<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0339</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-arrest arbitrarju u l-kundanna tal-akkademiċi Bahruz Samadov u Igbal Abilov fl-Ażerbajġan</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0567, 0576, 0581, 0583 u 0589/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2025 dwar l-arrest arbitrarju u l-kundanna tal-akkademiċi Bahruz Samadov u Igbal Abilov fl-Ażerbajġan (2025/3028(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ażerbajġan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 150(5) u 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi mill-bidu tal-2025, l-għadd ta’ priġunieri politiċi fl-Ażerbajġan f’daqqa waħda żdied għal kważi 400 individwu, detenuti arbitrarjament fuq akkużi politikament motivati, fosthom attivisti tas-soċjetà ċivili, mexxejja tal-oppożizzjoni, ġurnalisti, akkademiċi, u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi Igbal Abilov, riċerkatur ta’ minoranza etnika ta’ Talysh u kap editur tal-Akkademja Nazzjonali tal-Aħbarijiet ta’ Talysh, u Bahruz Samadov, student tal-PhD fl-Università Charles, ġew ikkundannati għal 18 u 15-il sena priġunerija rispettivament fuq akkużi ta’ tradiment għoli;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-proċessi taż-żewġ akkademiċi nżammu bil-bibien magħluqa, bi ksur tal-istandards internazzjonali ta’ proċess ġust u tal-preżunzjoni tal-innoċenza; billi l-allegata evidenza kienet tikkonsisti biss f’kuntatti u skambji ma’ akkademiċi Armeni; billi l-kundizzjoni ta’ saħħithom marret għall-agħar matul il-priġunerija;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi dawn il-każijiet isegwu l-kundanna inġusta u arbitrarja ta’ żewġ akkademiċi oħra, Gubad Ibadoghlu u Fazil Gasimov;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fl-1 ta’ Diċembru 2025, il-mexxej prominenti tal-oppożizzjoni Ali Karimli ġie arrestat fuq allegati akkużi ta’ kolp ta’ stat bħala parti mill-konsolidazzjoni kontinwa ta’ prattiki awtoritarji fl-Ażerbajġan;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-arrest, il-prosekuzzjoni u l-kundanna ta’ Bahruz Samadov u Igbal Abilov fuq akkużi politikament motivati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Ażerbajġan jeħles minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lill-priġunieri politiċi kollha, b’mod partikolari lis-Sur Samadov, lis-Sur Abilov u lis-Sur Ibadoghlu, jiggarantixxi proċessi ġusti u proċess korrett tal-liġi, u jtemm ir-repressjoni kontra ġurnalisti, attivisti, akkademiċi, rappreżentanti tal-oppożizzjoni, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u individwi oħra detenuti illegalment, inklużi dawk eżiljati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-arrest ta’ Ali Karimli u jitlob il-ħelsien immedjat tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jesprimi preokkupazzjoni partikolari dwar l-użu ħażin tad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà nazzjonali bħala għodod għall-fastidju ġudizzjarju, l-intimidazzjoni, u l-kriminalizzazzjoni tal-libertà tal-espressjoni, il-promozzjoni tal-paċi u l-kritika pubblika; jesprimi tħassib serju dwar l-erożjoni kontinwa tal-libertajiet akkademiċi u tad-drittijiet kulturali fl-Ażerbajġan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Ażerbajġan jirrispetta u jallinja l-leġiżlazzjoni tiegħu mal-obbligi u l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk relatati mal-libertà tal-espressjoni u l-libertà akkademika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jitlob li jiġu kkunsidrati miżuri xierqa fi ħdan ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem kontra uffiċjali responsabbli rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE f’Baku timmonitorja l-każijiet imsemmija hawn fuq u lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem jiltaqa’ mal-akkademiċi detenuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-UE tkompli tappoġġja d-drittijiet tal-bniedem u l-governanza demokratika fl-Ażerbajġan, inkluż billi żżid l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, u tiżgura li l-involviment diplomatiku jibqa’ konsistenti mal-valuri fundamentali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li l-progress fi kwalunkwe ftehim ta’ sħubija futur għandu jkun kundizzjonali fuq avvanzi tanġibbli fid-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u r-rispett għall-valuri u l-prinċipji tal-UE, inkluż ir-rilaxx tad-detenuti politiċi u t-tneħħija tal-leġiżlazzjoni restrittiva, kif iddikjarat fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Ażerbajġan.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>