<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0343</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-implimentazzjoni tar-reġim ta' kundizzjonalità tal-istat tad-dritt</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0240/2025 - Rapporteurs: Jean-Marc Germain, Monika Hohlmeier)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2025 dwar l-implimentazzjoni tar-reġim ta’ kundizzjonalità tal-istat tad-dritt (2025/2061(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 2, 4(3) u 7 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-protokolli tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2092/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Regolament dwar il-Kundizzjonalità) u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2022 bit-titolu “Linji gwida dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 123, 18.3.2022, p. 12.</FIELD></FOOTNOTE> (Linji Gwida tal-2022),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament RRF),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1060/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament Finanzjarju),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2506 tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Ungerija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 325, 20.12.2022, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/2506/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Jannar 2024 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (COM(2024)0017),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Ġunju 2025 dwar ir-Rapport 2024 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0129.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar baġit imġedded fit-tul għall-Unjoni f’dinja li qed tinbidel<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0090.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar ix-xoljiment ippjanat ta’ strutturi essenzjali kontra l-korruzzjoni fis-Slovakkja u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-istat tad-dritt<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5712, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5712/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2022 dwar il-valutazzjoni tal-konformità tal-Ungerija mal-kundizzjonijiet tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità u s-sitwazzjoni attwali tal-RRP Ungeriż<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 74.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2022 dwar l-ispazju jiċkien tas-soċjetà ċivili fl-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2021 dwar it-tfassil ta’ linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 99, 1.3.2022, p. 146.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali 03/2024 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) tat-22 ta’ Frar 2024 bit-titolu “L-istat tad-dritt fl-UE – Qafas imtejjeb biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-UE, iżda għad hemm riskji”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tas-16 ta’ Frar 2022 fil-Kawżi C-156/21, <STRING ITALIC="on">L-Ungerija</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2022, <STRING ITALIC="on">L-Ungerija </STRING>vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</STRING>, C-156/21, ECLI:EU:C:2022:97.</FIELD></FOOTNOTE> u C-157/21, <STRING ITALIC="on">Il-Polonja</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2022, <STRING ITALIC="on">Il-Polonja </STRING>vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, </STRING>C-157/21, ECLI:EU:C:2022:98.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar ir-rivalutazzjoni, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 wara d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2506 tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar l-Ungerija, (C(2023)8999),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2024 skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni, dwar notifika bil-miktub mill-Ungerija fir-rigward tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2506 tal-15 ta’ Diċembru 2022 (C(2024)9140),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet tal-missjonijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu fl-Ungerija mill-15 sas-17 ta’ Mejju 2023 u fis-Slovakkja mis-26 sat-28 ta’ Mejju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tat-2 ta’ April 2025 bit-titolu “Il-perspettiva lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/3169, 20.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3169/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta’ April 2025 bit-titolu “Id-dimensjoni ekonomika tal-Istat tad-Dritt”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport dwar l-implimentazzjoni tar-regolament dwar il-kundizzjonalità tal-istat tad-dritt ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari f’Lulju 2025<FOOTNOTE><FIELD> Il-Parlament Ewropew: Id-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari, <STRING ITALIC="on">Rule of Law Conditionality Regulation – European Implementation Assessment </STRING>, (Ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt – Valutazzjoni tal-Implimentazzjoni Ewropea), il-Parlament Ewropew, 2025, https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/c49c9b14-66a5-11f0-bf4e-01aa75ed71a1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju mitlub mill-Kumitat għall-Baġits tiegħu bit-titolu “The tools for protecting the EU budget from breaches of the rule of law: the Conditionality Regulation in context”<FOOTNOTE><FIELD> Studju – “The tools for protecting the EU budget from breaches of the rule of law: the Conditionality Regulation in context” (L-għodod għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE minn ksur tal-istat tad-dritt: ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità fil-kuntest), il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, id-Dipartiment tal-Politika għall-Affarijiet Baġitarji, April 2023.</FIELD></FOOTNOTE>, (L-għodod għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE minn ksur tal-istat tad-dritt: ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità fil-kuntest),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit skont l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0240/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-UE hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-TUE; billi dawn il-valuri huma riflessi fid-drittijiet fundamentali spjegati fil-Karta, bħall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, in-nondiskriminazzjoni, u d-dritt ta’ negozjar u ta’ azzjoni kollettivi, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-liġijiet u l-prattiki nazzjonali, u inkorporati fit-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi l-aderenza ma’ dawn il-valuri kondiviżi tikkostitwixxi l-pedament tad-drittijiet li jgawdu dawk li jgħixu fl-UE; billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u partijiet ikkonċernati oħra għandhom rwol importanti fit-trawwim tal-istat tad-dritt fil-prattika reali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-QĠUE stabbiliet, f’diversi deċiżjonijiet, li l-fondi, il-programmi u l-finanzjament kollha tal-UE huma espressjoni tal-prinċipju ta’ solidarjetà fost l-Istati Membri u jridu jkunu bbażati fuq fiduċja reċiproka, li tippresupponi rispett għall-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE, għall-Karta u għall-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali affermat fl-Artikolu 4(3) tat-TUE; billi, barra minn hekk, hija kkonfermat ir-relazzjoni ċara bejn ir-rispett għall-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-UE, f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi kwalunkwe riskju ċar ta’ ksur serju tal-istat tad-dritt minn Stat Membru partikolari jista’ jaffettwa d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini tal-UE fl-Istati Membri kollha, il-fiduċja u s-solidarjetà u l-kooperazzjoni leali bejn l-Istati Membri, u l-kisbiet ewlenin tal-UE, bħall-moviment liberu tal-persuni, il-funzjonament tas-suq uniku u l-indipendenza tal-media;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jagħti s-setgħa lill-UE li tadotta, fil-ħin, miżuri finanzjarji proporzjonati biex tissalvagwardja l-interessi finanzjarji tagħha fejn il-ksur tal-istat tad-dritt fi Stat Membru jaffettwa, jew hemm riskju li jaffettwa serjament, il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-UE; billi r-regolament ġie adottat bħala parti mill-pakkett dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027, wara negozjati twal u diffiċli bejn il-koleġiżlaturi, b’mod partikolari minħabba tentattivi minn xi Stati Membri biex jorbtu n-negozjati dwar il-QFP man-negozjati dwar il-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità tal-istat tad-dritt; billi dan ilu vinkolanti għall-Istati Membri kollha mid-dħul fis-seħħ tiegħu fl-1 ta’ Jannar 2021;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jikkomplementa strumenti oħra li jipproteġu l-baġit tal-UE minn riskji li jirriżultaw minn ksur tal-istat tad-dritt;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jirrikjedi li l-Kummissjoni timmonitorja l-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha, iżda sa issa ġew proposti u adottati miżuri skont ir-regolament fil-każ tal-Ungerija biss; billi ntalbet informazzjoni addizzjonali mingħand il-Polonja;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi huwa importanti li jiġu ssalvagwardjati l-interessi leġittimi tar-riċevituri u tal-benefiċjarji finali tal-fondi tal-UE; billi l-Istati Membri affettwati minn deċiżjoni skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità huma meħtieġa jirrapportaw dwar il-konformità tagħhom mal-obbligi tagħhom lejn ir-riċevituri u l-benefiċjarji finali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Kummissjoni ħarġet linji gwida biex tiċċara l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità; billi l-Parlament qies li t-test tar-regolament kien ċar u ma kienx jirrikjedi interpretazzjoni addizzjonali sabiex jiġi applikat;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Kummissjoni hija legalment meħtieġa żżomm lill-Parlament infurmat dwar in-notifiki tagħha lil Stat Membru li fih tqis li jista’ jeżisti ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt u dwar kwalunkwe miżura proposta, adottata u mneħħija f’konformità mar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Kummissjoni ħarġet rapport f’Jannar 2024, f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità, biex tevalwa l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni; billi l-analiżi tal-Kummissjoni tal-uniku każ disponibbli kkonfermat l-effettività tal-miżuri protettivi adottati u l-potenzjal tagħhom ’il quddiem, iżda l-Kummissjoni sabet li kien kmieni wisq biex wieħed jasal għal konklużjonijiet definittivi, u li prattika ta’ każ aktar estensiva tippermetti li jiġi identifikat aħjar it-titjib possibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi f’Diċembru 2024, għall-ewwel darba, l-impenji baġitarji li kienu ġew sospiżi b’riżultat tal-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità fl-aħħar mill-aħħar intilfu għall-Istat Membru affettwat f’konformità mal-Artikolu 7(3) tar-regolament, minħabba li l-Istat Membru, sal-iskadenza meħtieġa, ma kienx irrimedja n-nuqqasijiet identifikati oriġinarjament;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi fis-16 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni ppubblikat il-proposta tagħha għall-QFP għall-2028-2034<FOOTNOTE><FIELD> Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2025 bit-titolu “Baġit tal-UE dinamiku għall-prijoritajiet tal-futur - Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2028-2034” (COM(2025)0570).</FIELD></FOOTNOTE>; billi hemm interazzjoni ċara bejn l-aspetti tal-istat tad-dritt inklużi fil-proposta għal pjanijiet ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali (NRPPs)<FOOTNOTE><FIELD> Proposta tas-16 ta’ Lulju 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-agrikoltura u ż-żoni rurali, is-sajd u l-affarijiet marittimi, il-prosperità u s-sigurtà għall-perjodu 2028-2034 u li jemenda r-Regolament (UE) 2023/955 u r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 (COM(2025)0565)).</FIELD></FOOTNOTE> u l-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-għan ta’ dan ir-rapport huwa li jiskrutinizza l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità, inkluża wkoll l-interazzjoni ma’ strumenti oħra tal-UE, skont ir-rwol tal-Parlament kif stabbilit fir-regolament, billi jindika l-benefiċċji u n-nuqqasijiet tal-applikazzjoni tiegħu, u billi joħroġ rakkomandazzjonijiet għall-implimentazzjoni futura tiegħu;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-introduzzjoni tar-reġim ta’ kundizzjonalità u tal-kuntest legali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar li l-istat tad-dritt huwa wieħed mill-valuri fundamentali tal-UE u li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prerekwiżit essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u għall-użu effettiv tal-finanzjament tal-UE; jisħaq li dan huwa kruċjali għas-salvagwardja tal-fiduċja taċ-ċittadini fl-UE u biex jiġi żgurat li l-fondi tal-UE jirriżultaw f’benefiċċji tanġibbli fl-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità fl-2020 tirrappreżenta pilastru ewlieni għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE mir-riskji li jirriżultaw minn ksur tal-istat tad-dritt, li japplika fil-baġit kollu u jippermetti l-applikazzjoni kumulattiva ta’ diversi miżuri; jisħaq li l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità għandha tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità; jissottolinja li r-regolament ma għandux limitu ta’ żmien u għalhekk japplika għall-istrumenti ta’ finanzjament attwali u futuri kollha tal-baġit tal-UE; jinnota, madankollu, li l-implimentazzjoni prattika tiegħu għadu insuffiċjenti u jitlob għal titjib konkret biex tiġi żgurata l-effikaċja sħiħa tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jilqa’ l-affermazzjoni mill-QĠUE li r-rispett għall-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE huwa obbligu kontinwu tal-Istati Membri kollha u prekundizzjoni biex wieħed igawdi d-drittijiet u l-benefiċċji kollha tat-Trattat li jirriżultaw mis-sħubija fl-UE, inkluż l-aċċess għall-fondi tal-UE; jagħti istruzzjonijiet lill-Kummissjoni biex tinforza l-leġiżlazzjoni applikabbli bis-sħiħ, li tirrifletti l-affermazzjoni tal-QĠUE, u biex dan il-punt jiġi enfasizzat fil-komunikazzjonijiet rilevanti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità u kwalunkwe miżura oħra disponibbli biex il-baġit tal-UE jiġi protett minn ksur tal-istat tad-dritt ma jridux jitqiesu bħala sostituti għall-mekkaniżmi bbażati fuq it-Trattat għas-salvagwardja tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE; ifakkar li s-sospensjoni tad-drittijiet tal-vot skont l-Artikolu 7(2) tat-TUE tibqa’ għażla f’każijiet ta’ ksur persistenti u serju tal-istat tad-dritt; jinnota li ċ-ċittadini jsibuha diffiċli biex jifhmu għala l-Istati Membri li jiksru b’mod persistenti l-istat tad-dritt ikomplu jgawdu d-drittijiet tal-vot, u b’hekk hemm riskju ta’ telf ta’ fiduċja fil-valuri u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Ifakkar li s-“sett ta’ għodod tal-istat tad-dritt” tal-Kummissjoni evolva b’mod konsiderevoli matul l-aħħar għaxar snin, bl-inklużjoni ta’ strumenti multipli biex jiġi protett l-istat tad-dritt, inkluż ir-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt li jkopri s-27 Stat Membru kollha, il-kundizzjoni abilitanti orizzontali fuq l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Karta stabbilita fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, u s-“superstadji importanti” relatati mal-istat tad-dritt skont il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq li r-reġim ta’ kundizzjonalità huwa ta’ natura baġitarja, peress li għandu l-għan li jissalvagwardja l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-UE u l-interessi finanzjarji tal-UE, u japplika biss meta ksur tal-istat tad-dritt jaffettwa jew hemm riskju li jaffettwa b’mod serju l-baġit tal-UE; jenfasizza li dan huwa differenti mill-proċedura tal-Artikolu 7 tat-TUE, li jippenalizza ksur serju u persistenti tal-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE irrispettivament minn kwalunkwe implikazzjoni baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jissottolinja li l-azzjonijiet ta’ ksur skont l-Artikolu 258 tat-TFUE u l-Artikolu 6 tar-Regolament Finanzjarju jibqgħu għodod komplementari għal ksur sistemiku tal-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ s-sentenzi tal-QĠUE tas-16 ta’ Frar 2022 fil-Kawżi C-156/21 u C-157/21, li fl-intier tagħhom ċaħdu l-azzjonijiet mill-Ungerija u mill-Polonja għall-annullament tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità u kkonfermaw b’mod inekwivoku l-validità, il-bażi legali u l-kompatibbiltà tar-regolament mat-Trattat tar-Regolament, kif ukoll il-kompetenza tal-UE dwar l-istat tad-dritt fl-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar li r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità ma jinkludix definizzjoni ta’ “stat tad-dritt” u li la jiddefinixxi b’mod eżawrjenti sitwazzjonijiet li jikkostitwixxu ksur tal-istat tad-dritt u lanqas ma jindirizza rigress tal-istat tad-dritt; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li r-regoli għall-aċċess tal-fondi huma definiti f’leġiżlazzjoni speċifika u għas-sejba tal-QĠUE li l-kunċett ġie żviluppat biżżejjed fil-ġurisprudenza u fit-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri, u dan jillimita d-diskrezzjoni tal-Kummissjoni fil-valutazzjonijiet tagħha; jirrifjuta, għalhekk, kwalunkwe allegazzjoni ta’ inċertezza tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi b’mod sistematiku r-restrizzjonijiet fuq l-ispazju ċiviku u l-attakki fuq l-atturi tiegħu kif ukoll l-attakki fuq il-pluraliżmu tal-media bħala indikaturi tar-riskju, meta jkunu direttament rilevanti għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE u tal-interessi finanzjarji tagħha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità u l-kwistjonijiet identifikati</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Kamp ta’ applikazzjoni u passi ta’ implimentazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar li r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità huwa applikabbli għal kull Stat Membru, peress li l-Kummissjoni tivvaluta, għall-Istati Membri kollha, jekk il-kundizzjonijiet għall-adozzjoni tal-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 4 jkunux ġew issodisfati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-proċedura qabel l-adozzjoni tal-miżuri tinvolvi diversi passi, inkluża notifika bil-miktub mill-Kummissjoni lill-Istat Membru kkonċernat, skambju ta’ informazzjoni, impenji possibbli mill-Istat Membru kkonċernat biex jieħu miżuri ta’ rimedju biex jindirizza s-sitwazzjoni, osservazzjonijiet mill-Istat Membru u, meta jkun meħtieġ, proposta tal-Kummissjoni għal miżuri li dwarhom il-Kunsill jiddeċiedi b’maġġoranza kwalifikata f’limitu ta’ żmien strett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jieħu nota tal-kjarifiki addizzjonali dwar il-proċess ipprovdut mill-Kummissjoni fil-Linji Gwida tal-2022 dwar ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità, u r-rieżami tal-applikazzjoni prattika tiegħu fir-rapport ta’ applikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2024; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li l-linji gwida ġew adottati fuq sena wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament, u li dan ikkontribwixxa għal dewmien <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> fl-applikazzjoni tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jesprimi dispjaċir li, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità fl-1 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni ma attivatx minnufih l-Artikolu 6(1) b’reazzjoni għal ksur serju li kien għaddej tal-prinċipji tal-istat tad-dritt f’xi Stati Membri, u dan kien ta’ riskju serju għall-interessi finanzjarji tal-UE; jenfasizza li f’Ottubru 2021, wara talbiet ripetuti lill-Kummissjoni biex taġixxi, il-Parlament nieda azzjoni kontra l-Kummissjoni quddiem il-QĠUE f’konformità mal-Artikolu 265 tat-TFUE dwar in-nuqqas tagħha li taġixxi u li tapplika r-regolament; jisħaq li r-reazzjonijiet f’waqthom mill-Kummissjoni, ibbażati fuq skedi ta’ żmien interni ċari, huma essenzjali għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Rapportar dwar il-ksur tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li ksur potenzjali tal-istat tad-dritt jinġieb għall-attenzjoni tal-Kummissjoni permezz ta’ bażi ta’ evidenza wiesgħa, inklużi rapporti mill-Uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-Frodi (OLAF), mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), il-QEA u l-Parlament, kif ukoll sottomissjonijiet minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, minn negozji u minn informaturi; jisħaq fuq l-importanza li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjonijiet ċari ta’ kif tali evidenza titqies fid-deċiżjonijiet tagħha; jappella għal finanzjament xieraq għal korpi bħall-UPPE, l-OLAF, il-Europol u l-Aġenzija tal-UE għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), biex ikunu jistgħu jinvestigaw b’mod effettiv il-ksur tal-istat tad-dritt li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jesprimi dispjaċir kbir għan-nuqqas ta’ trasparenza tal-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni li ma jwasslux għall-proposta ta’ miżuri, jew li jwasslu għall-għażla ta’ strument ieħor; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu evitati asserzjonijiet motivati politikament jew mhux sostanzjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li, sal-lum, għadd limitat ħafna biss ta’ partijiet ikkonċernati użaw il-formola standard għall-ilmenti tal-Kummissjoni annessa mal-Linji Gwida tal-2022; jirrakkomanda li l-Kummissjoni taċċetta l-ilmenti fi kwalunkwe forma bil-miktub; jitlob, barra minn hekk, li jiġi stabbilit portal ta’ rapportar kunfidenzjali u faċli għall-utent, li jipproteġi l-identità tal-informaturi u jiżgura l-protezzjoni tagħhom mir-ritaljazzjoni u d-denunzja abbużiva, li permezz tiegħu l-partijiet ikkonċernati jistgħu jindikaw nuqqas ta’ konformità, u b’hekk tkun possibbli azzjoni ta’ rimedju rapida; jisħaq li tali għodod iridu jkunu aċċessibbli, trasparenti, disponibbli f’diversi lingwi u fdati mill-partijiet ikkonċernati, sabiex tiġi massimizzata l-effettività tagħhom u jiġi żgurat li l-evidenza riċevuta titqies bis-sħiħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, minkejja s-sejbiet inkwetanti suċċessivi fir-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt, kif ukoll is-sejbiet mill-OLAF, liema sejbiet tħabbru pubblikament fir-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE, u s-sejbiet mill-UPPE, li jindikaw riskji baġitarji f’diversi Stati Membri, intbagħtu biss żewġ notifiki formali u l-miżuri deċiżi f’każ wieħed skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità; jissottolinja li d-distakk bejn is-sejbiet u l-infurzar jikkomprometti l-kredibbiltà tar-regolament u jdgħajjef il-funzjoni preventiva tiegħu li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE; ifakkar fit-twissija tal-QEA li d-deċiżjonijiet dwar l-imblukkar jew ir-rilaxx ta’ fondi, li jirrikjedu maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill, spiss ikunu interkonnessi ma’ negozjati ta’ livell għoli mhux relatati li jirrikjedu unanimità; jissottolinja li d-deċiżjonijiet iridu jkunu bbażati fuq sejbiet tekniċi u legali u ma jistgħux ikunu soġġetti għal negozjar bit-theddida li jiġu mblukkati d-deċiżjonijiet li jirrikjedu unanimità fil-Kunsill;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Valutazzjoni u attivazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jisħaq li r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jrid jiġi applikat b’mod konsistenti fl-Istati Membri kollha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u, meta jkun rilevanti, lill-Kunsill, jaġixxu malajr u bi trasparenza sħiħa jekk tkun ġiet stabbilita rabta bejn il-ksur tal-istat tad-dritt jew riskji serji fil-konfront tiegħu u r-riskji għall-baġit tal-UE, u l-Istat Membru kkonċernat ma jaġixxix biex jindirizza s-sitwazzjoni b’mod effettiv u sostenibbli fil-ħin; jinsisti li djalogi informali twal ma jridux isiru sostitut għal azzjoni deċiżiva, u li l-istaġnar jew ir-rikatt politiku, użat biex jostakola t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, irid jiġi miċħud bis-sħiħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Itenni li fl-ebda ċirkostanza l-istat tad-dritt ma jrid jitqies bħala konċessjoni fin-negozjar; jenfasizza li l-għodda ma tridx tintuża biss bħala miżura tal-aħħar istanza, peress li r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jippermetti wkoll sospensjonijiet parzjali fi stadju bikri, jiġifieri malli jiġi identifikat ksur tal-istat tad-dritt li jista’ jissogra serjament li jaffettwa l-baġit tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tuża l-istrument bis-sħiħ u f’waqtu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza li l-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni jridu jkunu imparzjali u ġusti, iqisu l-fatti kollha disponibbli, u jirrispettaw il-prinċipji tal-oġġettività, in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza tal-Istati Membri quddiem it-Trattati; jissottolinja li l-għażla u l-iskala tal-miżuri ta’ protezzjoni tal-baġit iridu jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità, filwaqt li jitqiesu s-serjetà, it-tul ta’ żmien u r-rikorrenza tal-ksur, il-kooperazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat u r-riskju finanzjarju konkret, kif ukoll l-impatt fuq ir-riċevituri finali u l-benefiċjarji leġittimi, b’mod partikolari dawk iżgħar; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika l-metodoloġija kwantitattiva għall-kejl tar-riskju li diġà tapplika internament, kif irrakkomandat mill-QEA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jisħaq li l-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, jeħtiġilha taġixxi b’imparzjalità sħiħa irrispettivament mill-orjentazzjoni politika tal-gvernijiet nazzjonali, u tissanzjona b’ġustizzja sħiħa kwalunkwe ksur tal-istat tad-dritt li jippreżenta riskju għall-baġit tal-UE u l-valuri tal-UE; biex tevita l-perċezzjoni ta’ enfasi selettiva fuq ċerti Stati Membri; ifakkar li tali infurzar imparzjali biss jista’ jippreżerva l-kredibbiltà u l-leġittimità tar-reġim ta’ kundizzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jirrikonoxxi li xi aspetti tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità, b’mod partikolari r-rekwiżit li tintwera rabta diretta biżżejjed bejn il-ksur tal-istat tad-dritt u riskju serju ta’ effett negattiv fuq il-baġit tal-UE, jagħmluha diffiċli li jiġi skattat il-mekkaniżmu; jinsisti, fl-istess ħin, li tali rekwiżiti ma għandhomx jintużaw bħala ġustifikazzjoni biex il-mekkaniżmu ma jiġix skattat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Rigress u treġġigħ lura tal-miżuri ta’ rimedju</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota li l-Kunsill iddeċieda li jissospendi 55 % tal-impenji baġitarji għal tliet programmi operattivi fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni għall-Ungerija u li jipprojbixxi lill-Kummissjoni milli tidħol f’impenji legali ġodda ma’ trusts u entitajiet ta’ interess pubbliku miżmuma minnhom għall-finanzjament tal-UE implimentat b’ġestjoni diretta jew indiretta; jindika l-analiżi legali<FOOTNOTE><FIELD> Sheppele, K. L. et al., “Freezing all EU funds to Hungary: A legal analysis of why a 100 % suspension is “proportionate” and “appropriate” under Regulation 2020/2092 on a general regime of conditionality for the protection of the Union budget’ (L-iffriżar tal-fondi kollha tal-UE lill-Ungerija: Analiżi legali tar-raġuni għaliex sospensjoni sħiħa hija ‘proporzjonata’ u ‘xierqa’ skont ir-Regolament(UE) 2020/2092 dwar reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni), studju mitlub mill-Membru tal-PE Daniel Freund, Grupp Greens/EFA, Mejju 2022.</FIELD></FOOTNOTE> li turi li n-natura sistemika u persistenti tal-ksur tal-istat tad-dritt mill-Gvern Ungeriż kellha twassal għal sospensjoni ta’ proporzjonijiet ferm ogħla tal-finanzjament tal-UE, sabiex il-baġit tal-UE jiġi protett f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità; jinnota li r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità ma jistabbilixxi l-ebda limitu fuq il-proporzjon ta’ impenji li jistgħu jiġu sospiżi, u jqis li sa 100 % tal-finanzjament jista’ jiġi sospiż; jinnota li, mill-adozzjoni tal-miżuri f’Diċembru 2022, il-Kummissjoni vvalutat mill-ġdid, f’Diċembru 2023 u għal darb’oħra f’Diċembru 2024, il-ksur identifikat u s-sitwazzjoni attwali tal-miżuri ta’ rimedju, wara notifika mill-Gvern Ungeriż fir-rigward tar-rimedju ta’ ksur relatat ma’ trusts ta’ interess pubbliku; jisħaq li ż-żewġ valutazzjonijiet tal-Kummissjoni kkonkludew li r-rekwiżiti meħtieġa ma ġewx issodisfati; jinnota li l-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni ma kinux jinkludu ksur addizzjonali tal-istat tad-dritt jew riskji serji tiegħu li jaffettwaw jew jissograw li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid u tindirizza b’mod urġenti r-rigress tal-istat tad-dritt b’mod partikolari fir-rigward tal-indipendenza tal-ġudikatura billi tipproponi miżuri addizzjonali jew taġġorna dawk attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jisħaq li l-fondi tal-UE li ġew sospiżi skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jridu jiġu rilaxxati biss meta s-sitwazzjoni li kienet wasslet għall-adozzjoni ta’ miżuri tkun ġiet irrimedjata fl-intier tagħha, filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ l-iżviluppi kollha fis-sitwazzjoni tal-pajjiż minn meta ttieħdet id-deċiżjoni oriġinali dwar il-miżuri sa meta ġie deċiż li jitneħħew il-miżuri; jaqbel mat-twissija tal-QEA li r-reġim ta’ kundizzjonalità ma jridx jinbidel f’“eżerċizzju ta’ mmarkar tal-kaxxi”, fejn Stat Membru jissodisfa r-rekwiżiti f’sens purament formali, iżda jrid ikun akkumpanjat minn titjib tanġibbli fil-pajjiż; jistieden lill-Kummissjoni tikkonferma li l-konformità mal-istat tad-dritt tinkiseb b’mod verifikabbli fil-prattika, b’punti ta’ riferiment oġġettivi u verifiki fuq il-post u biex tirrapporta dwar is-sejbiet tagħha qabel ma tagħmel kwalunkwe proposta biex jitneħħew il-miżuri adottati; iqis li l-Kummissjoni għandha twettaq ukoll awditi <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> biex tipprevjeni rigress wara li jkunu tneħħew il-miżuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Ifakkar li, sa minn Ġunju 2023, huwa kien wissa kontra r-riskji ta’ treġġigħ lura tal-miżuri ta’ rimedju ladarba jitneħħew is-sanzjonijiet finanzjarji<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar il-ksur tal-Istat tad-Dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija u l-fondi ffriżati tal-UE (ĠU C, C/2023/1223, 21.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1223/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, kontinġenza mhux koperta b’mod espliċitu mir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jew mil-Linji Gwida tal-2022; jenfasizza l-fatt li l-QEA identifikat ukoll dan ir-riskju; jistieden lill-Kummissjoni tissospendi mill-ġdid malajr, u, meta jkun xieraq, tirkupra, il-fondi tal-UE, jekk sussegwentement l-azzjonijiet ta’ rimedju jitreġġgħu lura; jistenna li jiġi nnotifikat minnufih dwar azzjonijiet bħal dawn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza li, ladarba jitneħħew il-miżuri, l-implimentazzjoni sħiħa tal-programmi, inkluż l-impenn u l-iżborż tal-fondi, għandha terġa’ tibda malajr; jisħaq fuq l-importanza li l-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali biex jiġi pprevenut xogħol b’lura;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Rabtiet bejn ir-reġim ta’ kundizzjonalità u strumenti oħra fis-sett ta’ għodod għall-istat tad-dritt</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Ifakkar li r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jikkomplementa b’mod espliċitu l-għodod eżistenti għall-protezzjoni tal-baġit u għandu jiġi applikat “fejn proċeduri oħra stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma jippermettux li l-baġit tal-Unjoni jiġi protett b’mod aktar effettiv”; jesprimi dispjaċir għall-interpretazzjoni tal-Kummissjoni li, abbażi ta’ din il-formulazzjoni, l-istrument għandu jintuża biss bħala miżura tal-aħħar istanza; ifakkar bi tħassib serju li l-miżuri l-oħra disponibbli ma ntużawx b’mod sistematiku fil-passat; jinnota bi tħassib li l-monitoraġġ tal-istat tad-dritt fil-Kummissjoni huwa maqsum bejn servizzi differenti, u xi drabi jirriżulta f’azzjoni inkonsistenti, mhux trasparenti u mdewma; jiddeplora l-intenzjoni evidenti tal-Kummissjoni li tkompli taqsam ir-responsabbiltajiet, peress li unitajiet differenti fid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tagħha għandhom jiġu inkarigati mill-valutazzjoni u mill-monitoraġġ tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità u tal-NRPPs proposti fl-ambitu tal-QFP il-ġdid; jikkritika l-fatt li din is-separazzjoni tar-responsabbiltajiet tirriżulta fi strutturi ta’ koordinazzjoni kumplessi u toħloq riskji għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Iqis li mhuwiex ċar kif ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jinteraġixxi ma’ strumenti oħra mis-sett ta’ għodod għall-istat tad-dritt fil-prattika, b’mod partikolari l-kundizzjoni abilitanti orizzontali dwar il-Karta skont ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni u s-superstadji importanti relatati mal-istat tad-dritt skont l-RRF; jinnota bi tħassib li l-QEA mhux dejjem setgħet tivverifika r-raġunijiet għall-għażla tal-Kummissjoni ta’ għodda waħda għall-istat tad-dritt fuq oħra; huwa mħasseb li dan in-nuqqas ta’ trasparenza jikkomprometti l-fiduċja fl-applikazzjoni imparzjali tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità; jesprimi dispjaċir għall-fatt li f’Diċembru 2023, il-Kummissjoni vvalutat li l-Ungerija kienet issodisfat il-kundizzjoni abilitanti orizzontali dwar l-indipendenza ġudizzjarja, filwaqt li żammet il-miżuri imposti skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità; jissottolinja li dan in-nuqqas ta’ koerenza jxekkel l-iskrutinju demokratiku tal-applikazzjoni tal-istrumenti; ifakkar li l-Parlament ħa azzjoni legali kontra l-Kummissjoni quddiem il-QĠUE f’Marzu 2024 sabiex tiġi rieżaminata l-legalità ta’ dik id-deċiżjoni mill-Kummissjoni, kif ukoll biex tinġieb ċertezza tad-dritt għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi tal-istat tad-dritt, u li s-sentenza tal-QĠUE għadha pendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jibqgħu jinżammu u jissaħħu aktar is-sinerġiji bejn id-diversi għodod għall-istat tad-dritt; jisħaq li l-miżuri relatati mal-istat tad-dritt meħtieġa għar-rilaxx tal-finanzjament tal-UE, kif definiti mid-deċiżjonijiet rilevanti meħuda skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, ir-Regolament dwar l-RRF u r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità, iridu jiġu ttrattati bħala pakkett wieħed integrali, u li l-ebda pagament ma għandu jsir anke jekk ikun hemm progress f’qasam wieħed jew aktar, iżda jkunu għadhom jippersistu nuqqasijiet f’qasam ieħor; jinsisti li kwalunkwe rigress fir-rigward tas-sitwazzjoni li wasslet għal dawn il-miżuri għandu jitqies ukoll;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Iwissi li r-riallokazzjoni jew ir-ridistribuzzjoni ta’ approprjazzjonijiet iffriżati lejn programmi jew objettivi oħra tagħti l-indikazzjoni lill-gvernijiet li ma kinux konformi mal-valuri tal-UE u mal-obbligi tagħhom li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE li t-telf jista’ jiġi kkumpensat xi mkien ieħor; jemmen li l-ispirtu tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jipprekludi kwalunkwe trasferiment bħal dan u jħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni tirrifjuta kwalunkwe talba għal trasferiment lejn programmi jew prijoritajiet oħra taħt l-istess programm li twassal għal ċirkomvenzjoni tal-miżuri skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità; jitlob li l-Kummissjoni tissottometti lill-Parlament it-test sħiħ ta’ kwalunkwe talba ta’ trasferiment bħal din sabiex l-iskrutinju demokratiku jkun jista’ jippreċedi, u ma jsegwix, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni; jemmen li l-fondi sospiżi f’konformità mar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jew minħabba n-nuqqas ta’ ssodisfar tal-kundizzjonijiet abilitanti orizzontali ma għandhomx ikunu eliġibbli għal emendi jew trasferimenti tal-programm;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-iskrutinju demokratiku u t-trasparenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jagħti s-setgħa lill-Kunsill – filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata – biex jemenda l-proposta tal-Kummissjoni qabel ma jiġu adottati miżuri, filwaqt li r-rwol tal-Parlament huwa limitat għal informazzjoni <STRING ITALIC="on">ex post</STRING>, u b’hekk jiċħad parti waħda tal-awtorità baġitarja tal-UE u tal-awtorità ta’ kwittanza tal-UE, minn opinjoni sinifikattiva f’deċiżjonijiet li huma kruċjali għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE; jinnota li fil-każ uniku li l-Kunsill kellu jiddeċiedi dwaru, huwa għażel li jimmodifika l-proposta tal-Kummissjoni billi jnaqqas l-ammonti ta’ finanzjament li għandhom jiġu sospiżi, mingħajr ebda ġustifikazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jisħaq li stħarriġ tal-Ewrobarometru li sar fir-rebbiegħa tal-2025 juri appoġġ pubbliku kbir biex l-għoti ta’ fondi tal-UE jsir kundizzjonali fuq il-konformità mal-istat tad-dritt u l-prinċipji demokratiċi, b’85 % ta’ dawk li wieġbu favur dan l-approċċ; jissottolinja li, bħala r-rappreżentanti eletti direttament taċ-ċittadini tal-UE, il-Membri tal-Parlament Ewropew jeħtiġilhom jirrispettaw din id-domanda ċara u jiddefendu bis-sħiħ il-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità bħala għodda essenzjali għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE u għas-salvagwardja tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Itenni li huwa jieħu r-rwol ta’ skrutinju tiegħu fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità b’mod serju ħafna; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni kkonformat mal-obbligu legali tagħha li tinforma lill-Parlament minnufih bi kwalunkwe miżura proposta, adottata jew imneħħija; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni pprovdiet biss informazzjoni minima assoluta, mingħajr dettalji ewlenin, u, anke wara talba tal-Parlament, ma kkondividitx id-dokumentazzjoni sħiħa; jisħaq li l-kondiviżjoni tal-informazzjoni f’waqtha, komprensiva u proattiva hija essenzjali biex jeżerċita r-responsabbiltajiet baġitarji u ta’ sorveljanza tiegħu b’mod effettiv u għaċ-ċittadini biex iżommu l-fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-UE u għall-kredibbiltà tal-UE kollha kemm hi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jesprimi dispjaċir, barra minn hekk, għall-fatt li ma għandu l-ebda aċċess għat-test sħiħ tan-notifiki bil-miktub u l-iskambji bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istat Membru inkwistjoni; jisħaq li ż-żamma ta’ tali evidenza jimmina l-prerogattivi ta’ kontroll baġitarju bbażati fuq it-Trattat tal-Parlament skont l-Artikolu 14(1) tat-TUE u l-Artikolu 319 tat-TFUE; jiddeplora, barra minn hekk, li kellu jirrikorri ripetutament għal ittri jew riżoluzzjonijiet biex jikseb informazzjoni proċedurali bażika mill-Kummissjoni, u li ħafna dokumenti ġew ipprovduti biss wara dewmien sinifikanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jieħu nota tal-konklużjoni tan-negozjati dwar ir-reviżjoni tal-Ftehim Qafas bejn il-Parlament u l-Kummissjoni u li l-Kummissjoni timpenja ruħha li tkompli ssaħħaħ il-kooperazzjoni interistituzzjonali dwar kwistjonijiet baġitarji; ifakkar li l-Parlament għandu jkun fuq l-istess livell tal-Kunsill fil-kwistjonijiet kollha tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni; jinsisti li jingħata aċċess sistematiku, f’waqtu, strutturat u sigur għall-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha li jirrikjedi għalih u l-kumitati tiegħu jissodisfaw ir-rwol ta’ skrutinju tagħhom, inkluża n-notifika bil-miktub lill-Istat Membru affettwat minn sospensjoni potenzjali tal-fondi, kwalunkwe talba għal informazzjoni addizzjonali, il-korrispondenza bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Istat Membru inkwistjoni, u r-rapporti previsti skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taqbel dwar mezz ta’ komunikazzjoni sigur biex tiżgura l-aċċess għal tali informazzjoni għall-korpi tal-Parlament responsabbli, filwaqt li tissalvagwardja l-kunfidenzjalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-informazzjoni li l-Kummissjoni għamlet disponibbli għall-pubbliku dwar is-sejbiet tagħha f’każijiet speċifiċi skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tħalli barra l-ksur speċifiku tal-istat tad-dritt li jiġi identifikat, il-metodoloġija tal-analiżi tar-riskju u l-kalkolu tal-proporzjonalità; jinnota li dan in-nuqqas ta’ informazzjoni ġie sfruttat minn atturi estremisti biex ixerrdu diżinformazzjoni dwar il-motivi u l-proċeduri tal-UE; u jwissi li dan jista’ jerġa’ jseħħ fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġi ggarantit finanzjament adegwat tal-UE għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma attivi f’dan il-qasam, peress li dawn għandhom rwol kruċjali fis-salvagwardja tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Protezzjoni tar-riċevituri finali u l-benefiċjarji</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jisħaq li huwa meħtieġ approċċ robust biex jiġi żgurat li r-riċevituri finali u l-benefiċjarji ma jiġux ippenalizzati minħabba li l-fondi tal-UE għall-gvern tagħhom ġew sospiżi bħala riżultat ta’ ksur tal-istat tad-dritt; jistenna li l-Kummissjoni tanalizza l-impatt potenzjali fuq ir-riċevituri finali jew il-benefiċjarji meta tipproponi miżuri; jisħaq li dan il-prinċipju jinsab fil-qalba tal-approċċ ta’ kundizzjonalità aktar intelliġenti; ifakkar, b’mod partikolari, fl-obbligu tal-Istati Membri soġġetti għal miżuri skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità li jkomplu jirrispettaw l-impenji kollha lejn ir-riċevituri finali u l-benefiċjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, fil-prattika, dawn id-dispożizzjonijiet ma ġewx infurzati biżżejjed u s-salvagwardji stabbiliti għar-riċevituri finali u l-benefiċjarji għadhom fil-biċċa l-kbira teoretiċi, peress li l-proċeduri għall-pagament dirett jew għar-ridirezzjonar tal-fondi huma ineffiċjenti, u l-komunikazzjoni mar-riċevituri finali u l-benefiċjarji reali u potenzjali hija sporadika; jenfasizza li jeħtieġ li jsir aktar fil-livell tal-UE biex tittejjeb il-protezzjoni tal-interessi leġittimi tar-riċevituri finali u tal-benefiċjarji, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet ikkonċernati oħra, u biex jiġi żgurat l-aċċess tagħhom għall-finanzjament tal-UE, peress li ma għandhomx jiġu kkastigati għall-ksur imwettaq mill-gvernijiet ċentrali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Josserva bi tħassib li f’xi Stati Membri, l-istrutturi oligarkiċi kleptokratiċi qed jieħdu kontroll b’mod sistematiku ta’ setturi strateġikament importanti, bħas-setturi tal-media, tat-telekomunikazzjoni, tal-banek, tal-bejgħ bl-imnut, tal-agrikoltura, tal-ikel, tal-kura tas-saħħa, tal-farmaċewtika, tal-kostruzzjoni u tat-turiżmu, u dan jista’ joħloq riskju għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE, pereżempju meta tali strutturi japplikaw għall-fondi tal-UE; jissottolinja l-importanza li jiġu ggarantiti opportunitajiet indaqs għall-applikanti kollha biex jaċċessaw kemm il-finanzjament tal-UE, kif ukoll mekkaniżmi imparzjali u effettivi għall-ilmenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jisħaq li f’xi Stati Membri, l-intimidazzjoni u r-ritaljazzjoni kontra l-informaturi u l-ġurnalisti investigattivi jikkontribwixxu għal riskji sistemiċi ta’ korruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tittratta kwalunkwe tali ritaljazzjoni bħala fattur aggravanti meta tivvaluta r-riskji baġitarji fl-ambitu tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li l-istandards u r-rakkomandazzjonijiet Ewropej u internazzjonali dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (AML) jiġu integrati b’mod sistematiku fil-valutazzjonijiet imwettqa skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa indikaturi tar-riskju ċari dwar l-AML għal proġetti ffinanzjati mill-baġit tal-UE, biex issaħħaħ l-iskambju ta’ informazzjoni mal-unitajiet tal-intelliġenza finanzjarja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tagħlimiet meħuda u rakkomandazzjonijiet għal titjib futur</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Iqis, abbażi tal-esperjenza limitata, li r-reġim ta’ kundizzjonalità kien ġeneralment għodda effettiva għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE mir-riskji li jirriżultaw minn ksur tal-istat tad-dritt jew riskji serji ta’ tali ksur; jinsisti li r-reġim irid jiġi applikat għall-baġit kollu tal-UE, inklużi strumenti bbażati fuq il-prestazzjoni, sabiex l-ebda nefqa tal-UE ma tevita skrutinju effettiv tal-istat tad-dritt; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jiġi applikat b’mod konsistenti għall-baġit tal-UE, irrispettivament mill-mudell ta’ finanzjament tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jissottolinja li xi aspetti tal-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità għandhom jittejbu, bil-ħsieb li jissaħħu l-effettività u t-trasparenza tiegħu, u l-koordinazzjoni u l-konsistenza tiegħu ma’ strumenti oħra fis-sett ta’ għodod għall-istat tad-dritt, b’mod partikolari għodod <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u l-applikazzjoni kombinata tagħhom, jekk ikun meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi b’mod urġenti l-Linji Gwida tal-2022 sabiex tindirizza r-riskju ta’ devjazzjoni tal-fondi jew ta’ riallokazzjoni b’mod aktar dirett, tippubblika metodoloġija pass pass li turi kif tiġi kkalkolata l-proporzjonalità, tiddefinixxi “rabta diretta biżżejjed” bejn ksur tal-istat tad-dritt u riskju baġitarju, tirrikjedi rabtiet aktar ċari bejn il-ksur u l-miżuri adottati, inkluż permezz ta’ standards aktar preċiżi għal dak il-ksur, u tipprovdi soluzzjonijiet ċari u passi prattiċi dwar kif għandhom jiġu ttrattati r-rigress marbut mal-ksur identifikat f’każ li dan iseħħ; jappella, f’dan il-kuntest, għal involviment aktar bikri u aktar trasparenti mal-partijiet ikkonċernati biex jiġi pprevenut id-dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jisħaq li l-Kummissjoni għandha tiddokumenta r-rabta bejn il-ksur u l-miżuri adottati f’kull fajl tal-każ u tippubblika, flimkien ma’ kull deċiżjoni, spjegazzjoni qasira ta’ kif ġie ssodisfat it-test ta’ “rabta diretta biżżejjed”, bl-użu tal-indikaturi elenkati fil-linji gwida riveduti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, f’dan il-kuntest, tirrieżamina l-interpretazzjoni tagħha tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità bħala strument tal-aħħar għażla u biex tkun ġeneralment aktar proattiva fl-użu tiegħu tas-sett ta’ għodod għall-istat tad-dritt meta jkun ġustifikat, inkluża l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(4), filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-komunikazzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni dwar il-QFP tidher li tikkonferma dan l-approċċ li r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jintuża bħala “l-aħħar linja ta’ difiża”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jitlob li l-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità tagħha, tqis b’mod sistematiku l-konsegwenzi negattivi għar-riċevituri finali u għall-benefiċjarji (potenzjali), speċifikament dawk iżgħar bħal, universitajiet, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u li tirrifletti dik l-analiżi fid-dossier li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament skont l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina kif tista’ tissodisfa b’mod effettiv l-obbligu tagħha li tissalvagwardja l-interessi finanzjarji leġittimi tar-riċevituri finali u tal-benefiċjarji, b’mod partikolari dawk li jbatu l-konsegwenzi tan-nuqqasijiet fl-istat tad-dritt, inkluż billi tinforza d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità fir-rigward tal-obbligi tal-Istati Membri li jagħmlu pagamenti u jużaw il-fondi b’mod mhux diskriminatorju; jisħaq li kwalunkwe miżura meħuda biex jiġi żgurat li r-riċevituri finali u l-benefiċjarji leġittimi jkunu jistgħu jkomplu jaċċessaw il-finanzjament tal-UE ma għandhiex iddgħajjef l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità; jistenna li jkun involut bis-sħiħ f’dan il-proċess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel kontroreferenzi sistematiċi bejn il-proċedimenti ta’ ksur u l-miżuri adottati f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament Finanzjarju u l-iskrinjar tal-kundizzjonalità pendenti, sabiex l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jisfruttaw is-silos proċedurali u li l-interessi finanzjarji tal-UE jkunu protetti, irrispettivament mill-istrument legali użat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jemmen li l-azzjonijiet ta’ rimedju għandhom ikunu akkumpanjati minn salvagwardji biex tiġi pprevenuta, meta jkun rilevanti, l-okkorrenza ta’ sitwazzjonijiet simili jew rigress ulterjuri fil-futur; jitlob li jiġi stabbilit qafas ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar aktar robust, inkluż, jekk ikun meħtieġ, mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni pubblika strutturat u sistematiku ma’ partijiet ikkonċernati mhux statali, b’mod partikolari fir-rigward tal-istatus ta’ implimentazzjoni tal-miżuri ta’ rimedju mill-Istati Membri soġġetti għal proċeduri skont ir-reġim tal-kundizzjonalità ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jistenna li l-Kummissjoni tieħu azzjoni konkreta biex issaħħaħ ir-rabtiet bejn ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapporti annwali tagħha dwar l-istat tad-dritt u l-appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-UE, kif deskritt fl-ittri ta’ missjoni tal-2024 lill-Kummissarji responsabbli għall-baġit u għall-istat tad-dritt; jiddeplora n-nuqqas ta’ dettall dwar kif din ir-rabta ssir fir-Rapport Annwali tal-2025 dwar l-Istat tad-Dritt, b’mod partikolari fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni ssarraf ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż mir-rapporti annwali tagħha dwar l-istat tad-dritt fi stadji importanti konkreti li għandhom jiġu segwiti sistematikament mill-Istati Membri u, meta jkun xieraq, biex iservu bħala evidenza biex jiġġustifikaw l-attivazzjoni tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa r-rabta bejn l-istrumenti preventivi u reattivi u, abbażi tas-sejbiet tar-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt, tniedi minnufih u b’mod koordinat il-proċeduri ta’ ksur; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u tirrapporta fir-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt, ir-riskji potenzjali għall-baġit tal-UE kkawżati minn dgħufijiet fir-reġimi tal-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jisħaq li r-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt bħalissa huwa strutturat madwar erba’ pilastri, jiġifieri s-sistema ġudizzjarja, il-qafas kontra l-korruzzjoni, il-pluraliżmu tal-media, u kwistjonijiet istituzzjonali oħrajn relatati mas-sistema ta’ kontrolli u bilanċi; jilqa’, wara li talabha ripetutament, l-inklużjoni ta’ dimensjoni tas-suq uniku fir-Rapport 2025 dwar l-Istat tad-Dritt biex jiġi indirizzat diversi każijiet ta’ ksur serju u sistemiku tal-istat tad-dritt li jaffettwa lill-kumpaniji u lill-ħaddiema f’diversi Stati Membri; jisħaq li sistema ġudizzjarja li tiffunzjona, qafas b’saħħtu kontra l-korruzzjoni, pluraliżmu tal-media, kontrolli u bilanċi adegwati, u suq uniku li jiffunzjona huma intrinsikament marbuta mal-istat tad-dritt; itenni l-pożizzjoni tiegħu li r-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt għandu jkopri l-ambitu sħiħ tal-valuri fl-Artikolu 2 tat-TUE peress li dawn għandhom jitqiesu flimkien, bħala sett ta’ valuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jemmen li l-ksur sistematiku tal-istat tad-dritt, identifikat skont il-pilastri tar-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt, li għandu rabta diretta biżżejjed mal-protezzjoni tal-baġit tal-UE għandu jwassal għall-iskattar tal-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità, b’mod partikolari b’rabta mal-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja u f’każijiet bħal ksur tar-regoli, manipulazzjoni ta’ sejħiet għall-offerti u applikazzjonijiet li jinvolvu finanzjament mill-UE, jew favoritiżmu fihom, kif ukoll fastidju amministrattiv li jikser it-trattament ugwali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, tal-kumpaniji jew riċevituri finali u benefiċjarji oħra, u l-aċċess tagħhom għall-fondi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-partijiet ikkonċernati kollha jkunu liberi li jipprovdu kontribut dwar tali ksur, filwaqt li jsaħħu t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinsisti li l-Kummissjoni għandha tiġġustifika d-deċiżjonijiet tagħha li ma tipproponix miżuri skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità fejn ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż b’rabtiet mal-baġit tal-UE jibqgħu ma jiġux indirizzati għal żmien twil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Iqis li l-ftehim interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja<FOOTNOTE><FIELD> Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj).</FIELD></FOOTNOTE> għandu jinkludi anness iddedikat dwar il-kooperazzjoni fir-rigward tar-reġim ta’ kundizzjonalità; jemmen, f’dan il-kuntest, li djalogu regolari bejn it-tliet istituzzjonijiet dwar is-sitwazzjoni attwali rigward il-protezzjoni tal-baġit tal-UE, fir-rigward tal-istat tad-dritt, ikun mod effettiv kif tittejjeb il-koordinazzjoni rigward is-sett ta’ għodod għall-istat tad-dritt; iqis li l-Parlament għandu jingħata rwol konsultattiv formali qabel ma l-Kummissjoni jippreżenta kwalunkwe proposta skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinsisti li l-prerogattivi ta’ skrutinju tiegħu jiġu ssalvagwardjati billi jingħata s-setgħa li jimmonitorja l-konsistenza fl-applikazzjoni (jew in-nuqqas ta’ applikazzjoni) tar-reġim ta’ kundizzjonalità, u b’hekk jiġu pprevenuti l-istrumentalizzazzjoni jew l-opaċità politiċi; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdilu inventarju annwali konsolidat tad-deċiżjonijiet kollha relatati mal-kundizzjonalità fl-intestaturi baġitarji fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jitlob li jsiru djalogi strutturati kull tliet xhur bejn il-Kummissarji responsabbli u l-kumitati tal-Parlament responsabbli, biex jiġu ggarantiti flussi ta’ informazzjoni f’ħin reali u tissaħħaħ is-sorveljanza demokratika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill iżomm il-proċess ibbażat fuq il-fatti u l-objettiv, u jżomm kemm jista’ jkun mill-qrib mal-proposti tal-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Kunsill, barra minn hekk, ma jittrasformax il-proċess li jwassal għall-adozzjoni ta’ miżuri f’pedina ta’ negozjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jissottolinja li komunikazzjoni ċara u proattiva hija essenzjali biex tissaħħaħ il-fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-UE u jiġu miġġielda n-narrattivi populisti; ifakkar li r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jimponi fuq il-Kummissjoni l-obbligu li tipprovdi informazzjoni u gwida lir-riċevituri finali u lill-benefiċjarji permezz ta’ sit web jew portal tal-internet, flimkien ma’ għodod adegwati li jippermettu lir-riċevituri finali jew lill-benefiċjarji jinformaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe ksur ta’ dawn l-obbligi li jaffettwawhom b’mod dirett; jisħaq li s-sit web jew il-portal għandu jippermetti liċ-ċittadini, lir-riċevituri finali u lill-benefiċjarji, u lill-operaturi ekonomiċi jsibu d-deċiżjonijiet u l-valutazzjonijiet rilevanti kollha skont il-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità u jsegwu ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-każijiet ta’ kundizzjonalità, min-notifika sat-tneħħija eventwali tal-miżuri, sabiex tissaħħaħ it-trasparenza u tiġi pprevenuta l-informazzjoni ħażina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni tippubblika skedi informattivi li jinkludu kull azzjoni futura skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità, li jistabbilixxu t-tip u l-valutazzjoni tal-ksur, l-iskedi ta’ żmien interni indikattivi għal kull fażi proċedurali, l-impatt fuq il-baġit tal-UE, inklużi l-ammonti sospiżi, u, meta jkun rilevanti, il-proporzjonalità tal-miżuri proposti tagħha, peress li informazzjoni ċara u aċċessibbli hija essenzjali biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni u jintwera liċ-ċittadini li l-UE taġixxi b’mod konsistenti u ġust meta tindirizza l-ksur tal-istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-informazzjoni rilevanti titqassam lir-riċevituri finali u lill-benefiċjarji kkonċernati u lill-pubbliku ġenerali, filwaqt li tiżgura l-konformità mar-regoli tal-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data; jitlob ukoll lill-Kummissjoni biex tiġġieled b’mod attiv id-diżinformazzjoni relatata mal-applikazzjoni tar-regolament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Iqis li, filwaqt li r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità huwa primarjament imfassal biex jipproteġi l-baġit tal-UE minn riskji li joriġinaw minn ksur tal-istat tad-dritt, huwa ta’ benefiċċju li jiġu esplorati modi kif tissaħħaħ il-protezzjoni tal-baġit tal-UE minn ksur tal-valuri l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE; ifakkar li l-baġit tal-UE mhuwiex newtrali għall-ksur tad-demokrazija, tal-ugwaljanza u tad-drittijiet fundamentali, li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji tanġibbli; huwa tal-fehma li l-Artikolu 6 tar-Regolament Finanzjarju jipprovdi l-bażi legali għal azzjoni f’każijiet ta’ ksur bħal dan; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-estensjoni tal-istrumenti ta’ kundizzjonalità f’każijiet ta’ ksur serju u sistemiku ta’ valuri oħra tal-Artikolu 2 tat-TUE li jaffettwaw il-baġit tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza l-frammentazzjoni tar-responsabbiltajiet għall-azzjonijiet ta’ monitoraġġ u infurzar tal-istat tad-dritt fis-servizzi tagħha u r-riskji relatati, billi tissimplifika l-kompetenzi u r-responsabbiltajiet dwar kwistjonijiet tal-istat tad-dritt fi struttura aktar trasparenti u effiċjenti, sabiex tiżgura l-koerenza, il-konsistenza, it-trasparenza u l-infurzar f’waqtu, kif ukoll komunikazzjoni msaħħa mal-Parlament u mal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kapaċità investigattiva tagħha billi tistabbilixxi roster permanenti ta’ esperti speċjalizzati li kapaċi jivvalutaw ksur kumpless tal-istat tad-dritt, u b’hekk tiżgura deċiżjonijiet aktar rapidi u teknikament robusti, u tiżviluppa sistema tal-IT li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ xejriet jew similaritajiet fir-rapporti riċevuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta approċċ aktar proattiv fl-indirizzar tal-ilmenti, u tiżgura li l-proċeduri tal-ilmenti skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità jipprovdu protezzjoni adegwata għall-informaturi, b’mod partikolari dawk f’sitwazzjonijiet prekarji, li għalihom l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta joħloq riskji kbar, sabiex jiġi inċentivat ir-rapportar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas ta’ koordinazzjoni permanenti li jinvolvi l-aġenziji u l-korpi rilevanti kollha tal-UE, biex tiżgura l-identifikazzjoni bikrija u l-investigazzjoni effettiva tal-frodi, tal-ħasil tal-flus u tal-atti ta’ korruzzjoni li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE; jitlob li jingħataw rapporti perjodiċi dwar dawn l-azzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw ir-rispett għall-istat tad-dritt u jindirizzaw malajr kwalunkwe ksur identifikat, sabiex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE u jipprevjenu l-adozzjoni ta’ miżuri skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità; jitlob, barra minn hekk, li jiġu allokati riżorsi adegwati lill-awtoritajiet nazzjonali, li l-ħidma tagħhom hija essenzjali biex jiġi żgurat li jinżamm l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jistieden lill-QEA tipproduċi rapport speċjali li jivvaluta l-kosteffettività tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità, inkluż il-kunsiderazzjoni tal-piż amministrattiv, l-impatt ta’ deterrenza u l-protezzjoni tar-riċevituri finali u l-benefiċjarji;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità u l-QFP li jmiss</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jieħu nota tal-aspetti relatati mal-istat tad-dritt fil-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP għall-2028-2034, u b’mod partikolari l-introduzzjoni ta’ kundizzjonijiet orizzontali dwar ir-rispett għall-prinċipji tal-istat tad-dritt u tal-Karta fil-proposta tal-Kummissjoni dwar l-NRPP; jirrikonoxxi l-importanza ta’ salvagwardji b’saħħithom għar-rispett għall-valuri tal-UE matul l-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE; jesprimi tħassib, madankollu, li l-proposta tal-Kummissjoni għadha insuffiċjenti minħabba li:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>la tissimplifika b’mod sostanzjali s-sett ta’ għodod għall-istat tad-dritt u lanqas ma tistabbilixxi l-koordinazzjoni tal-istrumenti differenti tal-istat tad-dritt, iżda pjuttost tintroduċi sovrapożizzjoni u kontradizzjoni, u b’hekk hemm riskju li toħloq sistema frammentata ta’ strumenti paralleli,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>tipprevedi l-iskattar ta’ miżuri għal ksur tal-kundizzjoni orizzontali tal-istat tad-dritt minn deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill, mingħajr ebda rwol ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għall-Parlament fil-proċedura,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>tista’ twassal għall-użu tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill minħabba r-rabta prevista bejn il-kundizzjonalità tal-istat tad-dritt u l-kundizzjonalità fuq il-Karta, u dan jagħmel l-applikazzjoni ta’ din tal-aħħar aktar diffiċli,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>ma tirrikjedix rabta diretta biżżejjed bejn ksur tal-istat tad-dritt u l-protezzjoni tal-baġit tal-UE, kif inhu l-każ għall-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità, li jqajjem kwistjonijiet ta’ ċertezza tad-dritt,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>tagħmilha ċara li l-Kummissjoni tkompli tqis il-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità bħala strument tal-aħħar għażla;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jiddeplora s-sovrapożizzjonijiet mal-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità introdott mill-proposta tal-Kummissjoni dwar il-QFP għall-2028-2034; jappella għal qafas unifikat, koerenti u komprensiv fil-programmi ta’ finanzjament kollha tal-UE taħt il-kappa tar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità, li jkopri kemm il-kundizzjonijiet abilitanti li jridu jiġu ssodisfati sabiex jiġi aċċessat il-finanzjament tal-UE kif ukoll il-miżuri biex jiġu ffriżati jew miżmuma l-fondi meta l-kundizzjonijiet rilevanti ma jibqgħux jiġu ssodisfati; jitlob li l-Kummissjoni tikkonsolida l-għodod kollha tal-istat tad-dritt f’qafas uniku li jipprovdi kriterji ċari, oġġettivi u trasparenti għall-applikazzjoni u li tiċċara kif se tiżgura l-koordinazzjoni ta’ dawn l-għodod; jinsisti li, jekk tali konsolidazzjoni ma tiġix żgurata skont il-qafas leġiżlattiv attwali jew permezz tan-negozjati għall-QFP li jmiss, il-Kummissjoni għandha tipproponi emendi għar-Regolament dwar il-Kundizzjonalità li jpoġġu wkoll lill-Parlament u lill-Kunsill fuq l-istess livell fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-Kummissjoni tipproponi, fil-kuntest tal-NRPPs, il-possibbiltà li terġa’ ssir disponibbli, għal programmi f’ġestjoni diretta jew indiretta, finanzjament li jkun ġie diżimpenjat minħabba nuqqas ta’ miżuri ta’ rimedju b’rispons għal ksur identifikat tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità; jitlob kjarifika dwar kif tali ammonti diżimpenjati jistgħu jiġu diretti lejn programmi oħra; jinsisti li d-deċiżjoni li jintużaw fondi diżimpenjati hija prerogattiva tal-awtorità baġitarja fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali u ma għandhiex tkun fid-diskrezzjoni tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jenfasizza li d-deċiżjonijiet kollha biex il-finanzjament tal-UE jiġi sospiż kompletament jew parzjalment iridu jkunu bbażati fuq kriterji u proċeduri ċari, oġġettivi u trasparenti, għall-kuntrarju ta’ negozjati mhux ċari li jinvolvu n-negozjar; jitlob li l-fondi tal-UE jinżammu meta r-rekwiżiti essenzjali ma jiġux issodisfati u li l-fondi ffriżati jiġu rilaxxati lill-Istati Membri kkonċernati biss ladarba jkunu implimentaw bis-sħiħ riformi sinifikattivi u jkunu wrew konformità b’mod verifikabbli mal-istat tad-dritt fil-prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Iqajjem tħassib serju li, f’konformità mal-proposti tal-Kummissjoni, l-ebda istituzzjoni jew korp responsabbli mhu se jkun mistenni jivverifika l-kostijiet sottostanti tal-miżuri skont l-NRPPs, u l-finanzjament li mhuwiex marbut mal-kostijiet reali jsir il-metodu primarju tal-implimentazzjoni tal-baġit; iwissi li dan l-approċċ se jfixkel serjament il-kapaċità tal-Kummissjoni li tiddetermina jew tkejjel il-konsegwenzi finanzjarji tal-ksur tal-istat tad-dritt; iwissi, barra minn hekk, li dan idgħajjef ir-rwol ta’ skrutinju demokratiku bbażat fuq it-Trattat tal-Parlament, bħala fergħa waħda tal-awtorità baġitarja u bħala l-awtorità ta’ kwittanza tal-UE, kif ukoll ir-rwol importanti tal-QEA; iqis li l-kosteffettività, it-traċċabbiltà u t-trasparenza tal-flussi finanzjarji mill-pagamenti lir-riċevituri finali, inklużi s-sottokuntratturi, iridu jiġu ggarantiti permezz ta’ sistema tal-IT interoperabbli, peress li dan huwa l-uniku mod kif jiġi stabbilit u kkwantifikat l-impatt baġitarju tal-ksur tal-istat tad-dritt; jisħaq li l-Kummissjoni jeħtiġilha ttejjeb il-preċiżjoni tal-informazzjoni li għandha tiġi kondiviża mal-Parlament;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>