<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0341</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni politika gravi fil-Guinea-Bissau wara l-kolp ta’ stat tas-26 ta’ Novembru</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0568, 0572, 0574, 0575, 0579 u 0586/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2025 dwar is-sitwazzjoni politika gravi fil-Guinea-Bissau wara l-kolp ta’ stat tas-26 ta’ Novembru (2025/3027(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fit-23 ta’ Novembru 2025 saru l-elezzjonijiet ġenerali fil-Guinea-Bissau; billi l-partit ewlieni tal-oppożizzjoni, il-PAIGC, ma tħalliex joħroġ għall-elezzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fis-26 ta’ Novembru 2025, grupp militari mmexxi mill-Ġeneral Horta N’Tam ħataf il-poter bil-forza, u ssospenda illegalment il-proċess elettorali lejliet it-tħabbir uffiċjali tar-riżultati tal-elezzjoni; billi r-rabtiet bejn il-mexxej tal-kolp ta’ stat u l-President fil-kariga Embaló qajmu allegazzjonijiet serji li l-kolp ta’ stat ġie orkestrat biex tiġi evitata telfa elettorali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi d-dimostranti talbu lill-awtoritajiet jippubblikaw ir-riżultati tal-elezzjoni; billi l-ġunta militari imponiet repressjoni severa fuq il-libertajiet ċivili, u ġew irrapportati vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem kontra d-dimostranti u l-ġurnalisti, u mill-inqas 18-il persuna ġew detenuti b’mod arbitrarju, fosthom uffiċjali tal-gvern, maġistrati u mexxejja tal-oppożizzjoni politika;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-mexxejja politiċi tal-oppożizzjoni ġew arrestati fil-jum tal-kolp ta’ stat u minn dak iż-żmien ’l hawn inżammu f’iżolament u mingħajr aċċess għad-difiża legali;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-kandidat presidenzjali Fernando Dias da Costa ħa rifuġju fl-ambaxxata Niġerjana; billi l-President Embaló tħalla jitlaq mill-pajjiż;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-parteċipazzjoni tal-Guinea-Bissau fl-Unjoni Afrikana, fil-Komunità tal-Pajjiżi fejn hu mitkellem il-Portugiż u fil-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent ġiet sospiża sakemm terġa’ tiġi stabbilita l-ordni kostituzzjonali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna b’mod inekwivoku l-ħtif tal-poter mill-militar fis-26 ta’ Novembru 2025 u l-interruzzjoni tal-proċess elettorali; jirrifjuta l-bidla antikostituzzjonali tal-gvern, u jappella għar-restawr immedjat tal-ordni kostituzzjonali u tal-proċess elettorali tal-Guinea-Bissau;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-użu sproporzjonat tal-forza mill-forzi tas-sigurtà kontra l-popolazzjoni; jappella lill-partijiet kollha biex joqogħdu lura minn att ta’ vjolenza; jitlob li ssir investigazzjoni indipendenti dwar il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, u li dawk responsabbli għall-kolp ta’ stat, u għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, jagħtu kont ta’ għemilhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-mexxejja politiċi tal-oppożizzjoni Domingos Simões Pereira, Octávio Lopes, Marciano Indi, Roberto Mbesba u l-oħrajn kollha detenuti arbitrarjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jiddenunzja r-ripressjoni vjolenti tal-ġunta kontra attivisti, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u s-soċjetà ċivili; jitlob li jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha fuq il-midja indipendenti u li jintemmu l-forom kollha ta’ persekuzzjoni tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-kummissjoni elettorali tal-Guinea-Bissau tippubblika r-riżultati elettorali vverifikati mingħajr indħil militari jew politiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ djalogu politiku inklużiv fost il-partijiet ikkonċernati ewlenin kollha, bl-appoġġ tal-atturi reġjonali, biex jiġu implimentati riformi strutturali għat-tisħiħ tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE tirrieżamina minnufih il-ftehimiet u l-finanzjament tagħha, tiżgura li l-fondi ta’ kooperazzjoni ma jsaħħux il-ġunta u strutturi awtoritarji oħrajn, u tipprijoritizza l-appoġġ għas-soċjetà ċivili demokratika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jikkunsidra miżuri restrittivi fuq dawk responsabbli għall-kolp ta’ stat u għall-vjolazzjonijiet mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-awtoritajiet tal-Guinea-Bissau, lill-organizzazzjonijiet reġjonali Afrikani, lill-Komunità tal-Pajjiżi fejn hu mitkellem il-Portugiż u lin-Nazzjonijiet Uniti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>