu ta’ metodi ta’ produzzjoni pprojbiti fl-Unjoni jew in-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti sanitarji u fitosanitarji, il-Kummissjoni tista’ tissospendi minnufih l-importazzjonijiet tal-prodott li jibbenefika minn preferenzi tariffarji, f’konformità mal-Artikolu 9(3). Il-miżuri adottati skont dan l-Artikolu għandhom ikunu meħtieġa u proporzjonati u għandhom ikunu soġġetti għal rieżami f’konformità mal-Artikolu 12.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		14</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 15a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Artikolu 15a</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Miżuri kontra ċ-ċirkomvenzjoni</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>1.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Jekk il-Kummissjoni tidentifika ċirkomvenzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja permezz ta’ bidliet fir-rotot kummerċjali, inklużi importazzjonijiet minn partijiet eżentati mill-miżuri ta’ salvagwardja, tista’ testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ salvagwardja għal dawk l-importazzjonijiet jew tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni oħra meħtieġa.</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>2.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ il-kooperazzjoni doganali mal-Istati Membri fil-verifika tar-regoli tal-oriġini u fl-iżgurar tat-traċċabbiltà sħiħa tal-importazzjonijiet ta’ prodotti sensittivi.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		15</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Anness – paragrafu 1 – punt 14</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>14.</NO.P>Bajd</P></OLD><NEW><P><NO.P>14.</NO.P>Bajd <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tal-klassi A u B</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		16</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Anness – paragrafu 1 – punt 15</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>15.</NO.P>Albumini tal-bajd</P></OLD><NEW><P><NO.P>15.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prodotti tal-bajd – trab tal-bajd sħiħ, trab tal-isfar tal-bajd,</STRING></STRING> albumini tal-bajd <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">(standard, high whip, high gel)</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		17</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Anness – paragrafu 1 – punt 23a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>23a.</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ċitru: larinġ, lumi u mandolin</STRING></STRING></P></NEW></AMEND></AMDLST></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>