<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0329</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ebda oġġezzjoni għal att delegat: CBAM: kundizzjonijiet għall-għoti ta’ akkreditazzjoni</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0565/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir l-ebda oġġezzjoni għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ akkreditazzjoni lill-verifikaturi, għall-kontroll u għas-sorveljanza ta’ verifikaturi akkreditati, għall-irtirar tal-akkreditazzjoni u għar-rikonoxximent reċiproku u għall-evalwazzjoni bejn il-pari tal-korpi ta’ akkreditazzjoni (C(2025)07845 – 2025/2997(DEA))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-regolament delegat tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2025 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ akkreditazzjoni lill-verifikaturi, għall-kontroll u għas-sorveljanza ta’ verifikaturi akkreditati, għall-irtirar tal-akkreditazzjoni u għar-rikonoxximent reċiproku u għall-evalwazzjoni bejn il-pari tal-korpi ta’ akkreditazzjoni (C(2025)07845),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2025, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-regolament delegat tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 4 ta’ Diċembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/956/oj</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 28(7) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 114(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, il-Klima u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra li l-ebda oġġezzjoni ma saret fil-perjodu stabbilit fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 114(6) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, li skada fis-16 ta’ Diċembru 2025,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-Regolament (UE) 2023/956 jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM) biex jiġu indirizzati l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra integrati f’ċerti oġġetti importati fit-territorju doganali tal-Unjoni sabiex jiġi pprevenut ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, u biex jinħolqu inċentivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet globali tal-karbonju;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi skont ir-Regolament (UE) 2023/956, meta l-emissjonijiet integrati fl-oġġetti importati fit-territorju doganali tal-Unjoni mill-2026 jiġu determinati abbażi tal-valuri attwali, għandhom jiġu verifikati minn verifikatur;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) 2023/956 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati sabiex tissupplimenta dak ir-Regolament billi tispeċifika l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-akkreditament imsemmi fl-Artikolu 18(2) ta’ dak ir-Regolament, għall-kontroll u s-sorveljanza tal-verifikaturi akkreditati, għall-irtirar tal-akkreditament u għar-rikonoxximent reċiproku u l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-korpi tal-akkreditament;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, fl-20 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni bagħtet lill-Parlament ir-regolament delegat, u b’hekk infetaħ il-perjodu ta’ skrutinju ta’ xahrejn biex il-Parlament joġġezzjona għal dak ir-regolament delegat;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-regolament delegat tal-Kummissjoni jispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom il-korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni għandhom jagħtu akkreditazzjoni għall-finijiet tas-CBAM abbażi tad-dokumentazzjoni ta’ sostenn sottomessa mill-applikant u l-kapaċità tal-applikant li japplika l-prinċipji ta’ verifika; billi r-regolament delegat tal-Kummissjoni jispeċifika wkoll il-kundizzjonijiet għall-kontroll u s-sorveljanza ta’ verifikaturi akkreditati u, għal dan il-għan, jispeċifika r-rekwiżiti u l-attivitajiet ta’ verifika tal-verifikaturi, il-miżuri amministrattivi applikabbli, inkluż l-irtirar tal-akkreditazzjoni, kif ukoll l-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-Kummissjoni Ewropea; billi, fl-aħħar nett, ir-regolament delegat tal-Kummissjoni jispeċifika l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku u għall-evalwazzjoni bejn il-pari tal-korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni, inkluż kwalunkwe azzjoni korrettiva meħtieġa mill-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi f’konformità mal-Artikolu 36(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/956, id-dispożizzjonijiet relatati mal-funzjonament tas-CBAM għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2026, wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni; billi dawk id-dispożizzjonijiet ma jistgħux jaħdmu mingħajr ma r-regolament delegat tal-Kummissjoni jkun applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2026;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>