<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0317</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Alessandra Moretti</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0264/2025 - Rapporteur: Marcin Sypniewski)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2025 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Alessandra Moretti (2025/2064(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Alessandra Moretti, imressqa fis-27 ta’ Frar 2025 mis-Servizz tal-Protokoll tas-Servizz Pubbliku Federali Belġjan għall-Affarijiet Barranin, il-Kummerċ Barrani u l-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, li bagħat talba mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Federali Belġjan b’rabta mal-proċedimenti kriminali li għandhom jinbdew kontriha, u mħabbra fil-Parlament fl-10 ta’ Marzu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Alessandra Moretti fl-4 ta’ Ġunju 2025 u wara li kkunsidra d-dokumenti ppreżentati minnha skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-Prosekutur Federali Belġjan permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’suffraġju universali dirett, tal-20 ta’ Settembru 1976,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013, fid-19 ta’ Diċembru 2019 u fil-5 ta’ Lulju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, <STRING ITALIC="on">Marra</STRING> vs <STRING ITALIC="on">De Gregorio u Clemente</STRING>, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C-163/10, ECLI:EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, <STRING ITALIC="on">Junqueras Vies</STRING>, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2023, <STRING ITALIC="on">Puigdemont i Casamajó u oħrajn</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-272/21, ECLI:EU:T:2023:373.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0264/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, fis-27 ta’ Frar 2025, il-Prosekutur Federali Belġjan ħareġ talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Alessandra Moretti, Membru tal-Parlament Ewropew eletta fl-Italja, b’rabta mal-proċedimenti kriminali li se jitressqu kontriha;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi investigazzjoni li għaddejja fil-kuntest tal-hekk imsejħa affari ta’ “Qatargate” allegatament żvelat l-eżistenza ta’ organizzazzjoni kriminali fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-Parlament Ewropew, li l-għan tagħha kien li jxaħħam lill-Membri sabiex jiġi influwenzat il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Parlament favur l-interessi ġeopolitiċi ta’ ċerti pajjiżi terzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi dik l-investigazzjoni tidher li turi li għadd ta’ vantaġġi speċifiċi allegatament ġew offruti, aċċettati u saħansitra mitluba minn Alessandra Moretti; billi, skont l-informazzjoni pprovduta mill-Prosekutur Federali Belġjan, firxa ta’ tipi differenti ta’ evidenza ġiet allegatament miġbura mill-koakkużati u minn suspettati oħra taħt investigazzjoni ġudizzjarja dwar għadd ta’ vantaġġi speċifiċi li Alessandra Moretti allegatament fittxet u/jew kisbet; billi dik l-evidenza kienet allegatament ikkorroborata minn diversi sejbiet tas-servizzi tal-pulizija; billi bi skambju għal dawk il-vantaġġi speċifiċi, Alessandra Moretti allegatament attendiet avvenimenti jew laqgħat fejn tkellmet favur il-Qatar wara li allegatament irċeviet istruzzjonijiet mhux biss b’mod passiv iżda fittxet b’mod attiv parir dwar x’azzjonijiet tista’ tieħu u tgħid fid-diskorsi tagħha, kif ukoll fejn u meta; billi allegatament ikkuntattjat ukoll b’mod proattiv lil Membri oħra, u offriet li tissostitwihom waqt ċerti voti relatati mal-Qatar;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi Alessandra Moretti hija għalhekk suspettata li allegatament wettqet, bejn l-1 ta’ Lulju 2019 u l-10 ta’ Diċembru 2022, atti illegali li jistgħu jiġu kklassifikati skont il-liġi Belġjana bħala parteċipazzjoni fl-attività ta’ organizzazzjoni kriminali u tixħim passiv, reati kriminali skont, rispettivament, l-Artikoli 324bis u 324ter u skont l-Artikoli 246 sa 250 tal-Kodiċi Kriminali Belġjan;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament</STRING>, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-għan tal-immunità parlamentari prevista fil-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward ta’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawk id-dmirijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddisponi li l-Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċedimenti ġudizzjarji, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom; billi l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jikkostitwixxi dispożizzjoni speċjali maħsuba biex tipproteġi l-libertà tal-espressjoni u l-indipendenza tal-Membri tal-Parlament Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543, il-punt 26;</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-allegazzjonijiet jikkonċernaw imġiba li tikkostitwixxi r-reati ta’ parteċipazzjoni allegata fl-attività ta’ organizzazzjoni kriminali u l-allegat tixħim passiv, li ma jistgħux jitqiesu bħala l-opinjonijiet espressi jew il-voti mogħtija ta’ Alessandra Moretti fil-qadi ta’ dmirijietha fid-dawl tal-objettiv u l-formulazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-allegati reati ma jikkostitwux opinjoni espressa jew vot mogħti minn Alessandra Moretti fil-qadi ta’ dmirijietha skont it-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u lanqas it-talba sussegwenti għat-tneħħija tal-immunità tagħha ma hija għalhekk relatata ma’ opinjoni espressa jew vot mitfugħ minnha fil-qadi ta’ dmirijietha skont it-tifsira tal-istess Artikolu 8;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Artikolu 9(1)(b) tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddisponi li, waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri għandhom igawdu, fit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor barra dak tagħhom stess, l-immunità minn kull tip ta’ detenzjoni u minn proċedimenti legali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, f’konformità mal-Artikolu 5(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, l-immunità parlamentari mhijiex privileġġ personali tal-Membru iżda garanzija tal-indipendenza tal-Parlament Ewropew kollu kemm hu u tal-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi, skont it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Alessandra Moretti, twettqet investigazzjoni ġudizzjarja fil-fond, kumplessa u fit-tul, u involviet, fost oħrajn, għadd kbir ta’ persuni u dmirijiet investigattivi mwettqa lil hinn mill-Belġju, inkluż barra mill-Unjoni, u ġie ssekwestrat ammont konsiderevoli ta’ tagħmir tal-kompjuter u l-kontenut tiegħu ġie analizzat; billi l-investigazzjoni li għaddejja kienet tikkonċerna diversi individwi, inklużi Membri tal-Parlament Ewropew, mhux biss Alessandra Moretti; billi għalhekk jidher li t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Alessandra Moretti ma għandhiex l-għeruq tagħha f’tentattiv li tagħmel ħsara lill-attività politika tagħha iżda hija, pjuttost, riżultat tal-investigazzjoni ġudizzjarja fil-fond u kumplessa msemmija hawn fuq;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi, f’dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri fi kliem ieħor li ma jidhirx li l-intenzjoni sottostanti tal-proċedimenti inkwistjoni hija li tiġi mminata l-attività politika ta’ Alessandra Moretti bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Alessandra Moretti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Renju tal-Belġju u lil Alessandra Moretti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>