<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0338</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi: Għal Abort Sikur u Aċċessibbli”</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0558/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2025 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej intitolata “Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi: Għal Abort Sikur u Aċċessibbli” (2025/3007(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej intitolata “Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi: Għal Abort Sikur u Aċċessibbli” (ECI(2024)000004),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1158 tal-10 ta’ April 2024 dwar it-talba għar-reġistrazzjoni, skont ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi: Għal Abort Sikur u Aċċessibbli<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1158, 19.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1158/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 9, l-Artikolu 19, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24, u l-Artikoli 168(5) u (7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3 u 11(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 1, 3, 4 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-1950,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing tal-1995,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Novembru 2020 dwar il-projbizzjoni <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tad-dritt għall-abort fil-Polonja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 425, 20.10.2021, p. 147.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-UE, fil-kuntest tas-saħħa tan-nisa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 81, 18.2.2022, p. 43.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar l-ewwel anniversarju tal-projbizzjoni <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-abort fil-Polonja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 205, 20.5.2022, p. 44.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2022 dwar l-impatt tal-gwerra kontra l-Ukrajna fuq in-nisa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 155.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar theddid globali għad-dritt għall-abort: il-possibbiltà li l-Qorti Suprema tirrevoka d-dritt għall-abort fl-Istati Uniti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 493, 27.12.2022, p. 120.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2022 dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-Istati Uniti biex tabolixxi d-drittijiet tal-abort fl-Istati Uniti u l-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-abort u s-saħħa tan-nisa, inkluż fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 47, 7.2.2023, p. 268.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar proposti tal-Parlament Ewropew għar-reviżjoni tat-Trattati<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/4216, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4216/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Frar 2024 intitolata “Ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2023 dwar l-Istat tad-Dritt”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6743, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6743/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ April 2024 dwar l-inklużjoni tad-dritt għall-abort fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/1279, 13.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1279/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida tad-WHO tal-2015 intitolati “Safe abortion: technical and policy guidance for health systems” (Abort sikur: gwida teknika u politika għas-sistemi tas-saħħa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istrateġija tad-WHO 2017-2021 dwar is-saħħa u l-benessri tan-nisa fir-reġjun Ewropew tad-WHO u r-rapport assoċjat intitolat “Women’s health and well-being in Europe: beyond the mortality advantage” (Is-saħħa u l-benessri tan-nisa fl-Ewropa: lil hinn mill-vantaġġ tal-mortalità), it-tnejn ippubblikati fit-30 ta’ Settembru 2016,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pjan ta’ azzjoni tad-WHO intitolat “Action plan for sexual and reproductive health: towards achieving the 2030 Agenda for Sustainable Development in Europe – leaving no one behind” (Pjan ta’ azzjoni għas-saħħa sesswali u riproduttiva: lejn il-kisba tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli fl-Ewropa – ħadd ma jitħalla jibqa’ lura”, ippubblikat fit-12 ta’ Settembru 2016,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida tad-WHO dwar il-kura f’każ ta’ abort, ippubblikata fit-8 ta’ Marzu 2022, u t-tieni edizzjoni tagħha, ippubblikata fl-24 ta’ Awwissu 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2020 intitolata “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-2020-2025” (COM(2020)0152),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2020 intitolata “Unjoni tal-Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025” (COM(2020)0698),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2025 intitolata “Unjoni tal-Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ+ 2026-2030” (COM(2025)0725),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali tal-UE tal-2025 għad-Drittijiet tan-Nisa (COM(2025)0097) u l-anness tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45, ELI:. http://data.europa.eu/eli/dir/2011/24/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa riproduttiva, inkluża s-sentenza tagħha tas-16 ta’ Diċembru 2010 f’<STRING ITALIC="on">A, B u C</STRING> vs <STRING ITALIC="on">L-Irlanda</STRING> (Applikazzjoni Nru 25579/05), is-sentenza tagħha tat-30 ta’ Ottubru 2012 f’<STRING ITALIC="on">P. u S.</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Polonja</STRING> (Applikazzjoni Nru 57375/08) u s-sentenza tagħha tal-25 ta’ Lulju 2017 f’<STRING ITALIC="on">Carvalho Pinto de Sousa Morais</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Portugall</STRING> (Applikazzjoni Nru 17484/15),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport taċ-Ċentru għad-Drittijiet Riproduttivi tat-23 ta’ Settembru 2025 intitolat “Europe abortion laws 2025 – policies, progress and challenges” (Il-liġijiet tal-Ewropa dwar l-abort – politiki, progress u sfidi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument tal-Forum Parlamentari Ewropew għad-Drittijiet Sesswali u Riproduttivi intitolat “Contraception Policy Atlas Europe 2025”, ippubblikat fl-14 ta’ Frar 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 228(8) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (IĊE) hija għodda għaċ-ċittadini tal-UE biex jitolbu lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni ġdida; billi meta IĊE tiġbor mill-inqas miljun firma, il-Kummissjoni jeħtiġilha, fi żmien sitt xhur mill-validazzjoni tal-IĊE, tispjega liema azzjonijiet biħsiebha tieħu b’reazzjoni għal dan;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi “Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi” huwa moviment taċ-ċittadini li jlaqqa’ flimkien aktar minn 300 organizzazzjoni minn madwar l-Ewropa kollha; billi l-moviment jistieden lill-UE tiżgura abort sikur u aċċessibbli għal kulħadd u jitlob li l-UE tgħaddi leġiżlazzjoni li toħloq mekkaniżmu finanzjarju biex tgħin lill-Istati Membri li jissieħbu volontarjament fil-mekkaniżmu biex jipprovdu kura sikura għall-abort għal dawk kollha li ma għandhomx aċċess għalih;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, fid-Deċiżjoni (UE) 2024/1158 dwar ir-reġistrazzjoni tal-IĊE, il-Kummissjoni ddikjarat li “jidher li ma hemm l-ebda interferenza mmirata sempliċi mal-kompetenzi tal-Istati Membri biex jiddefinixxu l-politika tas-saħħa tagħhom stess u l-organizzazzjoni tas-servizzi tas-saħħa tagħhom bis-sempliċi fatt li jipprovdu appoġġ finanzjarju biex jipprovdu dan it-tip ta’ servizz tas-saħħa”;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati (SRHR), inkluża l-kura għal abort sikur, aċċessibbli universalment u legali, jikkostitwixxi dritt fundamentali; billi l-projbizzjoni tal-aċċess għall-kura riproduttiva ma tnaqqasx il-ħtieġa ta’ kura f’każ ta’ abort, iżda pjuttost iżżid ir-rikors għal abort mhux sikur, li għandu impatt negattiv fuq ħafna oqsma tal-ħajja tan-nisa u tal-bniet, inklużi l-fertilità u l-mortalità tagħhom, jew iġiegħel lill-pazjenti jivvjaġġaw barra mill-pajjiż biex jiksbu kura legali f’każ ta’ abort;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi jeħtieġ li l-kapaċità li l-individwi jeżerċitaw l-awtonomija riproduttiva tagħhom, inkluż id-dritt tagħhom li jiddeċiedu liberament u b’mod responsabbli jekk, meta u kif ikollhom it-tfal, tiġi garantita sabiex l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-bniedem tinkiseb għal kulħadd fl-Ewropa; billi d-dritt għall-integrità fiżika u l-awtonomija jrid jiġi rrispettat u ggarantit bis-sħiħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi skont il-Kumitat tan-NU għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, id-dritt tan-nisa għas-saħħa jinkludi d-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom, u, fir-Rakkomandazzjoni Ġenerali tiegħu Nru 35, il-Kumitat jiddikjara li “l-ksur tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi tan-nisa, bħall-isterilizzazzjoni furzata, l-abort furzat, it-tqala furzata, il-kriminalizzazzjoni tal-abort, iċ-ċaħda jew id-dewmien ta’ abort sikur jew il-kura ta’ wara l-abort, il-kontinwazzjoni furzata tat-tqala, u l-abbuż u t-trattament ħażin tan-nisa u l-bniet li jfittxu informazzjoni, oġġetti u servizzi dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva, huma forom ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru li, skont iċ-ċirkostanzi, jistgħu jammontaw għal tortura jew trattament krudili, inuman jew degradanti”; billi l-Kumitat iħeġġeġ lill-Istati jirrevokaw il-liġijiet li jikkriminalizzaw l-abort; billi l-WHO u l-korpi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jistiednu lill-pajjiżi jillegalizzaw l-abort fuq talba u jeliminaw ostakli bla bżonn u dannużi li jdewmu jew jipprevjenu l-aċċess f’waqtu għall-kura f’każ ta’ abort;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati huma inklużi fil-miri tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, speċifikament il-Mira 3.7 dwar l-iżgurar ta’ aċċess universali għas-servizzi tal-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, u l-Mira 5.6 dwar l-iżgurar ta’ aċċess universali għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi huwa essenzjali li jiġu ssodisfati s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati biex tinżamm id-dinjità tal-bniedem u peress li dan huwa intrinsikament marbut mal-ġlieda kontra l-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, mal-ksib tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u mal-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem oħra bħad-dritt għall-ħajja, għas-saħħa, għall-privatezza, għas-sigurtà tal-persuna, għan-nondiskriminazzjoni, għall-ugwaljanza quddiem il-liġi u għall-ħelsien mit-tortura u minn trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ kapaċità ta’ aċċess għal abort aċċessibbli universalment, sikur u legali jirrestrinġi direttament id-drittijiet tan-nisa, inklużi d-drittijiet tagħhom għall-awtodeterminazzjoni, l-integrità fiżika u mentali, is-saħħa, l-edukazzjoni u x-xogħol; billi r-restrizzjoni ta’ tali drittijiet tirreduċi lin-nisa sempliċiment għar-rwol ta’ prokreazzjoni tagħhom u b’hekk toħloq diskriminazzjoni abbażi tas-sess;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi ħafna Stati Membri tal-UE ħadu passi leġiżlattivi sinifikanti biex javvanzaw l-aċċess għall-abort billi jneħħu l-ostakli proċedurali u regolatorji dannużi u jabolixxu l-pieni kriminali; billi, madankollu, żewġ Stati Membri għadhom ma jippermettux l-abort fuq talba, tmien Stati Membri jżommu perjodu ta’ stennija obbligatorju u diversi Stati Membri jew ma jirrimborżawx jew ma jissussidjawx il-kura f’każ ta’ abort jew joffru biss kopertura limitata; billi 11-il pajjiż fl-Ewropa ma jipprovdux abort mediku (jiġifieri abort mhux kirurġiku) u ħamsa biss jippermettu kura f’każ ta’ abort permezz tat-telemediċina; billi l-limiti ta’ żmien għall-abort fuq talba jvarjaw b’mod sinifikanti fl-Ewropa, u jvarjaw minn 10 ġimgħat sa 24 ġimgħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi xi Stati Membri għadhom iżommu ostakli rigressivi għall-aċċess għall-abort, inklużi konsulenza obbligatorja, għażla għall-professjonisti mediċi li jirrifjutaw li jipprovdu kura f’każ ta’ abort, ultrasounds obbligatorji, nuqqas ta’ kopertura finanzjarja, awtorizzazzjonijiet obbligatorji ta’ partijiet terzi, restrizzjonijiet fuq ir-raġunijiet għall-kura f’każ ta’ abort u restrizzjonijiet fuq il-metodi ta’ abort; billi xi Stati Membri saħansitra introduċew ostakli bħal dawn reċentement;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi d-data turi li l-biċċa l-kbira tal-aborti jseħħu fl-ewwel trimestru u li l-maġġoranza tan-nisa li għandhom aborti diġà għandhom tfal, huma miżżewġin jew jinsabu f’relazzjonijiet fit-tul, jew kienu qed jużaw il-kontraċezzjoni f’dak iż-żmien;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi madwar 20 miljun mara fl-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> Din iċ-ċifra hija bbażata fuq l-għadd ta’ nisa li jgħixu fil-Polonja u f’Malta li ma għandhomx aċċess għall-abort minħabba liġijiet restrittivi fil-pajjiżi ta’ residenza tagħhom u restrizzjonijiet u limitazzjonijiet fi Stati Membri oħra tal-UE.</FIELD></FOOTNOTE> ma għandhomx aċċess għal kura sikura u legali għall-abort u s-saħħa tagħhom għadha mhix sikura; billi din iċ-ċifra tinkludi nisa li qed jaħarbu minn kunflitti u gwerer, u nisa migranti;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi ħafna nisa huma mġiegħla jivvjaġġaw lejn pajjiżi oħra biex jaċċessaw il-kura f’każ ta’ abort f’pajjiż ieħor tal-UE, u spiss jiffaċċjaw ostakli finanzjarji, loġistiċi u psikoloġiċi, minkejja l-eżistenza ta’ regoli tal-UE dwar il-kura tas-saħħa transfruntiera;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea “l-Unjoni għandha tqis ir-rekwiżiti marbuta mal-... il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem’ (l-Artikolu 9), u ‘tista’ wkoll tadotta miżuri ta’ inċentiva għall-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedem’ (l-Artikolu 168)”;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi n-nisa u l-bniet kollha għandhom jirċievu l-istess aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa kull fejn jgħixu, mingħajr diskriminazzjoni; billi persuni emarġinati, inklużi persuni li jappartjenu għal minoranzi razzjali, etniċi u reliġjużi, migranti, persuni minn sfondi soċjoekonomiċi żvantaġġati, persuni li jgħixu f’żoni rurali, persuni b’diżabbiltà, individwi tal-komunità LGBTQI+ u vittmi tal-vjolenza, spiss jiffaċċjaw ostakli addizzjonali, diskriminazzjoni intersezzjonali u vjolenza fl-aċċess għall-kura tas-saħħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi n-nisa bijoloġiċi biss jistgħu joħorġu tqal u jwelldu t-tfal;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi d-diskrepanzi fil-kura għall-abort fl-Ewropa huma realtà; billi s-sistemi tal-kura tas-saħħa ta’ xi Stati Membri diġà jeħtieġ li jassorbu l-pazjenti li jeħtieġu kura f’każ ta’ abort minn Stati Membri oħra minħabba r-restrizzjonijiet li jeżistu hemmhekk, u għalhekk din l-IĊE tipproponi kumpens finanzjarju lil dawk l-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi xi nisa ma jistgħux jivvjaġġaw biex jaċċessaw il-kura tal-abort minħabba restrizzjonijiet finanzjarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-leġiżlazzjoni attwali tal-UE mhijiex adegwata biex twieġeb għall-isfidi tal-kura tal-abort transfruntiera;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-IĊE “Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi”, li rċeviet 1,2 miljun firma u ġiet rikonoxxuta uffiċjalment mill-Kummissjoni fl-1 ta’ Settembru 2025, u jissottolinja li l-IĊE “Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi” ħolqot moviment bla preċedent madwar l-Ewropa, li jlaqqa’ flimkien diversi ċittadini, partikolarment iż-żgħażagħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, f’konformità mal-proposta tal-IĊE “Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi”, tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ inklużjoni fakultattiva li jkun miftuħ għall-Istati Membri fuq bażi volontarja, bl-appoġġ finanzjarju tal-UE biex tiġi żgurata s-solidarjetà, mingħajr ma tinterferixxi mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta biex tipprovdi lill-Istati Membri b’appoġġ finanzjarju li jippermettilhom jipprovdu terminazzjoni sikura tat-tqala, f’konformità mal-liġi domestika tagħhom, għal kull min fl-UE għad m’għandux aċċess għal abort sikur u legali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jenfasizza li l-IĊE “Il-Vuċi Tiegħi, l-Għażla Tiegħi” hija sejħa diretta miċ-ċittadini tal-UE u għandha l-għan li toħloq UE aktar sikura u ugwali li tipprovdi l-istess livell ta’ servizz tal-kura tas-saħħa għal kulħadd fl-Ewropa, u UE li toffri lin-nies opportunità għal ħajja aktar libera, aktar sikura u aħjar irrispettivament minn fejn jgħixu u l-kundizzjonijiet li jistgħu jsibu ruħhom fihom; jinnota li l-programm propost għandu l-għan li jservi grupp wiesa’ ta’ pazjenti f’firxa wiesgħa ta’ servizzi relatati mal-abort;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar li n-nondiskriminazzjoni, l-integrità mentali u fiżika, il-koordinazzjoni u l-istandards minimi garantiti għall-kura tas-saħħa madwar l-Istati Membri, huma parti mill-valuri Ewropej tagħna u jeħtieġ li jiġu difiżi; jisħaq li l-UE għandha rwol importanti fl-appoġġ tal-isforzi tal-Istati Membri biex javvanzaw il-forniment ta’ saħħa u drittijiet sesswali u riproduttivi ta’ kwalità, inkluża l-kura tal-abort;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jiddenunzja r-ritaljazzjoni kontra d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Ewropa u madwar id-dinja, inkluż ir-rigress fis-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u l-attakki fuq id-difensuri tagħhom; jikkundanna bil-qawwa l-movimenti kontra l-ġeneru li jfittxu li jimminaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa; jappella għal azzjoni Ewropea aktar b’saħħitha biex jiġu miġġielda l-movimenti kontra l-ġeneru, tiġi ssalvagwardjata l-awtonomija fiżika u jiġi żgurat aċċess universali għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, inkluża informazzjoni dwar l-ippjanar tal-familja, kontraċezzjoni affordabbli, abort sikur u legali, u kura tas-saħħa materna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tagħmel użu sħiħ mill-kompetenza tagħha fil-politika tas-saħħa u biex tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri biex jiggarantixxu aċċess universali għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati skont il-Programm EU4Health għall-2021-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu biex id-dritt għall-abort jiddaħħal fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u jħeġġeġ lill-Kunsill ilaqqa’ Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati u jżid il-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-dritt għal abort sikur u legali fil-Karta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li n-nuqqas ta’ aċċess sħiħ għall-abort f’ħafna partijiet tal-Ewropa mhux biss ipoġġi lin-nisa f’riskju ta’ ħsara għal saħħithom, iżda jikkawża wkoll stress ekonomiku u mentali bla bżonn għan-nisa u l-familji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-ostakli legali u prattiċi għall-abort f’ċerti Stati Membri, u jappella għal djalogu u skambju tal-aħjar prattiki biex jiġi żgurat l-aċċess għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi; jistieden lill-Istati Membri jirriformaw il-liġijiet u l-politiki tagħhom dwar l-abort biex iġibuhom konformi mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u mal-linji gwida dwar is-saħħa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar fil-kompetenza tal-UE fir-rigward tas-servizzi tal-kura tas-saħħa transfruntiera, it-tisħiħ tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali u l-konverġenza ’l fuq tal-istandards tal-kura tas-saħħa sabiex jitnaqqsu l-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa; jinnota li r-riżorsi tal-UE ntużaw biex jiffinanzjaw jew jikkofinanzjaw direttament is-servizzi tas-saħħa fl-Istati Membri f’każijiet oħra, pereżempju, għall-iskrinjar tal-kanċer, fi ħdan il-kompetenza ta’ appoġġ tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Ifakkar li, fid-Deċiżjoni (UE) 2024/1158, il-Kummissjoni tqis li l-inizjattiva għandha l-għan li toħloq proposta leġiżlattiva biex tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri li mhumiex diġà koperti mill-Programm l-UE għas-Saħħa, u b’hekk toffrilhom valur miżjud sinifikanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifakkar, f’dan ir-rigward, li l-Kummissjoni tqis li l-mekkaniżmu ta’ appoġġ finanzjarju propost ma jaffettwax id-definizzjoni jew l-organizzazzjoni tal-politiki tas-saħħa tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li din il-proposta tiġi inkluża kemm fil-qafas finanzjarju pluriennali attwali kif ukoll f’dak li jmiss, sabiex tkompli ttejjeb is-saħħa pubblika madwar l-Ewropa u tappoġġja l-azzjoni tal-Istati Membri favur il-promozzjoni tal-aċċess għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>