<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0335</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Mobbiltà militari</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0242/2025 - Rapporteurs: Petras Auštrevičius, Roberts Zīle)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2025 dwar il-mobbiltà militari (2025/2090(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari t-Titoli VI u XVI tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari t-Titolu V tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1153 u (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1679, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1679/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1153/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, b’mod partikolari dawk tas-26 ta’ Ġunju 2025, tas-6 ta’ Marzu 2025, tal-21 u t-22 ta’ Marzu 2024, tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2023, tad-29 u t-30 ta’ Ġunju 2023, tal-15 ta’ Diċembru 2022 u tat-30 u l-31 ta’ Mejju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill, b’mod partikolari dawk tas-6 ta’ Diċembru 2024, tat-18 ta’ Novembru 2024, tat-13 ta’ Ġunju 2024, tas-27 ta’ Mejju 2024, tal-24 ta’ Ottubru 2023, tal-24 ta’ Jannar 2022 u tat-22 ta’ Jannar 2018,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-10 ta’ Novembru 2017 bit-titolu “Intejbu l-Mobbiltà Militari fl-Unjoni Ewropea” (JOIN(2017)0041),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1328 tal-10 ta’ Awwissu 2021 li jispeċifika r-rekwiżiti tal-infrastruttura applikabbli għal ċerti kategoriji ta’ azzjonijiet ta’ infrastruttura b’użu doppju skont ir-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 288, 11.8.2021, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/1328/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-24 ta’ Settembru 2021 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari minn Ottubru 2020 sa Settembru 2021 (JOIN(2021)0026),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża – Għal Unjoni Ewropea li tipproteġi ċ-ċittadini, il-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, adottata mill-Kunsill fil-21 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-10 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Pjan ta’ azzjoni dwar il-mobbiltà militari 2.0” (JOIN(2022)0048),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-13 ta’ Novembru 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari 2.0 minn Novembru 2022 sa Ottubru 2023 (JOIN(2023)0037),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-28 ta’ Mejju 2025 bit-titolu “L-approċċ strateġiku tal-Unjoni Ewropea għar-reġjun tal-Baħar l-Iswed” (JOIN(2025)0135),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju ta’ sostenn tal-Kummissjoni dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ħtiġijiet ta’ investiment transfruntier għar-realizzazzjoni tan-network TEN-T, ippubblikat fl-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-20 ta’ Marzu 2025 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari 2.0 (JOIN(2025)0011),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-white paper konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-19 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “White paper konġunta għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030” (JOIN(2025)0120),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Anness II rivedut tar-Rekwiżiti Militari għall-Mobbiltà Militari fl-Unjoni u lil hinn minnha kif adottat mill-Kunsill fit-18 ta’ Marzu 2025 (ST 6728/25 ADD1),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti annwali mill-2022, l-2023 u l-2024 tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, kif ukoll ir-rapporti tagħha dwar il-mobbiltà militari minn Marzu 2018 u s-26 ta’ Jannar 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali 04/2025 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-5 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il‑mobbiltà militari tal‑UE – Ma nkisbitx il-ħeffa massima minħabba dgħufijiet fit-tfassil u ostakli tul ir-rotta”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Sauli Niinistö tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Aktar Sikuri Flimkien: It-Tisħiħ tal-Preparatezza u tal-Prontezza Ċivili u Militari tal-Ewropa”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar il-mobbiltà militari maħruġa mill-ministri tat-trasport tal-Bulgarija, taċ-Ċekja, tal-Estonja, tal-Finlandja, tal-Ungerija, tal-Iżlanda, tal-Latvja, tal-Litwanja, tan-Norveġja, tal-Polonja, tar-Rumanija u tas-Slovakkja fis-27 ta’ Mejju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-għaxar rapport ta’ progress tal-10 ta’ Ġunju 2025 dwar l-implimentazzjoni tas-sett komuni ta’ proposti approvati mill-Kunsilli tal-UE u tan-NATO fis-6 ta’ Diċembru 2016 u fil-5 ta’ Diċembru 2018,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikat tas-Summit ta’ Vilnius maħruġ mill-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern tan-NATO li pparteċipaw fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana f’Vilnius fil-11 ta’ Lulju 2023, u d-Dikjarazzjoni tas-Summit ta’ Washington maħruġa mill-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern tan-NATO li pparteċipaw fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana tan-NATO f’Washington fl-10 ta’ Lulju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tliet dikjarazzjonijiet konġunti dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO ffirmati mill-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni kif ukoll mis-Segretarju Ġenerali tan-NATO fl-10 ta’ Jannar 2023, fil-5 ta’ Diċembru 2018 u fis-6 ta’ Diċembru 2016, rispettivament,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2025 għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) permezz tat-tisħiħ tal-industrija tad-difiża Ewropea (COM(2025)0122),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-1 ta’ April 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/1058 u (UE) 2021/1056 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi sabiex jiġu indirizzati sfidi strateġiċi fil-kuntest tar-rieżami ta’ nofs it-terminu (COM(2025)0123),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta’ April 2025, għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2021/694, (UE) 2021/695, (UE) 2021/697, (UE) 2021/1153, (UE) 2023/1525 u 2024/795 fir-rigward tal-inċentivar ta’ investimenti relatati mad-difiża fil-baġit tal-UE biex jiġi implimentat il-Pjan ReArm Europe (COM(2025)0188),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ April 2025 dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni – rapport annwali 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0058.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2025 dwar il-white paper dwar il-futur tad-difiża Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0034.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar it-tfassil ta’ strateġija portwarja Ewropea komprensiva<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5716, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5716/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2022 dwar l-impatt tal-gwerra illegali Russa ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna fuq is-setturi tat-trasport u tat-turiżmu tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 164.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fil-kuntest tar-relazzjonijiet trans-Atlantiċi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 99, 1.3.2022, p. 105.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-mobbiltà militari<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 388, 13.11.2020, p. 22.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu skont l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A10-0242/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna ġibdet l-attenzjoni mill-ġdid għall-mobbiltà militari, filwaqt li enfasizzat il-ħtieġa urġenti li jiġi ffaċilitat il-moviment transfruntier rapidu ta’ truppi, tat-tagħmir u tal-assi madwar l-UE sabiex jissaħħu d-deterrenza u d-difiża;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-instabbiltajiet u l-kriżijiet ġeopolitiċi li qed jinbidlu f’reġjuni differenti tad-dinja jirrikjedu li l-UE u l-Istati Membri tagħha, f’koordinazzjoni man-NATO, ikunu lesti li jirrispondu għal atti potenzjali ta’ aggressjoni jew tipi differenti ta’ kriżijiet tul il-fruntieri esterni kollha tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Istati Membri li jikkondividu l-fruntieri esterni mar-Russja jew mal-Belarussja, kif ukoll dawk li jmissu mal-Ukrajna, u li qed jesperjenzaw l-inkursjonijiet tar-Russja fl-ispazju tal-ajru tagħhom, jinsabu taħt theddida diretta għas-sigurtà, speċjalment peress li s-servizzi tas-sigurtà tal-Punent iwissu li r-Russja tista’ tattakka lill-UE fi żmien qasir;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-mobbiltà militari hija faċilitatur essenzjali għas-sigurtà u d-difiża komuni Ewropea u ġiet identifikata bħala faċilitatur kritiku fil-prijoritajiet tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-UE għall-2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-reżiljenza, id-deterrenza u l-ħeffa tal-movimenti militari fl-Ewropa issa saru kundizzjoni essenzjali għall-kredibbiltà tad-difiża Ewropea; billi l-mobbiltà militari fl-UE ssaħħaħ b’mod sinifikanti s-sigurtà u r-reżiljenza tas-27 Stat Membru, inkluż kontra ż-żieda fl-atti ta’ sabotaġġ kontra l-infrastruttura kritika u ż-żieda fit-theddid ibridu, dment li tkun tista’ twettaq bis-sħiħ il-potenzjal tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi huma meħtieġa sforzi sinifikanti biex jittejbu l-konnessjonijiet tat-trasport reġjonali u jissaħħaħ in-network pan-Ewropew, li jgħaqqad il-pajjiżi tal-UE mill-Finlandja u mill-Istati Baltiċi fit-Tramuntana mal-Peniżola Iberika fin-Nofsinhar; billi l-iżvilupp ta’ infrastruttura koerenti tal-mobbiltà militari fl-erba’ kurituri tal-mobbiltà militari prijoritarji tal-UE jkun essenzjali għall-iskjerament u l-forniment ta’ truppi u tagħmir militari fi żmien qasir u fuq skala kbira bil-ferrovija, bit-triq, bil-passaġġi fuq l-ilma, bil-baħar u bl-ajru, meta u fejn meħtieġ, filwaqt li tiġi żgurata l-funzjonalità ta’ użu doppju tagħha biex il-ktajjen tal-provvista ċivili essenzjali jibqgħu jiffunzjonaw;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-mobbiltà militari hija prijorità għall-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO u trid tippermetti l-moviment tal-forzi alleati kemm fi żminijiet ta’ paċi kif ukoll fi żminijiet ta’ kriżi jew ta’ gwerra; billi t-tisħiħ tal-interoperabbiltà fl-UE man-NATO u mas-sħab bħall-Ukrajna huwa vitali għad-difiża kollettiva; billi, sabiex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi tas-sħubija bejn l-UE u n-NATO, huma meħtieġa tmexxija b’saħħitha u governanza koordinata biex il-kooperazzjoni teknika tiġi ttrasformata f’viżjoni strateġika kondiviża u b’hekk tissaħħaħ il-mobbiltà bħala għodda għall-koeżjoni u s-sigurtà kollettiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) għandha rwol ewlieni fit-tisħiħ u fl-allinjament tal-kapaċitajiet ta’ difiża tal-UE, u tnaqqas id-dipendenzi fir-rigward ta’ faċilitaturi strateġiċi bħall-mobbiltà militari;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-UE qed taħdem biex tippromwovi l-konnettività mas-sħab reġjonali u l-pajjiżi kandidati;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-bażi industrijali tad-difiża tal-UE tbati minn vulnerabbiltajiet, inkluża sovradipendenza fuq importazzjonijiet mhux tal-UE, produzzjoni u provvista frammentati, nuqqas ta’ investiment u kapaċità ta’ produzzjoni limitata; billi l-istrateġija Ewropea għas-sigurtà ekonomika tenfasizza l-importanza li jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi u li jiġu protetti t-teknoloġiji u l-assi kritiċi għas-salvagwardja tas-sovranità u l-kompetittività tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-6 ta’ Marzu 2025 issottolinjaw li l-Unjoni jeħtiġilha “ssir aktar sovrana, aktar responsabbli għad-difiża tagħha stess u mgħammra aħjar biex taġixxi u tindirizza b’mod awtonomu l-isfidi u t-theddid immedjati u futuri”, u b’hekk affermaw mill-ġdid il-ħtieġa li jitnaqqsu d-dipendenzi esterni u tiġi kkonsolidata l-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB);
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-inizjattiva SAFE, adottata mill-Kunsill fis-27 ta’ Mejju 2025, tipprevedi sa EUR 150 biljun f’appoġġ għall-akkwist konġunt, l-irrankar industrijali u l-produzzjoni relatata mad-difiża fl-UE, u b’hekk toħloq opportunità strateġika biex jibda jitħaddem il-prinċipju ta’ preferenza Ewropea u biex jiġi żgurat li l-fondi tal-UE jsaħħu l-industrija Ewropea aktar milli jsaħħu d-dipendenzi esterni;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-att dwar it-tisħiħ tal-industrija Ewropea tad-difiża permezz tal-akkwist komuni<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2023/2418 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar l-istabbiliment ta’ strument għat-tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (EDIRPA) (ĠU L, 2023/2418, 26.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2418/oj).</FIELD></FOOTNOTE> (EDIRPA) u l-Programm għall-Industrija tad-Difiża tal-UE (EDIP) jista’ jkollhom rwol importanti fl-appoġġ tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji u kapaċitajiet innovattivi rilevanti għall-mobbiltà militari; jisħaq li s-sinerġiji bejn l-EDIP, l-EDIRPA, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u strumenti oħra ta’ finanzjament tal-UE għandhom jiġu sfruttati bis-sħiħ sabiex issaħħu r-reżiljenza tal-infrastruttura tat-trasport u l-kapaċità ġenerali tal-UE għal moviment militari rapidu u sigur;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi skrinjar robust tal-investiment jikkontribwixxi għas-sigurtà ekonomika tal-UE, jipproteġi l-infrastruttura u t-teknoloġiji kritiċi minn akkwiżizzjonijiet ostili u jikkomplementa l-politiki industrijali mmirati lejn it-trawwim tal-awtonomija Ewropea u t-tmexxija teknoloġika; billi r-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2019/452<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79 I, 21.3.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/452/oj).</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni hija strument ewlieni għas-salvagwardja tas-sigurtà, l-ordni pubbliku u l-interessi strateġiċi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar ir-regolament propost<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0102.</FIELD></FOOTNOTE>, u enfasizza li l-Istati Membri kollha għandhom ikunu meħtieġa jżommu mekkaniżmu tal-iskrinjar għall-investimenti barranin għal raġunijiet ta’ sigurtà jew ordni pubbliku, u li hija meħtieġa armonizzazzjoni aktar b’saħħitha fis-sistemi nazzjonali kollha biex jiġu indirizzati d-dipendenzi strateġiċi u l-vulnerabbiltajiet teknoloġiċi u infrastrutturali emerġenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi minkejja l-progress sinifikanti f’dawn l-aħħar snin biex tissaħħaħ il-mobbiltà militari permezz tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet stabbiliti fil-Pjan ta’ azzjoni dwar il-mobbiltà militari 2.0, għad hemm ostakli regolatorji, amministrattivi u finanzjarji konsiderevoli, u għad hemm ukoll punti ta’ konġestjoni u ostakli infrastrutturali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi hemm ħtieġa urġenti li jiġu intensifikati l-isforzi kkoordinati u integrati fil-livelli tal-UE, tan-NATO u tal-Istati Membri biex jiżdiedu r-riżorsi u jiġu indirizzati dawk l-ostakli fiżiċi, legali u regolatorji;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-awditi interni u l-esperjenza reċenti juru nuqqasijiet serji fil-politika tal-mobbiltà militari tal-UE, b’dewmien ikkawżat minn piżijiet burokratiċi żejda u infrastruttura inadegwata li jfisser li potenzjalment jistgħu jieħdu aktar minn xahar biex iċaqilqu t-tagħmir militari bejn il-fruntieri b’reazzjoni għal attakk;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi ħafna rotot tat-trasport Ewropej għadhom mhumiex adattati għal vetturi militari tqal; billi l-karrijiet armati ġew ipprojbiti milli jidħlu f’ċerti Stati Membri minħabba li jaqbżu l-limitu tal-piż nazzjonali, u l-konvojs twaqqfu f’pontijiet li mhumiex imfassla għal tali tagħbija, li jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi aġġornata l-infrastruttura ewlenija bħal-linji ferrovjarji, it-toroq, il-mini u l-pontijiet biex jiġu ssodisfati l-istandards militari;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-investimenti fit-titjib tal-infrastruttura b’użu doppju eżistenti tal-ajru, tal-ferroviji, tat-toroq u tal-passaġġi fuq l-ilma jġibu benefiċċji mdaqqsa għall-komunitajiet u n-negozji fi żminijiet ta’ paċi kif ukoll huma ta’ benefiċċju għas-sistemi tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija u jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, it-tlestija tan-Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T), il-kapaċitajiet tal-protezzjoni ċivili u t-tisħiħ tas-suq uniku;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-operaturi tat-trasport għandhom rwol importanti fil-mobbiltà militari; billi l-proċeduri mhux armonizzati, madankollu, spiss jikkawżaw dewmien serju fl-operazzjonijiet tat-trasport u fil-ħruġ ta’ permessi transfruntiera;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Inwieġbu għar-realtajiet ġeopolitiċi li qed jinbidlu</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-mobbiltà militari għas-sigurtà u d-difiża Ewropea; jisħaq li l-indirizzar tan-nuqqasijiet strateġiċi tal-UE u l-ħtieġa ta’ mobbiltà militari msaħħa saru aktar urġenti fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ l-ambizzjoni tal-UE u tal-Istati Membri li jżidu b’mod sostanzjali l-prontezza tad-difiża tagħhom, inaqqsu d-dipendenzi strateġiċi, jindirizzaw il-lakuni fil-kapaċitajiet u jsaħħu l-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża Ewropea fil-qafas tal-politiki rilevanti tal-UE u tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK) u fil-kuntest tan-NATO; jilqa’ l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO dwar it-tisħiħ tal-mobbiltà militari; iqis madankollu li wasal iż-żmien li l-objettivi komuni ddikjarati bejn l-UE u n-NATO jinbidlu b’mod urġenti fi progress reali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifaħħar l-isforzi kollettivi biex tiġi appoġġjata l-Ukrajna; jinsisti fuq il-ħtieġa li jinsiltu b’mod sistematiku tagħlimiet mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna inkluż dwar il-mobbiltà militari, b’mod partikolari fuq il-bażi tal-esperjenza tal-forzi armati Ukreni kif ukoll minn eżerċizzji nazzjonali u multinazzjonali; jissottolinja l-importanza li jiġu żgurati kontinġenzi loġistiċi u ppjanar ta’ riżerva kif ukoll li jiġu identifikati rabtiet dgħajfa u neqsin; jisħaq fuq l-importanza ta’ koordinazzjoni bikrija u effettiva mas-sħab strateġiċi, b’mod partikolari man-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li r-Russja toħloq theddida konsiderevoli għas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea, u li l-iżvilupp tal-kapaċità għal skjerament rapidu ta’ truppi u kapaċitajiet militari lejn in-naħa tal-Lvant tal-UE huwa essenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa strateġika ta’ investimenti fl-Istati Membri kollha tul l-erba’ kurituri tal-mobbiltà militari prijoritarji tal-UE – il-Kurituri tat-Tramuntana, tal-Lvant, tan-Nofsinhar Ċentrali u tat-Tramuntana Ċentrali – peress li mobbiltà militari msaħħa u effettiva hija essenzjali għas-sigurtà tal-Istati Membri kollha u taċ-ċittadini Ewropej kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza li mobbiltà militari msaħħa se ssaħħaħ il-PSDK tal-UE u l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tagħha; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jadottaw viżjoni komuni dwar kif imexxu ’l quddiem l-azzjonijiet tagħhom dwar il-mobbiltà militari, u jifformulaw riżultati tanġibbli speċifiċi li għandhom jiġu integrati fil-Boxxla Strateġika tal-UE; iħeġġeġ preparatezza konkreta dwar il-mobbiltà militari billi nimxu lejn approċċ komprensiv għal-loġistika militari, inkluża s-sigurtà tal-infrastruttura kritika, il-hubs tat-trasport, il-manutenzjoni, il-ħżin, ir-riforniment, it-tiswija u l-munizzjon;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li l-mobbiltà militari mhijiex limitata għall-moviment ta’ truppi, armi u tagħmir, iżda tikkonċerna wkoll l-għajnuna umanitarja u l-azzjonijiet ta’ solidarjetà; jissottolinja li l-appoġġ għall-mobbiltà militari jista’ jġib ukoll benefiċċji sinifikanti għaċ-ċittadini, peress li l-kapaċità li jiġu skjerati malajr il-forzi militari tista’ tiffaċilita t-twassil aktar rapidu tal-għajnuna umanitarja u l-appoġġ mediku, kif ukoll it-tiswija tal-infrastruttura f’każ ta’ diżastri naturali, pandemiji jew kriżijiet oħra; jisħaq, barra minn hekk, li l-investimenti tal-UE fl-infrastruttura tal-mobbiltà militari jistgħu jiġġeneraw benefiċċji tanġibbli għall-komunitajiet lokali u għall-konnettività, u b’hekk iżidu r-reżiljenza lokali, l-integrazzjoni ekonomika, il-ħolqien tal-impjiegi u l-appoġġ pubbliku għall-aġenda Ewropea dwar is-sigurtà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Nindirizzaw il-kwistjonijiet finanzjarji</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq li jrid jitkompla strument ta’ finanzjament tal-UE għat-trasport ġestit ċentralment u ddedikat bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss bħala s-sors ewlieni għal finanzjament robust għall-mobbiltà militari u l-baġit ġenerali tiegħu għat-trasport irid jiżdied b’mod sinifikanti; jilqa’, għalhekk, il-proposta għal baġit akbar għall-mobbiltà militari fil-QFP li jmiss, li jalloka aktar minn EUR 50 biljun għat-trasport fl-ambitu tal-FNE għall-2028-2034, inklużi aktar minn EUR 17-il biljun għall-mobbiltà militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar fit-tnaqqis bla preċedent ta’ 75 % fil-finanzjament għall-mobbiltà militari mill-Kunsill fl-ambitu tal-QFP 2021-2027, meta mqabbel mal-pożizzjoni tal-Parlament u tal-Kummissjoni, u jisħaq li din is-sitwazzjoni ma tistax tirrepeti ruħha; jissottolinja li minħabba l-invażjoni fuq skala kbira tal-Ukrajna mir-Russja, il-baġit tal-mobbiltà militari kellu jiġi fornut minn qabel u ġie użat kompletament sal-bidu tal-2024; jinsisti li r-riżorsi allokati għall-mobbiltà militari fi ħdan il-QFP li jmiss jiżdiedu drastikament biex jinġiebu f’konformità mal-ħtieġa stmata ta’ investiment ta’ mill-inqas EUR 100 biljun biex jiġu indirizzati l-500 hotspot identifikati fl-UE bħala li jeħtieġu titjib urġenti<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-16 ta’ Ottubru 2025 bit-titolu “Il-Pjan Direzzjonali għall-2030 Inseddqu l-Paċi – Nippreparaw id-Difiża”, JOIN(2025)0027).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinsisti, filwaqt li jqis din il-ħtieġa ta’ investiment kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea, dwar l-importanza li tal-anqas jiġi ppreżervat l-ammont indikat ta’ EUR 17-il biljun fin-negozjati sussegwenti dwar il-limitu massimu ġenerali tal-QFP, filwaqt li tiġi protetta l-allokazzjoni għall-kisba tat-TEN-T; jisħaq li l-Kunsill jeħtieġlu ma jagħmel l-ebda proposta biex inaqqas l-ammont ta’ dan il-finanzjament u jemmen li d-direzzjonar ta’ dawn il-fondi lejn il-mobbiltà militari jeħtieġ li jiġi mmonitorjat mill-qrib;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitrawmu b’suċċess il-kooperazzjoni u l-allinjament fost l-Istati Membri dwar proġetti tat-trasport transfruntiera u fuq skala kbira u l-użu ta’ infrastruttura b’użu doppju biex jippermettu l-mobilizzazzjoni u l-moviment rapidi u effiċjenti fuq skala kbira ta’ truppi, tagħmir u assi militari madwar l-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Itenni li l-inizjattivi u l-finanzjament tal-mobbiltà militari m’għandhomx ifixklu l-implimentazzjoni ġenerali tal-azzjonijiet relatati mat-tlestija ta’ TEN-T intelliġenti, reżiljenti, interoperabbli, dekarbonizzat u sostenibbli; ifakkar fl-objettiv li jitlesta n-network ewlieni TEN-T sal-2030, inkluż il-varar tas-sistema Ewropea tal-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju (ERTMS) u n-network ewlieni estiż sal-2040;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza li t-tlestija f’waqtha ta’ proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport transfruntiera fi ħdan in-network TEN-T hija objettiv indispensabbli biex jintlaħqu objettivi effettivi ta’ użu doppju u mobbiltà militari fl-Ewropa; ifakkar li skont id-dokument ta’ pożizzjoni tal-koordinaturi tat-TEN-T ta’ April 2024, l-investiment totali meħtieġ biex jitlesta n-network ewlieni u ewlieni estiż TEN-T huwa ta’ EUR 845 biljun matul il-15-il sena li ġejjin, u li għal proġetti bl-ogħla valur miżjud tal-UE biss, l-ammont li jifdal li għandu jiġi investit huwa stmat għal mill-inqas EUR 210 biljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Ifakkar li l-implimentazzjoni ta’ proġetti kbar ta’ infrastruttura tat-trasport kruċjali għall-mobbiltà militari tirrikjedi finanzjament fit-tul minħabba n-natura tal-azzjonijiet li għandhom jittieħdu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu razzjonalizzati u ssimplifikati l-proċeduri biex jinkiseb finanzjament għal proġetti ta’ infrastruttura b’użu doppju fil-qafas tal-mobbiltà militari tal-FNE fil-QFP li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ s-self inizjali tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għall-investiment fi proġetti ta’ infrastruttura b’użu doppju biex tissaħħaħ il-mobbiltà militari; jitlob l-implikazzjoni sostnuta tal-BEI biex jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ proġetti u kapaċitajiet oħra ta’ infrastruttura b’użu doppju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi finanzjarji addizzjonali li għandhom jiġu esplorati, bħal Bank għad-Difiża, is-Sigurtà u r-Reżiljenza, biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ finanzjament tas-sigurtà, tad-difiża u tar-reżiljenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Ifakkar li l-Istati Membri jistgħu jużaw il-finanzjament massimu disponibbli fl-ambitu tal-QFP attwali, inklużi l-miżuri introdotti reċentement biex jiġu riallokati riżorsi fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u fil-Fond ta’ Koeżjoni, u jirridirezzjonaw malajr il-fondi mhux użati tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza lejn investimenti fid-difiża, inklużi l-infrastruttura b’użu doppju u l-assi mobbli biex titrawwem il-mobbiltà militari, inkluża l-kontromobbiltà militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jappella għal assigurazzjonijiet li l-baġits iddedikati fl-ambitu tal-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea, il-Fond Ewropew għad-Difiża, il-programm SAFE u l-miżuri adottati fl-ambitu tal-pakkett Omnibus dwar il-Prontezza tad-Difiża u inizjattivi oħra tad-difiża tal-UE jistgħu jintużaw biex jappoġġjaw l-espansjoni u t-titjib tal-infrastruttura b’użu doppju kemm fiżika kif ukoll diġitali u l-akkwist kollaborattiv u prevedibbli ta’ kapaċitajiet abilitanti għad-difiża, inkluż dwar il-mobbiltà militari, biex tissaħħaħ Unjoni Ewropea tad-Difiża ġenwina;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Inneħħu l-ostakli għall-mobbiltà militari u nimxu lejn </STRING></STRING>“<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">żona militari Schengen</STRING></STRING>”</ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Itenni l-appelli tiegħu għal “żona militari Schengen” u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi pjan direzzjonali lejn dan l-objettiv mingħajr aktar dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Itenni t-tħassib profond tiegħu dwar in-nuqqas attwali ta’ rispons u effiċjenza fil-mobbiltà militari, li hija mxekkla minn kumplessità regolatorja u proċedurali u nuqqas ta’ armonizzazzjoni li jirriżultaw f’koordinazzjoni bil-mod u f’telf ta’ ħin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkorporaw approċċ min-naħa tas-soċjetà kollha lejn il-mobbiltà militari, li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi s-setturi pubbliċi, privati u ċivili, billi jikkomunikaw u jispjegaw il-miżuri meħuda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ, bħala kwistjoni ta’ urġenza, it-13-il impenn meħuda fl-ambitu tal-Wegħda dwar il-Mobbiltà Militari tal-2024, li jiffukaw fuq l-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport u l-assi tat-trasport, l-armonizzazzjoni regolatorja, li jiġu aċċellerati l-permessi ta’ moviment transfruntier u li tissaħħaħ il-PSDK u l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu approċċ orizzontali meta tipproponi azzjonijiet ulterjuri billi tarmonizza u tissimplifika r-regolamenti u l-proċeduri bl-għan urġenti li tintegra u tikkoordina l-approċċ tal-UE għat-tneħħija tal-ostakli amministrattivi, diplomatiċi, loġistiċi u infrastrutturali eżistenti kollha għall-mobbiltà militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jitlob li jiġi stabbilit punt uniku ta’ servizz diġitali Ewropew għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet tat-traport transfruntiera għat-tagħmir militari, inkluż sistema ta’ prijorità kodifikata u bażi tad-data kondiviża man-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ssimplifikati r-regoli u l-proċeduri nazzjonali kumplessi, twal u diverġenti; jinsisti li l-pakkett dwar il-mobbiltà militari li jmiss jipproponi proċeduri simplifikati, armonizzati, uniformi u diġitalizzati fil-modi kollha tat-trasport, inkluż dwar id-dwana, it-trasport ta’ oġġetti perikolużi, it-trasport anormali, l-approvazzjonijiet diplomatiċi u l-użu ta’ permessi identiċi, bħal fil-każ tal-offerti/krediti ta’ moviment transfruntier u d-dokumentazzjoni tal-formola 302 tal-UE/NATO, li għandha tkun rikonoxxuta u użata mill-Istati Membri kollha; jappella wkoll għall-iżvilupp ta’ sistema doganali militari biex jiġu diġitalizzati l-formalitajiet doganali u jitnaqqsu l-piż u l-kostijiet amministrattivi fir-rigward tal-proġetti eżistenti tal-UE bħas-Sistema ta’ Mobbiltà Militari Diġitali Sigura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jitneħħew l-ostakli amministrattivi u infrastrutturali li jiffaċċjaw il-kumpaniji li joperaw trasport bit-triq anormali għal tagħmir militari u krejnijiet għal proġetti ta’ infrastruttura kritika; jappella, għalhekk, għal aktar armonizzazzjoni tar-regoli dwar it-trasport bit-triq anormali fil-qafas tar-reviżjoni li għaddejja tad-Direttiva dwar il-Piżijiet u d-Dimensjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jissottolinja li l-għoti ta’ kopertura tal-assigurazzjoni tar-riskju tal-gwerra għall-fornituri tal-loġistika b’riskju għoli jista’ jservi bħala inċentiv għall-kumpaniji, peress li dan jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni tar-riskji operazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jisħaq li l-armonizzazzjoni tal-proċeduri u l-interoperabbiltà effettiva se jsaħħu l-fiduċja reċiproka fost l-Istati Membri u se jagħtu spinta lill-konnettività transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jilqa’ l-objettiv li jiġu ssimplifikati l-oqfsa legali u amministrattivi kif propost fil-pakkett Omnibus dwar il-Prontezza tad-Difiża u l-Komunikazzjoni Konġunta li jmiss dwar il-Mobbiltà Militari 2025 u jitlob li jidħol fis-seħħ u jiġi implimentat malajr;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas ta’ kriżi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta qafas legali u operazzjonali li jindirizza s-“sitwazzjonijiet ta’ kriżi”, li jiddistingwi b’mod ċar mill-inqas tliet “fażijiet”, bħal “żmien ta’ paċi”, “kriżi” u “żmien ta’ gwerra”, u li jinkludi regoli għal kull fażi sabiex jiġu żgurati l-interoperabbiltà u l-aċċess prijoritarju tal-forzi armati għall-faċilitajiet, għan-networks u għall-assi tat-trasport, b’moviment simplifikat għall-persunal u t-tagħmir militari tul il-kurituri militari kollha u bejniethom; jitlob li dan il-qafas jipprovdi definizzjonijiet ċari għal “sitwazzjonijiet ta’ riżerva” u “soluzzjonijiet ta’ riżerva” biex tiġi ggarantita l-kontinwità tat-trasport militari f’każ ta’ tfixkil, kif ukoll il-gwida lill-Istati Membri fl-għoti ta’ mandat lil fornituri differenti tas-sigurtà bis-sorveljanza u l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistenna li l-qafas legali li jmiss se jistabbilixxi sistema ta’ komunikazzjoni u koordinazzjoni effiċjenti u ċara bejn l-awtoritajiet militari u pubbliċi, inkluża n-NATO, biex jiskambjaw ukoll informazzjoni, fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ tagħrif, ma’ maniġers tal-infrastruttura u operaturi tat-trasport kwalifikati biex jipprovdu servizzi loġistiċi militari sabiex titrawwem ir-reżiljenza fin-networks sħaħ għal kull fażi; jinnota, b’mod partikolari, in-nuqqas ta’ kooperazzjoni u l-komunikazzjoni limitata bejn l-awtoritajiet tal-port u l-atturi militari jew dawk rilevanti għall-bini tad-difiża; jifhem is-sensittività tal-prattiki ta’ kondiviżjoni tal-informazzjoni, speċjalment mal-awtoritajiet portwarji Ewropej bi sjieda barranija; jisħaq, madankollu, li huwa meħtieġ mezz affidabbli u sigur għal skambju ta’ informazzjoni speċifika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li jippermetti lill-kapijiet ta’ stat u ta’ gvern jieħdu azzjoni immedjata fil-fażijiet ta’ “kriżi” u ta’ “żmien ta’ gwerra”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi task force dwar il-mobbiltà militari mar-rappreżentanti tal-korpi kompetenti kollha tal-UE biex tissimplifika t-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-inizjattivi kollha li jikkonċernaw il-mobbiltà militari b’mod orizzontali, u, b’mod parallel, jappella għad-deżinjazzjoni ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali biex jittejbu l-governanza u l-koordinazzjoni ġenerali tal-mobbiltà militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjonijiet kollha magħmula mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri rigward il-governanza fl-inizjattivi futuri kollha fil-qasam tal-mobbiltà militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-ħaddiema tat-trasport fil-mobbiltà militari u fl-iffaċilitar tal-ktajjen tal-provvista; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħaddiema, jinvestu fil-forza tax-xogħol tat-trasport, itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-opportunitajiet ta’ taħriġ biex il-ħaddiema jiġu mgħammra bil-ħiliet meħtieġa għall-mobbiltà militari u għall-attraenza tas-settur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Intejbu u nibnu infrastruttura</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ġdida b’użu doppju</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni mill-Kunsill tal-erba’ kurituri tal-mobbiltà militari prijoritarji tal-UE għal movimenti b’avviż qasir u fuq skala kbira, maħluqa f’kooperazzjoni man-NATO u l-identifikazzjoni li għaddejja ta’ 500 hotspot li jeħtieġu titjib urġenti; jenfasizza li aktar minn 94 % ta’ dawn il-kurituri huma parti mit-TEN-T, li jissottolinja s-sinerġiji b’saħħithom bejn l-infrastruttura ċivili u dik militari; jappella għal evalwazzjoni preċiża tal-ħtiġijiet finanzjarji biex jitlestew dawn il-kurituri tal-mobbiltà militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jitħaffef l-iżvilupp tal-infrastruttura tat-trasport u li tissaħħaħ kemm il-protezzjoni fiżika kif ukoll dik ċibernetika tal-komponenti kritiċi tagħha tul l-erba’ kurituri tal-mobbiltà militari prijoritarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jenfasizza li l-konnessjonijiet u l-konġestjonijiet l-aktar dgħajfa għandhom effetti indiretti fuq il-funzjonament u l-kontinwità effettiva tal-kurituri kollha u n-network tat-trasport kollu kemm hu; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, jallokaw riżorsi adegwati biex jiżguraw network ta’ mobbiltà militari konness tajjeb, inkluż titjib fil-manutenzjoni, il-modernizzazzjoni u l-interoperabbiltà tal-infrastruttura eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw il-ħtieġa li jinħatar koordinatur Ewropew iddedikat għal kull kuritur tal-mobbiltà militari prijoritarju biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom bħala membri tat-task force dwar il-mobbiltà militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Ifakkar li l-infrastruttura ta’ kontromobbiltà, inklużi l-ostakli b’użu doppju, il-fortifikazzjonijiet u s-sistemi ta’ skjerament rapidu biex tissaħħaħ id-difiża tal-fruntieri u territorjali tirrappreżenta wkoll parti importanti mill-mobbiltà militari; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu ppjanar u tħejjija kkoordinati bir-reqqa għall-infrastruttura tal-kontromobbiltà fl-erba’ kurituri tal-mobbiltà militari prijoritarji u jagħtu prijorità lill-Kurituri tal-Lvant u tat-Tramuntana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Ifakkar li l-ferroviji huma s-sinsla tas-sistema ta’ mobbiltà bbażata fuq l-art biex jiġu ttrasferiti kwantitajiet kbar ta’ assi militari ta’ daqs eċċessiv, tqal, riskjużi u perikolużi; jinsisti li għandha tingħata prijorità lil soluzzjonijiet immedjati u għal żmien qasir, bħat-tneħħija tal-piżijiet amministrattivi għall-persunal militari għall-moviment transfruntier; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura żieda fil-bini tal-kapaċitajiet, speċjalment fil-hubs tat-trasport u f’oqsma ewlenin f’konformità mal-erba’ kurituri tal-mobbiltà militari prijoritarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jissottolinja r-rwol kruċjali tal-interoperabbiltà ferrovjarja fl-iżgurar ta’ operazzjonijiet bla xkiel fl-Istati Membri kollha; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar in-nuqqas persistenti ta’ interoperabbiltà ferrovjarja kkawżat mid-differenzi fil-wisa’ tal-binarji ferrovjarji fl-UE, bħal dawk fl-istati Baltiċi, fil-Finlandja u fil-peniżola Iberika, li jaffettwa l-movimenti transfruntiera tat-truppi, tat-tagħmir u tal-assi u b’hekk jagħmel it-trasport bit-triq indispensabbli; jitlob lill-Kummissjoni tkompli tindirizza d-diversi ostakli għall-operazzjonijiet ferrovjarji bla xkiel madwar l-UE, fost l-oħrajn l-introduzzjoni bil-mod tal-ERTMS u l-akkoppjament awtomatiku diġitali u d-differenzi fil-wisa’ tal-binarji; ifakkar fir-rekwiżit tar-Regolament TEN-T li l-Istati Membri kkonċernati jippreżentaw il-pjanijiet tagħhom sa Lulju 2026 għall-migrazzjoni tan-networks tagħhom għall-wisa’ tal-binarji ferrovjarji nominali standard Ewropea; jilqa’, f’dak ir-rigward, il-proġett Rail Baltica, li jgħaqqad l-istati Baltiċi man-network ferrovjarju tal-UE billi jadatta l-wisa’ tal-binarji ferrovjarji tagħhom; iqis dan il-proġett strateġiku kemm għall-mobbiltà ċivili kif ukoll għal dik militari, peress li jipprovdi konnessjonijiet ferrovjarji interoperabbli, sostenibbli u ta’ kapaċità għolja madwar in-naħa tal-Lvant tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota li t-teknoloġiji diġitali li huma rilevanti għaż-żieda tal-kapaċità ferrovjarja ċivili, bħas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju u l-akkoppjament awtomatiku diġitali huma rilevanti wkoll għall-mobbiltà militari u għandhom jittejbu; iwissi li l-ERTMS ġiet żviluppata f’kuntest ġeostrateġiku differenti u jappella għal valutazzjoni tar-robustezza u r-reżiljenza taċ-ċibersigurtà tagħha; jissottolinja li, minħabba d-dipendenza tagħha fuq it-teknoloġija tar-radju, kwalunkwe nuqqas ta’ disponibbiltà tan-network minħabba mblukkar jew fatturi oħra jwassal għas-sospensjoni immedjata tat-traffiku ferrovjarju; jappella għal valutazzjoni ta’ natura simili fi ħdan il-qafas għall-iżvilupp tas-Sistema ta’ Komunikazzjoni Mobbli Ferrovjarja Futura (FRMCS);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota li l-konnessjonijiet bit-triq u bil-ferrovija mal-portijiet u man-networks tat-terminals tal-merkanzija spiss ikunu kruċjali biex jiffaċilitaw il-movimenti tal-“aħħar mil” ta’ tagħmir militari lejn iż-żoni meħtieġa u, bħala tali, għandhom rwol integrali fis-suċċess tal-mobbiltà militari; ifakkar li l-punti strateġiċi kollha tat-trasport bit-triq, bħall-faċilitajiet ta’ parkeġġ, l-istazzjonijiet ta’ riforniment u l-istazzjonijiet tal-ħasil tal-karozzi, għandhom jiġu aġġornati b’mod urġenti biex jakkomodaw għadd kbir ta’ unitajiet u persunal tat-trasport militari fi żminijiet ta’ emerġenza; jitlob, għalhekk, li l-investimenti fl-infrastrutturi ewlenin tat-toroq tul l-erba’ kurituri tal-mobbiltà militari prijoritarji jkunu fost il-prijoritajiet biex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà militari bl-aktar mod effettiv possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jappella għal qafas Ewropew armonizzat li jiffaċilita l-moviment ta’ konvojs militari operati minn fornituri ċivili awtorizzati, bħal dawk li joperaw servizzi tat-trasport bit-triq anormali, krejnijiet speċjalizzati u tagħmir tqil, permezz tal-erba’ kurituri tal-mobbiltà militari prijoritarji, filwaqt li tiġi żgurata s-sikurezza ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jenfasizza li l-portijiet għandhom rwol strateġiku bħala nodi kritiċi fin-network tal-mobbiltà militari, li jservu bħala punti ta’ dħul u ta’ ħruġ għal skjeramenti militari fuq skala kbira, u jippermettu l-integrazzjoni tat-trasport bejn il-baħar u l-art, speċjalment għall-kooperazzjoni trans-Atlantika, kif ukoll fir-reżiljenza tal-interessi ekonomiċi strateġiċi tal-Unjoni; jinnota li l-infrastruttura marittima tbati minn nuqqasijiet strutturali u li ħafna terminals tal-UE mhumiex imfassla biex jimmaniġġjaw il-merkanzija militari; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata kapaċità suffiċjenti għall-provvisti militari u li jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ kontinġenza għad-devjazzjoni tal-merkanzija ċivili jekk ikun meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jissottolinja li s-sjieda u l-kontroll ta’ ċerta infrastruttura marittima kritika jirrikjedu azzjoni immedjata u regoli aktar stretti, kif enfasizzat fil-white paper għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jappella għal investimenti fl-infrastruttura tal-portijiet u għal rekwiżiti emendati għall-aċċess għal strumenti finanzjarji kemm għall-portijiet tal-baħar kif ukoll għall-portijiet tal-ilmijiet interni, biex tissaħħaħ l-integrazzjoni tagħhom fil-kurituri tat-TEN-T u biex jissaħħu l-politiki tal-UE dwar is-sigurtà tal-enerġija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq u timplimenta strateġiji li jżidu l-kapaċitajiet u jibnu l-kapaċità tal-portijiet; jissottolinja kemm id-dimensjonijiet tal-wiċċ kif ukoll ta’ taħt il-wiċċ tad-dominju marittimu, jitlob l-inklużjoni ta’ bastimenti Ro-Ro (Roll-On/Roll-Off) u Ro-Pax (Roll-On/Roll-Off tal-Passiġġieri) bħala assi mobbli b’użu doppju fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-mobbiltà militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota li l-passaġġi fuq l-ilma interni huma wkoll element importanti tal-mobbiltà militari, u joffru mezzi bla xkiel u sostenibbli ta’ trasport b’użu doppju minħabba l-kapaċità disponibbli tagħhom, il-komplementarjetà intermodali u l-vulnerabbiltà mnaqqsa għal intelligence opportunistika; jinnota l-kapaċità eżistenti tan-network tat-trasport fuq l-ilma li jittrasporta assi militari ta’ daqs eċċessiv, oġġetti perikolużi u fjuwils għal provvisti regolari, kif ukoll li jipprovdi soluzzjonijiet ta’ riżerva bħala parti mill-ippjanar ta’ kontinġenza; jissuġġerixxi li tiġi vvalutata l-ħtieġa ta’ espansjoni ulterjuri tal-imgħalaq eżistenti u li tiżdied id-disponibbiltà tal-krejnijiet u tal-flotta tat-trasport fuq l-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jinħolqu aktar ċentri loġistiċi u terminals tat-trażbord tul l-erba’ kurituri tal-mobbiltà militari prijoritarji; jitlob li ċ-ċentri loġistiċi eżistenti u t-terminals tat-trażbord kummerċjali rilevanti għat-trasport militari tul il-kurituri tal-mobbiltà militari jiġu adattati u ddeżinjati b’mod adegwat bħala infrastruttura b’użu doppju u mgħammra b’tagħmir adegwat għall-użu, bħal pjattaformi ta’ tagħbija b’aċċess dirett u rampi xierqa għall-assi militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġi stabbilit network ta’ ċentri loġistiċi li jinsabu f’post strateġiku, tul l-erba’ kurituri tal-mobbiltà militari prijoritarji, inklużi l-portijiet interni, li jkunu kapaċi jipprovdu l-infrastruttura meħtieġa għall-manutenzjoni, il-ħżin u t-tiswija biex jiġu żgurati trasferimenti intermodali rapidi bejn l-infrastrutturi tat-toroq, tal-ferroviji, marittimi, tal-passaġġi fuq l-ilma interni u tal-ajruporti u l-installazzjonijiet militari; jisħaq, f’dan ir-rigward, li dawn iċ-ċentri għandhom jipprovdu l-infrastruttura tal-enerġija b’użu doppju meħtieġa, bħall-istazzjonijiet tar-riforniment u tar-repowering biex jappoġġjaw il-ħtiġijiet tal-mobbiltà u s-sigurtà tal-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jissottolinja li ċ-ċentri loġistiċi għandhom jipprovdu spazju, kapaċità u infrastruttura għat-truppi fi tranżitu, b’mod partikolari fir-rigward tal-kenn, il-provvista tal-ikel u tal-fjuwil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jitlob li l-iżvilupp ta’ ċentri loġistiċi jiġi appoġġjat ukoll fl-ambitu ta’ programmi industrijali Ewropej rilevanti biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-bażi industrijali u teknoloġika Ewropea; ifakkar fil-ħtieġa li tittieħed azzjoni dwar id-diġitalizzazzjoni tal-proċessi loġistiċi biex jiġu żgurati r-reżiljenza u s-sigurtà tal-infrastruttura strateġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Iqis li huwa tal-akbar importanza li jiġu estiżi l-kurituri tat-trasport, inkluż għall-mobbiltà militari, fl-Ukrajna, fir-Repubblika tal-Moldova u fil-Balkani tal-Punent, sabiex tissaħħaħ l-interoperabbiltà, jiżdied ir-rispons operazzjonali, jiġu appoġġjati s-sħab fir-reżistenza tagħhom kontra l-aggressjoni Russa u theddid ibridu ieħor fir-reġjun, fejn ikun xieraq, u tiġi skoraġġuta aggressjoni futura fit-territorju tal-UE; jinnota l-użu tal-Korsiji ta’ Solidarjetà għall-mobbiltà militari u jqis li huwa importanti li dawn jissaħħu sabiex jissaħħu s-sigurtà u r-reżiljenza tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jissottolinja li l-immudellar diġitali, il-mapep diġitali, is-sistemi ta’ informazzjoni ġeografika u s-servizzi ta’ data ġeospazjali preċiżi, siguri u aġġornati huma indispensabbli għall-infrastruttura u l-ippjanar tar-rotot kemm ċivili kif ukoll militari, il-koordinazzjoni transfruntiera u l-iskjerament rapidu ta’ truppi u ta’ tagħmir; jisħaq li l-protezzjoni tad-data u l-komunikazzjonijiet matul il-movimenti militari huma tal-akbar importanza għas-sigurtà taċ-ċivili u tal-persunal militari u għall-preżervazzjoni tal-kapaċitajiet; jisħaq li s-servizzi kollha ta’ informazzjoni dwar it-trasport użati għal skopijiet militari u ta’ difiża għandhom ikunu żgurati kif xieraq u protetti legalment biex tiġi evitata rivelazzjoni diġitali ta’ informazzjoni sensittiva rigward l-operazzjonijiet ta’ mobbiltà militari u d-data ekonomika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkoordina miżuri ta’ sigurtà diġitali u elettroniċi tul l-erba’ kurituri tal-mobbiltà militari prijoritarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jisħaq li l-Unjoni Ewropea kollha hija vulnerabbli għaċ-ċiberattakki u għall-intrużjoni diġitali; jissottolinja li s-sistemi diġitali li jikkontrollaw l-infrastrutturi u l-assi fiżiċi tat-trasport jirrappreżentaw miri prijoritarji għaċ-ċiberattakki; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri, għalhekk, jappoġġjaw l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji diġitali sovrani Ewropej innovattivi, inkluż Galileo, biex isaħħu kemm iċ-ċibersigurtà kif ukoll ir-reżiljenza ta’ dawn l-infrastrutturi u l-assi; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-potenzjal tal-intelliġenza artifiċjali u jħeġġeġ aktar sforzi ta’ riċerka u żvilupp biex jiġu żviluppati l-kapaċitajiet diġitali tal-ġenerazzjoni li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar iż-żieda fiċ-ċiberattakki Russi kontra s-sistemi ta’ navigazzjoni fir-reġjun tal-Baħar Baltiku; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi u tindirizza n-natura tat-theddid ibridu fl-omnibus li jmiss, kif ukoll id-disturbazzjoni u l-ispoofing tas-sistemi globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (GNSS) bħala attakk ibridu fuq it-traffiku marittimu u tal-ajru Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu aċċellerati t-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva NIS2<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (id-Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2555/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-trasport settorjali, l-aġenziji kompetenti taċ-ċibersigurtà, l-iskwadri ta’ rispons għal inċidenti relatati mas-sigurtà tal-kompjuters (CSIRTs) u n-network Ewropew ta’ organizzazzjoni ta’ kollegament f’każ ta’ ċiberkriżijiet (EU-CyCLONe); jisħaq fuq l-importanza li jiġu inklużi miżuri konkreti li jindirizzaw l-aspetti tal-mobbiltà militari fil-valutazzjonijiet tar-riskju taċ-ċibersigurtà tal-UE u nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li tiġi protetta u mtejba r-reżiljenza tal-infrastruttura kritika tat-trasport, inkluż kontra ċ-ċiberattakki u t-theddid ibridu li jipperikolaw it-traffiku ċivili bl-ajru, marittimu u tal-art; ifakkar li l-infrastruttura kritika tal-enerġija u tal-komunikazzjoni (tal-ajru, tal-wiċċ u ta’ taħt il-baħar jew ta’ taħt l-ilma, inkluża l-GNSS) taffettwa wkoll direttament is-suċċess tal-attivitajiet tal-mobbiltà militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jitlob li jiġi stabbilit mekkaniżmu Ewropew għall-monitoraġġ u l-għoti ta’ rispons rapidu fil-każ ta’ attakki ċibernetiċi jew ibridi fuq infrastruttura kritika tat-trasport, tal-enerġija u tal-komunikazzjoni, li għandu jiġi żviluppat f’kooperazzjoni mill-qrib man-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tieħu miżuri b’mod urġenti biex tissimplifika u taċċellera l-proċeduri għall-investimenti li jaqdu skopijiet ta’ mobbiltà militari, b’mod partikolari biex tistabbilixxi eżenzjonijiet immirati mir-regoli attwali dwar l-akkwist pubbliku għall-infrastruttura u l-assi tal-mobbiltà militari li għandhom komponent militari jew b’użu doppju sinifikanti; jisħaq li l-proġetti ta’ interess strateġiku Ewropew iridu jiġu implimentati mingħajr dewmien eċċessiv, filwaqt li jiġu żgurati t-trasparenza, il-kompetizzjoni leali u d-dritt għal proċess ġust;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jinnota l-importanza tas-sħubijiet pubbliċi-privati għall-mobbiltà militari; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jiffaċilitaw u jinċentivaw il-kooperazzjoni ċivili-militari fir-rigward tal-mobbiltà militari; jenfasizza l-importanza tal-prevedibbiltà f’termini tad-domanda għall-kapaċitajiet ta’ mobbiltà militari, flimkien ma’ finanzjament suffiċjenti u regoli ta’ akkwist simplifikati, li jippermettu lill-industrija tal-provvista żżid u żżomm il-livelli ta’ produzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jemmen li l-prinċipju ta’ preferenza Ewropea għandu jkun prijorità fl-isforzi tal-UE biex issaħħaħ l-awtonomija strateġika u r-reżiljenza tagħha, filwaqt li jirrikonoxxi l-libertà tal-Istati Membri li jibnu l-kapaċitajiet militari tagħhom biex jirrispondu għat-theddid fi żmien qasir; ifakkar li dan il-prinċipju għandu jiġi applikat biex jiġi żgurat li l-fondi tal-UE investiti fid-difiża u s-sigurtà permezz ta’ programmi bħas-SAFE, l-EDIP u l-EDIRPA, b’mod partikolari f’teknoloġiji relatati ma’ infrastruttura kritika b’użu doppju, jappoġġjaw l-EDTIB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Itenni li r-reżiljenza tal-infrastruttura kritika tirrikjedi skrinjar aktar armonizzat u bir-reqqa tal-investiment dirett barrani fl-UE; jisħaq li r-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2019/452 dwar l-iskrinjar tal-investiment dirett barrani tirrappreżenta pass kbir lejn qafas Ewropew aktar koerenti u effettiv għall-protezzjoni tas-sigurtà u l-ordni pubbliku filwaqt li jiġu ppreżervati l-aċċess miftuħ u t-trasparenza; jilqa’, f’dak ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni li tirrieżamina r-Regolament (UE) 2019/452 dwar l-iskrinjar tal-investiment dirett barrani, li għandu jkollu l-għan li jibbilanċja b’mod adegwat il-ħtiġijiet ta’ investiment u l-protezzjoni tal-interessi essenzjali tas-sigurtà u l-kapaċitajiet ta’ difiża tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jisħaq li matul id-deċennju li ġej, filwaqt li se jiġu avvanzati l-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni tat-trasport, l-użu tal-fjuwils fossili fil-mobbiltà militari se jibqa’ essenzjali, bħall-użu tal-lokomottivi elettrodiżil u tal-lokomottivi b’magni b’kombustjoni interna, peress li din hija l-unika soluzzjoni operazzjonali f’każ ta’ nuqqas ta’ potenza elettrika fuq skala kbira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu estiżi l-ktajjen tal-provvista tal-fjuwil għall-forzi armati tul l-erba’ kurituri tal-mobbiltà militari prijoritarji; jenfasizza li l-infrastruttura tal-enerġija madwar in-naħa tal-Lvant tirrikjedi żvilupp biex jiġu appoġġjati l-attivitajiet tal-mobbiltà militari u jistieden lill-Kummissjoni tindirizza n-“nixfa tal-fjuwil”; iħeġġeġ il-kumulazzjoni ta’ riżerva ta’ riżervi strateġiċi tal-enerġija li jistgħu jkunu rilevanti b’mod partikolari għar-reġjuni li m’għandhomx biżżejjed infrastruttura ta’ pipelines u kapaċità tal-ħżin tal-fjuwil; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tirrieżamina d-Direttiva dwar il-Ħażniet taż-Żejt<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE tal-14 ta’ Settembru 2009 li timponi obbligu fuq l-Istati Membri biex iżommu livell minimu ta’ ħażniet ta’ żejt mhux maħdum u/jew ta’ prodotti petroliferi (ĠU L 265, 9.10.2009, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/119/oj).</FIELD></FOOTNOTE> fid-dawl tal-bidliet ġeopolitiċi reċenti sabiex jissaħħu s-sigurtà tal-enerġija u r-reżiljenza kontra t-theddid emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Ifakkar li minħabba li s-sistema ferrovjarja tibbaża fuq il-potenza elettrika biex tippermetti ċ-ċirkolazzjoni tal-ferroviji, l-operazzjonijiet ferrovjarji jirrikjedu li tiżdied ir-reżiljenza tal-grilji tal-enerġija u li l-enerġija tiġi rrestawrata malajr f’każ ta’ kwalunkwe qtugħ jew nuqqas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-UE tiddependi ħafna mill-importazzjonijiet taż-żejt mhux maħdum u tal-prodotti petroliferi; jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi li strateġija għall-mobbiltà militari Ewropea robusta titlob kapaċitajiet ta’ produzzjoni u raffineriji tal-fjuwil u tal-fjuwils alternattivi reżiljenti u fil-biċċa l-kbira bbażati fl-UE biex tissaħħaħ ukoll l-awtonomija strateġika; jitlob l-iżvilupp immedjat ta’ network komprensiv ta’ distribuzzjoni u ħżin tal-fjuwil u d-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-enerġija; jissottolinja li l-implimentazzjoni f’waqtha tad-dispożizzjonijiet u l-miri tar-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1804/oj).</FIELD></FOOTNOTE> (AFIR) jista’ jkollha wkoll rwol rilevanti fid-diversifikazzjoni tal-għażliet tal-provvista tal-enerġija għall-mobbiltà militari, u tikkontribwixxi għall-objettivi ġenerali tad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tqis il-kapaċitajiet u l-ħtiġijiet tal-mobbiltà militari meta tiżviluppa s-sistema tal-enerġija tal-UE, filwaqt li tqis l-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni u l-ħtieġa ta’ awtonomija strateġika u reżiljenza;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">In-naħa tal-Lvant</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jenfasizza li minħabba l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, in-naħa tal-Lvant tal-UE ġiet ripetutament fil-mira ta’ ċiberattakki, theddid ibridu u atti ta’ sabotaġġ, inklużi inċidenti kontra operaturi tat-trasport; jitlob lill-UE, għalhekk, iżżid l-isforzi b’appoġġ għall-Istati Membri biex jiġi żgurat li l-infrastruttura kritika tat-trasport fin-naħa tal-Lvant tkun protetta u reżiljenti bis-sħiħ, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi rapidi għat-tisħiħ u t-titjib taċ-ċiberdifiża għall-ferrovini, it-toroq, il-portijiet u n-nodi tal-provvista tal-enerġija; jenfasizza f’dak ir-rigward il-vulnerabbiltà estrema tal-istati Baltiċi, b’mod partikolari minħabba l-Lakunaa ta’ Suwalki, u jisħaq li jkunu meħtieġa ħin ta’ rispons aċċellerat u movimenti aktar rapidi tat-truppi f’każ ta’ aggressjoni Russa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Ifakkar li l-erba’ kurituri tal-mobbiltà militari prijoritarji tal-UE għandhom rwol kruċjali fis-sigurtà u fid-difiża tal-UE; iqis li l-għoti ta’ permess tal-funzjonament rapidu u effiċjenti tal-kurituri kollha identifikati tal-mobbiltà militari prijoritarji se jippermetti sigurtà effettiva għall-Istati Membri li bħalissa huma l-aktar esposti għat-theddid maħluq mir-Russja; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-erba’ kurituri tal-mobbiltà militari prijoritarji tal-UE jiżguraw ukoll il-kapaċità tan-NATO li ssaħħaħ malajr u tiddefendi b’mod effettiv in-naħa tal-Lvant, u b’hekk issaħħaħ is-sigurtà kollettiva, id-deterrenza u r-reżiljenza fl-Alleanza kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>	Jinnota li l-mobbiltà militari fil-Polonja u lejha hija essenzjali għas-sigurtà tan-naħa tal-Lvant kollha; jissottolinja l-valur miżjud taċ-ċentri loġistiċi multimodali li jinsabu fl-Ewropa tal-Punent biex jiġi żgurat il-moviment rapidu ta’ truppi u tagħmir tqil Ewropej u alleati lejn l-Ewropa tal-Lvant;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattiva tal-Patt tar-Reġjuni tal-Lvant, imħabbra reċentement mill-Kummissjoni, li għandha l-għan li tipprovdi appoġġ imfassal apposta għall-Istati Membri tul il-fruntiera tal-Lvant tal-UE biex tittejjeb l-infrastruttura u tingħata spinta lir-reżiljenza fir-reġjuni tal-fruntiera; jisħaq fuq l-importanza fundamentali tal-proġett “Tarka tal-Lvant” bħala impriża strateġika mmirata lejn it-tisħiħ tas-sigurtà tal-Ewropa, inkluż permezz tal-protezzjoni tal-kurituri militari rilevanti biex tinżamm il-kapaċità ta’ rispons, filwaqt li jinnota l-inklużjoni tagħha fil-white paper għall-prontezza tad-difiża; jitlob li jiġu pprovduti riżorsi finanzjarji adegwati biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Ifakkar li l-proġetti ta’ infrastruttura tal-mobbiltà militari jridu jiġu vvalutati mill-ġdid u aġġornati kontinwament bħala parti mis-semestru Ewropew tad-difiża, f’konformità mal-aktar kapaċitajiet u theddid militari reċenti, u jmorru lil hinn mill-espansjoni territorjali tal-portijiet biex jinkludu t-taħriġ tal-persunal u l-ġestjoni mtejba tat-traffiku marittimu, kif ukoll il-kapaċitajiet ta’ reżiljenza kontra theddid li jevolvi malajr, bħal pereżempju d-detezzjoni ta’ droni taħt l-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jappoġġja l-Inizjattiva Ewropea għad-Difiża kontra d-Droni, fid-dawl tal-ksur reċenti u ripetut fl-ispazju tal-ajru Ewropew minn droni mingħajr bdot abbord; jappella għal titjib u żidiet fil-kapaċitajiet tad-droni fl-Istati Membri kollha f’kooperazzjoni man-NATO, u abbażi ta’ esperjenzi fuq il-post mill-forzi armati Ukreni; jisħaq li dawn il-kapaċitajiet Ewropej tad-droni għandhom jibnu fuq it-tagħlimiet meħuda mill-Ukrajna dwar il-valur ewlieni tal-ħolqien ta’ ekosistemi innovattivi tad-droni u kontra d-droni, li jorbtu r-riċerka u l-iżvilupp mal-produzzjoni, u li jibbażaw fuq il-kapaċità ta’ produzzjoni skalabbli u l-iżvilupp teknoloġiku kontinwu, li jvarjaw minn droni taħt l-ilma, ta’ rikonjizzjoni u tal-ġlied, għal kapaċitajiet ta’ difiża u ta’ kontra d-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Ifakkar li network kontra d-droni jkun adattabbli għal skopijiet ta’ użu doppju u jgħin biex jindirizza theddid mhux relatat mad-difiża jew perikli oħra komuni għal kull fruntiera tal-UE, inklużi l-protezzjoni tal-fruntieri, l-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni, il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika u l-kriminalità organizzata tranżnazzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Insaħħu l-kapaċitajiet </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Itenni li s-sistemi tat-trasport bis-superfiċje huma l-modi ewlenin tat-trasport għall-moviment tal-assi militari, li normalment ikunu tqal u ta’ daqs eċċessiv u jkun fihom oġġetti perikolużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jinnota bi tħassib in-nuqqas attwali ta’ ċertu tagħmir tal-mobbiltà militari, bħal vaguni ċatti u t-tnaqqis fil-produzzjoni tagħhom mill-perjodu tal-Gwerra Bierda; jitlob li l-iżvilupp tagħhom jiġi appoġġjat fl-ambitu tal-programmi industrijali Ewropej; jisħaq fuq il-ħtieġa kritika ta’ kollaborazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati biex jiġi sfruttat u massimizzat il-potenzjal tar-riżorsi ferrovjarji disponibbli għall-mobbiltà militari u jħeġġeġ l-użu ta’ kuntratti kundizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi indirizzat b’mod urġenti n-nuqqas ta’ vetturi ferrovjarji fl-organizzazzjonijiet ferrovjarji Ewropej; jisħaq fuq l-importanza ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni armonizzata għall-vetturi ferrovjarji, ġestita mill-Aġenzija tal-UE għall-Ferroviji (ERA); ifakkar fil-ħtieġa li r-regoli nazzjonali jiġu sostitwiti bi speċifikazzjonijiet tekniċi ta’ interoperabbiltà (TSI) biex tiżdied id-disponibbiltà ta’ vetturi ferrovjarji transfruntiera għal skopijiet militari u ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jappella għal approċċ koordinat għall-akkwist ta’ vetturi ferrovjarji, bil-għan li jiġi massimizzat l-użu effiċjenti tal-kapaċità ta’ manifattura disponibbli; jissottolinja li għandu jitħeġġeġ l-akkwist komuni ta’ dawn il-vetturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jinnota li, minbarra t-trasport bis-superfiċje, it-trasport bl-ajru huwa l-aktar mod rapidu biex jitmexxew l-ewwel assi militari u materjali loġistiċi; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata riżerva strateġika Ewropea għat-trasport bl-ajru u li jissaħħu l-faċilitaturi strateġiċi għall-mobbiltà militari bl-ajru, bħat-trasport bl-ajru tqil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jinnota l-użu dejjem jikber tal-vetturi awtonomi fit-twassil tal-provvisti militari, li jipprovdi soluzzjoni għan-nuqqas ta’ persunal fl-unitajiet loġistiċi militari u jimminimizza l-imwiet fi żminijiet ta’ kunflitt; iħeġġeġ l-aġġustament tal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti tal-UE u nazzjonali biex jingħata lok għall-introduzzjoni ta’ loġistika semiawtonoma fil-kurituri tal-mobbiltà militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jappella għal riflessjoni dwar id-disponibbiltà u l-adegwatezza tal-kapaċitajiet tal-UE għat-trasport medikalizzat ta’ diversi pazjenti għall-persunal korrut, sabiex jiġu żgurati l-evakwazzjoni f’waqtha u l-kura xierqa tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu evalwati u aggregati d-domandi tal-Istati Membri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista kostanti ta’ assi b’użu doppju, bħal lokomottivi, bastimenti, trakkijiet, trejlers adattati għal tagħbijiet anormali, trasport bl-ajru strateġiku, sistemi ta’ riforniment ta’ fjuwil fl-ajru u krejnijiet fissi u mobbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li l-assi tat-trasport imsemmija hawn fuq jiġu rreġistrati f’“riżerva ta’ solidarjetà” ċivili u militari biex ikunu jistgħu jintużaw kull meta u kull fejn ikun meħtieġ bl-aktar mod effiċjenti, filwaqt li jibnu fuq ir-riżervi strateġiċi tar-rescEU tal-kapaċitajiet Ewropej ta’ rispons għall-kriżijiet; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura koordinazzjoni fil-livell tal-UE mal-Istati Membri, li tippermetti l-prevedibbiltà u l-ippjanar għall-industrija tal-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata koerenza bejn il-prijoritajiet tal-pjan ta’ azzjoni għall-mobbiltà militari u l-ipprogrammar tal-EDIP, filwaqt li jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet tal-lakuni fil-kapaċità (il-pjan tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet u r-rieżami annwali koordinat dwar id-difiża (CARD)) jiggwidaw id-definizzjoni tal-prijoritajiet ta’ finanzjament; jistieden lill-Kummissjoni tinċentiva lill-EDTIB biex tindirizza dawn il-lakuni; jinnota l-ħtieġa li jiġi appoġġjat l-investiment fix-xiri, it-tiswija, il-manutenzjoni u l-kondiviżjoni tal-assi tat-trasport permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament għall-UE kollha; jenfasizza l-importanza tal-prevedibbiltà f’termini tad-domanda għall-kapaċitajiet ta’ mobbiltà militari, flimkien ma’ finanzjament suffiċjenti u regoli ta’ akkwist simplifikati, li jippermettu lill-industrija tal-provvista żżid u żżomm il-livelli ta’ produzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jappella għal investiment fir-riċerka u l-iżvilupp biex jiġu avvanzati l-kapaċitajiet b’użu doppju; jisħaq fuq l-importanza tal-appoġġ tal-UE biex tiġi stimulata l-innovazzjoni fit-teknoloġiji tal-vetturi b’użu doppju, inklużi pjattaformi modulari adattabbli kemm għall-użu ċivili kif ukoll għal dak militari, kif ukoll fl-industriji navali ċivili u tal-ispazju tal-ajru biex jitrawmu teknoloġiji ġodda;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Insaħħu l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jemmen li mobbiltà militari msaħħa ssaħħaħ kemm il-PSDK kif ukoll l-alleanza trans-Atlantika; jisħaq li n-NATO tibbaża fuq l-infrastruttura tal-Istati Membri tal-UE biex iċċaqlaq it-truppi u t-tagħmir; jinnota b’approvazzjoni li, bis-saħħa tal-progress fil-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, inkluż permezz tad-Djalogu Strutturat bejn l-UE u n-NATO dwar il-Mobbiltà Militari, ir-rekwiżiti militari rilevanti tal-UE huma konsistenti mar-rekwiżiti tekniċi u ġeografiċi tan-NATO għal livell ta’ madwar 95%;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni bejniethom u man-NATO, b’mod partikolari fi ħdan is-Sistema ta’ Pipeline tal-Ewropa Ċentrali eżistenti u l-Programm ta’ Investiment għas-Sigurtà tan-NATO, sabiex jiġu żgurati l-interoperabbiltà, iċ-ċibersigurtà u kapaċità suffiċjenti ta’ trasport u ħżin għall-operazzjonijiet militari tal-UE u tan-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-persistenza ta’ ostakli politiċi u proċedurali għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni klassifikata dwar networks ta’ loġistika bejn in-NATO u l-UE u jħeġġeġ fehim kondiviż f’dan ir-rigward biex jinkisbu s-sinerġiji; jissottolinja li dawn l-ostakli, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ ftehim man-NATO għall-iskambju tal-informazzjoni klassifikata, idgħajfu b’mod sinifikanti l-effiċjenza tal-isforzi tad-difiża taż-żewġ organizzazzjonijiet; jappella għal sforzi b’saħħithom mill-Istati Membri tal-UE biex jegħlbu l-ostakli politiċi li jipprevjenu ftehim dwar l-iskambju tal-informazzjoni klassifikata; jappella għall-istabbiliment ta’ pjattaforma permanenti ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejn l-UE u n-NATO biex tappoġġja l-ħidma tal-Kmand Konġunt ta’ Appoġġ u Abilitazzjoni tan-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jappella għall-organizzazzjoni ta’ eżerċizzji konġunti regolari bejn l-UE u n-NATO u testijiet tal-istress li jinvolvu l-forzi armati, il-protezzjoni ċivili, il-maniġers tal-infrastruttura u l-operaturi tat-trasport biex jitjiebu l-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni, jiġu ssimplifikati l-proċeduri u jiġu identifikati u jitneħħew l-ostakli għall-mobbiltà militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lin-NATO japprofondixxu l-koordinazzjoni dwar il-mobbiltà marittima u jiżguraw standards ta’ interoperabbiltà għat-trasport navali, l-aċċess għall-portijiet u l-protezzjoni tal-linji ta’ komunikazzjoni tal-baħar, b’attenzjoni partikolari lill-Atlantiku, il-Mediterran u r-reġjuni ultraperiferiċi; iħeġġeġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u n-NATO dwar l-iżgurar tal-konsenja trans-Atlantika ta’ tagħmir u provvisti militari bil-baħar u bl-ajru minħabba l-importanza tagħhom; jirrikonoxxi r-rwol importanti tat-Turkija fl-iżgurar tar-rotot tat-trasport u l-mobbiltà militari ġenerali bejn l-UE u n-NATO, b’mod partikolari d-deċiżjoni tagħha li tagħlaq l-Istretti tat-Turkija fi Frar 2022, li pprevenew lir-Russja milli ssaħħaħ il-preżenza navali tagħha fil-Baħar l-Iswed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jinnota li l-iskeda ta’ żmien għall-ippjanar fil-livell operazzjonali tan-NATO hija ta’ 3 ijiem; jinsisti, għalhekk, fuq il-konformità mal-impenji biex jintlaħaq l-objettiv massimu ta’ 3 ijiem sa 5 ijiem għat-tlestija tal-proċeduri rilevanti ta’ qsim tal-fruntieri u proċeduri ta’ permessi għat-trasport anormali, ta’ daqs eċċessiv u b’piż żejjed, li jibbażaw fuq proċeduri simplifikati, armonizzati u diġitali; jitlob li ż-żmien jitnaqqas għal 3 ijiem għall-unitajiet ta’ reazzjoni rapida fi “żmien ta’ paċi” u għal 24 siegħa f’sitwazzjoni ta’ kriżi; itenni t-talba tiegħu biex iż-żewġ formoli 302 li jintużaw min-NATO u mill-UE jiġu fużi f’waħda sabiex titnaqqas id-duplikazzjoni bla bżonn u jiġu ffaċilitati l-movimenti transfruntiera aktar rapidi; jitlob l-introduzzjoni ta’ rikonoxximent awtomatiku għall-analiżijiet tar-rotot u tal-pontijiet fl-Istati Membri u bejn il-fruntieri u ta’ reġim rapidu sabiex jitħaffu l-proċeduri għall-għoti ta’ permessi, ibbażat fuq in-notifika għall-operaturi ċċertifikati li jwettqu trasport militari jew relatat mal-emerġenzi bħala parti mill-pakkett tal-mobbiltà militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw b’urġenza l-kapaċitajiet ta’ difiża meħtieġa għat-trasport militari, inkluża l-estensjoni tan-networks ta’ pipelines tan-NATO u l-kapaċitajiet ta’ trasport bl-ajru strateġiku, abbażi tar-rieżami annwali koordinat dwar is-sejbiet tad-difiża u l-prijoritajiet tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-UE għall-2023; iqis li huwa importanti li jiġu ssodisfati, f’konsultazzjoni man-NATO skont kif ikun xieraq, ir-rekwiżiti militari u li jiġu mmitigati l-lakuni tekniċi u ġeografiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jisħaq fuq il-valur miżjud tal-parteċipazzjoni eċċezzjonali tal-Istati Uniti, il-Kanada, ir-Renju Unit, in-Norveġja u l-Iżvizzera, kif ukoll dik ta’ sħab oħra tal-istess fehma fil-proġett ta’ mobbiltà militari tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO); jappella għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-kapaċità u għall-estensjoni tal-parteċipazzjoni għal pajjiżi sħab strateġiċi bħall-Ukrajna u r-Repubblika tal-Moldova, f’konformità mar-regoli tal-PESCO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa ta’ interoperabbiltà, anke mas-sħab reġjonali ewlenin u pajjiżi kandidati, bħall-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Balkani tal-Punent; jitlob assistenza speċifika għar-Repubblika tal-Moldova, li tagħmilha aktar reżiljenti għat-theddid ibridu u konnessa aħjar mas-sistemi tat-trasport u tas-sigurtà tal-UE; jissottolinja l-importanza li tissaħħaħ il-koordinazzjoni mas-sħab reġjonali dwar l-istandards tekniċi, is-sigurtà tal-infrastruttura kritika u l-protezzjoni tan-networks kontra t-theddid u l-attakki ibridi; iqis li l-interoperabilità ma’ pajjiżi terzi trid tkun akkumpanjata minn valutazzjonijiet regolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-Parlament mhux biss bħala koleġiżlatur fil-politika tal-mobbiltà militari, bħala parti mill-ambizzjoni tal-UE li tikseb il-prontezza tad-difiża sal-2030, iżda wkoll fir-rwol tiegħu fis-sorveljanza demokratika fuq l-azzjoni tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tipprovdi segwitu aktar sistematiku u rapportar aktar strett, inkluż b’rabta mal-kooperazzjoni bejn in-NATO u l-UE u l-PESCO, dwar il-miżuri, l-implimentazzjoni u l-finanzjament tal-mobbiltà militari;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lin-NATO, lill-Assemblea Parlamentari tan-NATO, lill-aġenziji tal-UE għas-sigurtà u għad-difiża, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>