<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0327</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 </STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0562/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2025 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D110123/02 – 2025/2958(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603, li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D110123/02),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1829/oj<STRING UNDERLINE="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 22(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-votazzjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf imsemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tal-14 ta’ Ottubru 2025, fejn ma ngħatat ebda opinjoni, u l-vot tal-Kumitat tal-Appell fit-28 ta' Novembru 2025, li fih għal darb'oħra ma ngħatat l-ebda opinjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2011/182/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fit-22 ta’ Mejju 2025, u ppubblikata fl-20 ta’ Ġunju 2025<FOOTNOTE><FIELD> L-opinjoni xjentifika tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati bit-titolu “Assessment of genetically modified maize NK603 for renewal authorisation under Regulation (EC) No 1829/2003 (dossier GMFF-2023-21250)” (Valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (dossier GMFF-2023-21250)). EFSA Journal 2025;23(6):9505; https://doi.org/10.2903/j.efsa.2025.9505.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta’ organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM)<FOOTNOTE><FIELD>–––––––––––––––––  Fit-tmien leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 36 riżoluzzjoni u, fid-disa’ leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta 38 riżoluzzjoni li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni tal-OĠM. Barra minn hekk, fl-għaxar leġiżlatura tiegħu, il-Parlament adotta r-riżoluzzjonijiet li ġejjin:Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2628 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × NK603, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1797, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1797/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2627 dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qoton ġenetikament modifikat COT102, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1798, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1798/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2629 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122 u tmien subkombinazzjonijiet tiegħu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1799, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1799/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1828 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ għalf li fih il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 u li jikkonsisti minnu, u ta’ prodotti tal-ikel u tal-għalf prodotti minn dak il-qamħirrum ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1207 (ĠU C, C/2025/1800, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1800/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1822 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat DP915635, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1801, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1801/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1826 li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DP23211, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1802, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1802/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2618 dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DP202216 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1803, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1803/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom, li jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 94804 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/1804, 4.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1804/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP910521 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/2246, 29.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2246/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Frar 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 95275, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C, C/2025/2247, 29.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2247/oj).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Mejju 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 87708 × MON 89788, li jikkonsistu minnha jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2025)0106).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Ottubru 2025 dwar d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1898 tat-22 ta’ Settembru 2025 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DP51291 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2025)0222).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat DAS1131 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2025)0288).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qoton ġenetikament modifikat MON 88913 (MON-88913-8), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2025)0289).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-lift ġenetikament modifikat MON 88302, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2025)0290).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87708, li jikkonsistu minnha, jew li huma prodotti minnha, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2025)0291).Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni li ġġedded l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427, li jikkonsistu minnu, jew li huma prodotti minnu, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (P10_TA(2025)0292).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 115(2) u (3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/684<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/684 tal-24 ta’ April 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 (MON-ØØ6Ø3-6) u li ġġeddu għall-prodotti eżistenti tal-qamħirrum NK603 (MON-ØØ6Ø3-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, 30.4.2015, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/684/oj).</FIELD></FOOTNOTE> awtorizzat l-introduzzjoni fis-suq ta’ ikel u għalf li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 (“il-qamħirrum ĠM”), li jikkonsistu minnu jew li huma prodotti minnu. L-ambitu ta’ dik l-awtorizzazzjoni jkopri wkoll l-introduzzjoni fis-suq ta’ prodotti, għajr l-ikel u l-għalf, li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 għall-istess użi bħal kull qamħirrum ieħor għajr għall-kultivazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fil-11 ta’ Marzu 2024, Bayer Agriculture B.V., ibbażata fil-Belġju, ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni f’isem Bayer CropScience LP, ibbażata fl-Istati Uniti, f’konformità mal-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid ta’ dik l-awtorizzazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, fl-20 ta’ Ġunju 2025, l-EFSA ħarġet opinjoni xjentifika favorevoli dwar il-qamħirrum ĠM f’konformità mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li fiha kkonkludiet li l-applikazzjoni għat-tiġdid ma kien fiha l-ebda evidenza ta’ xi perikli ġodda, esponiment modifikat jew inċertezzi xjentifiċi li jbiddlu l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tar-riskju oriġinali dwar il-qamħirrum ĠM, adottati mill-EFSA fl-2009<FOOTNOTE><FIELD> Bord dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati tal-EFSA, 2009. Scientific Opinion of the Panel on Genetically Modified Organisms on applications (EFSA-GMO-NL-2005-22 and EFSA-GMO-RX-NK603) for the placing on the market of the genetically modified glyphosate tolerant maize NK603 for cultivation, food and feed uses and import and processing, and for renewal of the authorisation of maize NK603 as existing product (Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati dwar l-applikazzjonijiet (EFSA-GMO-NL-2005-22 u EFSA-GMO-RX-NK603) għall-introduzzjoni fis-suq tal-qamħirrum tolleranti għall-glifosat ġenetikament modifikat NK603 għall-kultivazzjoni, l-użu fl-ikel u l-għalf u l-importazzjoni u l-ipproċessar, u għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tal-qamħirrum NK603 bħala prodott eżistenti). EFSA Journal, 7(6), 1137.https://doi.org/10.2903/j.efsa.2009.1137.</FIELD></FOOTNOTE>; billi dawk l-opinjonijiet ma indirizzawx diversi impatti ambjentali, soċjoekonomiċi u kumulattivi usa’ li l-EFSA tqis li jaqgħu barra mill-mandat tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-qamħirrum ĠM ġie żviluppat biex jagħti tolleranza lill-glifosat;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-valutazzjonijiet tar-riskju mwettqa mill-EFSA ma inkludewx studji tossikoloġiċi fit-tul jew analiżi dettaljata tal-effetti kumulattivi u kombinatorji, inklużi interazzjonijiet potenzjali ma’ residwi ta’ pestiċidi użati b’mod komuni fil-kultivazzjoni tal-qamħirrum;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-maġġoranza l-kbira tal-għelejjel ĠM, inkluż il-qamħirrum ĠM, ġew ġenetikament modifikati sabiex ikunu tolleranti għal erbiċida “komplementari” waħda jew aktar li jistgħu jintużaw matul il-kultivazzjoni tal-għalla ĠM, mingħajr ma l-għalla tmut, kif ikun il-każ għal għalla mhux tolleranti għall-erbiċidi; billi hemm għadd ta’ studji li juru li l-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi jirriżultaw f’użu akbar ta’ erbiċidi komplementari, fil-biċċa l-kbira minħabba li jfeġġ ħaxix ħażin tolleranti għall-erbiċidi<FOOTNOTE><FIELD> Ara, pereżempju, Bonny, S., “Genetically Modified Herbicide-Tolerant Crops, Weeds, and Herbicides: Overview and Impact” (Għelejjel, Ħaxix Ħażin, u Erbiċidi Ġenetikament Modifikati Tolleranti għall-Erbiċidi: Ħarsa Ġenerali u Impatt), Environmental Management, Jannar 2016; 57 (1), pp. 31-48, https://doi.org/10.1007/s00267-015-0589-7, u Benbrook, C.M., ‘Impacts of genetically engineered crops on pesticide use in the U.S. – the first sixteen years’” (Impatti ta’ għelejjel ġenetikament modifikati fuq l-użu tal-pestiċidi fl-Istati Uniti – l-ewwel 16-il sena), Environmental Sciences Europe; 28 ta’ Settembru 2012, Vol. 24(1), https://doi.org/10.1186/2190-4715-24-24.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-għelejjel ĠM tolleranti għall-erbiċidi jillimitaw lill-bdiewa f’sistema ta’ ġestjoni tal-ħaxix ħażin li hija fil-biċċa l-kbira jew kompletament dipendenti mill-erbiċidi, u tagħmel dan billi titlob premium għaż-żrieragħ ĠM li jista’ jiġi ġġustifikat biss jekk il-bdiewa li jixtru tali żerriegħa jbexxu wkoll l-erbiċidi komplementari; billi dipendenza akbar minn erbiċidi komplementari fuq azjendi agrikoli li jħawlu l-qamħirrum ĠM se tħaffef il-ħruġ mill-ġdid u t-tixrid ta’ ħaxix ħażin reżistenti għal dawk l-erbiċidi, u b’hekk tiskatta l-ħtieġa ta’ aktar użu ta’ erbiċidi, ċirku vizzjuż magħruf bħala “l-ispirall tal-erbiċidi”; billi, bħala konsegwenza, l-impatti negattivi li jirriżultaw minn dipendenza eċċessiva mill-erbiċidi se jiggravaw is-saħħa tal-ħamrija, il-kwalità tal-ilma, u l-bijodiversità ta’ taħt u ta’ fuq l-art, kif ukoll iwasslu għal żieda fl-esponiment tal-bniedem u tal-annimali, potenzjalment ukoll permezz ta’ żieda fir-residwi ta’ erbiċidi fuq l-ikel u l-għalf<FOOTNOTE><FIELD> Ara, pereżempju: 	https://doi.org/10.1002/ps.8105, 	https://doi.org/10.1016/j.geoforum.2009.03.009.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi għad hemm dubji serji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi l-EFSA kkonkludiet, f’Novembru 2015, li huwa improbabbli li l-glifosat huwa karċinoġeniku u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kkonkludiet f’Marzu 2017 li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet iġġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015, l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer, l-aġenzija speċjalizzata fil-kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, ikklassifikat il-glifosat bħala sustanza probabbilment karċinoġenika għall-bnedmin; billi għadd ta’ studji xjentifiċi reċenti rieżaminati bejn il-pari jikkonfermaw il-potenzjal karċinoġeniku tal-glifosat<FOOTNOTE><FIELD> Ara, pereżempju:https://doi.org/10.1016/j.mrrev.2019.02.001,https://doi.org/10.1093/ije/dyz017,https://doi.org/10.1371/journal.pone.0219610 uhttps://doi.org/10.1186/s13045-019-0767-9.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi r-riskju tal-fluss tal-ġeni minn qamħirrum lejn qraba selvaġġi bħal teosinte, irrapportat fi Spanja u fi Franza, iqajjem tħassib dwar il-persistenza transġene u l-impatti ambjentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-monitoraġġ u s-sorveljanza indipendenti tal-effetti negattivi potenzjali fuq il-bijodiversità, is-saħħa tal-ħamrija, il-pollinaturi u l-organiżmi mhux fil-mira għadhom mhumiex garantiti biżżejjed;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-prinċipju ta’ prekawzjoni, imnaqqax fl-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu japplika f’każijiet ta’ inċertezza xjentifika;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jirrikjedi li l-ikel u l-għalf ĠM ma jeħtiġilhomx ikollhom effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi t-tiġdid min-naħa tal-Unjoni tal-awtorizzazzjoni tal-qamħirrum ĠM ma jkunx konsistenti mal-impenji internazzjonali dwar it-tnaqqis tal-pestiċidi<FOOTNOTE><FIELD> F’Diċembru 2022, intlaħaq qbil dwar qafas globali dwar il-bijodiversità fil-COP15 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika, li jinkludi mira globali għat-tnaqqis tar-riskju tal-pestiċidi b’mill-inqas 50 % sal-2030 (ara: https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_22_7834).</FIELD></FOOTNOTE>, minħabba ż-żieda fl-esponiment tal-bniedem, tal-annimali u tal-ambjent għall-glifosat, għad-dikamba u għall-glufosinat f’pajjiżi li jkabbru din l-għalla ĠM tolleranti għall-erbiċidi, flimkien mal-eżiti tas-saħħa assoċjati potenzjalment serji;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni se tkompli tippermetti l-importazzjonijiet fl-Unjoni li ma jikkonformawx mal-istandards osservati mill-bdiewa tal-Unjoni, u b’hekk dan ipoġġihom fi żvantaġġ kompetittiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-konklużjonijiet tad-Djalogu Strateġiku dwar il-Futur tal-Agrikoltura fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> https://commission.europa.eu/strategy-and-policy/priorities-2019-2024/european-green-deal/agriculture-and-green-deal/strategic-dialogue-future-eu-agriculture_mt.</FIELD></FOOTNOTE> jistiednu lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-approċċ tagħha dwar l-aċċess għas-suq għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet agroalimentari, minħabba l-isfida tal-istandards diverġenti tal-Unjoni u tas-sħab kummerċjali tagħha; billi relazzjonijiet kummerċjali aktar ġusti, fuq livell globali, konsistenti mal-miri għal ambjent b’saħħtu kienu waħda mit-talbiet ewlenin tal-bdiewa matul id-dimostrazzjonijiet tal-2023 u l-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-Parlament saħaq ripetutament li l-Kummissjoni ma għandhiex tawtorizza OĠM f’każijiet li fihom ma tintlaħaq l-ebda maġġoranza kwalifikata mill-Istati Membri fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf jew fil-Kumitat ta’ Appell, sabiex jiġi indirizzat id-defiċit demokratiku persistenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi minkejja r-rikonoxximent tagħha stess tan-nuqqasijiet demokratiċi, in-nuqqas ta’ appoġġ mill-Istati Membri u l-oġġezzjonijiet tal-Parlament, il-Kummissjoni qed tkompli tawtorizza l-OĠM;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-approċċ “saħħa waħda” jirrikjedi li titqies l-interdipendenza bejn is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali, tal-pjanti u dik ambjentali meta jiġu vvalutati s-sostenibbiltà u s-sikurezza fit-tul tal-OĠM;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta’ implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li l-abbozz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, f’konformità mal-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward tal-ikel u l-għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirtira d-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ma ġġeddidx l-awtorizzazzjoni tal-qamħirrum ĠM minħabba n-nuqqas ta’ evidenza suffiċjenti dwar l-impatti fit-tul fuq il-bijodiversità, is-sikurezza tal-ikel, f’konformità mal-approċċ “saħħa waħda”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta, mingħajr dewmien, proposta leġiżlattiva biex tirriforma l-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-OĠM sabiex tirrispondi għall-oġġezzjonijiet konsistenti tal-Parlament u n-nuqqas ta’ appoġġ b’maġġoranza kwalifikata fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-awtorizzazzjoni tal-importazzjoni għall-użi tal-ikel jew tal-għalf ta’ kwalunkwe pjanta ĠM li tkun saret tolleranti għall-erbiċidi li huma pprojbiti fl-Unjoni, bħall-glufosinat, hija inkonsistenti mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni skont, fost l-oħrajn, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, inkluż il-Qafas Kunming-Montreal, u li toħloq kundizzjonijiet mhux ekwi għall-bdiewa tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>