<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0336</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">ll-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030: valutazzjoni tal-ħtiġijiet</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0243/2025 - Rapporteur: Christophe Gomart)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2025 dwar il-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030: valutazzjoni tal-ħtiġijiet (2025/2142(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Kapitolu 2, it-Taqsima 2, rigward il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-white paper bit-titolu “White Paper għad-Difiża Ewropea – Prontezza 2030”, ippreżentata mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà fid-19 ta’ Marzu 2025, u l-pjan ta’ finanzjament tagħha b’ħames pilastri bit-titolu “ReArm Europe”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-18 ta’ Mejju 2022 dwar l-Analiżi tad-Diskrepanzi fl-Investimenti fid-Difiża u l-Approċċ Futur (JOIN(2022)0024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju ppubblikat fil-11 ta’ Jannar 2024 bit-titolu “Access to equity financing for European defence SMEs” (Aċċess għall-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma għall-SMEs Ewropej fis-settur tad-difiża)<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea: Id-Direttorat Ġenerali għall-Industrija tad-Difiża u l-Ispazju, <STRING ITALIC="on">Access to equity financing for European defence SMEs</STRING> (Aċċess għall-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma għall-SMEs Ewropej fis-settur tad-difiża), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2024, https://data.europa.eu/doi/10.2889/698738<STRING UNDERLINE="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-5 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Strateġija Ewropea ġdida għall-Industrija tad-Difiża: Il-kisba ta’ tħejjija tal-UE permezz ta’ Industrija Ewropea tad-Difiża reattiva u reżiljenti” (JOIN(2024)0010),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Settembru 2024 ta’ Mario Draghi dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea (ir-rapport Draghi)),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport tal-Attività tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) tal-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tal-25 ta’ Novembru 2025 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u qafas ta’ miżuri biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-provvista f’waqthom ta’ prodotti tad-difiża<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0281.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikat konġunt ippubblikata fis-6 ta’ Ġunju 2025 minn Franza, il-Ġermanja, Spanja, l-Estonja, il-Lussemburgu, in-Netherlands u l-Portugall dwar it-tnedija tat-tikketta “Finance Europe”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2025 dwar l-Omnibus dwar il-Prontezza tad-Difiża (COM(2025)0820), bl-għan li jissimplika l-oqfsa legali u amministrattivi rilevanti biex tissaħħaħ il-prontezza tad-difiża tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-10 rapport ta’ progress ta’ Ġunju 2025 dwar l-implimentazzjoni tas-sett komuni ta’ proposti approvati mill-Kunsilli tal-UE u mill-Kunsill tan-NATO fis-6 ta’ Diċembru 2016 u fil-5 ta’ Diċembru 2017,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/1106 tas-27 ta’ Mejju 2025 jistabbilixxi l-Istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE) permezz tat-Tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/1106, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/1106/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-10 ta’ April 2024 ta’ Enrico Letta dwar il-futur tas-suq uniku Ewropew (ir-rapport Letta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tat-30 ta’ Ottubru 2024 ta’ Sauli Niinistö bit-titolu “Aktar Sikuri Flimkien –it-Tisħiħ tal-Preparatezza u tal-Prontezza Ċivili u Militari tal-Ewropa” (ir-rapport Niinistö),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2025 dwar il-white paper dwar il-futur tad-difiża Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0034.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2025 dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment – rapport annwali 2024<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0145.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-avviż tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Awwissu 2025 dwar l-applikazzjoni tal-qafas ta’ finanzjament sostenibbli u tad-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta dwar is-Sostenibbiltà Korporattiva għas-settur tad-difiża (C(2025)3800),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, u tal-Kumitat għall-Baġits,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża (A10-0243/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA), wara tnaqqis fl-2014, in-nefqa fid-difiża tal-Istati Membri laħqet EUR 343 biljun fl-2024, li tikkorrispondi għal 1,9 % tal-PDG tagħhom, u li tirrappreżenta żieda ta’ 19 % meta mqabbel mal-2023; billi, skont l-EDA, in-nefqa fid-difiża tal-Istati Membri tista’ taqbeż it-2 % tal-linja gwida tan-NATO fl-2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-livell attwali ta’ investiment fis-sigurtà u d-difiża fl-UE mhuwiex biżżejjed biex jintlaħqu l-miri tal-kapaċità għal kull Stat Membru; billi l-ispiża ta’ azzjoni iżolata hija ferm ogħla mill-ispiża ta’ azzjoni konġunta; billi l-ispiża tan-nuqqas ta’ tħejjija u kwalunkwe telfa militari potenzjali u t-telf konsegwenti tal-awtonomija huma ferm ogħla mill-ispiża ta’ azzjoni deċiżiva issa; billi ż-żieda fl-infiq nazzjonali fid-difiża mingħajr ma jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ koordinazzjoni, sforzi żejda u strateġiji allinjati ħażin tista’ tkun kontroproduttiva peress li tista’ taggrava l-isfidi tal-integrazzjoni u jiżdiedu l-ispejjeż tal-akkwist għall-Istati Membri kollha billi jintensifikaw il-kompetizzjoni bejniethom;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-rapport Niinistö jenfasizza li ż-żieda fil-finanzjament disponibbli għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża hija essenzjali biex jingħelbu l-frammentazzjoni endemika u d-deċennji ta’ nuqqas ta’ investiment; billi l-Kummissjoni identifikat diskrepanza fl-investiment fil-kapaċità ta’ difiża ta’ EUR 800 biljun għall-Istati Membri li għandha tingħalaq sal-2030 skont il-pjan ReArm Europe, li tinvolvi żieda annwali ta’ 10 % fl-infiq, biex tilħaq madwar EUR 575 biljun fl-2030, jew 3,15 % tal-PDG kombinat; billi dan huwa allinjat mar-rapport ta’ Draghi dwar il-futur tal-kompetittività Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, fil-proposta tagħha għall-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2028-2034, il-Kummissjoni qed talloka EUR 115,7-il biljun (bi prezzijiet tal-2025) għad-difiża u l-ispazju fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività, ħames darbiet aktar mill-perjodu tal-QFP preċedenti, kif ukoll EUR 15,7-il biljun (bi prezzijiet tal-2025) għall-mobbiltà militari fl-ambitu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, żieda ta’ għaxar darbiet meta mqabbel mal-perjodu preċedenti, bl-għan li jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-infrastruttura tat-trasport li tista’ tintuża kemm għal finijiet ċivili kif ukoll militari;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi ċ-ċittadini tal-UE bir-raġun jistennew aktar mill-UE u mill-baġit tagħha, inkluża l-kapaċità ta’ rispons malajr u effettiv għal theddid li qed jevolvi u li jiġi pprovdut l-appoġġ meħtieġ biex jissaħħew il-kapaċitajiet ta’ difiża, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi; billi l-QFP li jmiss għandu jappoġġja approċċ komprensiv ta’ sigurtà u jiffinanzja b’mod xieraq miżuri li jsaħħu l-prontezza u r-reżiljenza tad-difiża;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, skont l-EDA, 31 % tal-infiq fid-difiża tal-Istati Membri fl-2024 ġie ddedikat għall-investiment, li minnu 88,2 % kien għall-akkwist ta’ tagħmir ġdid u 11,8 % għar-riċerka u għall-iżvilupp (R&Ż); billi n-nefqa fuq l-akkwist ta’ tagħmir ta’ difiża laħqet EUR 88 biljun fl-2024, u kibret b’39 % meta mqabbla mal-2023; billi fl-ambitu tal-pjan ReArm Europe, din iż-żieda mistennija li tiġġenera tal-anqas EUR 240 biljun f’investimenti addizzjonali sal-2030; billi n-nefqa fuq ir-R&Ż fil-qasam tad-difiża fl-Istati Membri żdiedet ukoll b’20 % fl-2024, u laħqet EUR 13-il biljun;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, skont il-Kummissjoni, 78 % tal-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża tal-Istati Membri bejn Frar 2022 u Ġunju 2023 ġew minn pajjiżi mhux tal-UE, u l-Istati Uniti kienu jirrappreżentaw żewġ terzi ta’ din iċ-ċiffra, u 70 % tal-fatturat tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB) jiddependi fuq l-akkwist pubbliku Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, skont l-Assoċjazzjoni tal-Industriji Ajruspazjali, tas-Sigurtà u tad-Difiża tal-Ewropa, l-EDTIB, li fl-2023 kellha madwar 580 000 impjieg dirett, 1,4 miljun impjieg indirett u fatturat ta’ EUR 160 biljun (li terz minnhom kien ġej mill-esportazzjonijiet), qed tiffaċċja sfida tripla: ir-reklutaġġ, l-akkwist u l-finanzjament;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jirrappreżentaw komponent vitali tal-EDTIB, u jipprovdu innovazzjoni, flessibbiltà u reżiljenza tul il-katina tal-valur kollha; billi l-istudju tal-Kummissjoni tal-2024 dwar l-aċċess għall-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma jenfasizza, madankollu, li l-SMEs fl-EDTIB jiffaċċjaw diffikultajiet akbar minn dawk f’setturi oħra biex jiksbu kreditu u finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma minħabba: (i) l-irregolarità tal-akkwist pubbliku u tal-iskadenzi tal-ħlas bejn is-sottokuntratturi, li tnaqqas il-viżibbiltà tal-fluss ta’ flus, (ii) l-esklużjoni ta’ attivitajiet ta’ difiża minn xi investituri għal raġunijiet ta’ reputazzjoni, u (iii) l-oppportunitajiet limitati ta’ ħruġ għall-assi ta’ difiża fis-swieq kapitali Ewropej; billi l-indirizzar ta’ tali ostakli ta’ finanzjament huwa essenzjali biex l-SMEs relatati mad-difiża jingħataw aċċess ġust għas-swieq kapitali u l-investiment privat, u b’hekk, jittejbu l-kompetittività u r-reżiljenza ekonomika;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-ħtiġijiet ta’ finanzjament addizzjonali għall-EDTIB matul il-perjodu 2025-2030 huma stmati li huma tal-anqas bejn EUR 30 biljun u EUR 40 biljun, li minnhom minn EUR 6 biljun sa EUR 18-il biljun huma stmati li se jiġu ssodisfati permezz tal-ekwità; billi dan jenfasizza r-rilevanza tal-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti (SIU) tal-UE fl-immobilizzar tal-kapital privat fit-tul u fl-attirar ta’ investituri istituzzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi s-settur tad-difiża għadu frammentat ħafna, strutturat madwar akkwirenti kbar, ktajjen ta’ sottokuntratturi fraġli, u ktajjen tal-valur pan-Ewropej sottożviluppati, u dan jillimita l-fluss ta’ flus tan-negozji żgħar, li ħafna drabi jispiċċaw jiffinanzjaw ir-rekwiżiti tal-kapital operatorju tagħhom permezz ta’ riżorsi fit-tul; billi dan ifixkel it-tisħiħ tal-EDTIB, li huwa essenzjali għall-bini tal-kapaċitajiet ta’ difiża;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-BEI pprijoritizza s-settur tas-sigurtà u tad-difiża, adatta l-kriterji ta’ self u l-proċessi interni tiegħu u ħoloq punt uniku ta’ servizz għall-appoġġ finanzjarju għas-sigurtà u d-difiża, jiġifieri l-Uffiċċju għas-Sigurtà u d-Difiża; billi l-BEI mmobilizza kważi EUR 1 biljun fl-2024 u kellu l-għan li jimmobilizza EUR 2 biljun fl-2025 iżda attwalment diġà laħaq EUR 3 biljun; billi diġà alloka EUR 13-il biljun għad-difiża mill-2017 u jippjana li jalloka EUR 6 biljun addizzjonali sal-2027, filwaqt li jespandi l-attivitajiet tiegħu biex jinkludu proġetti b’użu doppju u strumenti finanzjarji ġodda; billi t-titjib tal-aċċess għall-istrumenti tal-BEI għall-SMEs u għall-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja fl-ekosistema tad-difiża u tas-sigurtà huwa kruċjali biex jiġi żgurat tkabbir inklużiv u innovattiv madwar l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-BEI għandu rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, l-iżvilupp sostenibbli u l-kompetittività fl-UE; billi l-istabbiliment ta’ bank għad-difiża, is-sigurtà u r-reżiljenza ġie propost fil-white paper dwar il-ġejjieni tad-difiża Ewropea; billi l-estensjoni formali tal-mandat tal-BEI biex jinkludi appoġġ għall-EDTIB tkun soluzzjoni aktar effettiva u proporzjonata mill-ħolqien ta’ bank ġdid għad-difiża, is-sigurtà u r-reżiljenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi kwalunkwe estensjoni tal-politika ta’ self tal-BEI u l-kriterji ta’ eliġibbiltà biex jiġi inkluż tagħmir relatat mad-difiża trid tiġi vvalutata skont il-ħtieġa li jiġu ppreservati l-istabbiltà finanzjarja tal-BEI u l-klassifikazzjoni tal-kreditu AAA tiegħu, li jibqgħu salvagwardji essenzjali għall-kapaċità tiegħu li jwettaq il-prijoritajiet ta’ politika tal-UE, inklużi l-prontezza tad-difiża u l-indipendenza politika ġenerali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi fl-2023, madwar 39 każ ta’ investiment dirett barrani (IDB) notifikati sarilhom rieżami fil-fond fl-ambitu tal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni ta’ skrinjar tal-IDB tal-UE, u s-setturi tad-difiża u tal-ajrunawtika huma partikolarment affettwati<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rapport tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Ir-Raba’ Rapport Annwali dwar l-iskrinjar ta’ investiment dirett barrani fl-Unjoni” (COM(2024)0464).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi, minkejja l-ħolqien ta’ fondi speċjalizzati fl-Ewropa, fl-2024 kienu jeżistu biss madwar 30 fond Ewropew li jispeċjalizzaw fid-difiża, li minnhom erbgħa kellhom assi li jaqbżu l-EUR 500 miljun, meta mqabbla ma’ aktar minn 50 tali fondi fl-Istati Uniti, inkluż 30 ta’ dak id-daqs, u din is-sitwazzjoni twassal għal suq sekondarju anqas attraenti, valwazzjonijiet aktar baxxi matul it-tranżazzjonijiet ta’ ħruġ u riskju ta’ akkwiżizzjoni minn investituri barranin;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-ambjent tas-sigurtà li qed jiddeterjora u t-theddid ibridu u konvenzjonali li qed jikber madwar l-UE jenfasizzaw il-ħtieġa ta’ investiment sostnut fil-prontezza tad-difiża, ir-reżiljenza u l-mobbiltà militari; billi n-naħa tal-Lvant tikkostitwixxi żona strateġika għas-sigurtà ġenerali tal-Ewropa, li tirrikjedi infrastruttura msaħħa, kapaċitajiet ta’ sorveljanza u mekkaniżmi ta’ tisħiħ rapidu; billi t-tisħiħ tal-ġestjoni tal-fruntieri, it-titjib tas-sistemi ta’ difiża kontra d-droni u tal-ajru, u l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet industrijali reġjonali għall-produzzjoni u l-innovazzjoni tad-difiża huma essenzjali biex tiġi żgurata t-tħejjija tal-UE; billi dawn il-miżuri, inkluża l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi ewlenin bħall-Inizjattiva Ewropea għad-Difiża kontra d-Droni, l-Għassa tan-Naħa tal-Lvant, it-Tarka tal-Ajru Ewropea u t-Tarka Spazjali Ewropea, għandhom jiġu appoġġjati minn finanzjament tal-UE adegwat; billi tali sforzi huma kruċjali biex jiġu protetti l-Istati Membri l-aktar esposti, tiġi ppreservata l-integrità territorjali tal-UE u jinżammu d-deterrenza u l-istabbiltà kollettivi madwar il-kontinent;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-provvediment ta’ bażi stabbli u viżjoni fit-tul għall-investiment privat fid-difiża</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Appoġġ u direzzjoni aħjar tal-investiment pubbliku tal-Istati Membri fid-difiża</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jemmen li wasal iż-żmien għal impenn politiku mġedded biex l-UE ssir fornitur tas-sigurtà kredibbli billi tissaħħaħ il-prontezza tad-difiża tagħha permezz tat-trawwim ta’ kooperazzjoni aktar profonda fost l-Istati Membri, il-forzi armati u l-industriji tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jiġbru flimkien l-isforzi biex jinkiseb qafas Ewropew koerenti, ambizzjuż u integrat għad-difiża; jissottolinja, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jħejju proċeduri ta’ emerġenza għal proġetti stabbiliti b’reazzjoni għal kriżijiet jew gwerer kbar, inkluża allokazzjoni aktar rapida ta’ fondi pubbliċi u kapital privat, bħala element integrali fl-iżgurar tal-prontezza u l-kapaċità tal-UE li tirrispondi malajr u b’mod effettiv għal theddid għas-sigurtà emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jesprimi tħassib li, minkejja l-objettivi tal-pjan ReArm Europe, sal-aħħar ta’ Lulju 2025, 10 biss minn 27 Stat Membru kienu ħabbru mira ċara biex jiżdied l-infiq fid-difiża tagħhom għal tal-anqas 3 % tal-PDG sal-2030; jistieden lil kull Stat Membru jfassal viżjoni strateġika dettaljata għan-nefqa militari tiegħu sal-2030, b’diviżjoni ċara bejn il-kapaċitajiet ta’ difiża iebsa u l-infrastruttura b’użu doppju, inklużi l-istadji importanti tal-kapaċitajiet, il-metrika tal-ħażna, iċ-ċifri tal-parteċipazzjoni tal-SMEs, u mira għas-sehem tal-akkwist kollaborattiv; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-baġits nazzjonali għad-difiża jagħlqu n-nuqqasijiet fil-kapaċità, jirrestawraw id-deterrenza u jiżguraw appoġġ adegwat għall-Ukrajna; jissottolinja li l-investiment futur irid jagħti prijorità lill-kooperazzjoni, l-interoperabbiltà u l-akkwist konġunt, u b’hekk il-kollaborazzjoni fil-livell tal-UE ssir in-norma fis-settur industrijali tad-difiża Ewropew; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq il-ħtieġa li l-Prontezza 2030 jiġi allinjat mal-miri numeriċi konkreti stabbiliti fl-Istrateġija għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIS), b’mod partikolari billi jiġi żgurat li mill-anqas 40 % tat-tagħmir ta’ difiża jiġi akkwistat b’mod konġunt sal-2030, li mill-anqas 35 % tal-kummerċ tad-difiża jkun kummerċ intra-UE sal-2030, u li mill-anqas 50 % tal-akkwist tad-difiża jkun ta’ prodotti magħmula fl-UE sal-2030, u 60 % sal-2035; ifaħħar lil dawk l-Istati Membri li b’mod konsistenti jallokaw aktar minn 3 % tal-PDG għad-difiża; ifakkar li l-Istati Membri għandhom jaġġornaw regolarment il-miri tal-kapaċità u d-duttrini militari tagħhom biex jindirizzaw theddid ġdid u emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jirrikonoxxi d-deterjorament qawwi fil-kuntest tas-sigurtà tal-UE, li jirriżulta f’theddid dejjem akbar għall-fruntieri esterni tal-UE; jistieden, konsegwentement, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jadottaw approċċ komprensiv għad-difiża, filwaqt li jirrikonoxxu li s-sigurtà testendi lil hinn mill-assi militari u tinkludi wkoll id-difiża kontra theddid ibridu; jisħaq li l-istabbiltà politika interna hija prerekwiżit għal saħħa militari kredibbli, u li mingħajr il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet u d-demokrazija, is-sigurtà u l-koeżjoni ġenerali tal-UE jibqgħu fraġli; jappella għall-mobilizzazzjoni rapida u bbażata fuq is-solidarjetà tal-appoġġ finanzjarju tal-UE, b’mod partikolari għal dawk l-Istati Membri l-aktar esposti għal theddid militari konvenzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’ l-proposti stabbiliti fil-pjan ReArm Europe biex l-Istati Membri jiġu offruti flessibbiltà baġitarja akbar u biex titħeġġeġ żieda fl-infiq fid-difiża sabiex tissaħħaħ l-EDTIB; jinnota, b’mod partikolari, il-faċilità ta’ self fl-ambitu tal-istrument SAFE ta’ EUR 150 biljun u li 19-il Stat Membru se jagħmlu użu mis-self SAFE; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li l-Kummissjoni bbażat dan l-istrument fuq l-Artikolu 122 tat-TFUE, u b’hekk eskludiet il-konsultazzjoni mal-Parlament, u dan jipprevjeni l-monitoraġġ u l-kontroll tal-fondi u jirriskja li jwessa’ d-disparitajiet bejn l-Istati Membri; jisħaq fuq il-funzjoni tiegħu ta’ kontroll baġitarju f’konformità mal-Artikolu 314 tat-TFUE u, għalhekk, jistieden bil-qawwa lill-Kummissjoni toqgħod lura milli tapplika l-Artikolu 122 għal kwalunkwe inizjattiva oħra relatata mal-industrija tad-difiża, jew għal kwistjonijiet oħra relatati mal-finanzjament tad-difiża fil-futur; iqis, f’dan ir-rigward, li huwa kruċjali li l-proġetti fl-ambitu ta’ SAFE jirriflettu l-prijoritajiet tal-kapaċità tal-UE kif identifikati fil-white paper dwar id-difiża Ewropea, il-pjan tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet u l-Pjan Direzzjonali għall-Prontezza tad-Difiża 2030; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li l-akkwisti mwettqa minn Stat Membru wieħed huma eliġibbli għal appoġġ fl-ambitu ta’ SAFE, fejn kuntratt pubbliku jiġi ffirmat sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Mejju 2026, peress li dan jonqos milli jinċentiva l-akkwist komuni u d-deframmentazzjoni tas-suq, u fl-aħħar mill-aħħar jirriskja li jaggrava d-disparitajiet bejn l-Istati Membri; jisħaq, f’dan ir-rigward, li l-finanzjament għandu jkun ibbażat ukoll fuq aċċess faċilitat għall-kapital privat, kontribuzzjonijiet nazzjonali, marġnijiet baġitarji eżistenti jew mekkaniżmi alternattivi li jiżguraw ir-responsabbiltà fiskali; jistieden lill-Kummissjoni, għal dak l-għan, tippromwovi x-xiri ta’ blokok pluriennali biex jitnaqqsu l-kostijiet unitarji u titnaqqas il-frammentazzjoni tas-sistemi tal-armi li qed jintużaw bħalissa madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-ekosistema tad-difiża tal-Ewropa għadha frammentata fid-dimensjonijiet industrijali, finanzjarji u ta’ governanza; jisħaq li l-baġit tal-UE jibqa’ strument effettiv biex jittejbu l-ippjanar integrat, il-finanzjament fit-tul stabbli u l-implimentazzjoni effettiva fil-qasam tad-difiża, u b’hekk tingħeleb dik il-frammentazzjoni; itenni li ż-żieda fil-baġits nazzjonali għad-difiża għandha tkun akkumpanjata minn koordinazzjoni u azzjoni konġunta miżjudin fil-livell tal-UE; ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat appoġġ wiesa’ għall-investiment pubbliku fid-difiża u b’hekk il-ħtieġa ta’ distribuzzjoni ġusta tal-ispejjeż; jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ klawżola ta’ preferenza b’saħħitha tal-UE fil-pjan ReArm Europe, speċjalment fir-rigward tal-istrument SAFE, li jsaħħaħ l-EDTIB, joħloq impjiegi ġodda fl-UE, iżid l-interoperabbiltà u l-interkambjabbiltà tal-prodotti tad-difiża fl-UE u jnaqqas id-dipendenza fuq pajjiżi mhux tal-UE, u b’hekk isaħħaħ id-deterrenza tal-Ewropa u jżid is-sigurtà tal-provvista tagħha; jisħaq li, biex l-istrument SAFE jkun finanzjarjament effiċjenti, għandu primarjament ikun mezz għall-akkwist, iż-żamma u t-tħaddim konġunt ta’ faċilitaturi strateġiċi, speċjalment dawk li jipprovdu sorveljanza u rikonjizzjoni tal-intelligence; jistieden lill-Kummissjoni tuża r-rwol tagħha bis-sħiħ, b’mod partikolari permezz tat-task force SAFE, biex tiżgura li l-pjanijiet ta’ difiża nazzjonali tal-Istati Membri jirrispettaw l-objettiv ta’ SAFE li jippromwovu akkwist konġunt biex in-nuqqasijiet fil-kapaċità jiġu indirizzati b’mod effiċjenti u biex jintużaw l-istrumenti kollha disponibbli, inklużi l-Proġetti Ewropej għad-Difiża ta’ Interess Komuni u l-Istruttura għall-Programm Ewropew dwar l-Armamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Josserva l-użu limitat u mhux uniformi tal-klawżola liberatorja nazzjonali u jinnota li, minkejja tali flessibbiltà, diversi Stati Membri għadhom qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet fil-kapaċità fiskali tagħhom biex jissodisfaw l-eżiġenzi u jirrispondu b’mod effettiv għall-prijoritajiet kondiviżi, u li Stati Membri oħra qagħdu lura milli japplikaw il-klawżola liberatorja nazzjonali minħabba tħassib dwar ir-reazzjoni tas-swieq finanzjarji; jirrikonoxxi li l-klawżola liberatorja nazzjonali hija strument temporanju għal emerġenzi speċifiċi għall-pajjiż, filwaqt li ppjanar sostnut tal-investiment jirrikjedi prevedibbiltà fit-tul; jenfasizza l-fatt li kundizzjonijiet fiskali u regolatorji prevedibbli huma essenzjali biex jiġi attirat l-investiment privat u biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi pubbliċi madwar l-UE; jemmen li dan il-qafas, fejn xieraq, għandu jissaħħaħ permezz ta’ strumenti u għodod ta’ investiment fil-livell tal-UE mfassla biex jimminimizzaw il-kost għall-kontribwenti tal-UE u jimmassimizzaw l-effiċjenza fil-forniment ta’ beni pubbliċi Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni biex l-akkwist pubbliku fil-qasam tad-difiża jiġi ssimplifikat, iffaċilitat u aċċellerat; jappella għat-tisħiħ tal-prinċipju ta’ preferenza tal-UE, filwaqt li jiġi żgurat li l-benefiċjarji jkollhom il-kapaċità li jiddeċiedu dwar id-definizzjoni, l-adattament u l-evoluzzjoni tad-disinji u s-sistemi matul iċ-ċikli tal-ħajja tagħhom, u li l-ebda komponent ma jinkiseb minn pajjiżi jew entitajiet mhux tal-UE li jiksru l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; jappella, barra minn hekk, li l-kriterji ta’ eliġibbiltà fl-ambitu tal-pjan ReArm Europe jiġu allinjati bis-sħiħ ma’ dawk stabbiliti fil-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea (EDIP), sabiex titnaqqas il-frammentazzjoni, jiġu ffrankati l-ispejjeż u tiżdied l-effiċjenza, jitrawmu l-interoperabbiltà u l-interkambjabbiltà, u tingħata spinta lill-kompetittività tal-EDTIB; jisħaq li r-regoli dwar l-akkwist u l-parteċipazzjoni għandhom ikunu proporzjonati u favorevoli għall-SMEs u jappella għall-introduzzjoni ta’ sehem obbligatorju minimu tal-valur tal-proġett li għandu jiġi allokat għall-parteċipazzjoni tal-SMEs fil-katina tal-provvista, filwaqt li jiġi żgurat aċċess ugwali għal negozji ġodda u fornituri iżgħar flimkien ma’ kuntratturi ewlenin, u jiġu evitati piżijiet amministrattivi li jiskoraġġixxu l-parteċipazzjoni tal-SMEs; jappella, barra minn hekk, li r-reżiljenza tal-katina tal-provvista Ewropea tissaħħaħ billi jiġu promossi standards komuni u ktajjen tal-provvista mħallta li jnaqqsu d-dipendenzi kritiċi; jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni trans-Atlantika b’saħħitha bħala pedament għad-difiża Ewropea iżda jqajjem tħassib dwar it-tħabbira ta’ żieda sostanzjali fl-akkwist ta’ prodotti tad-difiża mill-Istati Uniti, peress li dan se jmur kontra l-ambizzjoni definita fl-EDIS u jikkawża inċertezza għall-investiment fl-EDTIB; jappella għal kooperazzjoni industrijali tad-difiża trans-Atlantika bbażata fuq kundizzjonijiet ekwi li jkunu ta’ benefiċċju għaż-żewġ naħat; jissottolinja li l-parteċipazzjoni fil-programmi ta’ difiża tal-UE trid tkun konsistenti bis-sħiħ mal-valuri fundamentali tal-UE, l-interessi tas-sigurtà u l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) u l-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jissottolinja li l-industrija tad-difiża tal-UE teħtieġ domanda prevedibbli u pluriennali u rekwiżiti komuni biex tipprovdi veloċità, skala u valur; jisħaq li l-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni jridu jiġu inkorporati mill-bidu nett fl-akkwist pubbliku u l-investiment fil-qasam tad-difiża fl-UE, permezz ta’ ttestjar u ċertifikazzjoni konġunti, u aċċettazzjoni transfruntiera, sabiex jitrażżnu l-proliferazzjoni tal-varjanti u l-frammentazzjoni tas-suq, f’konformità mar-rapporti ta’ Draghi, Letta u Niinistö; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkomplementaw l-impenji baġitarji tagħhom bi prospetti ta’ investiment fid-difiża fuq terminu medju trasparenti li jkopru l-miri tal-kapaċità, l-iskedi ta’ żmien tal-akkwist u s-sehem tal-infiq allokat għall-programmi kooperattivi; jistieden lill-EDA tiġbor dawn il-prospetti nazzjonali f’ħarsa ġenerali komparattiva annwali biex tiffaċilita l-koordinazzjoni u tidentifika opportunitajiet għal proġetti konġunti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ l-EDTIB billi tiġi aggregata d-domanda, jiġu ssimplifikati u armonizzati r-regoli, u tiġi promossa kompetizzjoni miftuħa u ġusta fost l-industriji Ewropej, li tirriżulta f’industrija Ewropea tad-difiża aktar kosteffettiva u aktar kompetittiva u aċċess imtejjeb għat-tagħmir ta’ difiża madwar l-UE; jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ data komprensiva dwar l-akkwist ta’ tagħmir kollaborattiv tal-UE, li jagħmilha impossibbli li tiġi pprovduta analiżi komprensiva tal-akkwist kollaborattiv tal-UE ta’ tagħmir ta’ difiża u li jiġi vvalutat b’mod adegwat l-istat tax-xenarju tad-difiża tal-UE f’dan il-qasam; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jindirizzaw l-ostakli persistenti għall-kummerċ intra-UE fil-prodotti tad-difiża, inklużi l-ostakli għal-liċenzjar u ċ-ċertifikazzjoni, u jistieden lill-koleġiżlaturi jagħtu prijorità lill-adozzjoni u l-implimentazzjoni effettiva tal-proposta omnibus tal-Kummissjoni dwar id-difiża biex jiġu ssimplifikati t-trasferimenti u l-akkwist madwar l-UE b’appoġġ għal EDTIB aktar reżiljenti u kompetittiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissottolinja li s-sinerġiji ma’ programmi ta’ innovazzjoni ċivili bħal Orizzont Ewropa u l-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni għandhom jissaħħu biex jiġi mmassimizzat l-impatt u tiġi evitata d-duplikazzjoni; jisħaq, fl-istess ħin, li l-progress teknoloġiku jrid ikun akkumpanjat mill-kapaċitajiet umani meħtieġa; jesprimi tħassib li n-numru ta’ persunal attiv kiber biss marġinalment fl-2024 u jwissi li ż-żieda fl-investiment mingħajr sforzi paralleli ta’ reklutaġġ u żamma tirriskja li jinħolqu nuqqasijiet fil-kapaċità fl-operat u l-manutenzjoni ta’ tagħmir ġdid; jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-politiki ta’ reklutaġġ u żamma fis-settur tad-difiża, inklużi programmi ta’ skambju u taħriġ appoġġjati mill-UE, biex jiżguraw li ż-żieda fl-infiq tissarraf fi prontezza operazzjonali reali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">L-adattament tal-baġit u tal-għodod ta’ finanzjament tal-UE biex jiġu ssodisfati l-isfidi tas-sigurtà u l-ħtiġijiet tan-negozji</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Itenni t-talbiet preċedenti tiegħu lill-Kummissjoni biex tesplora l-għażliet kollha ħalli tappoġġja l-investiment fid-difiża tal-Istati Membri u ħalli timmassimizza s-sinerġiji fil-mekkaniżmi eżistenti biex jingħata appoġġ għall-prontezza tad-difiża tal-UE; ifakkar fit-talba tiegħu biex jiġi żgurat li l-QFP li jmiss jappoġġja approċċ komprensiv ta’ sigurtà permezz ta’ investiment adegwat u koordinat; jilqa’ l-konsolidazzjoni tal-pakkett tad-difiża propost fil-QFP 2028-2034; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li l-Kummissjoni ma pprovdietx diżaggregazzjoni dettaljata biżżejjed ta’ dan il-pakkett fil-proposta tagħha għall-QFP 2028-2034; ifakkar li hija meħtieġa diżaggregazzjoni baġitarja dettaljata biex l-awtorità baġitarja tkun tista’ tieħu deċiżjonijiet sinifikattivi u infurmati; jisħaq li investiment ekwivalenti fil-livell tal-UE fid-difiża fil-QFP li jmiss, mirfud minn governanza trasparenti, jista’ jnaqqas id-duplikazzjoni, iwassal ekonomiji ta’ skala, u jsaħħaħ l-interoperabbiltà; ifakkar fin-natura speċifika tas-settur tad-difiża, u jqis li l-QFP li jmiss irid iżomm il-kriterji u l-proċeduri kollha tal-istrumenti ta’ finanzjament tal-industrija Ewropea tad-difiża, b’mod partikolari l-kriterji relatati mal-Fond Ewropew għad-Difiża u l-EDIP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Iqis, f’dan ir-rigward, li għandhom jiġu esplorati l-għażliet kollha biex jiġi appoġġjat l-investiment fid-difiża tal-Istati Membri, b’mod partikolari permezz ta’ mekkaniżmi eżistenti, mingħajr ma jiżdiedu l-kontribuzzjonijiet nazzjonali jew il-piż ġenerali tat-taxxa fuq iċ-ċittadini; jisħaq li tali strumenti ma jridux jiddependu biss fuq il-ħruġ ta’ self appoġġjat mill-UE, pereżempju permezz ta’ SAFE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jisħaq li l-finanzjament tal-UE għandu jikkomplementa, u mhux jissostitwixxi, l-isforzi tal-Istati Membri biex iżidu l-infiq tagħhom għad-difiża nazzjonali; jissottolinja li l-istrumenti tal-UE għandhom jipprovdu valur miżjud billi jrawmu l-kooperazzjoni, l-interoperabbiltà u l-effiċjenza, filwaqt li l-ippjanar u r-rekwiżiti tal-kapaċitajiet iridu jibqgħu fi ħdan l-oqfsa istituzzjonali xierqa; itenni li, sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet urġenti tal-PSDK, iridu jiġu żgurati riżorsi addizzjonali għall-prijoritajiet tad-difiża; itenni, għalhekk, it-talba tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżguraw li l-UE tkun mgħammra biex tkopri l-ħtiġijiet ġenerali tagħha ta’ nfiq ogħla, inkluż permezz tal-adozzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Ifakkar li l-objettiv tal-BEI huwa li jrawwem l-integrazzjoni tal-UE, jippromwovi l-iżvilupp tal-UE u jappoġġja l-politiki tal-UE f’konformità mal-Artikolu 309 tat-TFUE; jilqa’ l-approċċ proattiv tal-BEI biex jiżdied il-finanzjament għas-sigurtà u d-difiża Ewropej; jieħu nota, madankollu, tal-fatt li l-politika ta’ investiment tagħha għadha teskludi l-“armi u l-munizzjon” u li l-interventi tagħha s’issa ma kinux biżżejjed fil-veloċità, fl-aptit għar-riskju u fl-iskala biex jissodisfaw il-ħtiġijiet urġenti ta’ prontezza tad-difiża; jieħu nota tal-progress li sar fil-ftuħ tal-kriterji tagħha, iżda jqis li dawn għadhom mhumiex biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Prontezza tad-Difiża 2030 kif espressi mill-partijiet ikkonċernati tal-industrija permezz ta’ studji u konsultazzjonijiet pubbliċi; jistieden, fl-interess tal-konsistenza mal-pjan ReArm Europe, lill-Istati Membri, bħala korp governattiv tal-BEI, jadattaw il-mandat tal-BEI sabiex isaħħu l-kapaċità tiegħu li jappoġġja l-industrija Ewropea tad-difiża u jirrevedu l-linji gwida ta’ investiment tiegħu sabiex jippermettu l-finanzjament għal proġetti leġittimi ta’ armi u munizzjon li huma f’konformità mad-dritt internazzjonali u l-interessi tas-sigurtà tal-UE; jappella biex l-Grupp tal-BEI jżid l-aptit għar-riskju u l-ambizzjoni tiegħu biex jikseb l-attrazzjoni tal-investiment; iwissi, madankollu, li kwalunkwe aġġustament għall-kriterji ta’ eliġibbiltà jew finanzjament tal-Grupp tal-BEI biex jiġu allinjati mal-prijoritajiet il-ġodda jrid jissalvagwardja l-pożizzjoni finanzjarja tal-Grupp tal-BEI u jiżgura finanzjament effettiv ta’ prijoritajiet tal-UE strateġiċi oħra; jistieden lill-BEI jwettaq, u jipprovdi lill-Parlament valutazzjoni kwantitattiva bir-reqqa tal-politika tal-investituri tiegħu dwar l-investiment fid-difiża, mingħajr, fejn applikabbli, ma jikkomprometti l-ftehimiet ta’ kunfidenzjalità tiegħu mal-investituri tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissuġġerixxi li l-BEI għandu jirrifletti u jevalwa kontinwament ir-rwol tiegħu, kif ukoll l-ambitu tal-investimenti eliġibbli, fid-dawl tal-ħtieġa urġenti li tingħata spinta lis-settur Ewropew tad-difiża u li jiġu żgurati sigurtà u awtonomija strateġika fit-tul; jissuġġerixxi li l-mandat tal-BEI jiġi estiż formalment biex jinkludi l-appoġġ għall-EDTIB fi ħdan sussidjarja speċjalizzata, appoġġjat minn garanziji tal-Kummissjoni u appoġġjat minn network ta’ esperti; jemmen li tali struttura tkun soluzzjoni aktar effettiva mill-ħolqien ta’ bank ġdid għad-difiża, is-sigurtà u r-reżiljenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jittejbu l-aċċessibbiltà u l-konsistenza tal-fondi ta’ appoġġ għall-investiment tal-UE għall-kumpaniji tal-EDTIB, b’mod partikolari n-negozji ġodda u l-SMEs, billi progressivament jiġu aġġustati u mfassla l-kriterji ta’ eliġibbiltà fir-rigward tal-ambizzjoni stabbilita fl-EDIS u l-EDIP, jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta’ applikazzjoni u jiġu armonizzati l-objettivi tal-programmi ta’ ħidma; jenfasizza l-importanza li l-iskedi ta’ żmien u r-rekwiżiti ta’ tali fondi jiġu aġġustati għaċ-ċikli u l-pass ta’ innovazzjoni differenti ta’ tipi differenti ta’ oqsma ta’ kapaċità; jistieden lill-Istati Membri u r-reġjuni jsaħħu r-rwol tal-kmamar tal-kummerċ u tal-industriji tagħhom fl-appoġġ tal-SMEs tal-EDTIB fir-riċerka tagħhom u fil-kisba tal-aċċess għall-finanzjament tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida u mudelli ċari dwar tipi ġodda ta’ ftehimiet, koordinazzjoni u varar konġunt fost il-kompetituri fis-settur tad-difiża, sabiex jiġi ffaċilitat investiment aktar b’saħħtu fir-R&Ż mill-kumpaniji tal-EDTIB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jappella għall-iżvilupp ta’ strument li jappoġġja l-investiment pubbliku u privat fid-difiża abbażi ta’ garanziji mill-baġit tal-UE, fuq l-eżempju ta’ InvestEU; jilqa’, fit-terminu qasir, il-proposta tal-Kummissjoni1a għal att delegat għal-linji gwida għall-investiment tal-Fond InvestEU dwar investimenti strateġiċi fil-qasam tad-difiża<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1774 tat-28 ta’ Awwissu 2025 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/1078 fir-rigward tal-investimenti strateġiċi fil-qasam tad-difiża stabbiliti fil-linji gwida għall-investiment għall-Fond InvestEU (ĠU L, 2025/1774, 18.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1774/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li tappella għat-tneħħija ta’ piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa fir-rigward tal-użu ta’ garanziji baġitarji u strumenti finanzjarji biex jiġi appoġġjat l-investiment fid-difiża, u b’hekk tiġi offruta simplifikazzjoni addizzjonali filwaqt li tiġi rrispettata l-ħtieġa li tiġi protetta s-sigurtà tal-UE u tal-Istati Membri; iqis li, meta jiġu kkunsidrati flimkien, dawn il-miżuri jiżguraw kemm il-mobilizzazzjoni rapida tal-finanzjament kif ukoll l-istabbiliment ta’ qafas ta’ investiment stabbli u skalabbli għall-industrija Ewropea tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Iqis il-varar tal-fondi bankarji użati f’self, garanziji u portafolli ta’ likwidità ta’ kwalità għolja bħala essenzjali għal maturitajiet ta’ terminu twil fl-infiq fid-difiża li se jipprovdu prevedibbiltà u stabbiltà; itenni li l-aċċellerazzjoni tat-tlestija tal-SIU tgħin biex jiġi mmobilizzat il-kapital privat u jittejjeb l-aċċess għall-finanzjament;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tneħħija ta’ diżinċentivi għall-investiment privat fid-difiża</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Is-simplifikazzjoni tal-aċċess għall-finanzjament ta’ terminu qasir għall-kumpaniji tal-EDTIB</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Osservatorju tal-Pagamenti tal-UE jwettaq studju dwar il-konformità mal-iskadenzi tal-pagamenti fl-EDTIB meta mqabbla ma’ fergħat oħra tal-industrija, u jikklassifika l-kumpaniji l-aktar rigorużi f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-BEI, bl-appoġġ tal-Istati Membri, jikseb ċifra ta’ EUR 4 biljun għal self ta’ terminu qasir, b’garanziji ta’ riskju sa 50 %, u jappella biex il-kriterji tal-impenn tal-BEI fil-qasam tad-difiża jiġu anqas ristretti u ssimplifikati, kif ukoll l-estensjoni tal-eliġibbiltà għal sottokuntratturi indiretti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Iż-żieda tal-kapaċità ta’ investituri privati biex jiffinanzjaw is-settur tad-difiża permezz tal-iżgurar tal-kompatibbiltà mal-finanzjament sostenibbli</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li, minkejja l-isforzi li saru mill-bidu tal-gwerra fl-Ukrajna, ħafna investituri għadhom joqogħdu lura milli jiffinanzjaw is-settur tad-difiża, inkluż minħabba inċertezza fl-applikazzjoni tal-istandards ambjentali, soċjali u ta’ governanza, kif ukoll peress li l-EDTIB għadha qed tiġi diskriminata fis-swieq finanzjarji minħabba r-riskju għar-reputazzjoni ta’ perċezzjoni żbaljata; ifakkar li ħafna teknoloġiji tad-difiża huma ta’ natura ta’ użu doppju u b’hekk jiġġeneraw vantaġġi konsegwenzjali sinifikanti għall-innovazzjoni ċivili u għall-ekonomija Ewropea usa’; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-perċezzjonijiet negattivi persistenti dwar il-finanzjament tad-difiża, b’mod partikolari fis-settur bankarju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jtejbu l-sforzi tagħhom tal-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni rigward il-finanzjament tal-EDTIB, sabiex jgħinu lill-atturi finanzjarji itejbu l-profiċjenza tagħhom fl-analiżi u l-ipproċessar tal-finanzjament relatat mad-difiża; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha tal-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni rigward il-finanzjament tal-EDTIB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jirrikonoxxi r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1775 tat-28 ta’ Awwissu 2025 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/1818 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ armi pprojbiti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/1775, 30.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1775/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li jissostitwixxi l-kunċett ta’ “armi kontroversjali” b’dak ta’ “armi pprojbiti” u li ġie adottat bħala parti mill-omnibus dwar il-prontezza tad-difiża; jenfasizza l-fatt li din id-definizzjoni hija limitata għal dawk l-armi espressament ipprojbiti fl-ambitu ta’ konvenzjonijiet internazzjonali vinkolanti; jilqa’ l-kjarifiki legali inklużi fl-omnibus dwar il-prontezza tad-difiża u jirrikonoxxi l-importanza tagħhom biex jintlaħqu l-għanijiet tal-UE fil-finanzjament tad-difiża; jistieden lill-atturi finanzjarji privati jillimitaw l-esklużjonijiet tagħhom għal din il-lista konsolidata u jippubblikaw il-politiki ta’ investiment tagħhom; jipproponi li l-inklużjoni fil-finanzjament tal-UE ta’ atturi li l-politiki ta’ investiment tagħhom immorru lil hinn minn din l-esklużjoni tiġi rieżaminata abbażi ta’ każ b’każ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Ifakkar li l-qafas ta’ finanzjament sostenibbli tal-UE huwa mfassal biex jidderieġi l-flussi ta’ kapital lejn attivitajiet sostenibbli mingħajr ma jillimita l-finanzjament tas-settur tad-difiża, kif affermat mill-ġdid mill-Kummissjoni fl-avviż tagħha tat-18 ta’ Awwissu 2025, li jikkonferma li l-esklużjoni ta’ attivitajiet relatati mad-difiża mit-tassonomija tal-UE ma tipprevjenix lill-investituri privati jew pubbliċi milli jinvestu fis-settur tad-difiża; jistieden lill-Kummissjoni tafferma mill-ġdid pubblikament u b’mod inekwivoku li t-tassonomija ekoloġika tal-UE ma tipprojbix, tirrestrinġi jew tiskoraġġixxi investiment fid-difiża; jisħaq li d-difiża u s-sigurtà huma prerekwiżiti għall-iżvilupp sostenibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-ftuħ ta’ opportunitajiet ta’ ħruġ fis-swieq finanzjarji għal assi ta’ difiża permezz tal-mobilizzazzjoni tal-kapital privat</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Iqis li huwa essenzjali li jiġi appoġġjat suq Ewropew ta’ investituri speċjalizzati li joffri kontinwità ta’ finanzjament (kreditu, dejn privat u ekwità) lill-kumpaniji, speċjalment lin-negozji ġodda, lill-SMEs u lill-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, fl-EDTIB u fid-DTIB tal-Ukrajna; jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni u tal-BEI li tiġi stabbilita l-Faċilità tal-Ekwità tad-Difiża, b’baġit ta’ EUR 175 miljun għall-perjodu 2024-2027; iqis, madankollu, li dan il-fond huwa kompletament insuffiċjenti fid-dawl tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament u jistieden lill-BEI jikkonforma max-xewqat tal-Istati Membri, kif imtenni fil-konklużjonijiet tal-Kunsill, billi jgħolli dan il-baġit għal EUR 1 biljun, sabiex jissodisfa b’mod aħjar il-ħtiġijiet ta’ ekwità tal-EDTIB u tal-katina tal-valur tagħha, b’attenzjoni partikolari għal atturi iżgħar li qed jiffaċċjaw l-akbar diskrepanza fil-finanzjament; iħeġġeġ lill-BEI jestendi dan l-istrument għad-DTIB tal-Ukrajna, u jfasslu sabiex irawwem sħubijiet u impriżi konġunti bejn l-EDTIB u l-kumpaniji tad-DTIB tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-BEI joperazzjonalizzaw l-appoġġ għal proġetti ta’ użu doppju billi jtejbu l-aċċess għal tali appoġġ għall-impriżi ta’ stadju bikri u l-SMEs, jissimplifikaw il-proċeduri, jipprovdu gwida ċara lill-investituri, u jirrapportaw regolarment dwar l-użu u d-distribuzzjoni ġeografika; jappella għal implimentazzjoni effettiva permezz ta’ sejħiet immirati u gwida ċara għall-awtoritajiet maniġerjali sabiex ir-reġjuni b’ekosistemi ta’ difiża anqas żviluppati jkunu jistgħu jaċċessaw dawn l-opportunitajiet; jistieden lill-Istati Membri jirriflettu dawn il-possibbiltajiet fit-tfassil tal-programmi u jikkoordinaw mal-Kummissjoni u mal-BEI biex jiżviluppaw pjattaformi ta’ investiment reġjonali, filwaqt li jiżguraw il-komplementarjetà u jevitaw il-finanzjament doppju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra, fil-politika tal-kompetizzjoni tagħha, il-prontezza tad-difiża, is-sigurtà tal-provvista, il-potenzjal li tissaħħaħ l-innovazzjoni u t-tnaqqis tad-dipendenzi fuq pajjiżi mhux tal-UE; jistieden, fl-istess ħin, lill-Istati Membri jiżguraw li l-akkwist tagħhom ta’ prodotti tad-difiża jkun miftuħ u kompetittiv għall-EDTIB kollha kemm hi; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-kontrolli tagħhom fuq l-investimenti diretti minn atturi ta’ pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-programmi ta’ kooperazzjoni industrijali u s-sħubijiet tranżnazzjonali, inklużi l-pjattaformi tal-katina tal-provvista u l-proġetti ta’ kożvilupp, bil-ħsieb li jiġu integrati l-ktajjen tal-produzzjoni, jiġi sfruttat l-għarfien espert nazzjonali, jiġu promossi l-ekonomiji ta’ skala u tissaħħaħ il-kompetittività globali tal-EDTIB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza s-sinifikat ta’ swieq kapitali li jiffunzjonaw tajjeb għall-finanzjament tad-difiża; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaċċelleraw il-progress fl-unjoni tas-swieq kapitali u l-SIU, speċifikament billi jittejjeb l-aċċess għall-ekwità, il-kapital ta’ riskju u l-finanzjament għall-SMEs fis-settur tad-difiża; jissottolinja li l-unjoni tas-swieq kapitali u l-SIU huma strumentali biex jiżdied il-finanzjament tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġi aċċellerat il-progress fit-tlestija tal-SIU, bl-għan li tiġi appoġġjata sistema finanzjarja tal-UE aktar profonda, aktar likwida u aktar integrata li twassal it-tfaddil b’mod aktar effiċjenti f’investimenti produttivi bħal dawk fl-industrija tad-difiża tal-UE; jenfasizza li l-industrija tad-difiża tal-UE jeħtieġ li żżid b’mod sostanzjali l-kapaċità tagħha li tissodisfa ż-żieda enormi fid-domanda għal prodotti militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jilqa’ t-tnedija tat-tikketta “Finance Europe”; jinnota li din it-tikketta, li għandha l-għan li tidderieġi t-tfaddil privat lejn investimenti fl-ekonomija reali tal-Ewropa, tippromwovi l-finanzjament mill-bejgħ ta’ ishma tal-kumpaniji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja din l-inizjattiva billi tipproponi tikketta Ewropea bħala parti mill-SIU filwaqt li tiżgura li ma toħloqx piż amministrattiv addizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar kontijiet tat-tfaddil u tal-investimenti (SIAs)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2029 tat-30 ta’ Settembru 2025 dwar iż-żieda fid-disponibbiltà tal-kontijiet ta’ tfaddil u ta’ investiment bi trattament tat-taxxa simplifikat u vantaġġuż (ĠU L, 2025/2029, 8.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2025/2029/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza li l-SIAs għandhom l-għan li jagħtu spinta lill-parteċipazzjoni bl-imnut fis-swieq kapitali tal-UE, u b’hekk jikkontribwixxu għat-tisħiħ tas-swieq u jiffaċilitaw żieda fil-bażi tal-investituri tal-UE li tgħin fil-finanzjament tal-prijoritajiet strateġiċi tal-UE, inkluża d-difiża; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja din l-inizjattiva; jistieden lill-Istati Membri jsegwu r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar iż-żieda tad-disponibbiltà tal-kontijiet tat-tfaddil u tal-investimenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma li għaddejja bl-għan li jintużaw l-assi ffriżati Russi biex jiġu ffinanzjati l-isforzi ta’ difiża tal-Ukrajna, filwaqt li jiġi indirizzat it-tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja u l-litigazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jappella għal impenn unifikat fost l-Istati Membri biex tingħata spinta lill-infiq fid-difiża f’konformità mal-eżiti tas-Summit ta’ The Hague tan-NATO tal-2025, fejn l-alleati tan-NATO impenjaw ruħhom li jinvestu 5 % tal-PDG kull sena fuq ir-rekwiżiti ewlenin tad-difiża u l-infiq relatat mad-difiża u s-sigurtà sal-2035; iħeġġeġ lill-Istati Membri jrawmu inizjattivi Ewropej tad-difiża, itejbu l-interoperabbiltà u jinvestu f’akkwist konġunt allinjat mal-prijoritajiet strateġiċi komuni, inkluża l-produzzjoni tal-munizzjon;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>