<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0326</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Arabja Sawdija</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0230/2025 - Rapporteur: Hana Jalloul Muro)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2025 dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Arabja Sawdija (2025/2082(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 205-222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Arabja Sawdija, b’mod partikolari dawk tal-25 ta’ Ottubru 2018 dwar il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi fil-konsulat Sawdi f’Istanbul<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1 </STRING>ĠU C 345, 16.10.2020, p. 67.</FIELD></FOOTNOTE>, tal-11 ta’ Frar 2021 dwar is-sitwazzjoni umanitarja u politika fil-Jemen<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2 </STRING>ĠU C 465, 17.11.2021, p. 126.</FIELD></FOOTNOTE> u tat-8 ta’ Lulju 2021 dwar il-piena tal-mewt fl-Arabja Sawdija, b’mod partikolari l-każijiet ta’ Mustafa Hashem al-Darwish u Abdullah al-Howaiti<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3 </STRING>ĠU C 99, 1.3.2022, p. 185.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-18 ta’ Mejju 2022 dwar Sħubija Strateġika mal-pajjiżi tal-Golf (JOIN(2022)0013), u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2022 dwarha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mandat tal-Kunsill għall-ftuħ ta’ negozjati ġodda għal Ftehimiet ta’ Sħubija Strateġika (SPAs) mal-pajjiżi tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għall-Istati Għarab tal-Golf (GCC) u rispettivament ir-Renju tal-Bahrain, l-Istat tal-Kuwajt, is-Saltna tal-Oman, l-Istat tal-Qatar, ir-Renju tal-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta mill-ewwel summit UE-GCC tas-16 ta’ Ottubru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tad-29 Kunsill Konġunt u l-Laqgħa Ministerjali bejn il-GCC u l-UE tas-6 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar direttivi ġodda ta’ negozjar għal Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles reġjonali u Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles bilaterali mal-pajjiżi tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni għall-Istati Għarab tal-Golf u rispettivament ir-Renju tal-Bahrain, l-Istat tal-Kuwajt, is-Sultanat tal-Oman, l-Istat tal-Qatar, ir-Renju tal-Arabja Sawdija u l-Istat tal-Emirati Għarab Magħquda (COM(2025)0194),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-arranġament ta’ kooperazzjoni bejn is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tar-Renju tal-Arabja Sawdija, iffirmat fit-3 ta’ Ottubru 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-raba’ Djalogu UE-Renju tal-Arabja Sawdija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li sar f’Riyadh fl-20 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-reġim globali ta’ sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-drittijiet tal-bniedem, stabbilit f’Diċembru 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottati fl-2004 u riveduti fl-2008,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta’ Esperti tan-NU dwar Ismijiet Ġeografiċi tat-8 ta’ April 2025 dwar ir-Renju tal-Arabja Sawdija (2025/169/CRP.169),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tat-18 ta’ Diċembru 1979,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0230/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Arabja Sawdija hija sieħeb bilaterali u reġjonali ewlieni għall-UE; billi huwa importanti li din il-kooperazzjoni tiġi approfondita lejn sħubija strateġika li għandha l-għan li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali u tippromwovi l-kooperazzjoni f’diversi setturi, inklużi d-difiża, il-kultura u l-innovazzjoni, iżda fuq kollox l-enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Arabja Sawdija hija s-17 l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE globalment, u l-UE hija l-akbar investitur barrani tal-Arabja Sawdija;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, matul l-aħħar għaxar snin, l-Arabja Sawdija u ċ-Ċina approfondew ir-rabtiet tagħhom fil-qafas tal-proġett “Viżjoni 2030” tal-Arabja Sawdija, u l-Arabja Sawdija saret l-akbar riċevitur tal-investimenti taċ-Ċina fl-Inizjattiva “Belt and Road”, inklużi investimenti f’infrastruttura strateġika bħall-portijiet u n-networks diġitali; billi ċ-Ċina ilha x-xerrej ewlieni taż-żejt naturali tal-Arabja Sawdija mill-2019; billi l-Arabja Sawdija u ċ-Ċina saħħew il-kooperazzjoni fl-oqsma tal-politika barranija, is-sigurtà, l-enerġija, il-kummerċ u t-teknoloġija permezz tal-istabbiliment ta’ Kumitat Konġunt ta’ Livell Għoli (HLJC), kif ukoll sottokumitati, fl-2016;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Arabja Sawdija qed issaħħaħ ir-relazzjonijiet tagħha mal-Indja, b’mod partikolari permezz tal-proġett intitolat il-“Kuritur Ekonomiku bejn l-Indja, il-Lvant Nofsani u l-Ewropa” (IMEC), li għandu l-għan li jtejjeb il-konnettività bejn l-Asja u l-Ewropa permezz tal-peniżola Għarbija;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Arabja Sawdija qed tkompli tikkonsolida l-istatus tagħha bħala medjatur reġjonali fdat u attur globali ewlieni, u huwa kruċjali li tagħmel dan b’aderenza sħiħa mad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt internazzjonali u l-promozzjoni tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi għadu għaddej każ quddiem il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) dwar l-Applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju fl-Istrixxa ta’ Gaża (<STRING ITALIC="on">l-Afrika t’Isfel</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Iżrael</STRING>), li tressaq mill-Afrika t’Isfel fid-29 ta’ Diċembru 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Arabja Sawdija qed issaħħaħ id-djalogu u l-kooperazzjoni mal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-promozzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt internazzjonali fil-politika barranija, inkluż il-kummerċ, hija obbligu tat-trattat għall-UE, minqux fl-Artikoli 3 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa, fis-sejbiet tiegħu ta’ Ottubru 2024 dwar l-Arabja Sawdija, esprima tħassib rigward prattiki diskriminatorji stabbiliti sew, fastidju ta’ attivisti nisa u l-impatt usa’ ta’ miżuri punittivi, inkluż l-użu tal-piena tal-mewt;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi s-summit li jmiss UE-GCC, li għandu jsir f’Riyadh fl-2026, se jkun kruċjali biex jitwessa’ aktar il-kamp ta’ applikazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Arabja Sawdija u tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet kruċjali ta’ interess reċiproku;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u l-Arabja Sawdija</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza l-impenn pożittiv bejn l-UE u l-GCC, bħala tnejn mill-atturi ewlenin fil-Mediterran usa’, matul l-ewwel summit UE-GCC fl-2024; jafferma li l-UE għandha l-għan li tagħti spinta lir-rabtiet bilaterali ma’ kull pajjiż tal-GCC permezz ta’ SPAs li jindirizzaw in-nuqqas attwali ta’ qafas legalment vinkolanti għar-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u l-Arabja Sawdija, filwaqt li tisfrutta l-potenzjal għal oqsma ta’ kooperazzjoni aktar profonda u usa’, bħall-politika barranija u ta’ sigurtà, il-ġustizzja u l-infurzar tal-liġi, il-kummerċ u l-investiment, l-enerġija u l-klima, it-trasformazzjoni diġitali, l-ambjent, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali, il-konnettività, il-governanza diġitali, l-edukazzjoni, il-kultura, ir-riċerka, iż-żgħażagħ u l-kuntatt bejn il-persuni, u sabiex jiġu żgurati riformi tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tax-xogħol fil-pajjiżi tal-GCC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ l-allinjament u l-kooperazzjoni bejn l-Arabja Sawdija u l-UE fl-oqsma tal-politika barranija u ta’ sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja l-potenzjal għal aktar kollaborazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-Arabja Sawdija fil-qasam tal-enerġija sostenibbli, il-materja prima kritika, it-teknoloġija tal-informazzjoni, u l-intraprenditorija, filwaqt li jinnota li l-kooperazzjoni ekonomika bejn l-UE u l-Arabja Sawdija hija l-pedament tar-relazzjoni bilaterali; jappella għal aktar kooperazzjoni bejn l-UE u l-Arabja Sawdija f’dawn l-oqsma; jappoġġja l-konformità tal-Arabja Sawdija mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-diliġenza dovuta meta tinvolvi ruħha fi ftehimiet ekonomiċi jew kummerċjali li jinvolvu kumpaniji li huma proprjetà tal-Fond ta’ Investiment Pubbliku tal-Arabja Sawdija jew affiljati miegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li l-approfondiment tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Arabja Sawdija fl-enerġija u l-kummerċ għandu jsaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE billi, fuq terminu qasir, sorsi affidabbli ta’ provvista tal-enerġija jiġu diversifikati; jissottolinja li filwaqt li l-Arabja Sawdija tibqa’ attur globali ewlieni fis-swieq tal-enerġija fossili, hija bdiet ukoll perkors ta’ diversifikazzjoni u sostenibbiltà, b’investimenti fl-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari proġetti solari u tal-idroġenu fuq skala kbira; jinnota li l-Arabja Sawdija issa tikklassifika ruħha fost l-aqwa 10 swieq tal-ħżin tal-enerġija fid-dinja, u b’hekk tkompli tavvanza l-post tagħha fuq quddiem fl-enerġija rinnovabbli; jenfasizza li l-isfruttar tal-potenzjal vast tal-enerġija solari tal-Arabja Sawdija, flimkien mat-teknoloġiji rinnovabbli avvanzati tal-UE, jistgħu jippermettu inizjattivi konġunti fl-idroġenu ekoloġiku, il-fjuwils sostenibbli u l-infrastruttura tal-enerġija tal-ġenerazzjoni li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-UE hija impenjata li tappoġġja l-isforzi tal-Arabja Sawdija għad-diversifikazzjoni u r-riforma soċjoekonomika, inkluża l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-UE tibqa’ impenjata li tavvanza arranġament ta’ vjaġġar mingħajr viża sikur u ta’ benefiċċju reċiproku mal-ħames pajjiżi tal-GCC li fadal, sabiex tiżgura t-trattament ugwali tagħhom, ħaġa li tista’ tiġi vvalutata fil-kuntest tal-istrateġija l-ġdida tal-viża tal-UE; jinnota l-importanza ekonomika sinifikanti tat-turisti tal-Arabja Sawdija għall-Istati Membri tal-UE, b’mod partikolari fl-appoġġ ta’ setturi ewlenin bħall-industriji tal-ospitalità, tal-bejgħ bl-imnut u dawk kulturali; jissottolinja li ċ-ċittadini tal-Arabja Sawdija ma jippreżentawx sors ta’ pressjoni għal migrazzjoni irregolari<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4 </STRING>Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ April 2024 li tistabbilixxi regoli adattati dwar il-ħruġ ta’ viżi għal dħul multiplu lil ċittadini tal-Arabja Sawdija li jirrisjedu fl-Arabja Sawdija u li japplikaw fl-Arabja Sawdija għal viżi għal soġġorn qasir u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2022)8007 (C(2024)2689).</FIELD></FOOTNOTE>, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw l-introduzzjoni ta’ eżenzjoni mill-viża ta’ Schengen ladarba tingħata l-kaskata biex jiġi ffaċilitat it-turiżmu, jissaħħu l-iskambji bejn il-persuni, u jissaħħu aktar ir-rabtiet ekonomiċi u kulturali bejn l-UE u l-Arabja Sawdija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-UE tkompli tiffaċilita l-kooperazzjoni regolatorja, li se tgħin l-isforzi tal-Arabja Sawdija biex tistabbilixxi regoli u proċeduri għal diversifikazzjoni tal-enerġija u riforma soċjoekonomika ta’ suċċess; jinkorraġġixxi sħubijiet aktar b’saħħithom bejn l-UE u l-entitajiet edukattivi u ta’ riċerka tal-Arabja Sawdija, inkluż permezz ta’ programmi bħal Erasmus Mundus u Orizzont Ewropa; jisħaq fuq l-importanza li jinħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għal żieda fil-mobbiltà tal-istudenti; jenfasizza kif it-tisħiħ tal-opportunitajiet ta’ skambju għaż-żgħażagħ se jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-konsolidazzjoni tar-relazzjoni bejn l-UE, l-Arabja Sawdija u r-reġjun tal-Golf kollu kemm hu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-prijoritajiet u l-opportunitajiet tal-politika barranija tal-Arabja Sawdija għall-UE</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza dejjem tikber tal-Arabja Sawdija bħala attur diplomatiku u l-kontributi sinifikanti tiegħu għall-istabbiltà reġjonali u dinjija, b’mod partikolari fil-kuntest tal-operazzjonijiet militari ta’ Iżrael f’Gaża, kif ukoll fir-rigward tal-iżviluppi reċenti fis-Sirja, fil-Libanu, fil-Jemen, fil-Baħar l-Aħmar u fis-Sudan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jappella għal kooperazzjoni barranija u ta’ sigurtà aktar b’saħħitha fid-dawl tal-eskalazzjonijiet reġjonali; jenfasizza li kemm il-komunikazzjoni konġunta dwar sħubija strateġika mal-Golf kif ukoll l-SPA futur appellaw għal kooperazzjoni aktar b’saħħitha fl-oqsma tal-politika u tas-sigurtà; jisħaq li tali kooperazzjoni trid tkun ibbażata fuq impenn kondiviż biex jiġi rrispettat id-dritt internazzjonali, inklużi d-drittijiet tal-bniedem, id-dritt umanitarju internazzjonali u l-Karta tan-NU; jesprimi l-appoġġ tiegħu għad-deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Lulju 2025 li tawtorizza lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jibdew negozjati dwar l-istabbiliment ta’ SPA mar-Renju tal-Arabja Sawdija; jirrikonoxxi li din l-inizjattiva tirrappreżenta opportunità kruċjali biex jiġu avvanzati l-interessi strateġiċi tal-UE, titrawwem l-istabbiltà reġjonali, u tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-oqsma tal-enerġija u s-sigurtà; jappella għal involviment b’saħħtu u attiv miż-żewġ partijiet matul il-proċess kollu tan-negozjati, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-konklużjoni rapida u f’waqtha tiegħu; jisħaq li l-kooperazzjoni msaħħa tal-UE mal-Arabja Sawdija għandha sservi wkoll biex issaħħaħ l-impenji kondiviżi għall-paċi u l-istabbiltà, u biex tissalvagwardja s-sistema multilaterali bbażata fuq ir-regoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza r-rwol diplomatiku importanti tal-Arabja Sawdija, b’mod partikolari fl-appoġġ għat-tnaqqis tat-tensjoni fil-Jemen, it-tisħiħ tas-sigurtà marittima fil-Baħar l-Aħmar, l-ospitar ta’ taħditiet dwar l-Ukrajna u l-iffaċilitar tad-djalogu dwar is-Sudan, u b’hekk jingħata kontribut b’mod kostruttiv għall-istabbiltà reġjonali u internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Arabja Sawdija tkompli bil-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Arabja Sawdija dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni, li trid titwettaq f’konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jisħaq fuq l-importanza ta’ allinjament estensiv bejn l-UE u l-Arabja Sawdija f’dawn l-oqsma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Arabja Sawdija biex tinkoraġġixxi t-tnaqqis tat-tensjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet militari ta’ Iżrael f’Gaża; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2025 dwar Gaża fil-punt ta’ kollass: azzjoni tal-UE biex tiġi miġġielda l-karestija, il-ħtieġa urġenti li l-ostaġġi jinħelsu u l-progress lejn soluzzjoni ta’ żewġ Stati<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">5 </STRING>Testi adottati, P10_TA(2025)0199.</FIELD></FOOTNOTE>, u jilqa’ d-Dikjarazzjoni ta’ New York dwar is-Soluzzjoni Paċifika tal-Kwistjoni tal-Palestina u l-Implimentazzjoni tas-soluzzjoni ta’ żewġ stati tad-29 ta’ Lulju 2025, u l-approvazzjoni tagħha mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-12 ta’ Settembru 2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-Arabja Sawdija u minn ċerti Stati Għarab oħra biex jinnormalizzaw ir-relazzjonijiet diplomatiċi ma’ Iżrael fil-qafas tal-Ftehimiet ta’ Abram tal2020; jappella lill-UE biex tappoġġja inizjattivi mmirati lejn il-bini ta’ appoġġ reġjonali u internazzjonali wiesa’ għal futur aħjar fir-relazzjonijiet Għarab-Iżraeljani fil-qafas tal-UE tas-soluzzjoni aċċettata ta’ żewġ stati, sabiex tiġi promossa l-istabbiltà reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Ifaħħar l-avviċinament diplomatiku u finanzjarju sostanzjali tal-Arabja Sawdija lejn is-Sirja, inkluż permezz ta’ konsultazzjonijiet reġjonali, kif ukoll sforzi usa’ ta’ stabbilizzazzjoni u rikostruzzjoni; jistieden lill-Arabja Sawdija u lis-sħab tagħha fir-reġjun jassistu lill-Gvern Sirjan tranżizzjonali fl-istabbiliment ta’ arkitettura politika u ta’ sigurtà dejjiema u inklużiva; jisħaq fuq l-importanza li jiġu ppreservati s-sovranità u l-integrità territorjali tas-Sirja, u l-parteċipazzjoni u l-protezzjoni tal-minoranzi tas-Sirja; jappella għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u l-Arabja Sawdija biex issir ħidma lejn tranżizzjoni paċifika u inklużiva fis-Sirja u biex jiġu protetti l-Insara u l-komunitajiet kollha fis-Sirja, filwaqt li jiġu ggarantiti s-sikurezza u l-libertà tar-reliġjon tagħhom, kif ukoll il-protezzjoni tal-wirt kulturali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-appoġġ tal-UE għar-rikostruzzjoni politika u soċjoekonomika tal-Libanu u jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Arabja Sawdija fl-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1701 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, b’appoġġ għall-Forzi Armati Libaniżi; jilqa’ l-isforzi tal-Gvern Libaniż u jappella għad-diżarm tal-Hezbollah; itenni l-importanza li l-pajjiżi kollha tar-reġjun jirrispettaw is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Libanu, filwaqt li jistieden lill-partijiet kollha jissalvagwardjaw lill-forzi taż-żamma tal-paċi tal-Forza Interim tan-NU fil-Libanu (UNIFIL);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol kostruttiv tal-Arabja Sawdija fost it-tensjonijiet reġjonali attwali, iż-żieda fil-kooperazzjoni bejn l-Arabja Sawdija u l-Emirati Għarab Magħquda, u n-normalizzazzjoni diplomatika gradwali mal-Iran; jenfasizza l-allinjament bejn l-UE u l-Arabja Sawdija fit-trażżin tal-proxies Iranjani u l-waqfien fl-iżvilupp ulterjuri tal-programm nukleari tal-Iran;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jenfasizza l-prijorità kondiviża bejn l-UE u l-Arabja Sawdija li tiġi stabbilita paċi dejjiema fil-Jemen, u jfaħħar l-impenn kontinwu tal-Arabja Sawdija biex tinkiseb soluzzjoni politika inklużiva fil-Jemen; jistieden lill-Arabja Sawdija tappoġġja mekkaniżmu investigattiv internazzjonali indipendenti dwar il-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-Jemen bejn l-2015 u l-2022; jinkoraġġixxi żieda fl-għajnuna umanitarja tal-UE u tal-Arabja Sawdija lill-Jemen, u sforzi konġunti miż-żewġ partijiet biex jirreaġixxu għall-attakki mmirati fuq il-ħaddiema umanitarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ t-taħditiet innegozjati min-NU li saru f’Riyadh f’Jannar 2025 għall-istabbiliment ta’ pjan direzzjonali għal paċi inklużiva fil-Jemen, li wassal għal progress fl-iskedi ta’ żmien għad-diżarm tal-Houthi; jinnota li dawn jibqgħu dipendenti fuq l-assistenza ekonomika tal-Arabja Sawdija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jisħaq fuq l-impenn sod tal-UE li tiżgura l-protezzjoni tar-rotot marittimi u tad-drittijiet tan-navigazzjoni internazzjonali fil-Baħar l-Aħmar; jenfasizza l-impenn tal-Arabja Sawdija għas-sigurtà marittima u jappella għal kooperazzjoni politika u ta’ intelligence aktar mill-qrib mal-Operazzjoni Aspides tal-Forza Navali tal-UE, u mal-Istati Membri tal-UE b’mod usa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ l-involviment tal-Arabja Sawdija fl-ospitar tan-negozjati għall-waqfien mill-ġlied tal-gwerra tal-Ukrajna; iħeġġeġ lill-Arabja Sawdija tikkoopera aktar mill-qrib mas-sħab tagħha fl-appoġġ tas-sanzjonijiet kontra l-Federazzjoni Russa u tieħu miżuri biex tgħin ittemm l-attivitajiet tal-flotta mistura Russa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota l-impenn ta’ USD 600 biljun tal-Arabja Sawdija li tinvesti fl-Istati Uniti, inkluż ftehim ta’ difiża u kooperazzjoni strateġika dwar teknoloġiji emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol tal-Arabja Sawdija fit-trawwim tal-kooperazzjoni multilaterali, inkluż permezz tal-involviment dejjem akbar tagħha fl-Afrika, b’mod partikolari fis-Saħel, u fl-Asja; jappella għal koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u l-Arabja Sawdija dwar il-kooperazzjoni fl-enerġija, l-iżvilupp tal-infrastruttura transreġjonali, il-bini tal-kapaċitajiet, l-iżvilupp tal-kapital uman, l-istrumenti finanzjarji u l-mekkaniżmi ta’ investiment mal-kontinent Afrikan kollu; jisħaq fuq l-importanza li l-proġetti mmexxija mill-Arabja Sawdija jiġu integrati mal-oqfsa tal-UE, inkluża l-inizjattiva Global Gateway;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li l-Arabja Sawdija ġiet mistiedna formalment biex issir membru tal-grupp ta’ pajjiżi BRICS; jinnota li l-avviċinament tal-Arabja Sawdija lejn il-BRICS tirrifletti xejra lejn alleanzi diversifikati; jistieden lill-UE timpenja ruħha b’mod kostruttiv mal-Arabja Sawdija f’fora multilaterali biex tipproteġi l-interessi kummerċjali u ta’ investiment reċiproċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota t-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali bejn l-Arabja Sawdija u t-Turkija, b’mod partikolari fl-oqsma tas-sigurtà u d-difiża; jistieden lill-Arabja Sawdija tuża dik ir-relazzjoni biex tipperswadi lit-Turkija tagħti kontribut kostruttiv għall-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani billi tirrikonoxxi lill-Ħamas bħala organizzazzjoni terroristika u ttemm l-appoġġ politiku, ekonomiku u loġistiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-pożizzjoni konsistenti tal-Arabja Sawdija fir-rigward tal-klassifikazzjoni tagħha tal-Fratellanza Musulmana bħala organizzazzjoni terroristika, u jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu l-istess u jirrikonoxxu lill-Fratellanza Musulmana bħala organizzazzjoni terroristika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">It-trasformazzjoni soċjoekonomika tal-Arabja Sawdija u l-opportunitajiet għall-UE</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jilqa’ l-pjanijiet ambizzjużi tal-Viżjoni 2030 tal-Arabja Sawdija bit-tfassil ta’ riforma soċjoekonomika sinifikanti biex timmodernizza l-pajjiż u l-istituzzjonijiet tiegħu, u biex tiddiversifika l-ekonomija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jappella lill-Arabja Sawdija biex issawwar mill-ġdid ix-xenarju tal-enerġija tagħha u timxi lejn l-enerġija rinnovabbli u l-idroġenu ekoloġiku bħala parti mill-pjanijiet tagħha tal-Viżjoni 2030; jistieden lill-Arabja Sawdija taderixxi mal-impenji tagħha skont il-Ftehim ta’ Pariġi u f’konformità mal-opinjoni esperta tan-NU; jinnota li l-UE tinsab lesta li tikkollabora mal-kontropartijiet tagħha tal-Arabja Sawdija dwar proġetti li javvanzaw l-għanijiet ambjentali taż-żewġ reġjuni; jenfasizza l-impenn tar-Renju tal-Arabja Sawdija għat-tranżizzjoni tal-enerġija, filwaqt li jfakkar fil-wegħda tiegħu li jilħaq emissjonijiet żero netti sal-2060 u li jipproduċi 50 % tal-elettriku tiegħu minn sorsi rinnovabbli sal-2030; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-proġett emlematiku tal-Arabja Sawdija li tipproduċi erba’ miljun tunnellata ta’ idroġenu nadif kull sena sal-2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jissottolinja r-rwol tal-Arabja Sawdija bħala attur dejjem aktar importanti fil-ktajjen tal-provvista tal-minerali u l-isforzi tagħha biex tallinja ruħha mal-aħjar prattiki internazzjonali; jisħaq li t-twessigħ tal-ambitu tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Arabja Sawdija f’dan il-qasam se jkun kruċjali biex tkompli tiġi kkonsolidata l-istrateġija tal-UE għat-tneħħija tar-riskji f’dan ir-rigward, u l-isforz tagħha li tiddiversifika l-provvista tal-materja prima tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-Arabja Sawdija għamlet progress konsiderevoli biex tindirizza r-rata għolja tagħha ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ, billi niżżlitha minn 35,01 % fl-2006 għal 16 % fl-2023; jirrakkomanda li l-Arabja Sawdija tkompli tagħti prijorità lil din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jilqa’ l-approċċ tal-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija fl-adozzjoni ta’ aktar tolleranza u t-tbegħid minn politiki reliġjużi restrittivi; jinnota r-rabta diretta bejn it-tolleranza u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, filwaqt li jissottolinja li l-ftuħ u l-inklużività jrawmu kundizzjonijiet għall-innovazzjoni, l-investiment u l-progress soċjali; ifaħħar ir-riformi pożittivi tal-kurrikulu mwettqa fl-Arabja Sawdija, inkluż, b’mod partikolari, it-tneħħija ta’ kontenut reliġjuż diskriminatorju, filwaqt li jinkoraġġixxi aktar progress f’dan ir-rigward; jinkoraġġixxi lill-Arabja Sawdija tkompli b’dawn ir-riformi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jenfasizza l-progress sinifikanti li għamlet l-Arabja Sawdija fir-rigward tat-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tan-nisa fuq il-post tax-xogħol, li żdiedet għal 36 % u l-fatt li n-nisa ngħataw id-dritt li jsuqu u jivvjaġġaw mingħajr kustodja ta’ raġel; jissottolinja li l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol fl-Arabja Sawdija żdiedet b’aktar mid-doppju mill-2017; jinnota li n-nisa tal-Arabja Sawdija issa għandhom 45 % tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u 17 % tal-intrapriżi kollha; iqis li dawn l-iżviluppi jirriflettu l-impatt tar-riformi legali introdotti mill-2018, inklużi t-tneħħija tal-projbizzjoni tas-sewqan<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">6 </STRING>Il-Forum Ekonomiku Dinji, “Saudi women now legally allowed to drive” (In-nisa tal-Arabja Sawdija issa jistgħu jsuqu legalment), 25 ta’ Ġunju 2018.</FIELD></FOOTNOTE>, l-adozzjoni ta’ liġi kontra l-fastidju, u regolamenti ġodda dwar l-istatus personali li jgħollu l-età minima taż-żwieġ għal 18-il sena u jsaħħu l-awtonomija tan-nisa; jenfasizza dawn il-kisbiet u jinkoraġġixxi t-tkomplija tar-riformi mmirati biex ikomplu javvanzaw id-drittijiet tan-nisa u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja pubblika, meta n-nisa attwalment jammontaw għal 41 % tas-servizz ċivili – inklużi karigi diplomatiċi għolja – 20 % tas-sħubija tal-Kunsill Shura u l-ewwel mara Musulmana Għarbija li tivvjaġġa lejn l-ispazju; jinnota li, minkejja l-progress, għad fadal sfidi, inkluż fir-rigward tal-Liġi dwar l-Istatus Personali u l-inugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fiż-żwieġ, id-divorzju, il-kustodja tat-tfal, il-wirt u d-drittijiet tal-proprjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li l-Arabja Sawdija nediet sensiela ta’ proġetti infrastrutturali ambizzjużi qabel ma tospita l-EXPO 2030 u t-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2034; jafda fil-kapaċità tal-Gvern tal-Arabja Sawdija li jiggarantixxi d-drittijiet tal-ħaddiema għal assoċjazzjoni libera, u jisħaq li għad hemm tħassib dwar it-trattament u d-drittijiet tal-ħaddiema, u dwar ir-rata ta’ mwiet tal-migranti f’inċidenti relatati mal-post tax-xogħol fl-Arabja Sawdija; jirrikonoxxi r-riformi introdotti fl-ambitu tal-Inizjattiva ta’ Riforma tax-Xogħol tal-Arabja Sawdija, filwaqt li jistieden lill-Arabja Sawdija tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-abolizzjoni tal-2025 tas-sistema ta’ sponsorizzazzjoni <STRING ITALIC="on">Kafala</STRING> u tiggarantixxi d-drittijiet tal-ħaddiema li jistrajkjaw u jinvolvu ruħhom f’negozjar kollettiv; jistenna li l-Arabja Sawdija taħtaf l-opportunità ppreżentata mit-Tazza tad-Dinja tal-FIFA tal-2034 u li sa dak iż-żmien tkun kompliet timplimenta r-riformi; iħeġġeġ lill-Arabja Sawdija tikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-diliġenza dovuta u l-monitoraġġ tal-kumpaniji li jimpjegaw il-ħaddiema biex tiżgura li dawn ikopru l-ispejjeż u t-tariffi kollha relatati mar-reklutaġġ tal-ħaddiema, u tintroduċi miżuri għar-rimborż tat-tariffi ta’ reklutaġġ illegali mħallsa mill-ħaddiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jirrikonoxxi l-opportunitajiet ippreżentati u l-interessi konverġenti fil-qafas tal-kollaborazzjoni bejn l-UE u l-Arabja Sawdija fi ħdan is-sħubija strateġika UE-GCC u permezz tal-inizjattiva tal-Global Gateway dwar l-IMEC, li huma mistennija jwasslu għal investimenti fil-kejbils tal-elettriku, it-telekomunikazzjonijiet taħt il-baħar u l-kejbils tad-data, kif ukoll pipelines għall-idroġenu ekoloġiku; jivvaluta l-potenzjal tiegħu li jgħaqqad l-UE permezz ta’ konnessjonijiet tat-trasport multimodali; jieħu nota tal-parteċipazzjoni tal-Istati Uniti; jappella bil-qawwa sabiex id-diskrepanza fil-finanzjament tal-IMEC tiġi indirizzata permezz tal-investimenti tal-UE, tal-Istati Uniti u tal-Golf, u l-promozzjoni tal-iżvilupp tal-infrastruttura sostenibbli; jenfasizza l-importanza strateġika tal-IMEC bħala mutur trasformattiv tal-konnettività reġjonali, tal-integrazzjoni ekonomika u tal-kooperazzjoni ġeopolitika; jinnota l-potenzjal li titwessa’ l-kollaborazzjoni dwar l-infrastruttura diġitali strateġika, inklużi rotot tad-data diversifikati u siguri li jgħaqqdu l-Golf u l-Ewropa, bl-objettiv kondiviż li jissaħħu r-reżiljenza diġitali, is-sigurtà tad-data u l-konnettività tal-Ewropa mal-Asja u l-Afrika; jirrikonoxxi l-isforzi li għaddejjin mill-Kamra Ewropea tal-Kummerċ fir-Renju tal-Arabja Sawdija (ECCKSA) biex trawwem kollaborazzjoni bejn il-kumpaniji Ewropej u l-Arabja Sawdija dwar l-infrastruttura tat-trasport u tal-loġistika, f’konformità mal-liġijiet tal-UE dwar id-diliġenza dovuta;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Drittijiet tal-bniedem </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jappella għal kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u l-Arabja Sawdija dwar id-drittijiet tal-bniedem; jilqa’ d-Djalogi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem bejn l-UE u r-Renju tal-Arabja Sawdija mmexxija mill-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Arabja Sawdija u mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, filwaqt li r-Raba’ Djalogu sar f’Riyadh f’Diċembru 2024; jinnota li d-diskussjonijiet koprew firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa u d-drittijiet ta’ gruppi vulnerabbli, l-istat tad-dritt, id-dritt għal proċess ġust, il-piena kapitali, il-libertajiet ta’ espressjoni, ta’ għaqda u ta’ assoċjazzjoni, it-traffikar tal-bnedmin, id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, kif ukoll il-kooperazzjoni bilaterali bejn l-UE u r-Renju tal-Arabja Sawdija u l-attivitajiet f’fora multilaterali dwar id-drittijiet tal-bniedem; jissottolinja li d-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem jipprovdu pjattaforma kruċjali għall-iskambju ta’ perspettivi dwar id-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni multilaterali, u jisħaq li dan u d-djalogi l-oħra kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem li l-UE torganizza għandu jkollhom l-għan li jiżguraw progress konkret, li jista’ jitkejjel u marbut biż-żmien fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi riformi tad-drittijiet tal-bniedem, it-tneħħija ta’ politiki abbużivi, l-iżgurar tal-obbligu ta’ rendikont għall-abbużi u l-ħelsien ta’ individwi li jinsabu l-ħabs b’mod inġust; jappella sabiex jiġi stabbilit mekkaniżmu strutturat ta’ monitoraġġ tal-UE b’punti ta’ riferiment u skedi ta’ żmien ċari, inklużi miżuri ta’ segwitu biex jiġi inkoraġġit aktar progress fir-riformi tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaqblu dwar il-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem b’mod reċiproku mal-Arabja Sawdija matul in-negozjati ta’ ftehim ta’ sħubija bilaterali, inkluż iżda mhux limitat għar-ratifika mill-Arabja Sawdija tal-konvenzjonijiet ewlenin dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol, kif ukoll il-ħelsien ta’ individwi li jinsabu l-ħabs b’mod inġust;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jirrikonoxxi r-riformi soċjali implimentati mill-Arabja Sawdija, bħal-Liġi l-ġdida dwar it-Tranżazzjonijiet Ċivili, il-progress fl-għoti tas-setgħa lin-nisa, il-ħidma fuq l-abbozzar ta’ kodiċi kriminali, ir-riforma tas-sistema tax-xogħol tal-migranti <STRING ITALIC="on">Kafala</STRING> u l-implimentazzjoni ta’ regolamenti ġodda għall-ħaddiema; jinnota, madankollu, li s-sistema legali tal-Arabja Sawdija qed tiffaċċja sfidi, minħabba n-nuqqas ta’ liġi kriminali kodifikata u d-dipendenza tagħha fuq leġiżlazzjoni definita b’mod wiesa’, biex tiżgura li ċerti drittijiet ma jkunux soġġetti għall-kriminalizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jirrikonoxxi l-parteċipazzjoni dejjem tikber tas-soċjetà ċivili fl-Arabja Sawdija, b’aktar minn 5 400 assoċjazzjoni u organizzazzjoni rreġistrati, u jappella għal aktar miżuri biex tiġi appoġġjata u sostnuta din it-tendenza pożittiva; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar iż-żieda fl-arresti ta’ attivisti, attivisti tas-soċjetà ċivili, intellettwali u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jeżerċitaw id-dritt tagħhom, f’konformità mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, għal-libertà tal-espressjoni, kemm online kif ukoll offline; jinkoraġġixxi lill-Arabja Sawdija tirrevedi d-definizzjoni tagħha ta’ terroriżmu, f’konformità mal-istandards internazzjonali; jappella għall-ħelsien immedjat ta’ individwi detenuti għaliex eżerċitaw b’mod paċifiku d-drittijiet tagħhom, speċifikament attivisti ewlenin, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kritiċi, akkademiċi u klerikali paċifiċi, u jappella sabiex jitneħħew il-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar għal dawk li ġew rilaxxati; ifakkar li l-Parlament ta l-Premju Sakharov 2015 lill-blogger tal-Arabja Sawdija Raif Badawi; iħeġġeġ lill-Arabja Sawdija testendi l-aċċess u ż-żjarat fil-pajjiżi għal firxa usa’ ta’ organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jirrikonoxxi l-istrateġija tal-Arabja Sawdija dwar id-drittijiet tal-bniedem għat-Tazza tad-Dinja tal-FIFA 2034; jafferma mill-ġdid li l-UE hija lesta tappoġġja r-riformi tal-Arabja Sawdija dwar id-drittijiet tal-bniedem, dwar il-ħaddiema u r-riformi legali li għaddejjin bħalissa; jappella għal kooperazzjoni msaħħa man-NU u mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar id-drittijiet tal-ħaddiema migranti, fit-twettiq ta’ aktar riformi tax-xogħol komprensivi u inklużivi f’konformità mal-istandards internazzjonali, b’mod partikolari qabel l-EXPO 2030 u t-Tazza tad-Dinja tal-2034, sabiex jiġi żgurat li l-imwiet u l-inċidenti kollha tal-ħaddiema migranti, irrispettivament mill-kawża, il-ħin u l-post perċepiti, jiġu investigati kif xieraq, u li l-familji tal-ħaddiema mejta jirċievu kumpens ġust u f’waqtu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE għall-abolizzjoni tal-piena tal-mewt taħt kwalunkwe ċirkostanza, u jafferma mill-ġdid l-impenn ta’ prinċipju tal-UE li taħdem mal-Arabja Sawdija għal dan l-għan; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-eskalazzjoni tal-eżekuzzjonijiet fl-Arabja Sawdija, li laħqu l-għadd bla preċedent ta’ aktar minn 345 fl-2024; jistieden lill-Arabja Sawdija tistabbilixxi moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet; jikkundanna l-użu kontinwu tal-piena tal-mewt għal reati mhux letali, b’mod partikolari delitti relatati mad-droga – li b’hekk jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, ħaġa li tillimita l-applikazzjoni tal-piena tal-mewt għad-“deliiti l-aktar serji” biss – u l-fatt li aktar minn nofs l-eżekuzzjonijiet kollha fl-2025 kienu ta’ ċittadini barranin, spiss wara proċessi li naqsu milli jissodisfaw l-istandards internazzjonali ta’ proċess ġust; jappella għad-depenalizzazzjoni ta’ attivitajiet sesswali bejn persuni tal-istess sess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jiddeplora d-detenzjoni kontinwa ta’ individwi kkundannati għall-mewt għal reati mwettqa meta kienu tfal, u jistieden lill-awtoritajiet tal-Arabja Sawdija jannullaw dawn is-sentenzi tal-mewt, f’konformità mal-obbligi tal-Arabja Sawdija skont id-dritt internazzjonali u d-digriet irjali tagħha ta’ April 2020; jistieden lill-Arabja Sawdija teħles minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lill-individwi kollha detenuti talli eżerċitaw b’mod paċifiku d-drittijiet tal-bniedem tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jistieden lill-Arabja Sawdija tirratifika l-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol; jinkoraġġixxi lill-Arabja Sawdija tiżgura li l-leġiżlazzjoni attwali u ġdida kollha, inkluż il-kodiċi penali, tikkonforma mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u jissottolinja l-importanza ta’ kooperazzjoni mill-qrib man-NU u mal-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili, f’dan ir-rigward;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Maestà Tiegħu r-Re Salman bin Abulaziz Al Saud, lill-Prinċep Eredi Mohammed bin Salman Al Saud, lill-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija u lill-Kunsill Shura. jappella sabiex din ir-riżoluzzjoni tiġi tradotta għall-Għarbi;
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>