<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0333</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (EuroHPC)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0241/2025 - Rapporteur: Borys Budka)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1488 (COM(2025)0414 – C10-0204/2025 – 2025/0229(NLE))</STRING></TI><NOTE>(Konsultazzjoni)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2025)0414),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 187 u l-Artikolu 188, l-ewwel paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C10‑0204/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 84 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A10-0241/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><TCONSOLID><TI><STRING BOLD="on">Emenda		1</STRING><BRK/><STRING BOLD="on">EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW</STRING><FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">*</STRING> Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> korsiva u grassa</STRING></STRING>; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.</FIELD></FOOTNOTE><BRK/><STRING BOLD="on">għall-proposta tal-Kummissjoni</STRING><BRK/><STRING BOLD="on">---------------------------------------------------------</STRING><BRK/><STRING BOLD="on">REGOLAMENT TAL-KUNSILL</STRING><BRK/><STRING BOLD="on">dwar l-emenda tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1488</STRING><BRK/></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT>IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,</PRINIT><GRVISA><VISA>
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 187 u l-Artikolu 188, l-ewwel paragrafu, tiegħu,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C , , p. .</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C […], […], p. […]</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA></GRVISA><GRCONS><GRCINIT>Billi:</GRCINIT><CONS>
<NO.P>(1)</NO.P>Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) għandu l-għan li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern billi jistabbilixxi qafas legali uniformi b’mod partikolari għall-iżvilupp, għall-kummerċjalizzazzjoni u għall-użu tal-intelliġenza artifiċjali f’konformità mal-valuri tal-Unjoni.
</CONS><CONS>
<NO.P>(1a)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill</STRING></STRING><FOOTNOTE><FIELD><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/695/oj).</STRING></STRING></FIELD></FOOTNOTE><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> jistabbilixxi l-qafas għall-infiq tal-Unjoni fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi t-tipi ta’ azzjoni u nefqa li jistgħu jiġu ffinanzjati f’dak il-qafas.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(2)</NO.P>Mill-2021, meta ġie adottat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173, il-qasam tal-intelliġenza artifiċjali (IA) ra progress tekniku enormi u sar dominju strateġiku u kkontestat ħafna fil-livell globali. L-Unjoni Ewropea tinsab fuq quddiem nett fl-isforzi biex tappoġġa l-innovazzjoni responsabbli fl-IA, billi tiggwida l-innovazzjoni, tistabbilixxi mekkaniżmi ta’ protezzjoni, u tiżviluppa governanza effettiva.
</CONS><CONS>
<NO.P>(3)</NO.P>Mudelli kbar tal-IA bi skop ġenerali tfaċċaw bħala xprunaturi vitali tal-kompetittività ekonomika u tal-innovazzjoni. Dawn saru kruċjali fit-tisħiħ tal-produttività f’diversi setturi u jittrasformaw ktajjen tal-valur sħaħ, u b’hekk jiddeterminaw il-ħolqien ta’ valur ekonomiku futur. Il-ġenerazzjoni li jmiss tal-mudelli tal-IA tal-ogħla livell hija mistennija twassal għal qabża fil-kapaċitajiet, lejn l-Intelliġenza Ġenerali Artifiċjali (IAĠ) li tkun kapaċi tindirizza kompiti kumplessi u diversi ħafna, li jlaħħqu mal-kapaċitajiet umani<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, filwaqt li potenzjalment toħloq ukoll riskji soċjetali ġodda</STRING></STRING>. Ir-reġjuni li huma kapaċi jiżviluppaw u jimplimentaw dawn il-mudelli tal-IA <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">b’mod sostenibbli, sikur u</STRING></STRING> fuq skala kbira se jkunu xprunaturi tal-innovazzjoni globali<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, se jippromwovu l-fiduċja</STRING></STRING> u se jattiraw it-talent ewlieni. Fl-istess ħin, is-setturi fuq quddiem nett tax-xjenza u tal-industrija, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">bħat-teknoloġija agrikola, il-bijoteknoloġija</STRING></STRING>, il-klima, is-settur awtomobilistiku, id-difiża, l-ispazju u l-ajruspazju, jeżiġu riżorsi sostanzjali tal-informatika biex iwettqu skoperti xjentifiċi u innovazzjonijiet industrijali importanti xprunati mill-IA. Is-sinerġiji bejn dawn l-attivitajiet u dawk imwettqin minn programmi oħrajn tal-Unjoni, bħall-Programm Spazjali tal-UE, se jiġu sfruttati, bis-salvagwardji xierqa fis-seħħ biex jiġu protetti l-interessi strateġiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.
</CONS><CONS>
<NO.P>(4)</NO.P>L-aktar Fabbriki tal-IA avvanzati fl-Ewropa se jkunu mgħammrin b’supercomputers li fihom sa 25 000 proċessur avvanzat tal-IA, li jippermettu l-iżvilupp ta’ mudelli tal-IA ta’ firxa medja biss. Għalhekk, hemm bżonn ta’ investimenti sinifikanti biex jiżdiedu l-kapaċitajiet tal-computing tal-Ewropa <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u jiġu pprovduti servizzi relatati biex iservu l-ekosistema tal-utenti diversa, deċentralizzata u mhux monolitika li hija karatteristika tat-teknoloġiji innovattivi fl-Unjoni filwaqt li jiġu stabbiliti l-faċilitajiet tal-ġenerazzjoni li jmiss li jippermettu l-iżvilupp ta’ mudelli tal-IA tal-ogħla livell</STRING></STRING>.
</CONS><CONS>
<NO.P>(5)</NO.P>Fid-9 ta’ April 2025, il-Kummissjoni varat il-Pjan ta’ Azzjoni għal Kontinent tal-IA<FOOTNOTE><FIELD> https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/news/commission-sets-course-europes-ai-leadership-ambitious-ai-continent-action-plan</FIELD></FOOTNOTE> biex l-Unjoni tippożizzjona ruħha bħala mexxejja globali fl-IA. Pilastru ewlieni ta’ din l-istrateġija huwa li tagħti spinta lill-infrastruttura madwar l-Ewropa kollha għat-taħriġ ta’ mudelli avvanzati tal-IA u tgħolli l-kunċett tal-Fabbriki tal-IA tal-2024 għal-livell li jmiss <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u tespandi l-aċċess għal tali kapaċitajiet tal-computing fl-Unjoni kollha</STRING></STRING>. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Għalhekk, distribuzzjoni ġeografika bilanċjata ta’ tali faċilitajiet titqies li tikkontribwixxi b’mod pożittiv biex il-kriterji relatati mal-impatt potenzjali jiġu ssodisfati.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(5a)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Biex jiġi żgurat li l-SMEs, il-mikrointrapriżi u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja jistgħu fil-prattika jużaw il-Gigafabbriki tal-IA, b’mod proporzjonat għall-kapaċitajiet operazzjonali u l-użu mistenni tagħhom, it-talba u l-aċċess tagħhom jenħtieġ li jiġu ffaċilitati u ssimplifikati biex jitnaqqsu l-ostakli amministrattivi.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(6)</NO.P>L-iżvilupp tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ mudelli tal-IA tal-ogħla livell huwa mistenni jirrikjedi faċilitajiet fuq skala kbira, li jaqbżu b’tal-anqas tlieta sa erba’ darbiet in-numru tal-proċessuri tal-IA l-aktar avvanzati disponibbli fl-aktar fabbriki tal-IA b’saħħithom, filwaqt li jitqiesu l-kapaċità elettrika, kif ukoll <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-aċċessibbiltà għall-enerġija u għall-ilma</STRING></STRING>, l-effiċjenza ▌u ċ-ċirkolarità. Illum il-ġurnata, il-mekkaniżmi eżistenti fi ħdan ir-Regolament (UE) 2021/1173 ma humiex mgħammrin biex isostnu l-istabbiliment u l-operat tal-Gigafabbriki tal-IA. Għalhekk emenda ▌hija neċessarja biex l-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (l-“Impriża Konġunta”) tiġi pprovduta bil-bażi legali neċessarja biex tkun tista’ twettaq l-impenji rigward it-twaqqif u l-operat tal-Gigafabbriki tal-IA fl-Ewropa.
</CONS><CONS>
<NO.P>(6a)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">F’konformità mar-Rapport Speċjali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija dwar il-Prospettivi Dinjin tal-Enerġija bit-titolu “Energy and AI” (Enerġija u IA), il-proliferazzjoni ta’ tagħbijiet tax-xogħol tal-computing speċifiċi għall-IA qed tpoġġi domandi ġodda eċċezzjonali fuq il-grilja tal-enerġija: globalment, il-konsum tal-elettriku miċ-ċentri tad-data huwa proġettat li jiżdied b’aktar mid-doppju minn madwar 415-il terawatt-siegħa (TWh) fl-2024 għal madwar 945 TWh sal-2030. L-operazzjonijiet tas-servers xprunati mill-IA huma mistennija li jikbru b’madwar 30 % fis-sena u se jirrappreżentaw sehem kbir miż-żieda. F’dak ir-rigward, l-investimenti u l-miżuri ta’ appoġġ iridu jinkorporaw ippjanar robust għall-interkonnessjoni tal-grilja, l-infrastruttura tat-tkessiħ, il-ġestjoni tad-domanda u l-integrazzjoni tal-provvista rinnovabbli. Ir-riskji ta’ pressjoni fuq il-grilja lokali, il-modifiki retroattivi għaljin u bilanċ mal-għanijiet klimatiċi jridu jitqiesu b’mod adegwat.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(7)</NO.P>It-tisħiħ tal-bażijiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-Unjoni qiegħed isir dejjem aktar vitali għall-kompetittività u għall-awtonomija strateġika fit-tul tagħha. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Għalhekk, huwa aktar importanti minn qatt qabel li jinżamm l-infiq tal-Unjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni.</STRING></STRING>  Tabilħaqq, l-intelliġenza artifiċjali għandha l-potenzjal li taċċellera l-iskoperta xjentifika u ttejjeb il-kapaċitajiet ta’ riċerka fl-oqsma kollha. Għalhekk, huwa essenzjali li l-utenti privati u pubbliċi tal-IA fl-Unjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">kollha</STRING></STRING>, b’mod partikolari l-SMEs<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, l-istartups, l-iscaleups, il-mikrointrapriżi u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, inklużi dawk fir-riċerka mingħajr skop ta’ qligħ jew prekompetittiva</STRING></STRING> jibbenefikaw minn infrastrutturi tas-supercomputing tal-ogħla klassi sabiex tiġi sostnuta u avvanzata t-tmexxija tal-Ewropa fir-riċerka u fl-innovazzjoni. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Minħabba l-importanza strateġika u r-rekwiżiti sostanzjali ta’ investiment tagħha, jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni partikolari lill-kwalità u s-sigurtà tal-infrastruttura fiżika, tal-IT u tan-networking tagħha.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(7a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Gigafabbriki tal-IA jenħtieġ li jippromwovu l-iżvilupp ta’ prodotti u servizzi li jirriflettu l-prinċipji etiċi u legali tal-Unjoni. </STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(8)</NO.P>Il-Boxxla għall-Kompetittività tal-Kummissjoni Ewropea, adottata fid-29 ta’ Jannar 2025, tidentifika teknoloġiji strateġiċi li jinkludu t-teknoloġiji kwantistiċi u l-computing ta’ prestazzjoni għolja bħala pilastri essenzjali biex jiġu żgurati s-sovranità teknoloġika, ir-reżiljenza ekonomika, u t-tmexxija globali tal-Ewropa. Il-Boxxla tenfasizza l-ħtieġa ta’ investimenti kkoordinati u tal-iżvilupp tal-ekosistema fir-riċerka, fl-infrastruttura, fl-industrija u fil-ħiliet biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-Unjoni f’dawn l-oqsma.
</CONS><CONS>
<NO.P>(9)</NO.P>Biex tikkomplementaha, l-Istrateġija Kwantistika Ewropea, ▌adottata f’Lulju 2025, tistabbilixxi qafas komprensiv biex jiġu aċċellerati r-riċerka kwantistika, l-innovazzjoni, l-industrijalizzazzjoni, u l-implimentazzjoni tat-teknoloġiji u tal-infrastrutturi kwantistiċi. Din għandha l-għan li tibni ekosistema kwantistika sostenibbli u kompetittiva, li tkopri l-computing, il-komunikazzjoni, ir-rilevament u l-metroloġija, b’enfasi kbira fuq l-iżvilupp tal-ħiliet kif ukoll fuq il-kooperazzjoni internazzjonali. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Peress li l-Istrateġija Kwantistika Ewropea tittrasferixxi l-finanzjament tar-R&I tal-Pilastru 2 ta’ Orizzont Ewropa għall-attivitajiet kwantistiċi, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-attivitajiet kwantistiċi jkunu ffinanzjati b’mod suffiċjenti fl-ambitu tal-Impriża Konġunta.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(10)</NO.P>Fid-dawl tal-importanza politika <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tal-istabbiliment tal-Gigafabbriki tal-IA fl-Unjoni</STRING></STRING>, l-ammonti inizjalment allokati ▌mill-Programm Ewropa Diġitali u mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jenħtieġ li jiżdiedu biex jippermettu lill-Unjoni tilħaq <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">dak</STRING></STRING> l-objettiv<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">.</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Barra minn hekk, jenħtieġ li tintuża kontribuzzjoni addizzjonali minn Orizzont Ewropa speċifikament allokata għal dak l-għan biex tipprovdi ċertezza rigward it-teħid tas-servizzi pprovduti mill-Gigafabbriki tal-IA lir-riċerkaturi, lill-innovaturi u lill-istartups. Dan isaħħaħ l-argument għall-vijabbiltà għall-Gigafabbriki tal-IA, li min-naħa tagħhom jippermettu lill-konsorzji jaċċessaw finanzjament addizzjonali. Il-kontribuzzjonijiet addizzjonali kollha msemmija jenħtieġ li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli u</STRING></STRING> dment li jkun hemm id-disponibbiltà baġitarja.
</CONS><CONS>
<NO.P>(10a)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Parti dedikata u delimitata tal-kontribuzzjoni addizzjonali tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta jenħtieġ li tkun dedikata esklużivament għall-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fil-qasam tat-teknoloġiji kwantistiċi. Kwalunkwe trasferiment bejn dak il-baġit delimitat u l-baġit disponibbli għal attivitajiet tal-computing ta’ prestazzjoni għolja u tal-IA jenħtieġ li ma jkunx permess. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jżidu l-kontribuzzjoni tagħhom lill-Impriża Konġunta biex jappoġġaw l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fil-qasam tat-teknoloġiji kwantistiċi. Kwalunkwe kontribuzzjoni addizzjonali bħal din jenħtieġ li tiġi delimitata wkoll.</STRING></STRING>
</CONS><CONS>
<NO.P>(11)</NO.P>Minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi rapidi fil-qasam u l-adattament tal-politika tal-Unjoni dwar l-IA, fis-snin li ġejjin jista’ jkun meħtieġ finanzjament addizzjonali sinifikanti possibbli tal-Unjoni għall-gigafabbriki tal-IA. Fid-dawl ta’ dan il-kuntest ta’ politika speċifiku, jenħtieġ li jkun possibbli li l-Impriża Konġunta tiġi fdata b’finanzjament tal-Unjoni addizzjonali li jmur lil hinn mill-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, soġġett għal valutazzjoni tal-impatt ekonomiku, deskrizzjoni ċara tal-użu maħsub tal-fondi fdati, kif ukoll skeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni</STRING></STRING>. Jenħtieġ li l-membri l-oħrajn tal-Impriża Konġunta minbarra l-Unjoni tal-anqas jilħqu t-tali kontribuzzjoni addizzjonali.
</CONS><CONS>
<NO.P>(12)</NO.P>Sabiex jiġi aċċellerat l-iżvilupp tal-Gigafabbriki tal-IA madwar l-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jużaw l-allokazzjonijiet li fadlilhom mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF, Recovery and Resilience Facility) biex jiffinanzjaw il-kontribuzzjonijiet nazzjonali tagħhom għal Gigafabbrika tal-IA. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jipprovdu kontribuzzjonijiet lill-Impriża Konġunta bl-għan li jappoġġaw proġetti tal-Gigafabbriki tal-IA.
</CONS><CONS>
<NO.P>(13)</NO.P>Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jsiru kontribuzzjonijiet addizzjonali tal-Unjoni għal gigafabbriki tal-IA minn programmi oħrajn, mhux elenkati fl-Artikolu 5(1), billi jiġu ffirmati ftehimiet ta’ kontribuzzjoni <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> speċifiċi, soġġetti għal kontribuzzjoni proporzjonata minn membru wieħed jew aktar tal-Impriża Konġunta minbarra l-Unjoni. Deskrizzjoni ċara tal-użu maħsub tal-fondi fdati, kif ukoll skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni għandhom jiġu inklużi fil-ftehimiet ta’ kontribuzzjoni korrispondenti f’konformità mal-programm ta’ ħidma rilevanti tal-Kummissjoni.
</CONS><CONS>
<NO.P>(13a)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Peress li l-użu fuq skala kbira ta’ sistemi tal-computing ta’ prestazzjoni għolja u infrastrutturi tal-IA b’kapaċità kbira jinvolvi konsum sinifikanti ta’ enerġija, ta’ ilma u ta’ riżorsi oħra, jenħtieġ li tali infrastrutturi jitfasslu u jitħaddmu bi qbil mal-objettivi tan-newtralità klimatika u tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni, inklużi l-akkwist tal-enerġija rinnovabbli, it-tkessiħ effiċjenti u l-irkupru tas-sħana mormija.</STRING></STRING>
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><DINIT>ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:</DINIT><GR.ART>
<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 1</STRING></TI.ART><PARAG>Ir-Regolament (UE) 2021/1173 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(1)</NO.P>L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(2)</NO.P>jiżdied il-punt (3c) li ġej:<CITATION>
(3c) 	“Gigafabbrika tal-Intelliġenza Artifiċjali” jew “Gigafabbrika tal-IA” tfisser faċilità fuq skala kbira mill-aktar avvanzata<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, li taqbeż il-100 000 proċessur avvanzat tal-IA kif imsemmi fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2025 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni għal Kontinent tal-IA”,</STRING></STRING> b’kapaċità suffiċjenti biex tittratta ċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ – l-iżvilupp, it-taħriġ, l-irfinar, u l-inferenza fuq skala kbira – ta’ mudelli u ta’ applikazzjonijiet kbar ħafna tal-IA, li tipprovdi infrastruttura tas-servizz tas-supercomputing, li hija magħmula minn kapaċità tal-computing ottimizzata għall-IA, infrastruttura taċ-ċentru tad-data ta’ sostenn (inklużi ħżin u networking ta’ kapaċità għolja), ambjenti ta’ aċċess tal-utenti siguri dedikati fuq il-cloud, u servizzi speċjalizzati siguri ta’ appoġġ orjentati lejn l-IA għall-operazzjonijiet avvanzati tagħha u hija appoġġata minn sistema ambjentalment sostenibbli ta’ provvista tal-enerġija.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(3)</NO.P>jiżdied il-punt (3d) li ġej:<CITATION>
(3d)	“Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-Intelliġenza Artifiċjali” jew “Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA” tfisser assoċjazzjoni ta’ entitajiet legali debitament inkorporati fl-Unjoni li jingħaqdu flimkien f’konsorzju bl-għan li jistabbilixxu u joperaw Gigafabbrika tal-IA u li tispeċifika r-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi ta’ dawn l-entitajiet għat-tul tal-ħajja tal-Gigafabbrika tal-IA, jew entità legali ġdida stabbilita għall-fini li tistabbilixxi u topera Gigafabbrika tal-IA, u li għandha forma ġuridika rikonoxxuta fi kwalunkwe Stat Membru. Il-Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA għandu jiġi stabbilit għal durata minima ta’ 5 snin. Wieħed jew aktar minn dawn is-sħab privati ta’ konsorzju bħal dan jistgħu jkunu qegħdin jipparteċipaw fil-Membri Privati tal-Impriża Konġunta.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(4)</NO.P>jiżdied il-punt (3e) li ġej:<CITATION>
(3e) “Koordinatur tal-Gigabbriki tal-IA” tfisser entità legali, debitament inkorporata fl-Unjoni u li tkun teżisti b’mod validu skont il-liġijiet ta’ Stat Membru ta’ stabbiliment, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">mhux soġġetta għal kundizzjonalitajiet ġuriżdizzjonali jew finanzjarji previsti fid-dritt ta’ pajjiż terz,</STRING></STRING> li tkun legalment awtorizzata tirrappreżenta l-Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA u li jkollha l-kapaċità u l-awtorità legali li tidħol fi Ftehim ta’ Hosting tal-Gigafabbriki tal-IA, teżegwih, u twettqu; il-koordinatur tal-Gigafabbriki tal-IA għandu jkollu l-kwartieri ġenerali tiegħu fl-Unjoni u għandu jkun taħt kontroll, direttament jew indirettament, permezz ta’ interess ta’ sjieda jew permezz ta’ mezzi oħrajn, kif definit fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2024/1624 u fil-prinċipji tad-dritt tal-kompetizzjoni rilevanti tal-Unjoni, ta’ entitajiet legali jew ta’ persuni fiżiċi stabbiliti fl-Unjoni. Il-koordinatur jista’ jkun ukoll entità tal-hosting eżistenti li tirrappreżenta Stat Parteċipanti li jkun Stat Membru jew konsorzju ta’ Stati Parteċipanti tal-hosting.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(5)</NO.P>jiżdied il-punt (3f) li ġej:<CITATION>
(3f) “Ftehim ta’ Hosting tal-Gigafabbriki tal-IA” tfisser ftehim amministrattiv bejn l-Impriża Konġunta u l-Koordinatur tal-Gigafabbriki tal-IA għall-hosting u għall-operat ta’ Gigafabbrika tal-IA.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(6)</NO.P>jiżdied il-punt (3g) li ġej:<CITATION>
(3g) “entità tal-hosting tal-Gigafabbriki tal-IA” tfisser entità legali li tkun ġiet deżinjata mill-konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA biex tospita u topera Gigafabbrika tal-IA u s-servizzi tagħha, u li tkun stabbilita fi Stat Parteċipanti li jkun Stat Membru.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(7)</NO.P>jiżdied il-punt (3h) li ġej:<CITATION>
(3h) il-“Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-Gigafabbriki tal-Intelliġenza Artifiċjali” huwa ftehim bejn l-Impriża Konġunta u pajjiż terz li jispeċifika l-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-Gigafabbriki tal-IA għall-entitajiet legali taħt kontroll, direttament jew indirettament, permezz ta’ interess ta’ sjieda jew permezz ta’ mezzi oħrajn, ta’ entitajiet legali jew ta’ persuni fiżiċi stabbiliti f’dak il-pajjiż terz.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(8)</NO.P>jiżdied il-punt (19a) li ġej:<CITATION>
(19a) “Ċentru nazzjonali ta’ Kompetenza kwantistika” tfisser entità legali, jew konsorzju ta’ entitajiet legali, stabbilit fi Stat Parteċipanti, li jipprovdi lill-utenti mill-industrija, inklużi l-SMEs, l-akkademiċi, u l-amministrazzjonijiet pubbliċi b’aċċess fuq talba għal teknoloġiji, għal għodod, għal applikazzjonijiet u għal servizzi kwantistiċi, kif ukoll għal infrastrutturi kwantistiċi nazzjonali jew Ewropej, u li joffri għarfien espert, ħiliet, taħriġ, networking u sensibilizzazzjoni.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(9)</NO.P>L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(10)</NO.P>il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
Il-missjoni tal-Impriża Konġunta għandha tkun li tiżviluppa, timplimenta, testendi u żżomm fl-Unjoni ekosistema tal-infrastruttura federata, sigura, iperkonnessa u tal-ogħla klassi tas-supercomputing, tal-computing kwantistiku, tas-servizzi u tad-data. Għandha tappoġġa wkoll l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ sistemi innovattivi u kompetittivi tas-supercomputing orjentati lejn id-domanda u mmexxijin mill-utenti ▌u ta’ sistemi <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">bbażati fuq</STRING></STRING> katina tal-provvista li tiżgura komponenti, teknoloġiji u għarfien li jillimitaw ir-riskju ta’ interruzzjonijiet u l-iżvilupp ta’ firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet ottimizzati għal dawn is-sistemi; u, li twessa’ <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-aċċess għal, u</STRING></STRING> l-użu ta’<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">,</STRING></STRING> dik l-infrastruttura tas-supercomputing għal numru kbir ta’ utenti pubbliċi u privati u tappoġġa t-tranżizzjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ekoloġika u diġitali</STRING></STRING> u l-iżvilupp ta’ ħiliet <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u opportunitajiet</STRING></STRING> ewlenin għax-xjenza u għall-industrija Ewropej. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Għandha tappoġġa wkoll l-ekosistema Ewropea tat-teknoloġiji kwantistiċi, inklużi l-attivitajiet ta’ riċerka xjentifika u applikata ta’ eċċellenza, kif ukoll il-kompetittività tal-industrija kwantistika Ewropea emerġenti. Meta tipprovdi l-appoġġ tagħha għall-ekosistema Ewropea tat-teknoloġiji kwantistiċi, għandha tirrikonoxxi debitament il-livelli differenti ta’ maturità tal-oqsma differenti tat-teknoloġija kwantistika kif ukoll il-legat tal-Quantum Flagship.</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(11)</NO.P>Il-punt (fa) li ġej jiżdied mal-paragrafu 2:<CITATION>
(fa) tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni xjentifiċi u applikati mill-aktar avvanzati fit-teknoloġiji kwantistiċi, it-tranżizzjoni tagħhom mil-laboratorju għall-fabbrika, u l-implimentazzjoni, l-adozzjoni u l-integrazzjoni tagħhom f’infrastrutturi kwantistiċi tal-ogħla klassi, għall-bini ta’ ekosistema kwantistika dinamika, innovattiva u reżiljenti madwar l-UE, u għall-iżgurar tat-tmexxija xjentifika u industrijali, tal-kompetittività, tal-awtonomija strateġika u tas-sovranità teknoloġika tal-Unjoni fil-computing, fil-komunikazzjoni u fir-rilevament kwantistiċi.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(12)</NO.P>Il-punt (h) fil-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
(h) tiżviluppa u topera Fabbriki tal-Intelliġenza Artifiċjali, u tappoġġa l-istabbiliment tal-Gigafabbriki tal-Intelliġenza Artifiċjali u s-servizzi tagħhom u l-aċċess għalihom, b’sostenn tal-iżvilupp ulterjuri ta’ ekosistema tal-Intelliġenza Artifiċjali kompetittiva ħafna u innovattiva fl-Unjoni<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, filwaqt li jsir użu kemm jista’ jkun minn sistemi u komponenti manifatturati fl-Unjoni</STRING></STRING>.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(13)</NO.P>Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
L-Impriża Konġunta għandha tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-interessi tal-Unjoni meta takkwista supercomputers u tappoġġa l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji, ta’ sistemi u ta’ applikazzjonijiet tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u tal-kwantum. Għandha tippermetti approċċ ta’ kodisinn għall-akkwist ta’ supercomputers tal-ogħla klassi, filwaqt li tissalvagwardja s-sigurtà tal-katina tal-provvista tat-teknoloġiji u tas-sistemi akkwistati<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, u billi tippromwovi d-diversità tal-fornituri fil-livelli kollha tal-istack</STRING></STRING>. Għandha tikkontribwixxi għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tippreserva ekonomija miftuħa u innovattiva fl-Unjoni permezz tal-kompetizzjoni, tespandi l-aċċess fl-Unjoni kollha għall-kapaċitajiet tas-supercomputing,</STRING></STRING> tappoġġa l-iżvilupp ta’ teknoloġiji u ta’ applikazzjonijiet li jsaħħu l-ktajjen tal-provvista Ewropej tat-Teknoloġiji tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u Kwantistiċi u tippromwovi l-integrazzjoni tagħhom f’sistemi li jindirizzaw numru kbir ta’ ħtiġijiet relatati ma’ użi xjentifiċi, soċjetali, ambjentali, industrijali u tas-sigurtà.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(14)</NO.P>L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(15)</NO.P>jiżdied il-punt (i) li ġej mal-paragrafu 1:<CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">(i) il-pilastru tal-Gigafabbriki tal-IA, li jkopri l-attivitajiet tal-Gigafabbriki tal-IA, li fl-operat tagħhom jistgħu jkunu konnessi man-network tal-EuroHPC tal-Fabbriki tal-Intelliġenza Artifiċjali biex jiġu żgurati integrazzjoni u kondiviżjoni tal-għarfien mingħajr xkiel fl-ekosistema Ewropea tal-Intelliġenza Artifiċjali; dan il-pilastru għandu jinkludi l-attivitajiet li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>il-provvista ta’ infrastruttura tal-computing tal-Intelligence Artifiċjali tal-ogħla klassi għar-riċerkaturi, għall-imprendituri, u għall-industriji Ewropej<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, filwaqt li jiġi żgurat li l-aċċess għar-riżorsi tal-computing jiġi ffaċilitat għall-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja</STRING></STRING>,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ii)</SYMBOL>l-abilitazzjoni tal-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ġodda tal-Intelliġenza Artifiċjali fis-setturi pubbliċi u privati kollha u</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(iii)</SYMBOL>l-iżgurar tal-kompetittività u tas-sovranità tal-Unjoni bħala kontinent tal-Intelliġenza Artifiċjali<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, anke billi jiġi żgurat l-aċċess għall-kapaċità tal-computing meħtieġa u s-servizzi relatati għall-iżvilupp tal-IA, u billi jiġi promoss il-ħolqien ta’ kapaċitajiet industrijali għall-manifattura ta’ komponenti essenzjali tal-hardware u tas-software</STRING></STRING>. </ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(16)</NO.P>jiżdied il-punt (j) li ġej mal-paragrafu 1:<CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">(j) Il-pilastru tat-teknoloġiji kwantistiċi, li jindirizza l-ekosistema kwantistika sħiħa u l-oqsma ta’ applikazzjoni tal-computing u tas-simulazzjoni kwantistiċi, tal-komunikazzjoni kwantistika, u tar-rilevament u tal-metroloġija kwantistiċi, filwaqt li jiżgura s-sigurtà u r-reżiljenza tal-katina tal-provvista kwantistika u tat-teknoloġiji abilitanti tagħha. L-attivitajiet għandhom jindirizzaw, fost l-oħrajn:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>Ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Xjentifiċi u Teknoloġiċi: L-avvanz tal-eċċellenza fir-riċerka fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija kwantistiċi.</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>It-tranżizzjoni mil-laboratorju għall-fabbrika u l-iżvilupp tal-ekosistemi: L-appoġġ għall-iżvilupp u għall-varar ta’ infrastrutturi kwantistiċi mill-aktar avvanzati; it-trawwim tal-industrijalizzazzjoni tat-teknoloġiji kwantistiċi billi tiġi appoġġata l-adozzjoni tal-applikazzjonijiet kwantistiċi f’setturi pubbliċi u industrijali ewlenin, filwaqt li tiġi żgurata t-traduzzjoni tal-avvanzi fl-oqsma kwantistiċi kollha f’applikazzjonijiet tad-dinja reali, inkluż l-iżvilupp ta’ swieq ewlenin; il-promozzjoni tal-istandards Ewropej u internazzjonali; u, l-appoġġ għall-iżvilupp u għan-networking taċ-ċentri nazzjonali ta’ kompetenza kwantistika madwar l-Ewropa.</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>Il-Ħiliet u t-Talent: L-iżvilupp ta’ forza tax-xogħol kompetittiva u inklużiva fir-riċerka kwantistika u fl-inġinerija permezz ta’ inizjattivi koordinati ta’ edukazzjoni, ta’ taħriġ u ta’ mobilità, fost dixxiplini u oqsma tekniċi ewlenin relatati mal-kwantum.</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>Il-kooperazzjoni internazzjonali: L-iżvilupp ta’ kollaborazzjoni internazzjonali fit-teknoloġiji kwantistiċi biex jiġu solvuti l-isfidi xjentifiċi u tas-soċjetà globali, f’konformità mal-objettivi tal-politika esterna u mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni.</ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(16a)</NO.P> 	  <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING><CITATION>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“2.	Sabiex jiġu implimentati l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1, l-Impriża Konġunta għandha tiġi fdata bl-implimentazzjoni ta’ finanzjament kumulattiv, komplementari jew kombinat bejn programmi tal-Unjoni f’konformità mal-programm ta’ ħidma rilevanti tal-Kummissjoni. L-Impriża Konġunta tista’ tiġi fdata wkoll bl-implimentazzjoni ta’ kompiti addizzjonali fil-każ li jiġi allokat finanzjament addizzjonali mill-Unjoni skont l-Artikolu 5(3).”;</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(17)</NO.P>L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(18)</NO.P>il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta li tinkludi l-approprjazzjonijiet taż-ŻEE għandha tkun sa EUR 3 972 300 000, li tinkludi EUR 92 000 000 għall-kostijiet amministrattivi, bil-kundizzjoni li dak l-ammont tal-anqas jintlaħaq mill-kontribuzzjoni ndaqs tal-Istati Parteċipanti, imqassmin b’mod indikattiv kif ġej:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>sa EUR 1 660 000 000 minn Orizzont Ewropa<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, li minnhom EUR 160 000 000 għandhom jintużaw esklużivament għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(6) li jikkontribwixxu għall-attivitajiet fl-ambitu tal-pilastru tat-teknoloġiji kwantistiċi kif introdott fl-Artikolu 4(1), il-punt (j)</STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>sa EUR 2 012 300 000 mill-Programm Ewropa Diġitali</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>sa EUR 300 000 000 mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.</ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(19)</NO.P>Jiżdied subparagrafu ġdid fil-paragrafu 1:<CITATION>
Fondi addizzjonali minn Orizzont Ewropa, mill-Programm Ewropa Diġitali u mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jistgħu jikkomplementaw il-kontribuzzjoni tal-Unjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, bil-kundizzjoni li l-ammonti addizzjonali jkunu tal-anqas daqs il-kontribuzzjoni ta’ membru wieħed jew aktar mill-membri tal-Impriża Konġunta minbarra l-Unjoni. Kontribuzzjoni addizzjonali tal-Unjoni bħal din għandha tkun iddedikata <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">espliċitament għal wieħed jew aktar mill-pilastri msemmija</STRING></STRING> fl-Artikolu 4 ▌. Dawn il-fondi addizzjonali ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(20)</NO.P>Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
Fondi addizzjonali minn kwalunkwe programm tal-Unjoni għajr dawk imsemmijin fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li jikkomplementawhom jistgħu jiġu allokati lill-Impriża Konġunta biex jappoġġaw il-pilastri tal-attivitajiet tagħha msemmijin fl-Artikolu 4, ħlief dawk imsemmijin fl-Artikolu 4(1)(a). Dawn il-fondi addizzjonali ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(21)</NO.P>Jiżdied paragrafu 4a ġdid:<CITATION>
Għall-kontribuzzjonijiet fdati lill-Impriża Konġunta f’konformità mal-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, huma applikabbli r-rekwiżiti tal-Artikolu 158 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509. Meta dawn il-kontribuzzjonijiet addizzjonali tal-Unjoni jkunu relatati mal-pilastru msemmi fl-Artikolu 4(1)(i), wieħed jew aktar mill-membri għajr l-Unjoni għandhom jagħmlu kontribuzzjonijiet addizzjonali proporzjonati għall-ammont tal-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni.
</CITATION></PARAG><PARAG>▌</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(23)</NO.P>Il-paragrafu 7 huwa mħassar.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(24)</NO.P>Il-paragrafu 8 huwa mħassar.</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(25)</NO.P>Jiżdied l-Artikolu 12b li ġej:<CITATION>
“Artikolu 12b”

Gigafabbrika tal-Intelliġenza Artifiċjali

<NO.P>1.</NO.P>Gigafabbrika tal-IA għandha tkun tinsab fi Stat Membru. Għandha tkun appoġġata finanzjarjament minn sħubija bejn l-Unjoni u Stat Parteċipanti wieħed jew aktar, irrappreżentati permezz tal-Impriża Konġunta, u Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA, li jista’ jinkludi fornitur wieħed jew aktar tal-infrastruttura tat-teknoloġija, irrappreżentat legalment minn Koordinatur tal-Gigafabbriki tal-IA.

<NO.P>1a.</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Impriża Konġunta għandha tiżgura li l-Gigafabbriki kollha tal-IA jikkonformaw mal-istandards tal-interoperabbiltà, taċ-ċibersigurtà u tal-protezzjoni tad-data fl-Unjoni kollha, u b’hekk tinħoloq ekosistema tal-computing sigura u fdata.</STRING></STRING>

<NO.P>2.</NO.P>Il-parteċipazzjoni f’Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA ta’ entitajiet legali minn Stati mhux Parteċipanti <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ma għandhiex tkun</STRING></STRING> permessa.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> Madankollu, f’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ tivvaluta, fuq bażi ta’ każ b’każ, li tali</STRING></STRING> parteċipazzjoni <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ma titqiesx</STRING></STRING> li tmur kontra l-assi strateġiċi, l-interessi, l-awtonomija jew is-sigurtà tal-Unjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2021/695, ir-Regolament (UE) 2021/694 u r-Regolament (UE) 2021/1153, is-sejħa għal espressjoni ta’ interess għall-għażla ta’ Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandha</STRING></STRING> tillimita l-parteċipazzjoni fl-imsemmi Konsorzju għal entitajiet legali stabbiliti biss fl-Istati Parteċipanti jew għal entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi assoċjati speċifikati tal-Programm Qafas Orizzont Ewropa, tal-Programm Ewropa Diġitali u ta’ kwalunkwe programm ta’ finanzjament rilevanti sussegwenti tal-Unjoni, jew f’pajjiżi terzi parteċipanti oħrajn. Ir-restrizzjonijiet u l-esklużjonijiet imsemmijin f’dan il-paragrafu fil-prinċipju ma għandhomx japplikaw għall-entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi, li ffirmaw Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-Gigafabbriki tal-IA jew ftehim simili mal-Unjoni. Is-sejħa għal espressjoni ta’ interess għall-għażla ta’ Gigafabbrika tal-IA tista’ tispeċifika li l-entitajiet legali f’pajjiżi terzi oħrajn jistgħu jkunu eliġibbli dment li jikkonformaw mar-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn dawk l-entitajiet legali biex jiggarantixxu l-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni u tal-Istati Membri u biex jiżguraw il-protezzjoni ta’ informazzjoni dwar dokumenti klassifikati. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu stabbiliti fil-programm ta’ ħidma.

<NO.P>3.</NO.P>Il-Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA għandu jibbenefika mill-provvista espliċita ta’ dokument ta’ sostenn xieraq li jagħti prova tal-impenn tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-entità li tospita l-Gigafabbrika tal-IA, jew tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Parteċipanti tal-Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA.

<NO.P>4.</NO.P>Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5 <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">li tirriżulta mill-Programm Ewropa Diġitali jew mill-FNE Diġitali</STRING></STRING> għandha tkopri sa 17 % tal-investimenti tan-nefqa kapitali (CAPEX) tal-infrastruttura ġenerali tal-computing ġenerali tal-Gigafabbrika tal-IA. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-parti tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 5 li tirriżulta minn Orizzont Ewropa u li tikkontribwixxi għall-pilastru Gigafabbrika tal-IA għandha tkopri</STRING></STRING> xiri garantit miftiehem minn qabel ta’ ħin ta’ aċċess għall-Gigafabbrika tal-IA<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, li għandu jintuża esklużivament mill-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(6),</STRING></STRING> ekwivalenti għal kapaċità lokata tal-CAPEX. Jenħtieġ li Stat Parteċipanti wieħed jew aktar tal-anqas jilħaq il-kontribuzzjoni tal-Unjoni. L-investiment li jifdal kif ukoll in-nefqa operazzjonali (OPEX) tal-Gigafabbrika tal-IA għandhom ikunu koperti mill-Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA.

<NO.P>5.</NO.P>Fabbrika tal-IA magħżula tista’ tikber b’mod sostanzjali biex issir Gigafabbrika tal-IA. F’każ bħal dan, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni diġà pprovdut għal din il-Fabbrika tal-IA għandu jingħadd bħala parti mill-kontribuzzjoni tal-Unjoni lejn il-CAPEX tal-infrastruttura tal-computing tal-Gigafabbrika tal-IA. Il-ftehim ta’ hosting tal-Fabbrika tal-Intelliġenza Artifiċjali msemmi fl-Artikolu 10 għandu jiġi mmodifikat kif xieraq, meta dan ikun xieraq. L-investiment addizzjonali fil-Fabbrika tal-Intelliġenza Artifiċjali kkonċernata biex issir Gigafabbrika tal-IA kif ukoll in-nefqa operazzjonali (OPEX) tal-Gigafabbrika tal-IA għandhom ikunu koperti mill-Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA.

<NO.P>6.</NO.P>L-Istati Parteċipanti li huma Stati Membri jistgħu, bi ftehim reċiproku mal-Impriża Konġunta, jgħaddu l-kontribuzzjonijiet volontarji rispettivi tagħhom, inklużi dawk imsemmijin fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u kwalunkwe wieħed ieħor minbarra dawn, b’mod totali jew parzjali, lil Gigafabbrika speċifika tal-IA permezz tal-Impriża Konġunta, li mbagħad għandha tamministra u tqassam dawn il-fondi f’isimhom lill-Gigafabbrika tal-IA deżinjata.

<NO.P>7.</NO.P>L-Impriża Konġunta għandha tkun proprjetarja tal-parti tal-infrastruttura tal-computing tal-Gigafabbrika tal-IA li tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni speċifikata fil-paragrafi 4 u 5.  Id-durata ta’ din is-sjieda jew tal-kapaċità lokata msemmija fil-paragrafu 4 għandha tkun ta’ mill-inqas 5 snin mill-bidu tal-operazzjonijiet tal-Gigafabbrika tal-IA u speċifikata ulterjorment fil-Ftehim ta’ Hosting tal-Gigafabbrika tal-IA. Din id-durata għandha tiġi estiża f’każ ta’ titjib sostanzjali tal-infrastruttura tal-computing tal-Gigafabbrika tal-IA. Mingħajr preġudizzju għall-istralċ tal-Impriża Konġunta, kif imsemmi fl-Artikolu 23(4) tal-Istatuti, din is-sjieda għandha tiġi ttrasferita f’konformità mal-Ftehim ta’ Hosting tal-Gigafabbrika tal-IA jew tiġi estiża għal perjodu miftiehem skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-Ftehim ta’ Hosting tal-Gigafabbriki tal-IA. Fil-każ ta’ trasferiment tas-sjieda lill-Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA, il-valur residwu tal-infrastruttura tal-computing tal-Gigafabbriki tal-IA għandu jiġi kkonvertit fi drittijiet ta’ aċċess ekwivalenti għall-Unjoni. Jekk ma jkun hemm l-ebda trasferiment tas-sjieda lill-konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA skont il-Ftehim ta’ Hosting, iżda tkun ittieħdet deċiżjoni għad-dekummissjonar, il-kostijiet rilevanti għandhom jiġġarrbu mill-Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA.

<NO.P>8.</NO.P>Id-drittijiet ta’ aċċess tal-Unjoni u tal-Istati Parteċipanti fil-Gigafabbrika tal-IA għandhom ikunu direttament proporzjonali għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji rispettivi tagħhom għall-CAPEX tal-infrastruttura tal-computing tal-Gigafabbrika tal-IA, jew għax-xiri garantit tal-ħin ta’ aċċess miftiehem minn qabel għall-Gigafabbrika tal-IA.

<NO.P>9.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Il-Bord ta’ Tmexxija tal-Impriża Konġunta għandu jiddetermina:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>il-kundizzjonijiet tal-ħin ta’ aċċess tal-Unjoni għall-Gigafabbriki tal-IA,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>ir-regoli speċifiċi għall-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-Gigafabbriki tal-IA li jikkonċernaw l-allokazzjoni tal-ħin ta’ aċċess għall-proġetti u għall-attivitajiet meqjusin bħala strateġiċi għall-Unjoni.</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ba)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-mekkaniżmi għall-monitoraġġ tar-rati tal-użu u tar-riżultati sabiex jiġu żgurati l-użu u l-kapaċità effiċjenti tagħhom filwaqt li jiġu evitati riżorsi mhux użati. Għandu jirrapporta regolarment dwar l-użu u l-prestazzjoni ta’ kull Gigafabbrika.</STRING></STRING></ITEM></LIST>

<NO.P>10.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Meta jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-ħin ta’ aċċess tal-Unjoni skont il-paragrafu 9, il-Bord ta’ Tmexxija għandu jiżgura li l-aċċess għandu:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>jingħata lill-utenti li jirrisjedu, li jkunu stabbiliti jew li jinsabu fi Stat Membru jew f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm Ewropa Diġitali, lil Orizzont Ewropa jew lill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>ikun mingħajr ħlas għall-utenti minn entitajiet regolati bid-dritt pubbliku. Dan għandu wkoll ikun mingħajr ħlas għal utenti industrijali għall-applikazzjonijiet relatati mal-attivitajiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni ffinanzjati minn Orizzont Ewropa, mill-Programm Ewropa Diġitali, jew mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, kif ukoll dawk mogħtijin Siġill ta’ Eċċellenza taħt Orizzont Ewropa jew il-Programm Ewropa Diġitali u għall-attivitajiet ta’ innovazzjoni privati tal-SMEs u tal-iscaleups, meta xieraq;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>jinkludi r-riżorsi tal-computing riżervati speċifikament għal proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-UE <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u kumpaniji u entitajiet żgħar li joperaw skont il-prinċipju tax-xjenza miftuħa,</STRING></STRING> filwaqt li tiġi żgurata d-disponibbiltà garantita u l-prijorità tal-iskedar.</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ca)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jagħti aċċess prijoritarju u, fejn fattibbli, miżuri ta’ appoġġ immirati għall-SMEs, l-istartups, il-mikrointrapriżi u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka, inklużi dawk f’riċerka mingħajr skop ta’ qligħ jew prekompetittiva, filwaqt li jiżviluppaw applikazzjonijiet b’impatt soċjetali jew industrijali għoli fuq l-Unjoni.</STRING></STRING></ITEM></LIST>

<NO.P>11.</NO.P>Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jimmonitorja s-sehem tal-ħin ta’ aċċess tal-Unjoni għat-tipi differenti ta’ utenti, definit fil-punt (a) tal-paragrafu 10. F’każ li jkun hemm żbilanċ sinifikanti fl-ishma tal-ħin ta’ aċċess bejn it-tipi differenti ta’ utenti meta mqabblin mad-domanda, huwa għandu jieħu azzjoni korrettiva xierqa biex jindirizza dan l-iżbilanċ.

<NO.P>12.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Il-kontribuzzjonijiet mill-Unjoni jew mill-Istati Parteċipanti għandhom ikunu soġġetti għal kundizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi strateġiċi tal-Unjoni. Il-kundizzjonijiet speċifiċi msemmijin f’dan il-paragrafu għandhom jiġu stabbiliti fi Ftehim ta’ Hosting tal-Gigafabbrika tal-IA dedikat bejn l-Impriża Konġunta u l-Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA. Il-Ftehim ta’ Hosting tal-Gigafabbrika tal-IA għandu jkun irregolat bid-dritt tal-Unjoni, issupplimentat, għal kwalunkwe kwistjoni mhux koperta minn dan ir-Regolament jew minn atti legali oħrajn tal-Unjoni, bid-dritt tal-Istat Membru fejn tkun tinsab l-entità tal-hosting. Il-Ftehim ta’ Hosting tal-Gigafabbriki tal-IA għandu:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>jistabbilixxi fid-dettall l-istruttura tas-sjieda u tal-governanza tal-Gigafabbrika tal-IA;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>jinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw skrutinju u kontroll effettivi tal-Gigafabbrika tal-IA mill-Unjoni għas-salvagwardja tal-assi strateġiċi, tal-interessi, tal-awtonomija jew tas-sigurtà tal-Unjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>jispeċifika l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni, tal-Istati Parteċipanti u tas-sħab pubbliċi u/jew privati tal-Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA, inkluż il-ħin ta’ aċċess garantit għall-Gigafabbrika tal-IA msemmi fil-paragrafu 8, kif xieraq, u d-durata tiegħu;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>jispeċifika, jekk ikun xieraq, kwalunkwe interess ieħor tal-Unjoni li jirriżulta minn kwalunkwe investiment tal-Unjoni regolat bi ftehimiet ta’ investiment speċifiċi bejn il-konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA u l-InvestEU;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-utenti mhux tal-Unjoni ta’ Gigafabbrika tal-IA; dawn għandhom jikkonformaw mal-istess kundizzjonijiet bħall-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà speċifikati fil-paragrafu 2;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>jistabbilixxi l-kundizzjonijiet dettaljati għall-aċċess għall-utenti tal-Unjoni u l-modalitajiet ta’ rendikont tal-ħinijiet ta’ aċċess għas-servizzi tal-Gigafabbrika tal-IA;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(g)</SYMBOL>il-kwalità tas-servizz offrut lill-utenti tal-Impriża Konġunta meta joperaw il-Gigafabbrika tal-IA, kif stabbilit fil-ftehim dwar il-livell ta’ servizz inkluż fil-Ftehim ta’ Hosting tal-Gigafabbrika tal-IA;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(h)</SYMBOL>jistabbilixxi l-modalitajiet tal-akkwist, tal-operat u tal-użu tad-data u tal-infrastruttura tal-computing tal-Gigafabbrika tal-IA, inklużi r-rekwiżiti tal-utenti mis-settur pubbliku, meta jkun xieraq; meta l-Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA jinkludi fornitur wieħed jew aktar tal-infrastruttura tat-teknoloġija, il-Ftehim ta’ Hosting tal-Gigafabbriki tal-IA għandu jinkludi l-forniment ta’ salvagwardji msaħħin kontra kunflitti ta’ interess li jikkonċernaw lil dawn il-fornituri;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>il-kundizzjonijiet għat-trasferiment tas-sjieda msemmija fil-paragrafu 7, meta jkun xieraq;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(j)</SYMBOL>jagħti d-dettalji dwar l-estensjoni tas-sjieda jew tal-ħin ta’ aċċess mixtri, garantit u miftiehem minn qabel, kif xieraq, u l-kundizzjonijiet tat-tneħħija gradwali għall-Gigafabbrika tal-IA, meta xieraq;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(k)</SYMBOL>il-kundizzjonijiet tar-responsabbiltà għat-tħaddim tal-Gigafabbrika tal-IA, meta xieraq;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(l)</SYMBOL>l-obbligu tal-entità tal-hosting tal-Gigafabbrika tal-IA li sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena tippreżenta lill-Bord ta’ Tmexxija rapport tal-awditjar u data dwar l-użu tal-ħin ta’ aċċess fis-sena kontabilistika preċedenti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(m)</SYMBOL>ikun fih klawżola ta’ arbitraġġ, skont it-tifsira tal-Artikolu 272 tat-TFUE, li tagħti ġuriżdizzjoni fuq kull materja koperta mill-ftehim ta’ hosting lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</ITEM></LIST>

<NO.P>13.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Il-Gigafabbrika tal-IA għandha tinkludi korp ta’ governanza pubblika magħmul minn rappreżentanti mill-Kummissjoni u mill-Istati Parteċipanti li jipprovdu finanzjament pubbliku lill-Gigafabbrika tal-IA speċifika. Mingħajr preġudizzju għall-ġestjoni u għall-awtonomija operazzjonali tal-konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA, u biex jiġi żgurat allinjament mal-objettivi ta’ interess pubbliku li jirfdu l-finanzjament pubbliku, l-elementi li ġejjin għandhom jeħtieġu approvazzjoni espliċita minn qabel mill-korp ta’ governanza pubblika deżinjat:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>Kwalunkwe ftehim ta’ aċċess propost ma’ entitajiet minn pajjiżi terzi li jistgħu jqajmu tħassib dwar l-assi strateġiċi, l-interessi, l-awtonomija jew is-sigurtà tal-Unjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>Bidliet sostanzjali fl-istruttura jew fil-kontroll legali u finanzjarju li jkollhom impatt fuq l-interessi tal-Unjoni jew fuq dawk tal-Istati Parteċipanti, bħal bidla fis-sjieda finali jew fil-kontroll tal-Gigafabbrika tal-IA, kwalunkwe rilokazzjoni ta’ assi kritiċi barra mill-Unjoni jew deċiżjoni kbira dwar ristrutturar finanzjarju;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>Bidla sinifikanti fl-iskop strateġiku tal-Gigafabbriki tal-IA.</ITEM></LIST>

<NO.P>14.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Wara sejħa għal espressjoni ta’ interess, il-Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA għandu jintgħażel mill-Bord ta’ Tmexxija tal-Impriża Konġunta permezz ta’ proċess ġust u trasparenti, bl-appoġġ ta’ bord ta’ esperti indipendenti u ta’ istituzzjoni finanzjarja akkreditata maħtura mill-Bord ta’ Tmexxija għall-evalwazzjoni, fuq il-bażi, fost l-oħrajn, tal-kriterji li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>Evalwazzjoni teknika:</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(1)</SYMBOL>L-objettivi u l-kwalità teknika tal-proposta</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(2)</SYMBOL>Il-kwalità tal-pjan ta’ ħidma</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(3)</SYMBOL>Il-kwalità <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u s-sigurtà</STRING></STRING> tal-infrastruttura fiżika, tal-IT u tan-networking</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(4)</SYMBOL>Is-sostenibbiltà<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">,</STRING></STRING> l-effiċjenza enerġetika<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> u tal-ilma</STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(5)</SYMBOL>L-esperjenza u l-għarfien prattiku tal-konsorzju fl-istabbiliment ta’ faċilitajiet simili fuq skala kbira.</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>L-Impatt Potenzjali:</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(1)</SYMBOL>Il-kwalità tas-servizz, inklużi s-sigurtà<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">,</STRING></STRING> l-affidabbiltà<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> u l-orjentazzjoni tal-utent</STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(2)</SYMBOL>L-impatt fuq l-ekosistema Ewropea tal-IA<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, inklużi l-bilanċ ġeografiku u l-espansjoni tal-aċċess għall-Unjoni kollha </STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(3)</SYMBOL>Il-valur miżjud tal-UE<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> li jżid is-sovranità teknoloġika tal-Unjoni u jħalli impatt pożittiv fuq l-awtonomija strateġika tal-Unjoni</STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>Il-Fattibbiltà Finanzjarja:</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(1)</SYMBOL>L-impenji ta’ investiment tal-Istati Parteċipanti u tal-Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(1a)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-istimi dettaljati, plawżibbli u bbażati fuq l-impenji </STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(2)</SYMBOL>Il-kwalità u l-vijabbiltà finanzjarja tal-mudell ta’ direzzjoni tan-negozju propost (inkluża diliġenza dovuta li għandha titwettaq mill-istituzzjoni finanzjarja akkreditata maħtura).</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Impatt fuq is-Suq tax-Xogħol:</STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(1)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-attirar, l-iżvilupp u ż-żamma ta’ talent b’livell għoli ta’ ħiliet u varjat fil-qasam tal-IA</STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(2)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità għolja</STRING></STRING></ITEM></LIST>

<NO.P>14a.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Impriża Konġunta għandha tirrapporta kull sena fir-rigward ta’:</STRING></STRING></INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-użu tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-komputazzjoni għall-finijiet tal-iżvilupp ta’ mudelli Ewropej kbar tal-IA;</STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-għadd ta’ mudelli ġodda oriġinali ta’ intelliġenza artifiċjali kbar żviluppati;</STRING></STRING></ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">is-sostenibbiltà, l-effiċjenza enerġetika u tal-ilma, u l-aċċess għall-enerġija rinnovabbli.</STRING></STRING></ITEM></LIST>

<NO.P>15.</NO.P>Meta l-Konsorzju ma jkunx jinkludi fornitur wieħed jew aktar tal-infrastruttura tat-teknoloġija, il-fornituri tal-Gigafabbrika tal-IA għandhom jintgħażlu mill-Konsorzju ta’ Gigafabbriki tal-IA fuq il-bażi ta’ speċifikazzjonijiet ġusti u trasparenti tal-offerta li għandhom iqisu l-ispeċifikazzjonijiet ġenerali tas-sistema, u b’mod partikolari r-rekwiżiti tal-utenti mis-settur pubbliku, ipprovduti mill-Unjoni fis-sejħa għal espressjoni ta’ interess u speċifikati ulterjorment fil-Ftehim ta’ Hosting tal-Gigafabbrika tal-IA. L-għażla għandha tkun ibbażata fuq kriterji ġusti, miftuħa u trasparenti, u għandha tiżgura wkoll il-valur miżjud tal-UE u tindirizza s-sigurtà u r-reżiljenza tal-katina tal-provvista. L-offerenti magħżulin għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà speċifikati fil-paragrafu 2.

<NO.P>16.</NO.P>L-Impriża Konġunta tista’ tistabbilixxi kuntratti qafas għall-forniment ta’ komponenti essenzjali u ta’ domanda għolja, bħal proċessuri avvanzati tal-IA. Il-Konsorzji ta’ Gigafabbriki tal-IA jistgħu jużaw il-kuntratti qafas imsemmijin f’dan il-paragrafu għall-akkwist tagħhom.

<NO.P>17.</NO.P>	 <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Impriża Konġunta għandha tippromwovi l-parteċipazzjoni bilanċjata tal-Istati Membri fl-istabbiliment ta’ Gigafabbriki u Ċentri ta’ Kompetenza Kwantistika tal-IA u fl-aċċess għalihom.</STRING></STRING>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(26)</NO.P>L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(27)</NO.P>il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:<CITATION>
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(9), l-użu tas-supercomputers tal-EuroHPC għandu jkun miftuħ għal applikazzjonijiet mis-setturi pubbliċi u privati. Ħlief għas-supercomputers tal-EuroHPC ta’ grad industrijali, l-użu tagħhom għandu jkun primarjament għal finijiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni li jaqgħu taħt il-programmi ta’ finanzjament pubbliku, għal applikazzjonijiet tas-settur pubbliku u għal attivitajiet privati ta’ innovazzjoni tal-SMEs, fejn xieraq.
</CITATION></PARAG><PARAG><STRING ITALIC="on">Anness</STRING></PARAG><PARAG>L-Anness huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(28)</NO.P>L-Artikolu 3 tal-Anness huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(29)</NO.P>il-paragrafu 2 huwa emendat:<CITATION>
Kwalunkwe applikazzjoni ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz assoċjat ma’ Orizzont Ewropa jew mal-Programm Ewropa Diġitali għal sħubija fl-Impriża Konġunta għandha tiġi indirizzata lill-Bord ta’ Tmexxija. Il-pajjiżi kandidati għandhom jipprovdu aċċettazzjoni bil-miktub ta’ dawn l-Istatuti, u ta’ kwalunkwe dispożizzjoni oħra li tirregola l-funzjonament tal-Impriża Konġunta. Il-kandidati għandhom jipprovdu wkoll il-motivazzjoni tagħhom għat-talba ta’ sħubija fl-Impriża Konġunta u jindikaw kif l-istrateġija nazzjonali tagħhom għas-supercomputing jew għat-teknoloġija kwantistika hija allinjata mal-objettivi tal-Impriża Konġunta. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jivvaluta l-applikazzjoni, filwaqt li jqis ir-rilevanza u l-potenzjal ta’ valur miżjud tal-kandidat fir-rigward tat-twettiq tal-missjoni u tal-ilħuq tal-objettivi tal-Impriża Konġunta u jista’ jiddeċiedi li jitlob kjarifiki dwar il-kandidatura qabel ma japprova l-applikazzjoni.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(30)</NO.P>L-Artikolu 4 tal-Anness huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(31)</NO.P>fil-paragrafu 1 jiżdied il-punt (d) li ġej:<CITATION>
(d)	il-Grupp Konsultattiv għall-Istrateġija Kwantistika.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(32)</NO.P>L-Artikolu 5 tal-Anness huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(33)</NO.P>jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:<CITATION>
(3) Għall-pilastru kwantistiku tal-attivitajiet, l-Istati Parteċipanti għandhom jaħtru rappreżentant mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fil-qasam tat-teknoloġiji kwantistiċi.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(34)</NO.P>L-Artikolu 6 tal-Anness huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(35)</NO.P>jiżdied il-paragrafu 5a li ġej:<CITATION>
(5a)	 Għall-kompiti msemmijin fl-Artikolu 7(4a) ta’ dawn l-Istatuti, u għal kull Gigafabbrika tal-IA, id-drittijiet tal-vot tal-Istati Parteċipanti għandhom jitqassmu skont il-kontribuzzjonijiet finanzjarji impenjati tagħhom u skont il-kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">in natura</STRING> tagħhom għal dik il-Gigafabbrika tal-IA sa tmiem il-ftehim ta’ hosting tal-Gigafabbrika tal-IA; il-kontribuzzjonijiet <STRING ITALIC="on">in natura</STRING> għandhom jitqiesu biss jekk ikunu ġew iċċertifikati <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> minn espert jew minn awditur indipendenti.

Għall-fini ta’ dan il-paragrafu, id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija għandhom jittieħdu b’maġġoranza ta’ mill-inqas 75 % tal-voti kollha, inklużi l-voti tal-membri assenti.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(36)</NO.P>il-paragrafu 6 li ġej huwa emendat:<CITATION>
(6) Għall-kompiti msemmijin fl-Artikolu 7(5), 7(5a), 7(6) u 7(7) ta’ dawn l-Istatuti, id-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija għandhom jittieħdu f’żewġ stadji.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(37)</NO.P>L-Artikolu 7 tal-Anness huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(38)</NO.P>jiżdied il-paragrafu 4a li ġej:<CITATION>
<LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">(4a) Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin relatati mal-Gigafabbriki tal-IA msemmija fl-Artikolu 12b ta’ dan ir-Regolament:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>jiddiskuti u jadotta l-parti tal-programm strateġiku pluriennali li hija relatata mal-istabbiliment tal-Gigafabbriki tal-IA msemmi fl-Artikolu 18(1) ta’ dawn l-Istatuti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>jiddiskuti u jadotta l-parti tal-programm ta’ ħidma annwali li hija relatata mal-istabbiliment ta’ Gigafabbriki tal-IA u l-għażla ta’ Konsorzji ta’ Gigafabbriki tal-IA u mal-istimi tan-nefqa korrispondenti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>japprova t-tnedija tas-sejħiet għal espressjoni ta’ interess, f’konformità mal-programm ta’ ħidma annwali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>japprova l-għażla tal-Konsorzji ta’ Gigafabbriki tal-IA li jistabbilixxu u joperaw il-Gigafabbriki tal-IA;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>jiddetermina l-kundizzjonijiet tal-ħin ta’ aċċess tal-Unjoni għall-Gigafabbriki tal-IA</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>japprova kwalunkwe offerta relatata mal-istabbiliment ta’ Gigafabbrika tal-IA magħżula għall-finanzjament;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(g)</SYMBOL>japprova l-kuntratti qafas stabbiliti mill-Impriża Konġunta EuroHPC għall-forniment ta’ komponenti essenzjali u ta’ domanda għolja tal-Gigafabbriki tal-IA.</ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(39)</NO.P>jiżdied il-paragrafu 5a li ġej:<CITATION>
(5a)	Għall-Pilastru Kwantistiku tal-attivitajiet, japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(5) ta’ dawn l-Istatuti, bl-eċċezzjoni tal-attivitajiet relatati mal-akkwist u mal-operat tal-kompjuters kwantistiċi f’liema każ japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(4) ta’ dawn l-Istatuti.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(40)</NO.P>L-Artikolu 10 tal-Anness huwa emendat kif ġej:</PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(41)</NO.P>il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:<CITATION>
Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jkun magħmul mill-Grupp Konsultattiv għar-Riċerka u għall-Innovazzjoni, minn Grupp Konsultattiv għall-Infrastruttura u minn Grupp Konsultattiv għall-Istrateġija Kwantistika.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(42)</NO.P>jiżdied il-paragrafu 7 li ġej:<CITATION>
(7)  	Il-Grupp Konsultattiv għall-Istrateġija Kwantistika għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn tnax-il membru, li minnhom mhux aktar minn sitta għandhom jinħatru mill-Membri Privati b’kont meħud tal-impenji tagħhom mal-Impriża Konġunta u mhux aktar minn sitta għandhom jinħatru mill-Bord ta’ Tmexxija, f’konformità mal-Artikolu 7(3)(k) ta’ dawn l-Istatuti.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(43)</NO.P>Jiżdied l-Artikolu 12a li ġej:<CITATION>
Artikolu 12a

<STRING ITALIC="on">Il-funzjonament tal-Grupp Konsultattiv għall-Istrateġija Kwantistika</STRING>

<NO.P>1.</NO.P>Il-Grupp Konsultattiv għall-Istrateġija Kwantistika għandu jiltaqa’ tal-anqas darbtejn fis-sena.

<NO.P>2.</NO.P>Il-Grupp Konsultattiv għall-Istrateġija Kwantistika jista’ jaħtar gruppi ta’ ħidma meta jkunu neċessarji, taħt il-koordinazzjoni ġenerali ta’ wieħed jew aktar mill-membri.

<NO.P>3.</NO.P>Il-Grupp Konsultattiv għall-Istrateġija Kwantistika għandu jeleġġi l-president tiegħu.

<NO.P>4.</NO.P>Il-Grupp Konsultattiv għall-Istrateġija Kwantistika għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu, inkluża n-nomina tal-entitajiet kostitwenti li għandhom jirrappreżentaw lill-Grupp Konsultattiv u d-durata tan-nomina tagħhom.
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(44)</NO.P>Jiżdied l-Artikolu 14a li ġej:<CITATION>
Artikolu 14a

<STRING ITALIC="on">Il-kompiti tal-Grupp Konsultattiv għall-Istrateġija Kwantistika</STRING>

<NO.P>1.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Il-Grupp Konsultattiv għall-Istrateġija Kwantistika għandu:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>ifassal il-kontribut tiegħu għall-abbozz tal-programm strateġiku pluriennali fir-rigward tal-attivitajiet tat-teknoloġiji kwantistiċi msemmijin fl-Artikolu 20 ta’ dawn l-Istatuti u jirrieżaminah regolarment f’konformità mal-evoluzzjoni tad-domanda xjentifika, industrijali u tal-politika;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>jorganizza konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin għall-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati kollha li jkollhom interess fl-oqsma tat-teknoloġiji kwantistiċi biex jinfurmahom u jiġbor feedback dwar l-abbozz tal-programm strateġiku pluriennali u l-abbozz tal-attivitajiet relatati tal-programm ta’ ħidma għat-teknoloġiji kwantistiċi għal sena partikolari.</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>Il-kontribut għall-abbozz tal-programm strateġiku pluriennali msemmi fil-paragrafu 1 għandu jindirizza:</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>il-prijoritajiet tar-riċerka, tal-innovazzjoni, tal-varar, u tal-infrastruttura strateġiċi għall-iżvilupp u l-adozzjoni tat-teknoloġiji kwantistiċi u għall-integrazzjoni tagħhom fl-ekosistema diġitali Ewropea, biex jiġu appoġġati r-reżiljenza, is-sovranità teknoloġika, u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni filwaqt li jitqies il-potenzjal ta’ użu doppju ta’ teknoloġiji bħal dawn;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>attivitajiet potenzjali ta’ kooperazzjoni internazzjonali fit-teknoloġiji kwantistiċi li jżidu l-valur u li huma ta’ interess reċiproku filwaqt li jiżguraw allinjament mal-valuri u mal-interessi tas-sigurtà tal-Unjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>il-prijoritajiet tat-taħriġ, tal-edukazzjoni u tal-iżvilupp tal-forza tax-xogħol għall-indirizzar tal-kompetenzi ewlenin u tad-diskrepanza fil-ħiliet fit-teknoloġiji kwantistiċi, inkluż l-għarfien dwar applikazzjonijiet sensittivi għas-sigurtà;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(g)</SYMBOL>l-akkwist, il-varar u t-tħaddim ta’ infrastrutturi kwantistiċi, inklużi l-interkonnessjoni u l-federazzjoni ma’ infrastrutturi tal-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja u ma’ infrastrutturi diġitali oħrajn bħall-komunikazzjonijiet kwantistiċi u r-rilevament kwantistiku;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(h)</SYMBOL>miżuri għall-bini tal-kapaċitajiet, għall-interoperabbiltà, għall-istandardizzazzjoni, għas-sigurtà fil-qasam tat-teknoloġiji kwantistiċi b’kunsiderazzjoni speċifika tar-riskji ta’ użu doppju u tal-protezzjoni tal-assi strateġiċi, tal-interessi, tal-awtonomija jew tas-sigurtà tal-Unjoni.</ITEM></LIST>
</CITATION></PARAG><PARAG NO="YES"><NO.P>(45)</NO.P>L-Artikolu 16 tal-Anness huwa emendat kif ġej:<CITATION>
L-impenji baġitarji tal-Impriża Konġunta jistgħu jinqasmu f’pagamenti parzjali annwali. Minn Jannar 2025, tal-anqas 20 % tal-baġit kumulattiv tas-snin residwi ma għandux ikun kopert minn pagamenti parzjali annwali.
</CITATION></PARAG>

<TI.ART><STRING ITALIC="on">Artikolu 40</STRING></TI.ART><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’<STRING ITALIC="on">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</STRING>.</PARAG><PARAG>Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.</PARAG>
</GR.ART><SIGNATURE>
Magħmul fi Brussell,

<STRING ITALIC="on">Għall-Parlament Ewropew 	Għall-Kunsill</STRING>

<STRING ITALIC="on">Il-President	Il-President</STRING>
</SIGNATURE></DISPOSITIF></TEXT></TCONSOLID></TXTLST></SDOCTA>