<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0325</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati: applikazzjoni EGF/2025/003 SE/Northvolt – L-Iżvezja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0239/2025 - Rapporteur: Aura Salla)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2025 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Iżvezja – EGF/2025/003 SE/Northvolt (COM(2025)0621 – C10-0270/2025 – 2025/0326(BUD))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2025)0621 – C10‑0270/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/691/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament dwar il-FEG”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj<STRING ITALIC="on">).</STRING></FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28 ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-punt 9 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A10-0239/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, u biex tgħinhom jintegraw mill-ġdid fis-suq tax-xogħol; billi din l-assistenza ssir permezz ta’ appoġġ finanzjarju li jingħata lill-ħaddiema u lill-kumpaniji li jkunu ħadmu magħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Iżvezja ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2025/003 SE/Northvolt għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), wara 6 486 sensja<FOOTNOTE><FIELD> Fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-FEG.</FIELD></FOOTNOTE> fis-settur ekonomiku kklassifikat taħt id-diviżjoni 2 tan-NACE Reviżjoni 71 (Attivitajiet arkitettoniċi u ta’ inġinerija; l-ittestjar u l-analiżi tekniċi); fir-reġjuni ta’ Övre Norrland (SE33), Stokkolma (SE11) u Östra Mellansverige (SE12) b’5 829 sensja fil-perjodu ta’ referenza għall-applikazzjoni mit-28 ta’ Novembru 2024 sat-28 ta’ Marzu 2025, u 657 sensja qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, matul il-perjodu ta’ referenza kopert mill-applikazzjoni, ġew identifikati total ta’ 5 829 sensja, li jinkludu 5 561 ħaddiem issensjat li twaqqfitilhom l-attività f’Northvolt AB (Northvolt) u s-sussidjarji tagħha<FOOTNOTE><FIELD> Inklużi l-impriżi konġunti ta’ Northvolt u Volvo Cars li għalihom, fil-bidu tas-sena 2025, Volvo Cars akkwistat l-ishma kollha sabiex tkun l-uniku proprjetarju ta’ dawk il-kumpanniji.</FIELD></FOOTNOTE>, u 268 ħaddiem issensjat fi 8 fornituri u produtturi downstream ta’ Northvolt;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG; billi għas-657 sensja addizzjonali li twaqqfitilhom l-attività qabel jew wara l-perjodu ta’ referenza ta’ erba’ xhur, tista’ tiġi stabbilita rabta kawżali ċara mal-avveniment li wassal għall-waqfien tal-attività għall-ħaddiema ssensjati matul il-perjodu ta’ referenza kif meħtieġ mill-Artikolu 6(2) tar-Regolament dwar il-FEG;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi Northvolt kienet speċjalizzata f’attivitajiet arkitettoniċi u tal-inġinerija, ittestjar tekniku u manifattura tal-batteriji; billi l-kumpanija ppreżentat falliment fit-12 ta’ Marzu 2025 minħabba diffikultajiet relatati mal-produzzjoni, b’mod partikolari bħala riżultat ta’ provvista żejda kkawżata minn kompetizzjoni intensa minn importazzjonijiet li joriġinaw prinċipalment miċ-Ċina, li tiddomina s-suq globali li jammonta għal aktar minn 80 % tal-produzzjoni globali tal-batteriji;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Ewropa teħtieġ industrija tal-batteriji b’saħħitha u kompetittiva biex tnaqqas dipendenzi strateġiċi dannużi u ssaħħaħ l-awtonomija industrijali tagħha, kif ukoll biex tilħaq il-miri tagħha tat-tranżizzjoni klimatika u tal-enerġija; billi l-industrija tal-batterija u tal-fornituri qed tiffaċċja spejjeż għoljin tal-enerġija u tal-kapital, dewmien fil-produzzjoni, distorsjonijiet tas-suq globali, kif ukoll pressjoni kompetittiva dejjem akbar minn produtturi ta’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari ċ-Ċina<FOOTNOTE><FIELD> Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni 2026, Il-Mument tal-Indipendenza tal-Ewropa https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/strategy-documents/commission-work-programme/commission-work-programme-2026_mt</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Arbetsförmedlingen (is-Servizz Pubbliku Żvediż tal-Impjiegi) qed jipprovdi l-prefinanzjament u l-kofinanzjament nazzjonali tal-miżuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi kien hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u f’dik nazzjonali rigward is-sensji kollettivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom ikunu primarjament diretti lejn miżuri ta’ politika attivi tas-suq tax-xogħol u servizzi personalizzati li jimmiraw lejn ir-riintegrazzjoni rapida tal-benefiċjarji f’impjieg deċenti u sostenibbli fi ħdan jew barra s-settur tal-attività inizjali tagħhom, filwaqt li jħejjuhom għal ekonomija Ewropea aktar ekoloġika u aktar diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Fond ma jridx jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 30 miljun (prezzijiet tal-2018), kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 kif emendat mir-Regolament (UE, Euratom) 2024/765;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati u li l-Iżvezja hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ EUR 8 526 322 skont dak ir-Regolament, somma li tirrappreżenta 60 % tal-ispiża totali ta’ EUR 14 210 537, liema spiża tinkludi n-nefqa għal servizzi personalizzati ta’ EUR 13 663 977 u n-nefqa għal attivitajiet ta’ tħejjija, ta’ ġestjoni, ta’ informazzjoni u ta’ pubbliċità, ta’ kontroll u ta’ rapportar ta’ EUR 546 560;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Żvediżi ppreżentaw l-applikazzjoni fis-16 ta’ Ġunju 2025, u li, wara l-għoti ta’ informazzjoni addizzjonali mill-Iżvezja, il-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fit-28 ta’ Ottubru 2025, aktar minn erba’ xhur wara, u l-Parlament ġie notifikat fl-istess ġurnata; jisħaq fuq l-importanza li jitqassar b’mod sinifikanti ż-żmien ta’ kunsiderazzjoni bejn is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal assistenza mill-FEG u d-deċiżjoni ta’ finanzjament, sabiex jiġi żgurat li l-appoġġ finanzjarju jkun jista’ jiġi mobilizzat mingħajr dewmien; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu ssimplifikati u aċċellerati l-proċeduri filwaqt li jiġi ssalvagwardjat bis-sħiħ il-bilanċ istituzzjonali, b’mod partikolari d-drittijiet tal-Parlament bħala awtorità baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-applikazzjoni hija relatata ma’ 6 486 ħaddiem issensjat affettwati minn avveniment kbir ta’ ristrutturar li jikkonċerna lil Northvolt, li wassal għall-akbar falliment fl-Iżvezja fi żminijiet moderni; jinnota wkoll li total ta’ 5 800 ħaddiem issensjat se jkunu benefiċjarji fil-mira u huma mistennija jipparteċipaw fil-miżuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jieħu nota li s-sinifikat tas-sensji tal-impjiegi fil-belt ta’ Skellefteå huwa sever u r-rata tal-qgħad laħqet it-8,2 % matul is-sena preċedenti; jieħu nota li l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema ssensjati għandhom livelli għoljin ta’ edukazzjoni u għandhom inqas minn 54 sena; b’ħiliet speċjalizzati fil-qasam tal-produzzjoni u l-inġinerija tal-batteriji jisħaq li hija meħtieġa azzjoni rapida biex jiġi evitat it-tnaqqis reġjonali strutturali u jenfasizza l-importanza li jitrawmu impjiegi ta’ kwalità għolja u orjentati lejn il-futur biex tiġi żgurata reżiljenza ekonomika u soċjali fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li minn Awwissu 2025, l-istart-up Amerikana Lyten, mexxeja globali fil-batteriji tas-sulfur tal-litju, daħlet fi ftehim vinkolanti biex takkwista l-assi li fadal ta’ Northvolt fl-Iżvezja, fil-Ġermanja u fil-Polonja sa tmiem l-2025, u qed tippjana li timpjega mill-ġdid il-forza tax-xogħol li ngħatat is-sensja filwaqt li tqis il-kapaċità li toffrilhom pożizzjonijiet ekwivalenti fir-reġjun; jissottolinja li l-impjieg mill-ġdid għandu jitqies bħala għażla primarja u li l-ammonti kollha mhux użati għandhom jitħallsu lura lill-Kummissjoni f’każ ta’ akkwiżizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar li, bi qbil mat-trade unions u s-sħab soċjali, is-servizzi personalizzati li għandhom jiġu pprovduti lill-ħaddiema kollha jikkonsistu fl-azzjonijiet li ġejjin: valutazzjoni fil-fond u ppjanar individwali, attivitajiet ta’ tfittix ta’ impjieg u kkowċjar, appoġġ għall-bidu ta’ negozju proprju u appoġġ għall-investiment, taħriġ fis-suq tax-xogħol, korsijiet ta’ taħriġ, appoġġ speċjali biex wieħed jidħol fis-suq tax-xogħol jew isegwi edukazzjoni, allowances u taħriġ fil-ħiliet diġitali; jisħaq li l-awtoritajiet Żvediżi għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni u jenfasizzaw il-valur miżjud tal-Unjoni tal-intervent, billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u mmirata lejn udjenzi multipli, inkluża informazzjoni mmirata lejn il-benefiċjarji, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab soċjali, il-media u l-pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li l-kwalifiki u l-ħiliet tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja jibqgħu kruċjali għal ekonomija Ewropea li tibqa’ valida fil-futur u li twettaq it-tranżizzjoni ekoloġika; iqis għalhekk li l-mobilizzazzjoni tal-FEG jeħtieġ li tiġi inkorporata f’rispons ta’ politika akbar biex jiġi żgurat li l-ħaddiema affettwati jsibu opportunitajiet adegwati f’konformità mal-kwalifiki u l-ħiliet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jitlob evalwazzjonijiet finali bir-reqqa tal-miżuri implimentati, inkluża informazzjoni ċara dwar kif intużaw il-fondi u jekk intefqux f’konformità mal-pjanijiet approvati, b’mod partikolari f’każijiet ta’ appoġġ finanzjarju dirett bħal appoġġ għall-bidu ta’ negozju u għall-investiment; jitlob ukoll data dwar l-għadd ta’ ħaddiema integrati mill-ġdid b’suċċess fl-impjieg u dawk li lestew miżuri ta’ taħriġ u titjib tal-ħiliet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li l-Iżvezja bdiet tipprovdi kemm servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira kif ukoll iġġarrab nefqa amministrattiva biex timplimenta l-FEG fil-25 ta’ Ottubru 2024 u li l-perjodu ta’ eliġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għalhekk se jkun minn dik id-data sa 24 xahar u sa 31 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ finanzjament, rispettivament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li l-awtoritajiet Żvediżi pprovdew aċċertament li l-prinċipji tat-trattament ugwali u tan-nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u fl-implimentazzjoni tagħhom, u li kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Itenni li l-għajnuna mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà tal-kumpaniji, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew ta’ ftehimiet kollettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti ta’ sforzi koerenti u kkoordinati tal-Unjoni biex jiġu żgurati l-kompetittività u l-awtonomija strateġika, żviluppati fi sħubija mill-qrib mal-Istati Membri u r-reġjuni, sabiex tiġi ssalvagwardjata l-bażi tal-impjiegi industrijali tal-Ewropa li tibqa’ valida fil-futur u li twieġeb għar-rekwiżiti tal-awtonomija industrijali Ewropea u ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-Unjoni f’setturi strateġiċi, bħall-industrija tal-batteriji u tal-fornituri, filwaqt li tavvanza t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-Unjoni; jissottolinja li ekonomija Ewropea robusta, reżiljenti u sostenibbli biss tista’ tipprevjeni b’mod effettiv is-sensji fuq skala kbira, u b’hekk qabelxejn tnaqqas il-ħtieġa ta’ intervent tal-FEG; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati rikonoxximent u viżibbiltà ċari tal-finanzjament tal-Unjoni biex jiġi enfasizzat il-valur miżjud tiegħu u s-solidarjetà Ewropea inkorporata mill-FEG; jappella għal komunikazzjoni konsistenti u mmirata tajjeb lill-benefiċjarji, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, lis-sħab soċjali, lill-midja, u lill-pubbliku ġenerali; jiddeplora l-fatt li l-industrija tal-batteriji tal-Unjoni tbati minn sussidji li l-gvern Ċiniż jipprovdi lill-produtturi tiegħu li jfixklu l-kompetizzjoni globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Japprova d-deċiżjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Iżvezja – EGF/2025/003 SE/Northvolt</STRING>

<STRING ITALIC="on">(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2025/2661.)</STRING>
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>