<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0337</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-diġitalizzazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali u l-ġestjoni algoritmika fuq il-post tax-xogħol – tiswir tal-futur tax-xogħol</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0244/2025 - Rapporteur: Andrzej Buła)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2025 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-diġitalizzazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali u l-ġestjoni algoritmika fuq il-post tax-xogħol – it-tiswir tal-futur tax-xogħol (2025/2080(INL))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 153 u 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi tal-President tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2024 bit-titolu “L-Għażla Quddiem l-Ewropa – Linji Gwida Politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li Jmiss 2024-2029”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 7 dwar ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, l-Artikolu 8 dwar il-protezzjoni tad-data personali, u l-Artikolu 31 dwar kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi u ġusti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “L-Unjoni tal-Ħiliet”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea - Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea - Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentanza tal-ħaddiema (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 186, 11.7.2019, p. 105).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/2831 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/2831 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi (ĠU L, 2024/2831, 11.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2831/oj).</FIELD></FOOTNOTE> (id-“Direttiva dwar ix-Xogħol fuq il-Pjattaformi”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2024/1689 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 300/2008, (UE) Nru 167/2013, (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1139 u (UE) 2019/2144 u d-Direttivi 2014/90/UE, (UE) 2016/797 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) PE/24/2024/REV/1 (ĠU L, 2024/1689, 12.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1689/oj).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2023 dwar pjan direzzjonali lejn Ewropa soċjali – sentejn wara s-Summit Soċjali ta’ Porto (2023/2586(RSP)),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2025 dwar l-aspetti soċjali u relatati mal-impjiegi tal-proċessi ta’ ristrutturar: il-ħtieġa li jiġu protetti l-impjiegi u d-drittijiet tal-ħaddiema (2024/2829(RSP)),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2025 dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus wara l-2027 (2024/2077(INI)),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-“Intelliġenza artifiċjali favur il-ħaddiema” (SOC/803),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas tas-Sħab Soċjali Ewropej dwar id-Diġitalizzazzjoni (Ġunju 2020),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta’ Ġunju 2023, dwar approċċ komprensiv lejn is-saħħa mentali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “A competitiveness Compass for the EU”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2025 intitolata “Nimxu ’l quddiem flimkien: Unjoni Aktar Kuraġġuża, Sempliċi u Rapida”, li tikkonferma l-mira li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi b’25 % għall-kumpaniji u 35 % għall-SMEs,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2025 intitolata “AI Continent Action Plan”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti ta’ Settembru 2024 ta’ Mario Draghi bit-titolu “The future of European competitiveness” (ir-“rapport Draghi”) u ta’ April 2024 ta’ Enrico Letta bit-titolu “Much more than a market” (ir-“rapport ta’ Letta”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport finali tal-istudju kkummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “Study exploring the context, challenges, opportunities, and trends in algorithmic management” (VT-2022–035),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-OECD “Algorithmic management in the workplace: New evidence from an OECD employer survey”, OECD Artificial Intelligence Papers, Nru 31,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew tas-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew ippublikat f’Ottubru 2025, bit-titolu “Digitalisation, artificial intelligence and algorithmic management in the workplace – shaping the future of work”<FOOTNOTE><FIELD> https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2025/774670/EPRS_STU(2025)774670_EN.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 47 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A10-0244/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-tranżizzjoni diġitali, xprunata mid-diġitalizzazzjoni, l-awtomatizzazzjoni u l-intelliġenza artifiċjali (IA), qed issawwar mill-ġdid is-swieq tax-xogħol u tbiddel in-natura tax-xogħol; billi, minħabba li ċerti kompiti qed jiġu awtomatizzati, qed isir dejjem aktar importanti li jkun hemm professjonijiet ġodda, jiġu żviluppati kompiti tax-xogħol, jiġu pprovduti taħriġ, taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet u jiġu ttrasformati l-impjiegi eżistenti permezz ta’ teknoloġiji ġodda sabiex tissaħħaħ il-kompetittività u jitrawwem it-tkabbir ekonomiku, kif ukoll biex tissaħħaħ il-forza tax-xogħol u jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol; billi biex jittieħed vantaġġ minn dawn it-teknoloġiji l-ġodda hemm bżonn li l-awtoritajiet pubbliċi, il-politiki tal-edukazzjoni, in-negozji u l-ħaddiema jiġu adattati kontinwament biex jiġi żgurat li l-Ewropa tkun tista’ tibbenefika mit-tkabbir nett stmat ta’ 78 miljun impjieg minħabba l-IA (7 % tal-impjiegi totali tal-lum) sal-2030 skont il-Forum Ekonomiku Dinji<FOOTNOTE><FIELD> Il-Forum Ekonomiku Dinji, Future of Jobs Report 2025 (Jannar 2025).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-tranżizzjoni diġitali fuq il-post tax-xogħol għandha tkun xprunata mill-prinċipji ta’ prekawzjoni u tal-etika prestabbilita awtomatikament u titmexxa b’mod li jipproteġi u jippromwovi d-dinjità tal-bniedem, itejjeb il-produttività, l-effiċjenza, l-innovazzjoni, u l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u tas-suq komuni b’mod li kulħadd jibbenefika minnu; billi din it-tranżizzjoni trid tirrispetta b’mod ugwali l-prinċipji tal-progress soċjali u tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema, filwaqt li tiżgura li tikkontribwixxi għal impjiegi ta’ kwalità, kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, l-għoti tas-setgħa u l-benesseri tal-ħaddiema kollha u tappoġġja kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern, l-innovazzjoni u l-kompetittività tan-negozji; u billi l-IA hija teknoloġija li għada qed tevolvi u bħala tali l-kumpaniji tal-UE għad għandhom opportunità li jieħdu pożizzjoni ta’ tmexxija f’xi segmenti<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport ta’ Mario Draghi bit-titolu “The future of European competitiveness” (Settembru 2024), il-Parti A “A competitiveness strategy for Europe”.</FIELD></FOOTNOTE>; billi n-nuqqas ta’ implimentazzjoni ta’ sistemi tal-IA biex tkompli tissaħħaħ il-kompetittività tal-UE jista’ jkun ta’ detriment għat-tkabbir, l-investiment u l-innovazzjoni futuri; billi 64 % tal-SMEs fis-Suq Uniku Ewropew iqisu l-ostakli regolatorji jew il-piżijiet amministrattivi bħala l-akbar problema fil-preżent;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi t-tranżizzjoni diġitali fis-suq tax-xogħol qed tixpruna domanda dejjem akbar kemm għal-litteriżmu u għall-ħiliet diġitali u tal-IA bażiċi kif ukoll għal dawk ta’ livell għoli; billi r-rapport ta’ Draghi u r-rapport ta’ Letta t-tnejn jidentifikaw id-diskrepanza fil-ħiliet diġitali bħala ostaklu ewlieni għall-kompetittività tal-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-integrazzjoni rapida tas-sistemi tal-IA trid tkun akkumpanjata minn taħriġ suffiċjenti; billi 15 % biss tal-ħaddiema pparteċipaw f’taħriġ rilevanti fl-2023 biex ikomplu jiżviluppaw l-għarfien u l-ħiliet tal-IA tagħhom filwaqt li 42 % tal-ħaddiema jirrikonoxxu l-ħtieġa li jtejbu l-ħiliet tagħhom relatati mal-IA u 61 % jbassru ħtiġijiet ġodda ta’ ħiliet fil-5 snin li ġejjin; billi, madankollu, speċjalment l-SMEs ma għandhomx strateġiji u riżorsi biex jimmitigaw ir-riskju li l-ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet fin-negozji ż-żgħar jiġu soġġetti għal diskrepanza fil-ħiliet; billi dawk l-aktar fil-bżonn ta’ taħriġ fil-ħiliet diġitali huma dawk l-anqas probabbli li jieħdu sehem fih<FOOTNOTE><FIELD> https://www.cedefop.europa.eu/mt/publications/9201.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-adattament tas-sistemi edukattivi, b’mod partikolari s-settur tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali kif ukoll il-kooperazzjoni mtejba sew bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, it-trade unions u l-impjegaturi, huma essenzjali biex jiġu previsti l-ħtiġijiet futuri tas-suq tax-xogħol u l-istudenti jiġu mgħammra bil-ħiliet meħtieġa ħalli jirnexxu f’soċjetà kompetittiva, diġitali u teknoloġikament avvanzata;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-IA u l-ġestjoni algoritmika huma kunċetti li qed jevolvu; billi s-sistemi ta’ ġestjoni algoritmika jintużaw b’mod predominanti għall-attivitajiet maniġerjali li ġejjin: ir-reklutaġġ, l-iskedar tax-xogħol/tal-kompiti, in-nudging/id-direzzjoni tal-ħaddiema, u l-monitoraġġ/is-sorveljanza; l-evalwazzjoni tal-ħaddiema, il-ġestjoni/it-taħriġ tat-talenti, l-ippremjar tal-ħaddiema u t-tkeċċija tal-ħaddiema; billi l-ġestjoni algoritmika spiss ma tiġix implimentata permezz ta’ software speċifiku, iżda bħala parti integrali minn software antikwat; u billi kwalunkwe inizjattiva futura f’dan il-qasam għandha tibqa’ valida għall-futur u tkun flessibbli biżżejjed biex tadatta għall-iżviluppi li ġejjin;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-IA u l-ġestjoni algoritmika jistgħu jipprovdu bosta opportunitajiet għal ottimizzazzjoni tax-xogħol, konsistenza u oġġettività akbar fid-deċiżjonijiet maniġerjali u saħħa u sikurezza okkupazzjonali mtejba kif ukoll għas-sodisfazzjon tal-ħaddiema, iżda jiġu wkoll b’ċerti riskji jekk ma jitfasslux u ma jiġux implimentati b’mod li jkun iċċentrat fuq il-bniedem, bħal awtonomija mnaqqsa tal-ħaddiema, nuqqas ta’ trasparenza u żieda fl-intensità tax-xogħol; billi l-użu tal-IA u l-ġestjoni algoritmika jistgħu jnaqqsu l-kompiti tedjużi u l-ammont ta’ xogħol b’mod ġenerali, itejbu l-allokazzjoni tal-kompiti u l-produttività, jipprevjenu r-riskji okkupazzjonali u jnaqqsu l-kostijiet; billi qafas Ewropew dwar l-IA jista’ jiżgura li l-IA tiġi implimentata bħala appoġġ effiċjenti għall-ħaddiema umani, bl-għan li tiġġenera żidiet reali fil-produttività u ttejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol u mhux sempliċement benefiċċji spekulattivi; billi r-riċerka turi li ħafna investimenti korporattivi fl-IA ġenerattiva, minkejja l-kapaċità tagħha li toħloq kontenut ġdid, għadhom ma rriżultawx f’żidiet fil-produttività jew f’riżultati li jistgħu jitkejlu<FOOTNOTE><FIELD> https://www.techmonitor.ai/digital-economy/ai-and-automation/ai-investment-struggles-boost-productivity-gartner-survey.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi huwa importanti li jiġu pprevenuti u indirizzati r-riskji relatati ma’ kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ kwalità u OSH li jirriżultaw mill-IA u minn sistemi ta’ ġestjoni algoritmika bħal żieda fil-pressjoni tal-ħin u tal-prestazzjoni, intensifikazzjoni tax-xogħol, diskriminazzjoni, monitoraġġ intrużiv u sorveljanza bla bżonn kif ukoll ċerti preġudizzji fis-sistemi tal-IA, telf ta’ awtonomija, telf tal-ħiliet, iżolament soċjali, stress relatat mal-post tax-xogħol, u problemi oħra psikosoċjali u ta’ saħħa mentali; billi l-leġiżlazzjoni Ewropea eżistenti, inkluż ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, u l-acquis soċjali Ewropew jikkontribwixxu għall-indirizzar u l-prevenzjoni ta’ xi wħud minn dawk ir-riskji; billi l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali għadu ma sarx applikabbli bis-sħiħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-iżviluppi teknoloġiċi li jwasslu għal konnettività u disponibbiltà kostanti jistgħu jċajpru l-konfini bejn l-isferi tax-xogħol u tal-ħajja privata;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tal-IA u tas-sistemi ta’ ġestjoni algoritmika fuq il-post tax-xogħol tinvolvi l-ġbir u l-ipproċessar ta’ volum kbir ta’ data dwar il-ħaddiema, li tista’ tqajjem tħassib dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza u tirrikjedi tnaqqis fl-iżbilanċi tal-poter billi jiġu stabbiliti regoli b’mod kollettiv permezz tad-djalogu soċjali fil-maniġment tiegħu u l-konformità mal-GDPR u kwalunkwe regola aktar speċifika dwar l-ipproċessar ta’ data personali f’kuntest ta’ impjieg kif stabbilit fid-dritt nazzjonali jew fil-ftehimiet kollettivi applikabbli; billi l-impatt tat-teknoloġiji l-ġodda fuq l-ambjent tax-xogħol u l-ksur possibbli tal-privatezza tal-ħaddiema għandhom jiġu mmonitorjati;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-kunsens abbażi tal-Artikolu 6(1), il-punt (a), tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data għandu jingħata liberament, u f’sitwazzjonijiet ta’ żbilanċ ċar tali kunsens mogħti liberament huwa improbabbli ħafna; billi l-kunsens, għalhekk, ma għandux jipprovdi bażi legali għall-ipproċessar ta’ data personali għall-finijiet ta’ monitoraġġ awtomatizzat jew teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzat, minħabba l-iżbilanċ ta’ poter bejn is-suġġett tad-data u l-kontrollur fil-kuntest tal-impjiegi u tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi s-sistemi ta’ ġestjoni algoritmika ġew adottati u implimentati għall-ewwel darba b’mod mifrux mill-pjattaformi tax-xogħol diġitali, iżda issa qed jiġu implimentati b’mod wiesa’ fis-suq tax-xogħol kollu;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-istimi jvarjaw, li bejn kwart u 80 % tal-kumpaniji fl-Unjoni jużaw mill-anqas forma waħda ta’ ġestjoni algoritmika; billi l-adozzjoni tal-ġestjoni algoritmika x’aktarx li tikber b’mod sinifikanti fis-snin li ġejjin<FOOTNOTE><FIELD> https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/5afb4511-0ddf-11f0-b1a3-01aa75ed71a1/language-mt: “jista’ jiġi argumentat li aktar minn kwart tal-kumpaniji fl-EU-27 jużaw il-ġestjoni algoritmika” u “abbażi tal-istħarriġ delphi, x’aktarx li fl-10 snin li ġejjin, il-ġestjoni algoritmika se tikber minn 3 % sa 6 % kull sena”.</FIELD></FOOTNOTE>; billi 26,5 % tal-ħaddiema fl-UE għandhom il-prestazzjoni tax-xogħol tagħhom immonitorjata minn “programm tal-kompjuter”, bi prevalenza ogħla f’kumpaniji kbar; billi 27,4 % tal-ħaddiema jiġu allokati kompiti permezz ta’ sistema tal-kompjuter<FOOTNOTE><FIELD> Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; billi 35 % tal-kumpaniji Ewropej jużaw sistemi ta’ ġestjoni algoritmika għall-evalwazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Dokument ta’ Ħidma tal-OECD, Algorithmic Management in the Workplace, 2025, p. 17.</FIELD></FOOTNOTE>; billi huwa meħtieġ approċċ komprensiv u kooperattiv, flimkien mad-djalogu soċjali, biex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi għal IA responsabbli u ġestjoni algoritmika fuq il-post tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi 62 % taċ-ċittadini Ewropej għandhom fehma pożittiva tal-użu tar-robots u l-IA fuq il-post tax-xogħol u 73 % jaqblu li r-robots u l-IA jżidu l-pass li bih il-ħaddiema jlestu l-kompiti<FOOTNOTE><FIELD> https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/3222.</FIELD></FOOTNOTE>; billi 66 % taċ-ċittadini Ewropej jemmnu li aktar impjiegi se jisparixxu milli jinħolqu minħabba l-użu tar-robots u l-IA; billi 61 % taċ-ċittadini Ewropej jemmnu li r-robots u l-IA għandhom impatt negattiv fuq il-komunikazzjoni bejn il-kollegi; billi ż-żgħażagħ u dawk li qed jaħdmu kif ukoll dawk b’livelli ogħla ta’ edukazzjoni għandhom fehma aktar pożittiva tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda fuq il-post tax-xogħol; billi dan jirrifletti aċċess dejjem akbar għall-innovazzjoni u l-potenzjal tal-IA li ttejjeb il-produttività, il-kwalità tal-impjiegi u l-kompetittività ekonomika, dment li tiġi żviluppata u implimentata b’mod responsabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi skont stħarriġ tal-OECD, 60 % tal-maniġers jemmnu li l-ġestjoni algoritmika ttejjeb il-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom stess; billi fl-istess ħin kważi żewġ terzi tal-maniġers mistħarrġa esprimew tħassib rigward l-għodod ta’ ġestjoni algoritmika li jużaw: akkontabbiltà mhux ċara fil-każ ta’ deċiżjoni żbaljata (28 %), l-inabbiltà li tiġi segwita l-loġika ta’ deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet algoritmiċi (27 %) u protezzjoni inadegwata tas-saħħa fiżika u mentali tal-ħaddiema (27 %)<FOOTNOTE><FIELD> Milanez, A., A. Lemmens u C. Ruggiu (2025), “Algorithmic management in the workplace: New evidence from an OECD employer survey”, OECD Artificial Intelligence Papers, Nru 31, Pubblikazzjoni tal-OECD, Pariġi.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi anqas minn nofs dawk li bħalissa għandhom impjieg jgħidu li l-impjegatur tagħhom infurmahom dwar l-użu tat-teknoloġiji diġitali, filwaqt li aktar minn nofs l-impjegaturi u l-maniġers jirrapportaw li għamlu dan; billi 18 % biss ta’ dawk impjegati bħalissa jirrapportaw li rċevew spjegazzjoni dettaljata, inkluża informazzjoni dwar il-benefiċċji, l-iżvantaġġi, u d-drittijiet tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-konsultazzjoni u l-involviment rikorrenti tas-sħab soċjali, il-maniġers u l-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom fl-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda jtejbu b’mod sinifikanti l-aċċettazzjoni u l-perċezzjonijiet pożittivi tal-użu tagħhom, jimmassimizzaw il-benefiċċji u jippermettu li kwalunkwe riskju relatat jiġi indirizzat matul iċ-ċiklu tal-ħajja teknoloġiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jammontaw għal 99 % tan-negozji kollha fl-Unjoni u billi kwalunkwe inizjattiva futura għandha tqis ir-riżorsi tekniċi, finanzjarji u amministrattivi limitati tagħhom, filwaqt li tipprovdi proporzjonalità, tipprevjeni piż amministrattiv bla bżonn u trawwem ambjent li jippermetti l-adozzjoni responsabbli tat-teknoloġiji diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi anqas minn nofs dawk li bħalissa għandhom impjieg jgħidu li l-impjegatur tagħhom infurmahom dwar l-użu tat-teknoloġiji diġitali, filwaqt li aktar minn nofs l-impjegaturi u l-maniġers jirrapportaw li għamlu dan; billi dan il-proporzjon jinkludi 16 % li jgħidu li ġew mgħarrfa b’dan, iżda mingħajr aktar dettalji, u 18 % li jirrapportaw li rċevew spjegazzjoni dettaljata, inkluża informazzjoni dwar il-benefiċċji, l-iżvantaġġi, u d-drittijiet tagħhom<FOOTNOTE><FIELD> https://europa.eu/eurobarometer/surveys/detail/3222.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-biċċa l-kbira taċ-ċittadini Ewropej jappoġġjaw ir-regoli dwar it-teknoloġiji diġitali fuq il-post tax-xogħol, b’aktar minn 80 % jappoġġjaw ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-privatezza tal-ħaddiema u 77 % jappoġġjaw l-involviment tal-ħaddiema fid-disinn u fl-adattament tat-teknoloġija;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza li kwalunkwe teknoloġija ġdida trid tiġi implimentata u tintuża bl-għan ġenerali li taqdi lin-nies u għandha tkun xprunata mill-prinċipji tal-“etika prestabbilita awtomatikament” u ta’ “prekawzjoni” kif ukoll minn approċċ iċċentrat fuq il-bniedem, ġestit min-nies u jibni fuq id-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza mill-bniedem previsti fl-Artikolu 14 tal-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u fl-Artikolu 22 tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifakkar li t-tranżizzjoni diġitali, inkluż l-użu dejjem akbar tal-IA u tal-ġestjoni algoritmika, għandha l-potenzjal li tiġġenera eżiti pożittivi għas-suq tax-xogħol u opportunitajiet ġodda ta’ impjieg; jinsab imħasseb, madankollu, dwar l-isfidi sinifikanti li din tippreżenta għall-ħaddiema, b’mod partikolari f’termini ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg; jenfasizza, għalhekk, li kwalunkwe inizjattiva ġdida dwar l-IA u l-ġestjoni algoritmika trid tiżgura impjiegi ta’ kwalità u tissalvagwardja l-benesseri tal-ħaddiema fl-era diġitali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tisħiħ tal-ħaddiema bil-ħiliet u bl-għarfien</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li teknoloġiji ġodda fuq il-post tax-xogħol jistgħu jikkostitwixxu vantaġġ importanti għall-kompetizzjoni u l-produttività, jappoġġjaw l-innovazzjoni u jistgħu jipprovdu redditu aħjar lill-kumpaniji li jużawhom; jissottolinja f’dan ir-rigward il-fatt li l-kumpaniji għandhom jitħeġġew jintegraw tali teknoloġiji b’mod responsabbli, trasparenti u inklużiv, b’rispett lejn il-privatezza tal-ħaddiema u l-protezzjoni tad-data, biex tinbena l-fiduċja fost il-ħaddiema; jisħaq li l-użu ta’ tali teknoloġiji fuq il-post tax-xogħol għandu jiġi ssorveljat b’mod metikoluż aktar milli ristrett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li l-intelliġenza artifiċjali tista’ sservi bħala faċilitatur ewlieni għall-intraprenditorija innovattiva, b’mod partikolari fl-appoġġ tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju biex jespandu, itejbu l-produttività u jikkompetu fl-ekonomija diġitali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, filwaqt li japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità u tal-vijabbiltà operazzjonali, jiffaċilitaw l-aċċess għal għodod, għarfien u infrastruttura relatati mal-IA għall-istart-ups u għan-negozji ż-żgħar, inkluż permezz ta’ programmi mmirati tal-Unjoni u appoġġ konsultattiv; jissottolinja li l-investiment fl-IA fil-livell tal-Unjoni jista’ jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u għall-bini ta’ ekosistema aktar reżiljenti u kompetittiva tal-intrapriżi mikro u żgħar madwar l-Unjoni; jilqa’ l-proġetti settorjali fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2025 bit-titolu “Strateġija għall-Applikazzjoni tal-IA”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-litteriżmu, l-edukazzjoni kif ukoll it-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet kontinwu fuq il-post tax-xogħol dwar it-teknoloġiji ġodda introdotti fuq il-post tax-xogħol, b’mod partikolari dawk li jaffettwaw direttament il-kompiti u l-prestazzjoni tal-ħaddiema, huma essenzjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati, il-benesseri, is-sikurezza, l-awtonomija u l-iżvilupp professjonali tal-ħaddiema, kif ukoll biex tissaħħaħ l-adattabbiltà ġenerali, u l-kompetittività tal-kumpaniji<FOOTNOTE><FIELD> Studji tal-każijiet: https://healthy-workplaces.osha.europa.eu/mt/media-centre/news/real-world-learnings-implementing-worker-management-through-ai.</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq li t-taħriġ huwa wkoll essenzjali għall-impjegaturi, il-maniġers u l-persuni l-oħra li jimplimentaw, jiżviluppaw u jissorveljaw l-użu ta’ sistemi bħal dawn ta’ kuljum; jenfasizza li l-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom, inklużi t-trade unions, għandhom jiġu informati u involuti fil-proċeduri għall-implimentazzjoni ta’ tali teknoloġiji, sabiex jagħtu riżultati tajbin, u jridu jingħataw biżżejjed żmien u appoġġ biex jiffamiljarizzaw ruħhom ma’ tali teknoloġiji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattiva tal-Unjoni tal-Ħiliet; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-pjan direzzjonali mistenni dwar il-Kwalità tal-Impjiegi jirrifletti bis-sħiħ il-ħtieġa ta’ titjib u tiġdid tal-ħiliet, u ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol kontinwi inkluż dwar l-IA u l-ġestjoni algoritmika permezz ta’ dritt individwali għat-taħriġ għall-ħaddiema kollha; jisħaq li l-inizjattivi rilevanti kollha li għandhom l-għan li jappoġġjaw lill-ħaddiema u lill-kumpaniji f’din it-tranżizzjoni jridu jagħtu prijorità lill-iżvilupp tal-ħiliet fl-IA u d-diġitalizzazzjoni sabiex isaħħu suq tax-xogħol u l-kompetittività globali tal-Ewropa; jisħaq li dawn l-inizjattivi jridu jiġu appoġġjati b’mod adegwat, inkluż permezz ta’ riżorsi finanzjarji suffiċjenti fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) fit-tħejjija kemm tal-forza tax-xogħol kurrenti kif ukoll dik futura, tal-impjegaturi u tal-maniġers, għat-tranżizzjoni diġitali permezz ta’ investiment immirat fl-iżvilupp tal-ħiliet, fit-taħriġ u fl-opportunitajiet ta’ impjieg inklużivi; jistieden lill-Kummissjoni żżomm u tkompli ssaħħaħ il-Fond fil-perjodu ta’ wara l-2027, b’mod li jiżgura l-aċċess għat-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet diġitali għall-ħaddiema kollha, b’attenzjoni partikolari għal dawk fis-setturi u r-reġjuni l-aktar affettwati mill-bidla teknoloġika, sabiex ikun jista’ jkompli jservi bħala strument ewlieni tal-Unjoni għall-appoġġ ta’ tranżizzjoni diġitali ġusta, inklużiva, innovattiva u kompetittiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jissottolinja li l-investiment pubbliku strateġiku fl-IA huwa essenzjali biex jikkomplementa l-innovazzjoni privata, jiżgura governanza etika u trasparenti tal-IA, u jiffaċilita l-aċċess ekwu għall-għodod u l-ħiliet diġitali fir-reġjuni kollha; iħeġġeġ lill-Istati Membri jaċċeleraw l-implimentazzjoni tal-miżuri relatati mal-IA fl-ambitu tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, sabiex jimmassimizzaw il-kontribut tal-Faċilità għal tranżizzjoni diġitali ġusta u kompetittiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jimmonitorjaw id-domanda u l-provvista fis-suq tax-xogħol, u jippromwovu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, l-impjegaturi u t-trade unions, sabiex jantiċipaw aħjar il-ħiliet futuri meħtieġa biex jitħaddan il-potenzjal tat-tranżizzjoni diġitali; jissottolinja li valutazzjoni bir-reqqa tal-ħiliet se tgħin lill-ħaddiema, lill-impjegaturi u lill-fornituri tat-taħriġ jidentifikaw il-ħtiġijiet ta’ titjib u tiġdid tal-ħiliet relatati mal-intelliġenza artifiċjali u l-ġestjoni algoritmika fuq il-post tax-xogħol; jisħaq li tali valutazzjoni għandha tkun prattika, aċċessibbli u adattata għar-realtajiet speċifiċi tal-SMEs, u sservi bħala bażi għal programmi ta’ taħriġ immirati li jkunu appoġġjati permezz ta’ finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni eżistenti; jilqa’ l-proposta għall-ħolqien ta’ Osservatorju Ewropew tal-Informazzjoni dwar il-Ħiliet; jisħaq li n-nuqqas kurrenti ta’ data diżaggregata rigward il-prevalenza u t-tip ta’ IA u ta’ sistemi ta’ ġestjoni algoritmika implimentati u l-kategoriji ta’ ħaddiema soġġetti għalihom ifixkel it-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb il-ġbir ta’ data f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza li, f’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tar-rispett għas-sistemi nazzjonali tar-relazzjonijiet industrijali, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lis-sħab soċjali jżommu, jinnegozjaw, jikkonkludu u jinfurzaw ftehimiet kollettivi bil-ħsieb li jimplimentaw jew jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet dwar l-IA u l-ġestjoni algoritmika stabbiliti fil-livell tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinsab imħasseb li l-użu tal-IA u tas-sistemi ta’ ġestjoni algoritmika qed jikkontribwixxi għat-tneħħija gradwali ta’ ċerti impjiegi fil-livell tad-dħul, li tradizzjonalment iservu bħala punt ta’ aċċess essenzjali għas-suq tax-xogħol, u jissottolinja l-fatt li hemm ir-riskju li dan jaffettwa b’mod sproporzjonat liż-żgħażagħ u lill-persuni li qed ifittxu impjieg għall-ewwel darba; jenfasizza li sabiex l-Unjoni taħsad il-benefiċċji tat-trasformazzjoni diġitali fuq il-post tax-xogħol, toħloq u ssawwar mill-ġdid l-impjiegi, hemm bżonn li jiġi żgurat li l-ħaddiema, inklużi l-ħaddiema fil-livell tad-dħul u dawk b’livell baxx ta’ ħiliet, ikollhom il-ħiliet meħtieġa biex jaħdmu fl-era diġitali; jissottolinja li l-impatt sħiħ u mhux magħruf tal-evoluzzjoni tal-IA u tal-ġestjoni algoritmika diġà qed jaffettwa tipi oħra ta’ xogħol u kategoriji oħra ta’ ħaddiema wkoll, inklużi l-impjiegi b’livell għoli ta’ ħiliet; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, biex jieħdu miżuri proattivi, inkluża l-integrazzjoni tat-taħriġ fil-ħiliet diġitali rilevanti fis-sistemi edukattivi nazzjonali fosthom il-kurrikula tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET), ħalli jiżguraw li ż-żgħażagħ li jidħlu fis-suq tax-xogħol jiġu appoġġjati b’mod adegwat u jingħataw opportunitajiet ta’ impjieg sinifikattivi, fl-ekonomija diġitali li qed tevolvi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ħolqien ta’ post tax-xogħol sikur u inklużiv</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jisħaq li l-użu dejjem akbar tat-teknoloġiji diġitali fuq il-post tax-xogħol jippreżenta kemm opportunitajiet kif ukoll sfidi, filwaqt li l-impatt sħiħ ta’ din it-tranżizzjoni għadu mhux magħruf; iqis, minn naħa waħda, li tali teknoloġiji jistgħu jżidu l-flessibbiltà u jippermettu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata permezz ta’ xogħol mill-bogħod u arranġamenti tax-xogħol flessibbli; jirrikonoxxi, minn naħa oħra, li dawn joħolqu bosta riskji għas-saħħa mentali tal-ħaddiema u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tagħhom billi jċajpru l-konfini bejn il-ħajja professjonali u dik privata minħabba pressjoni dejjem akbar fuq il-ħaddiema biex ikunu disponibbli fi kwalunkwe ħin; jissottolinja wkoll li l-ġestjoni algoritmika tinvolvi riskji għall-protezzjoni tad-data, inklużi sorveljanza żejda u l-monitoraġġ tal-ħaddiema barra mill-post tax-xogħol; jissottolinja l-fatt li, jekk ma jiġux ġestiti kif xieraq, tali żviluppi jistgħu jwasslu għal stress eċċessiv relatat max-xogħol, eżawriment, iż-żieda fir-riskji psikosoċjali relatati max-xogħol, it-telf ta’ awtonomija u sentiment dejjem akbar ta’ iżolament soċjali u professjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-ġestjoni algoritmika tista’ tkun sors ta’ diskriminazzjoni u preġudizzju detrimentali għall-ħaddiema u b’mod partikolari għall-ħaddiema nisa mingħajr sorveljanza mill-bniedem xierqa, u jenfasizza li t-tfassil, l-implimentazzjoni, u l-użu tal-IA u tas-sistemi ta’ ġestjoni algoritmika jridu jipprevjenu b’mod proattiv il-preġudizzji u d-diskriminazzjoni b’mod partikolari dawk ibbażati fuq il-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, l-età, id-diżabbiltà, l-orjentazzjoni sesswali, jew karatteristiċi protetti oħra, sabiex jiġu promossi u ssalvagwardjati l-ugwaljanza u d-diversità fuq il-post tax-xogħol; jinsab imħasseb li l-gruppi vulnerabbli għandhom anqas aċċess għal opportunitajiet ta’ impjieg relatati mal-IA u għal għodod tal-IA li jtejbu l-produttività fuq il-post tax-xogħol<FOOTNOTE><FIELD> https://www.oecd.org/content/dam/oecd/en/publications/reports/2024/10/who-will-be-the-workers-most-affected-by-ai_fb7fcccd/14dc6f89-en.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>, li jista’ jipprevjeni l-benefiċċji tal-IA milli jinqasmu b’mod wiesa’ u ġust;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-IA u l-ġestjoni algoritmika jistgħu jtejbu l-effiċjenzi, u jippermettu aġġustamenti individwalizzati fl-ambjenti tax-xogħol kif ukoll fil-kundizzjonijiet ġenerali tax-xogħol, iżda jistgħu wkoll iżidu l-pressjoni tal-prestazzjoni li tista’ twassal għal riskji serji għas-saħħa u s-sikurezza, bħal disturbi muskoloskeletali u kardjovaskulari jew eżawriment mentali jew fiżiku, li jwasslu biex il-ħaddiema jinjoraw jew ma jagħtux kas it-twissijiet tas-sikurezza, u b’hekk jiżdied b’mod sinifikanti r-riskju ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol; jisħaq li l-użu tal-IA u tas-sistemi ta’ ġestjoni algoritmika għandu jservi bħala għodda ta’ appoġġ b’valur miżjud reali għall-ħaddiema u li l-perspettivi tal-ħaddiema dwar l-inkorporazzjoni tagħha fl-ispazji tax-xogħol fil-biċċa l-kbira tagħhom mhumiex esplorati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li dawk ir-riskji jiġu mmonitorjati u indirizzati b’mod komprensiv u li kwalunkwe implimentazzjoni ġdida jew bidla sinifikanti fl-użu tal-għodod tal-IA jew tas-sistemi ta’ ġestjoni algoritmika fuq il-post tax-xogħol għandha tkun soġġetta għal valutazzjoni tas-saħħa u s-sikurezza, li tinkludi evalwazzjoni tar-riskju, miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni, taħt ir-responsabbiltà tal-impjegaturi, f’konformità mad-Direttiva 89/391/KEE u monitoraġġ kontinwu fid-dawl tal-aħħar għarfien xjentifiku, u li jiġu żgurati s-sorveljanza mill-bniedem u l-kontroll ta’ dawk il-valutazzjonijiet; iħeġġeġ l-iżvilupp, f’kooperazzjoni mas-sħab soċjali, f’livell xieraq, ta’ gwida speċifika għas-settur dwar l-implimentazzjoni responsabbli tal-IA fuq il-post tax-xogħol li tiżgura r-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-iskambju tal-aħjar prattiki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jissottolinja r-rwol kruċjali tad-djalogu soċjali u l-involviment attiv tal-ħaddiema u tar-rappreżentanti tagħhom f’konformità mad-Direttiva 2002/14/KE fl-implimentazzjoni, l-użu u l-evalwazzjoni tal-IA u tat-teknoloġiji ta’ ġestjoni algoritmika fuq il-post tax-xogħol, b’mod partikolari biex jitfassal l-użu f’setturi differenti; jisħaq li l-parteċipazzjoni sinifikanti tal-ħaddiema u tar-rappreżentanti tagħhom fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-istadji kollha kif ukoll l-għoti ta’ informazzjoni u konsultazzjoni dwar it-taħriġ fuq il-post tax-xogħol biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda mill-ħaddiema kollha, it-trawwim ta’ sens ta’ awtonomija, l-(awto)stima u l-fiduċja, jgħinu biex jittaffew ir-riskji tat-teknoloġiji l-ġodda u jwasslu għal integrazzjoni aħjar, aktar effettiva u ċċentrata fuq il-bniedem tal-IA fuq il-post tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa ta’ assenjazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet ta’ sorveljanza li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-użu tal-IA u tas-sistemi ta’ ġestjoni algoritmika fuq il-postijiet tax-xogħol f’konformità mal-prinċipju ta’ “bniedem fil-kontroll”, sabiex jiġu żgurati r-responsabbiltà u s-superviżjoni effettiva mill-bniedem, u l-ħaddiema jkunu jistgħu jidentifikaw il-punt ta’ kuntatt uman f’każ li jkollhom bżonn jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom; jisħaq li s-sorveljanza u r-rieżami effettivi mill-bniedem jirrikjedu kapaċità ġenwina ta’ fehim, monitoraġġ, u, fejn meħtieġ, intervent fl-operat tas-sistemi tal-IA, filwaqt li jitqiesu l-isfidi inerenti preżentati minn sistemi tal-IA kumplessi u mhux trasparenti, kif ukoll riskji ta’ preġudizzju fl-awtomatizzazzjoni; jissottolinja għalhekk li s-sorveljanza mill-bniedem ma tridx tkun biss eżerċizzju formalistiku, iżda salvagwardja aċċessibbli għall-verifika, l-ispjegazzjoni u l-korrezzjoni tad-deċiżjonijiet tal-IA u li tali punt ta’ kuntatt uman irid ikollu l-kompetenza, it-taħriġ u l-awtorità meħtieġa biex jeżerċita dik il-funzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jissottolinja li d-data personali tal-persuni li jwettqu xogħol tista’ tiġi aggregata f’bażi ta’ data kollettiva li tista’ tiġi pproċessata minn algoritmi, u għalhekk tirrikjedi protezzjoni tad-data fil-livell kollettiv ukoll;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jenfasizza l-potenzjal li l-IA u l-ġestjoni algoritmika jista’ jkollhom għall-inklużjoni tal-ħaddiema b’diżabbiltà fis-suq tax-xogħol; jirrikonoxxi, madankollu, li hemm sfidi partikolari li l-persuni b’diżabbiltà, il-ħaddiema akbar fl-età u l-individwi vulnerabbli jistgħu jiffaċċjaw biex jadattaw għat-teknoloġiji l-ġodda fuq il-post tax-xogħol; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji li jimplimentaw l-IA u s-sistemi ta’ ġestjoni algoritmika jintroduċu miżuri ta’ appoġġ inklużivi u mfassla apposta li jrawmu l-parteċipazzjoni akbar tal-persuni b’diżabbiltà fis-suq tax-xogħol u l-aċċess tagħhom għal teknoloġiji ġodda; jissottolinja li kulħadd għandu jibbenefika mill-avvanzi teknoloġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu d-dritt għal arranġament raġonevoli u effettiv għall-persuni b’diżabbiltà f’konformità mad-Direttiva 2000/78/KE, u jirrispettaw l-awtorità aħħarija tagħhom biex jiddeterminaw jekk it-teknoloġiji ta’ assistenza bbażati fuq l-IA fuq il-post tax-xogħol humiex adattati għall-ħtiġijiet individwali tagħhom; jisħaq, f’dan il-kuntest, l-importanza tal-metodi ta’ ħidma flessibbli u tat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll tal-opportunitajiet effettivi biex jiġi implimentat l-użu ta’ teknoloġija ta’ assistenza f’konsultazzjoni mal-persuni b’diżabbiltà u r-rappreżentanti tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-impatt tal-użu tal-IA fuq il-post tax-xogħol fir-reviżjoni li jmiss tal-Istrateġija tal-Unjoni dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Żgurar ta’ ambjent regolatorju li jibqa’ validu fil-futur</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jisħaq li jekk l-Unjoni għandha l-għan li tkun fuq quddiem nett tat-tranżizzjoni diġitali, jeħtiġilha tmexxi bl-eżempju billi tistabbilixxi standards għoljin għall-implimentazzjoni tal-IA u tal-ġestjoni algoritmika fuq il-post tax-xogħol, inklużi regoli ċari dwar it-trasparenza u s-sorveljanza mill-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar li l-acquis eżistenti tal-Unjoni jikkostitwixxi element kostitwenti importanti fir-regolamentazzjoni tal-ġestjoni algoritmika u tal-użu tal-IA fuq il-post tax-xogħol; jilqa’ f’dan ir-rigward, id-Direttiva dwar ix-Xogħol fuq il-Pjattaformi, li tintroduċi, fost l-oħrajn, regoli dwar it-trasparenza, il-protezzjoni tad-data, is-sorveljanza u r-rieżami mill-bniedem, l-informazzjoni u l-konsultazzjoni u s-saħħa u s-sikurezza f’setturi fejn tali teknoloġiji qed isawru dejjem aktar id-deċiżjonijiet dwar ix-xogħol, u l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u jfakkar fir-Regolament (UE) 2016/679; jisħaq, madankollu, li minkejja dan il-qafas leġiżlattiv, għad hemm għadd ta’ lakuni fir-rigward tal-protezzjoni, id-drittijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema rigward l-użu ta’ tali għodod fuq il-post tax-xogħol inkluż ir-rispett tad-data personali u l-privatezza, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u d-dritt għall-iskonnessjoni; jenfasizza li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar ix-Xogħol fuq il-Pjattaformi dwar il-ġestjoni algoritmika (b’mod partikolari d-drittijiet tal-ħaddiema għat-trasparenza, ir-rieżami mill-bniedem, l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema u l-OSH) japplikaw biss għall-persuni li jagħmlu xogħol fuq il-pjattaformi, filwaqt li jħallu lill-ħaddiema l-oħra li jkunu dejjem aktar soġġetti għal ġestjoni algoritmika anqas protetti; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat trattament ugwali tal-ħaddiema kollha u li l-inizjattivi futuri jkunu koerenti mal-qafas protettiv stabbilit mid-Direttiva dwar ix-Xogħol fuq il-Pjattaformi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji u l-istituzzjonijiet pubbliċi Ewropej ikollhom aċċess għal għodod tal-IA affidabbli u sovrani, żviluppati f’konformità mal-valuri demokratiċi Ewropej, filwaqt li jevitaw lock-in teknoloġiku ma’ fornituri minn ġuriżdizzjonijiet mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-implimentazzjoni ta’ sistemi algoritmiċi fuq il-post tax-xogħol tagħti prijorità lill-użu ta’ teknoloġiji żviluppati, imħarrġa u ospitati fi ħdan l-Unjoni Ewropea, sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet fundamentali, il-protezzjoni tad-data, iċ-ċibersigurtà u l-awtonomija strateġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jissottolinja li r-rispons regolatorju fil-livell Ewropew għandu jiġi kkunsidrat bir-reqqa u jkun ippreċedut b’analiżi tal-leġiżlazzjoni eżistenti, żviluppat f’kooperazzjoni mas-sħab soċjali u li jirrispetta s-sussidjarjetà, sabiex tiġi żgurata soluzzjoni armonizzata b’livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħaddiema madwar l-Unjoni u kundizzjonijiet ekwi fis-suq intern, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-oqfsa legali Ewropej u nazzjonali eżistenti; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat ambjent regolatorju prevedibbli sabiex jiġu promossi l-innovazzjoni, il-kompetittività u l-kompetizzjoni ġusta; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe leġiżlazzjoni u inizjattiva relatati mal-ġestjoni algoritmika fuq il-post tax-xogħol jevitaw id-duplikazzjoni jew it-trikkib mal-istrumenti rilevanti eżistenti tal-Unjoni u ma jimponux piż amministrattiv bla bżonn, speċjalment għall-SMEs, inaqqsu l-kostijiet u jiffaċilitaw il-konformità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-kumpaniji, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), diġà qed jiffaċċjaw sfidi sinifikanti biex jinnavigaw qafas regolatorju diverġenti u dejjem aktar kumpless; jenfasizza l-ħtieġa ta’ gwida, għodod, u mekkaniżmi ta’ appoġġ imfassla apposta biex jgħinu lill-SMEs jimplimentaw ir-rekwiżiti kollha b’mod effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt komplementata minn test tal-Kompetittività u tal-SMEs u tissottometti abbażi tal-Artikoli 153(2), il-punt (b), flimkien mal-Artikolu 153(1), il-punt (b), u l-Artikolu 16(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u tar-riżultat tal-passi msemmija hawn fuq, proposta dwar il-ġestjoni algoritmika fuq il-post tax-xogħol, skont ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ dan id-dokument, li tindirizza l-lakuni li fadal fil-leġiżlazzjoni eżistenti, tevita l-ħolqien ta’ strumenti legali mrikkbin u ttejjeb l-armonizzazzjoni tas-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Iqis li kwalunkwe implikazzjoni finanzjarja tal-proposti mitluba għandha tkun koperta minn allokazzjonijiet baġitarji eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-anness lill-Kummissjoni u lill-Kunsill kif ukoll lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI:</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA</STRING></STI>
Il-Parlament Ewropew iqis li, jekk il-Kummissjoni, wara li twettaq valutazzjoni tal-impatt, komplementata minn Test tal-Kompetittività u tal-SMEs, tissottometti proposta dwar il-ġestjoni algoritmika fuq il-post tax-xogħol, għandhom jiġu inkorporati r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

<STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjoni 1</STRING>

<STRING ITALIC="on">Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni</STRING>

L-għan tal-proposta għandu jkun li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u li jiġu promossi l-implimentazzjoni u l-użu trasparenti, ġusti, responsabbli u sikuri ta’ sistemi awtomatizzati għall-monitoraġġ u t-teħid ta’ deċiżjonijiet użati biex jittieħdu jew jappoġġjaw deċiżjonijiet fuq il-post tax-xogħol, filwaqt li tiġi żgurata s-sorveljanza mill-bniedem, il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema, u l-protezzjoni tal-ħaddiema fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom.

Din il-proposta għandha tapplika għal kull ħaddiem u impjegatur fl-Unjoni. Il-ħaddiema f’relazzjoni kuntrattwali ma’ intermedjarju għandhom igawdu l-istess livell ta’ protezzjoni bħall-ħaddiema b’relazzjoni kuntrattwali diretta mal-impjegatur tagħhom.

Il-proposta għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità u għandha tiżgura li l-piż amministrattiv u regolatorju impost ikun xieraq għad-daqs tal-impjegatur u r-riżorsi għad-dispożizzjoni tiegħu, in-natura tat-teknoloġiji użati, u l-livell tar-riskju involut, b’mod partikolari fir-rigward tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju.

<STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjoni 2</STRING>

<STRING ITALIC="on">Definizzjonijiet</STRING>

Il-proposta għandha tipprevedi d-definizzjoni li ġejja:

il-“ġestjoni algoritmika” għandha tiġi definita bħala sistemi awtomatizzati ta’ monitoraġġ u sistemi awtomatizzati għat-teħid ta’ deċiżjonijiet, f’konformità mad-Direttiva dwar ix-Xogħol fuq il-Pjattaformi.<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/2831 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2024 dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fix-xogħol fuq il-pjattaformi (ĠU L, 2024/2831, 11.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/2831/oj).</FIELD></FOOTNOTE>.

Il-proposta għandha tipprovdi wkoll id-definizzjonijiet ta’: “ħaddiem”, “impjegatur”, “rappreżentanti tal-ħaddiema” u “post tax-xogħol” f’konformità mal-liġi tax-xogħol tal-Unjoni inkluża l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, biex jiġu evitati d-diskrepanzi.

<STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjoni 3</STRING>

<STRING ITALIC="on">Trasparenza u dritt għall-informazzjoni</STRING>

Il-proposta għandha tiżgura li l-impjegaturi jipprovdu lill-ħaddiema affettwati u lir-rappreżentanti tal-ħaddiema kkonċernati informazzjoni, bil-miktub u f’format aċċessibbli, dwar l-użu jew l-użu ppjanat ta’ sistemi għal ġestjoni algoritmika fuq il-post tax-xogħol.

Tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’konformità mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data <FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> u għandha tinkludi:

<NO.P>(a)</NO.P>dikjarazzjoni ċara li s-sistemi ta’ ġestjoni algoritmika qed jintużaw jew beħsiebhom jiġu introdotti biex jieħdu deċiżjonijiet b’mod awtomatizzat jew semiawtomatizzat, inkluża deskrizzjoni ġenerali tal-fini u d-deċiżjonijiet meħuda jew appoġġjati minn dawk is-sistemi, tal-funzjonament tagħhom u tal-ħaddiema u l-proċessi affettwati minnhom, fejn in-natura ta’ tali informazzjoni tkun proporzjonali u limitata għal dak li huwa meħtieġ biex il-ħaddiema jwettqu xogħolhom, ħalli jifhmu kif is-sistemi algoritmiċi jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet li jaffettwawhom, u ħalli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom;

<NO.P>(b)</NO.P>l-impatt ta’ tali sistemi fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-istatus fl-impjieg tal-ħaddiema;

<NO.P>(c)</NO.P>il-kategoriji ta’ data miġbura jew ipproċessata b’xi mod ieħor minn tali sistemi fir-rigward tal-ħaddiema, il-fini tal-ipproċessar tad-data u d-dettalji tal-persuni li lilhom tiġi ttrasferita d-data;

<NO.P>(d)</NO.P>il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza mill-bniedem;

<NO.P>(e)</NO.P>miżuri ta’ taħriġ u appoġġ għall-ħaddiema affettwati direttament.

L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol tal-ħaddiema affettwati, qabel l-introduzzjoni ta’ bidliet li jaffettwaw b’mod sostanzjali l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, u fi kwalunkwe ħin fuq talba tal-ħaddiema jew tar-rappreżentanti tal-ħaddiema.

L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b’mod ċar, trasparenti u aċċessibbli u li jinftiehem faċilment, bl-użu ta’ lingwaġġ sempliċi, li jkun adattat għal-livell ta’ litteriżmu diġitali raġonevolment mistenni mill-ħaddiema, u għandha tkun aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà. L-awtoritajiet kompetenti u r-rappreżentanti tal-ħaddiema għandu jkollhom id-dritt li jitolbu kjarifiki u dettalji addizzjonali rigward kwalunkwe informazzjoni pprovduta.

Il-kandidati li jkunu għaddejjin minn proċedura ta’ reklutaġġ għandhom jirċievu informazzjoni rilevanti dwar is-sistemi awtomatizzati għat-teħid ta’ deċiżjonijiet użati matul il-proċedura ta’ reklutaġġ fiż-żmien meta japplikaw għal post vakanti. Il-ħaddiema għandhom jiġu pprovduti b’għodod għall-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tagħhom ta’ aċċess għad-data u tad-drittijiet tagħhom għall-portabbiltà tad-data.

<STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjoni 4</STRING>

<STRING ITALIC="on">Konsultazzjoni</STRING>

Il-proposta għandha tiżgura li l-implimentazzjoni u l-użu ta’ sistemi ġodda ta’ ġestjoni algoritmika, jew l-aġġornamenti għas-sistemi eżistenti, li jaffettwaw direttament ir-remunerazzjoni, l-evalwazzjoni, l-arranġamenti tax-xogħol, l-allokazzjoni tal-kompiti jew il-ħin tax-xogħol tal-ħaddiema, jitqiesu bħala deċiżjonijiet li x’aktarx iwasslu għal bidliet sostanzjali fl-organizzazzjoni tax-xogħol jew fir-relazzjonijiet kuntrattwali u bħala tali huma soġġetti għal konsultazzjoni skont l-Artikolu 4(2), il-punt (c), tad-Direttiva 2002/14/KE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea - Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentanza tal-ħaddiema (ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29).</FIELD></FOOTNOTE>, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2009/38/KE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati (ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28).</FIELD></FOOTNOTE>.

Tali konsultazzjoni għandha titwettaq fir-rigward ta’:

<NO.P>(a)</NO.P>l-objettivi tal-implimentazzjoni jew tal-aġġornament, il-proċessi tax-xogħol u l-ħaddiema affettwati;

<NO.P>(b)</NO.P>l-ammont ta’ xogħol, l-intensità tax-xogħol, l-iskedar, il-ħin tax-xogħol, il-flessibbiltà, ir-remunerazzjoni, il-kontenut tal-impjieg, l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni jew ir-relazzjonijiet kuntrattwali;

<NO.P>(c)</NO.P>l-effetti fuq is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali;

<NO.P>(d)</NO.P>it-tipi ta’ data miġbura;

<NO.P>(e)</NO.P>il-miżuri fis-seħħ biex jiġi pprevenut, identifikat, immitigat u kkoreġut il-preġudizzju jew l-eżiti diskriminatorji;

<NO.P>(f)</NO.P>il-mekkaniżmi ta’ sorveljanza u rieżami mill-bniedem;

<NO.P>(g)</NO.P>il-miżuri ta’ taħriġ u appoġġ, inkluża l-assistenza ta’ esperti, għall-ħaddiema u l-maniġers li jimplimentaw u jużaw tali sistemi.

<STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjoni 5</STRING>

<STRING ITALIC="on">Prattiki projbiti</STRING>

Il-proposta għandha tipprojbixxi l-ġbir, il-ħżin, il-monitoraġġ, il-bejgħ jew kwalunkwe pproċessar ieħor ta’:

<NO.P>(a)</NO.P>stati emozzjonali, psikoloġiċi jew newroloġiċi, attività konjittiva jew data bijometrika tal-ħaddiema;

<NO.P>(b)</NO.P>komunikazzjonijiet privati, inklużi skambji ma’ ħaddiema oħra u ma’ rappreżentanti tal-ħaddiema, ħlief meta tali pproċessar ikun legali f’konformità mal-Artikolu 6(1), il-punt (c) jew (d) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data;

<NO.P>(c)</NO.P>data tal-ħaddiema waqt li jkunu barra mix-xogħol, meta ma jkunux qed joffru jew iwettqu xogħol jew fi spazji privati, traċċar tal-ġeolokalizzazzjoni f’ħin reali barra mill-ħinijiet tax-xogħol jew lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti;

<NO.P>(d)</NO.P>data għat-tbassir tal-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali, inkluża l-libertà ta’ assoċjazzjoni, id-dritt ta’ negozjar u azzjoni kollettivi jew id-dritt għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni;

<NO.P>(e)</NO.P>kategoriji speċjali ta’ data personali f’konformità mal-Artikolu 9(1) tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data kif ukoll inferenzi dwar tali kategoriji.

Dawk il-prattiki projbiti għandhom ukoll japplikaw matul il-proċedura ta’ reklutaġġ.

<STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjoni 6</STRING>

<STRING ITALIC="on">Sorveljanza u rieżami mill-bniedem</STRING>

Il-proposta għandha tiżgura sorveljanza kontinwa, sinifikanti u effettiva mill-bniedem f’kull ħin fuq id-deċiżjonijiet kollha meħuda jew appoġġjati minn sistemi ta’ ġestjoni algoritmika. Din għandha wkoll tiżgura li l-impjegaturi jiddeżinjaw u jinformaw lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tagħhom dwar l-entitajiet responsabbli għall-monitoraġġ tal-funzjonament u tal-impatt ta’ tali sistemi u għar-rieżami tad-deċiżjonijiet tagħhom. Il-persuni responsabbli għas-sorveljanza u l-evalwazzjoni għandu jkollhom il-kompetenza, it-taħriġ u l-awtorità meħtieġa biex jeżerċitaw dawk il-funzjonijiet, inkluża l-awtorità li jannullaw deċiżjonijiet awtomatizzati.

Il-proposta għandha tiżgura li l-ħaddiema jkollhom id-dritt li jiksbu mingħand l-impjegatur, fi żmien raġonevoli, spjegazzjoni orali jew bil-miktub sinifikanti u li tinftiehem rigward kwalunkwe deċiżjoni meħuda jew appoġġjata b’mod sostanzjali minn ġestjoni algoritmika li taffettwa l-aspetti essenzjali tal-impjieg tagħhom, inkluża l-allokazzjoni tal-kompiti, l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni, l-iskedar tal-ħin tax-xogħol, ir-remunerazzjoni, u l-miżuri dixxiplinari, fejn kwalunkwe deċiżjoni relatata ma’ tali kwistjonijiet tkun ittieħdet jew tkun ġiet influwenzata b’mod sostanzjali minn sistema algoritmika. Jekk il-ħaddiem/a tħoss li d-drittijiet tagħha nkisru bid-deċiżjonijiet meħuda jew kienu appoġġjati b’mod sostanzjali mis-sistemi ta’ ġestjoni algoritmika, din għandu jkollha d-dritt li titlob rieżami ta’ dik id-deċiżjoni.

Fejn, bħala riżultat ta’ rieżami mill-bniedem, deċiżjoni individwali meħuda jew appoġġjata minn ġestjoni algoritmika tinstab li tkun kisret id-drittijiet ta’ ħaddiem, l-impjegatur għandu jieħu l-passi meħtieġa, inkluża, jekk xierqa, il-modifika tas-sistema ta’ ġestjoni algoritmika jew il-waqfien tal-użu tagħha, u kumpens adegwat għad-dannu mġarrab.

Id-deċiżjonijiet dwar il-bidu jew it-terminazzjoni tal-impjieg, it-tiġdid jew in-nuqqas ta’ tiġdid ta’ ftehim kuntrattwali, jew kwalunkwe bidla fir-remunerazzjoni jew azzjoni dixxiplinarja għandhom dejjem jittieħdu minn bniedem u għandhom ikunu soġġetti għal rieżami mill-bniedem.

Il-proposta għandha tiżgura li l-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom ikunu jistgħu jitolbu lill-impjegatur biex jiskatta rieżami tal-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni algoritmika fis-seħħ fejn ikun hemm tħassib ġustifikat li tali sistemi juru preġudizzji, diskriminazzjoni jew problemi sistemiċi, jew joħolqu theddida għall-benesseri mentali jew fiżiku tal-ħaddiema jew għas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol.

<STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjoni 7</STRING>

<STRING ITALIC="on">Saħħa u sikurezza okkupazzjonali</STRING>

Il-proposta għandha tiżgura li l-impjegaturi jintegraw, f’kooperazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, l-evalwazzjoni tar-riskji tas-sistemi ta’ ġestjoni algoritmika fis-sistemi tas-sikurezza u tas-saħħa tagħhom, fir-rigward tar-riskji possibbli ta’ aċċidenti relatati max-xogħol, riskji psikosoċjali u ergonomiċi kif ukoll pressjoni żejda fuq il-ħaddiema.

L-impjegaturi għandhom jużaw sistemi ta’ ġestjoni algoritmika b’mod li jirrispetta l-benesseri tal-ħaddiema u ma jpoġġix f’riskju s-sikurezza tagħhom jew is-saħħa fiżika u mentali tagħhom. Dawn għandhom jieħdu azzjonijiet ta’ mitigazzjoni fejn xieraq.

<STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjoni 8</STRING>

<STRING ITALIC="on">Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti</STRING>

Il-proposta għandha tiżgura li l-ispettorati tax-xogħol jew awtoritajiet kompetenti nazzjonali oħra bħall-korpi tal-ugwaljanza, fejn xieraq, jissorveljaw l-użu sikur, trasparenti u nondiskriminatorju tas-sistemi ta’ ġestjoni algoritmika fuq il-post tax-xogħol.

L-ispettorati tax-xogħol għandhom jingħataw il-kompitu li jimmonitorjaw, jikkontrollaw u jivvalutaw is-sikurezza tas-sistemi algoritmiċi użati f’kuntesti ta’ impjieg, b’mod partikolari fir-rigward tal-impatt ta’ dawk is-sistemi fuq is-saħħa fiżika u mentali tal-ħaddiema u d-drittijiet fundamentali ta’ dawk il-ħaddiema.

L-ispettorati tax-xogħol għandhom jingħataw riżorsi, setgħat, għarfien espert tekniku u taħriġ xieraq adegwati biex iwettqu b’mod effettiv il-funzjonijiet tagħhom mingħajr ma jidduplikaw il-kontrolli jew il-mekkaniżmi ta’ konformità eżistenti skont il-liġi nazzjonali. Fuq talba, għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar l-użu tal-ġestjoni algoritmika fil-postijiet tax-xogħol.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw gwida mfassla apposta u mekkaniżmi ta’ appoġġ dedikati biex jassistu lill-SMEs ħalli jifhmu u jimplimentaw b’mod effettiv kwalunkwe obbligu relatat mas-sistemi awtomatizzati ta’ monitoraġġ u għat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

<STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjoni 9</STRING>

Infurzar

Il-proposta għandha tipprevedi li l-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom u s-sħab soċjali jikkooperaw, jikkondividu l-aħjar prattiki sabiex jibnu l-kapaċitajiet, u jiżguraw infurzar effettiv.

Il-proposta għandha tiżgura li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ikunu protetti kontra trattament negattiv, ritaljazzjoni u tkeċċija u jkollhom aċċess għal evidenza fi proċedimenti amministrattivi u ġudizzjarji.

<STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjoni 10</STRING>

<STRING ITALIC="on">Superviżjoni</STRING>

Il-proposta għandha tiżgura li l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data stabbiliti skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data jimmonitorjaw ukoll l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-ipproċessar tad-data f’kuntesti ta’ impjieg, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali tax-xogħol u awtoritajiet kompetenti oħra.

<STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjoni 11</STRING>

<STRING ITALIC="on">Nonrigressjoni u dispożizzjonijiet aktar favorevoli</STRING>

Ir-regoli u s-salvagwardji li jirriżultaw minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jipprovdu livell ta’ protezzjoni li jkun mill-anqas ekwivalenti għal dak previst mid-dritt eżistenti tal-Unjoni, inklużi d-Direttiva dwar ix-Xogħol fuq il-Pjattaformi, l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, l-Att dwar is-Servizzi Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, u r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Il-proposta ma għandhiex tikkostitwixxi raġuni valida biex jitnaqqas il-livell ġenerali ta’ protezzjoni diġà mogħti lill-ħaddiema fi ħdan l-Istati Membri.

Il-proposta għandha tiżgura li l-Istati Membri u s-sħab soċjali jibqgħu liberi li jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli.
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>