<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0316</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Elisabetta Gualmini</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0263/2025 - Rapporteur: Ilhan Kyuchyuk)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2025 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Elisabetta Gualmini (2025/2063(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Elisabetta Gualmini, imressqa fis-27 ta’ Frar 2025 mis-Servizz tal-Protokoll tas-Servizz Pubbliku Federali Belġjan għall-Affarijiet Barranin, il-Kummerċ Barrani u l-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, li bagħat talba mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Federali Belġjan b’rabta mal-proċedimenti kriminali li se jitressqu kontriha, u mħabbra fil-Parlament fl-10 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Elisabetta Gualmini fl-4 ta’ Ġunju 2025 u wara li kkunsidra d-dokumenti ppreżentati minnha, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-Prosekutur Federali Belġjan b’ittra tas-27 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013, fid-19 ta’ Diċembru 2019 u fil-5 ta’ Lulju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, <STRING ITALIC="on">Marra</STRING> vs <STRING ITALIC="on">De Gregorio u Clemente</STRING>, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, <STRING ITALIC="on">Junqueras Vies</STRING>, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2023, <STRING ITALIC="on">Puigdemont i Casamajó u oħrajn</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-272/21, ECLI:EU:T:2023:373.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0263/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fis-27 ta’ Frar 2025, il-Prosekutur Federali Belġjan ħareġ talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Elisabetta Gualmini, Membru tal-Parlament Ewropew eletta fl-Italja, b’rabta mal-proċedimenti kriminali li se jitressqu kontriha;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi investigazzjoni li għaddejja fil-kuntest tal-hekk imsejħa affari ta’ “Qatargate” allegatament żvelat l-eżistenza ta’ organizzazzjoni kriminali fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-Parlament Ewropew, li l-għan tagħha kien li tuża n-network ta’ influwenza tagħha fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-Membri, l-assistenti u l-uffiċjali, bl-għan li jiġi influwenzat il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Parlament favur l-interessi ġeopolitiċi ta’ ċerti pajjiżi terzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, skont it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Elisabetta Gualmini, matul dik l-investigazzjoni allegatament irriżulta li Elisabetta Gualmini setgħet kienet involuta f’atti ta’ korruzzjoni billi aċċettat li l-allegata organizzazzjoni kriminali teżerċita l-influwenza tagħha sabiex hija tikseb il-kariga ta’ Viċi President tal-grupp politiku tagħha f’Ottubru 2022, bi skambju talli eżerċitat influwenza minn dik il-kariga fi ħdan dak il-grupp politiku fl-interess ta’ dik l-allegata organizzazzjoni kriminali; billi l-proċess tal-ħatra ta’ Viċi President tal-grupp politiku inkwistjoni huwa, fil-fatt, ibbażat fuq proċedura dettaljata u stabbilita li twassal għal deċiżjoni meħuda mill-plenarja tal-grupp politiku b’mod miftuħ u trasparenti; billi jidher li l-kariga ta’ Viċi President tal-grupp politiku inkwistjoni saret vakanti fit-12 ta’ Ottubru 2022; billi, wara l-proċedura stabbilita, il-grupp politiku ħatar lil Elisabetta Gualmini bħala l-Viċi President tiegħu fit-18 ta’ Ottubru 2022; billi, eżatt wara l-ħatra tagħha, Elisabetta Gualmini allegatament irringrazzjat lill-membru ewlieni preżunt tal-allegata organizzazzjoni kriminali għall-allegati appoġġ u pariri li rċeviet f’dak il-kuntest; billi l-mexxej preżunt tal-allegata organizzazzjoni kriminali ma kellu l-ebda kariga fil-Parlament mill-1 ta’ Lulju 2019 ’il quddiem u, barra minn hekk, kien jappartjeni għal partit politiku nazzjonali differenti minn dak ta’ Elisabetta Gualmini, iżda, kif inhu implikat fit-talba, mingħajr ma ġie spjegat aktar, allegatament kellu influwenza wiesgħa fuq il-proċess kollu tal-ħatra ta’ Viċi President ta’ dak il-grupp politiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-allegata organizzazzjoni kriminali, permezz tan-network preżunt ta’ influwenza tagħha, allegatament ippruvat, kif issuġġerit fit-talba, mingħajr ma ġie spjegat aktar, timponi lil Elisabetta Gualmini bħala President tal-laqgħa tal-grupp politiku tagħha fis-16 ta’ Novembru 2022, li l-għan tagħha kien li tiddetermina l-pożizzjoni tal-grupp rigward l-adegwatezza politika li jsir dibattitu plenarju dwar is-sitwazzjoni fil-Qatar u li ssir votazzjoni fuq riżoluzzjoni urġenti dwar dak is-suġġett; billi allegatament talbet u/jew qablet li tirċievi struzzjonijiet dwar il-kontenut tad-dikjarazzjonijiet tagħha f’dik il-laqgħa u allegatament użat argumenti ddettati lilha fis-sens li ma jkunx xieraq  li jsir dibattitu fil-plenarja dwar il-Qatar u li jkun hemm riżoluzzjoni fuq is-suġġett; billi matul il-proċedura sar magħruf li Elisabetta Gualmini, fil-fatt, ma ppresedietx dik il-laqgħa, peress li dak ir-rwol kien assunt minn Viċi President ieħor tal-grupp politiku inkwistjoni,, u billi jidher li r-rwol ta’ Elisabetta Gualmini f’dik il-laqgħa kien biss li tippreżenta l-punt fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-grupp politiku dwar it-tħejjija għas-sessjoni plenarja ta’ Novembru II 2022; billi, barra minn hekk, il-konklużjoni li Elisabetta Gualmini tidher li ppreżentat wara d-diskussjoni li saret fil-laqgħa tal-grupp politiku inkwistjoni kkontradixxiet l-istruzzjonijiet li allegatament irċeviet mill-allegata organizzazzjoni kriminali;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, skont it-talba , Elisabetta Gualmini hija ssuspettata li allegatament wettqet, bejn l-1 ta’ Lulju 2019 u l-10 ta’ Diċembru 2022, atti illegali li jistgħu jiġu kklassifikati, skont il-liġi Belġjana, bħala parteċipazzjoni fl-attività ta’ organizzazzjoni kriminali u tixħim passiv, reati kriminali skont, rispettivament, l-Artikoli 324bis u 324ter u skont l-Artikoli 246 sa 250 tal-Kodiċi Kriminali Belġjan; billi kemm it-talba kif ukoll l-informazzjoni addizzjonali li waslet mingħand il-Prosekutur Federali Belġjan jipprovdu biss indikazzjonijiet ta’ allegati atti li jikkonċernaw il-perjodu mill-4 ta’ Ottubru sat-2 ta’ Diċembru 2022, u jħalli l-perjodu qabel l-4 ta’ Ottubru 2022 mingħajr ebda prova; billi għalhekk hemm inkonsistenza bejn il-perjodu li fih twettaq l-allegat reat u l-ġustifikazzjoni pprovduta fir-raġunijiet għat-talba għat-tneħħija tal-immunità;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-għan tal-immunità parlamentari prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li jipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddisponi li l-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċedimenti ġudizzjarji, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom; billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jikkostitwixxi dispożizzjoni speċjali maħsuba biex tipproteġi l-libertà tal-espressjoni u l-indipendenza tal-Membri tal-Parlament Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C-163/10, ECLI:EU:C:2011:543, il-punt 26.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-allegati reati ma jikkostitwux opinjoni espressa jew vot mogħti minn Elisabetta Gualmini fil-qadi ta’ dmirijietha skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u lanqas it-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità tagħha ma hija għalhekk relatata ma’ opinjoni espressa jew vot mitfugħ minnha fil-qadi ta’ dmirijietha skont it-tifsira tal-istess Artikolu 8;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Artikolu 9, l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddisponi li waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri għandhom igawdu, fit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor barra dak tagħhom stess, l-immunità minn kull tip ta’ detenzjoni u minn proċedimenti legali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi, f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament, l-immunità parlamentari mhijiex privileġġ personali tal-Membru iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament Ewropew kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jirriżulta li l-Parlament igawdi “setgħa diskrezzjonali wiesgħa fir-rigward tal-orjentazzjoni li kellu intenzjoni jagħti lid-deċiżjoni fir-rigward ta’ talba għat-tneħħija tal-immunità [...], minħabba n-natura politika li għandha tali deċiżjoni”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23, il-paragrafu 59 u l-ġurisprudenza ċċitata.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi kwalunkwe konklużjoni dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Elisabetta Gualmini jeħtieġ li tinsilet abbażi tal-informazzjoni u l-ispjegazzjonijiet ipprovduti f’dan il-każ, b’mod partikolari dawk ipprovduti mill-Prosekutur Federali Belġjan; billi d-deskrizzjoni tal-fatti allegati u l-konklużjonijiet sussegwenti fit-talba għar-rinunzja, fin-nuqqas ta’ spjegazzjonijiet aktar dettaljati, tidher li hija inkonsistenti, tiddependi fuq suppożizzjonijiet jew insinwazzjonijiet u ma tirrispettax il-proċessi politiċi stabbiliti fil-Parlament fir-rigward tal-ħatra ta’ viċi presidenti ta’ gruppi politiċi u t-tħejjija u l-konklużjoni ta’ pożizzjonijiet interni fi ħdan grupp politiku; billi jidher li ma ntwera l-ebda <STRING ITALIC="on">quid pro quo</STRING> ċar u billi ma ntwera biżżejjed l-ebda benefiċċju personali għal Elisabetta Gualmini li jirriżulta b’mod inekwivoku mill-fatti allegati ppreżentati fit-talba;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi, barra minn hekk, l-allegati fatti mressqa fit-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Elisabetta Gualmini ma jirrispettawx il-kuntest inseparabbli u r-rabta mal-attivitajiet politiċi regolari ta’ grupp politiku jew ma’ attivitajiet politiċi regolari mwettqa mill-Membri fi ħdan grupp politiku; billi l-gruppi politiċi fil-Parlament huma ffurmati skont ir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u huma rregolati minnhom, għandhom rwol ċentrali fl-organizzazzjoni interna u għall-ħidma tal-Parlament bħala istituzzjoni u huma strumentali għall-funzjoni demokratika ewlenija tiegħu; billi, b’mod partikolari, il-gruppi politiċi jwettqu dmirijiethom bħala parti mill-attivitajiet tal-Unjoni, inklużi l-ħidmiet allokati lilhom mir-Regoli ta’ Proċedura.
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-iskop tal-immunità parlamentari mhuwiex li tipproteġi l-għemil ħażin, iżda li tipproteġi l-funzjonament demokratiku tal-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi, abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-inkonsistenzi fir-rigward tal-perjodu li fih twettaq l-allegat reat u l-ġustifikazzjoni pprovduta, l-inċertezzi dwar l-elementi li fuqhom hija bbażata t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Elisabetta Gualmini, u r-raġunijiet għat-talba, kif ukoll in-nuqqas ta’ evidenza jew spjegazzjonijiet suffiċjenti għall-allegat għemil ħażin, inkluż fil-kuntest tal-proċessi politiċi stabbiliti, iqajmu tħassib li l-intenzjoni wara l-proċedimenti setgħet kienet li ssir ħsara lir-reputazzjoni tal-Membru kkonċernat u jindikaw li hemm nuqqas ta’ elementi suffiċjenti għall-Parlament biex jasal għal bażi serja u fondata għat-tneħħija tal-immunità ta’ Elisabetta Gualmini;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi għalhekk jidher li, f’dan il-każ, jista’ jiġi preżunt <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri hemm “evidenza konkreta”<FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Settembru 2020, <STRING ITALIC="on">Troszczynski</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, C-12/19 P, ECLI:EU:C:2020:725, il-paragrafu 26.</FIELD></FOOTNOTE> li l-intenzjoni sottostanti tal-proċedimenti legali inkwistjoni hija li tiġi mminata l-attività politika ta’ Elisabetta Gualmini u, għalhekk, dik tal-Parlament kollu kemm hu, inkluż tal-proċess intern tiegħu ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi espress permezz tal-ħidma stabbilita u regolari ta’ grupp politiku;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li ma jneħħix l-immunità ta’ Elisabetta Gualmini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Renju tal-Belġju u lil Elisabetta Gualmini.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>