<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0344</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-dekarbonizzazzjoni u l-modernizzazzjoni tas-settur tas-sajd tal-UE, u l-iżvilupp u l-użu tal-irkaptu tas-sajd</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0236/2025 - Rapporteur: Ton Diepeveen)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2025 dwar id-dekarbonizzazzjoni u l-modernizzazzjoni tas-settur tas-sajd tal-UE, u l-iżvilupp u l-użu tal-irkaptu tas-sajd (2024/2123(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 4, 9, 38, 174 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar tal-25 ta’ Mejju 1980,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali tas-17 ta’ Marzu 1958,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015 (il-Ftehim ta’ Pariġi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1241/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (il-“Liġi Ewropea dwar il-Klima”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1119/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 247, 13.7.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1139/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2022/591 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2030<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 114, 12.4.2022, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/591/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 234, 22.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1804/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 234, 22.9.2023, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1805/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2023/2413, 31.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/2413/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/2842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 u (KE) Nru 1005/2008 u r-Regolamenti (UE) 2016/1139, (UE) 2017/2403 u (UE) 2019/473 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontroll tas-sajd<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2023/2842, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2842/oj.</FIELD></FOOTNOTE>;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2021 dwar approċċ ġdid għal ekonomija blu sostenibbli fl-UE – It-trasformazzjoni tal-Ekonomija Blu tal-UE għal Futur Sostenibbli (COM(2021)0240),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2023 dwar it-Tranżizzjoni tal-Enerġija tas-settur tas-Sajd u tal-Akkwakultura tal-UE (COM(2023)0100),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Gwida tal-Kummissjoni ta’ Novembru 2023 dwar opportunitajiet ta’ finanzjament għat-tranżizzjoni lejn enerġija ekoloġika fis-sajd u fl-akkwakultura – Nappoġġjaw it-tranżizzjoni tal-enerġija fis-sajd u fl-akkwakultura permezz ta’ opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021–2027, NextGenerationEU u lil hinn,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2023 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: il-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar għal settur tas-sajd sostenibbli u reżiljenti”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2021 lejn sħubija aktar b’saħħitha mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 117, 11.3.2022, p. 18.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2021 dwar Sajjieda għall-futur: nattiraw ġenerazzjoni ġdida ta’ ħaddiema lejn l-industrija tas-sajd u niġġeneraw impjiegi fil-komunitajiet kostali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 117, 11.3.2022, p. 67.</FIELD></FOOTNOTE>
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Mejju 2022 lejn ekonomija blu sostenibbli fl-UE: ir-rwol tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2023 dwar is-sitwazzjoni tas-sajd fuq skala żgħira fl-UE u l-prospettivi futuri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 214, 16.6.2023, p. 150.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-prospettivi futuri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5734, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5734/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-2022 bit-titolu “Rapport Analitiku 01/2022: It-tassazzjoni fuq l-enerġija, l-ipprezzar tal-karbonju u s-sussidji fuq l-enerġija” u tal-2020 bit-titolu “Rapport Speċjali 26/2020: Ambjent tal-baħar: il-protezzjoni tal-UE hija wiesgħa iżda mhux approfondita”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 25/2023 bit-titolu “Il‑politika tal‑akkwakultura tal‑UE – Produzzjoni staġnata u riżultati mhux ċari minkejja finanzjament akbar mill‑UE”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Unità tal-Prospettiva Xjentifika tiegħu ta’ Ġunju 2023 bit-titolu “Decarbonising the fishing sector: Energy efficiency measures and alternative energy solutions for fishing vessels (Dekarbonizzazzjoni tas-settur tas-sajd: miżuri ta’ effiċjenza enerġetika u soluzzjonijiet tal-enerġija alternattivi għall-bastimenti tas-sajd”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar Baltiku tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar it-tranżizzjoni tal-enerġija tas-settur tas-sajd tal-Baħar Baltiku,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-parir tal-Kunsill Konsultattiv tal-Ilmijiet tal-Majjistral tat-28 ta’ Novembru 2023 dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “dwar it-Tranżizzjoni tal-Enerġija tas-settur tas-Sajd u tal-Akkwakultura tal-UE”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-Servizz dwar it-Tibdil fil-Klima ta’ Copernicus u tal-Organizzazzjoni Meteoroloġika Dinjija tal-15 ta’ April 2025 bit-titolu “European State of the Climate 2024” (L-Istat tal-Klima Ewropea 2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-parir tal-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana tad-19 ta’ Mejju 2025 dwar l-Evalwazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd.
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima tat-2 ta’ Ġunju 2025 bit-titolu “Parir xjentifiku għall-emendar tal-Liġi Ewropea dwar il-Klima – L-istabbiliment ta’ għanijiet klimatiċi biex jissaħħu l-prijoritajiet strateġiċi tal-UE”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A10-0236/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 hemm bżonn ta’ tranżizzjoni ambizzjuża, soċjoekonomikament ġusta, inklużiva u sostenibbli tas-settur tas-sajd tal-UE, ibbażata fuq bilanċ bejn il-protezzjoni ambjentali, il-ġustizzja soċjali u l-vijabbiltà ekonomika, u appoġġjata mill-investiment pubbliku u mill-innovazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-indirizzar tal-isfidi relatati kemm mal-klima kif ukoll mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi huma fil-qalba tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-oċeani jassorbu madwar 30 % tal-emissjonijiet globali tad-diossidu tal-karbonju;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, fl-agħar xenarju possibbli, huwa stmat li l-flotta tas-sajd tal-UE tarmi 0,015 % tal-emissjonijiet globali tal-karbonju; billi l-flotta tal-UE diġà naqqset l-emissjonijiet tagħha b’aktar minn 52 % meta mqabbla mal-1990;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi dan it-tnaqqis sinifikanti jista’ jiġi spjegat bit-tnaqqis fil-flotta tas-sajd tal-UE, bit-titjib fl-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti u biż-żieda fir-rendimenti tas-sajd; billi, madankollu, is-settur tas-sajd qed jiffaċċja rekwiżiti ta’ dekarbonizzazzjoni li jistgħu jimponu kostijiet sproporzjonati fuqu;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-prodotti tal-enerġija fornuti biex jintużaw bħala fjuwil għan-navigazzjoni fl-ilmijiet tal-UE, inkluż għas-sajd, bħalissa huma eżentati kompletament mit-tassazzjoni skont id-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi s-settur tas-sajd tal-UE qed jiffaċċja sfidi sinifikanti assoċjati mat-tibdil fil-klima, li jvarjaw minn kundizzjonijiet tat-temp aktar avversi fuq il-baħar sal-migrazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut minħabba temperaturi tal-baħar aktar sħan;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima hija urġenti u meħtieġa sabiex tiġi indirizzata l-kriżi planetarja tripla li qed taffettwa l-oċean u biex jiġu evitati effetti avversi ulterjuri fuq is-soċjetà u l-ekonomija, biex jiġi żgurat li l-ġenerazzjonijiet futuri, inklużi l-ġenerazzjonijiet tas-sajd futuri, ikunu mgħammra aħjar biex jiffaċċjaw l-effetti inevitabbli tat-tibdil fil-klima;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-frott tal-baħar huwa l-aktar sors tajjeb għas-saħħa ta’ proteina tal-annimali globalment, bl-anqas impronta tal-karbonju, iżda l-UE għadha tiddependi fuq l-importazzjonijiet għal aktar minn 70 % tal-konsum tal-frott tal-baħar tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi t-tranżizzjoni lejn fjuwils alternattivi u sistemi ta’ propulsjoni b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju tirrikjedi investiment sostanzjali fl-iżvilupp teknoloġiku, fid-disinn tal-bastimenti, fit-taħriġ tal-ekwipaġġ u fl-infrastruttura portwarja, u trid tkun akkumpanjata minn appoġġ pubbliku biex jiġu żgurati affordabbiltà, aċċessibbiltà, implimentazzjoni u żvilupp b’suċċess għas-segmenti kollha tal-flotta, b’mod partikolari għas-sajd fuq skala żgħira u dak artiġjanali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi attwalment l-ebda fjuwil alternattiv jew teknoloġija alternattiva ma joffru soluzzjoni definittiva, aċċessibbli u skalabbli għad-dekarbonizzazzjoni sħiħa tal-flotta tas-sajd, iżda l-iżviluppi u l-progress iridu jiġu appoġġjati b’mod attiv permezz ta’ riċerka, proġetti ta’ dimostrazzjoni u investiment pubbliku u privat immirat biex tkun tista’ ssir tranżizzjoni ġusta u f’waqtha;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi s-Sħubija għat-Tranżizzjoni tal-Enerġija, li tnediet fl-2023, hija pjattaforma siewja mfassla biex taċċellera t-tranżizzjoni tal-enerġija fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura tal-UE u biex tlaqqa’ flimkien il-partijiet ikkonċernati rilevanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi t-tmien Programm ta’ Azzjoni Ambjentali jiddeskrivi l-impenn tal-UE favur it-tneħħija gradwali tas-sussidji għall-fjuwils fossili fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi, għalkemm il-flotta kostali fuq skala żgħira tirrappreżenta 76 % tal-bastimenti tas-sajd attivi kollha li joperaw fl-UE, għadha qed tiffaċċja sfidi persistenti fil-modernizzazzjoni tal-flotta; billi, minkejja l-għadd ta’ bastimenti, l-iżviluppi teknoloġiċi għadhom limitati, b’mod partikolari f’termini ta’ magni ibridi ġodda xierqa, u l-kost għoli tal-fjuwils alternattivi meta mqabbla mal-fjuwils fossili jfixkel il-proċess ta’ tranżizzjoni; billi hemm ħtieġa urġenti ta’ azzjonijiet immirati biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni tas-sajd fuq skala żgħira;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi s-sajjieda, b’mod partikolari l-operaturi fuq skala żgħira, huma alleati essenzjali fil-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar u għandhom ikunu involuti bis-sħiħ fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ tal-politiki li jappoġġjaw it-tranżizzjoni lejn prattiki tas-sajd sostenibbli u b’impatt baxx;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-politika komuni tas-sajd (PKS) tfittex li tiggarantixxi l-konservazzjoni u l-ġestjoni xierqa tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, u li tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd ikunu ambjentalment sostenibbli fit-tul u ġestiti b’mod li jkun konsistenti mal-objettivi li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi, u li jingħata kontribut għas-sigurtà tal-ikel;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) jinkludi dispożizzjonijiet li jappoġġjaw id-dekarbonizzazzjoni, l-innovazzjoni u s-sostenibbiltà soċjali fis-settur tas-sajd, iżda l-kontribut effettiv tiegħu jiddependi fuq aċċess ekwu, piżijiet amministrattivi mnaqqsa u allinjament sħiħ mal-objettivi ta’ tranżizzjoni ġusta u inklużiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi, fil-prinċipju, it-titjib fis-sikurezza u fl-effiċjenza enerġetika jista’ jiġi appoġġjat minn fondi tal-UE fl-ambitu tal-FEMSA u f’konformità mar-regoli tal-PKS; billi, madankollu, iridu jitqiesu kundizzjonijiet anqas restrittivi biex jiġi żgurat li l-Istati Membri u r-reġjuni jkunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ dekarbonizzazzjoni u modernizzazzjoni tal-flotot tas-sajd tagħhom, filwaqt li jevitaw kapaċità żejda jew sajd eċċessiv fil-livell tas-segmenti individwali jew tal-flotta nazzjonali kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri ddikjarat li “jenħtieġ li l-FEMS ma jintużax biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet li jżidu l-kapaċità tas-sajd ta’ bastiment”<FOOTNOTE><FIELD> Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, “Marine environment – EU protection is wide but not deep” (L-ambjent tal-baħar – il-protezzjoni tal-UE hija wiesgħa iżda mhux profonda), l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2020, https://data.europa.eu/doi/10.2865/134960.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-implimentazzjoni għandha tirrispetta d-diversità reġjonali enormi tal-flotta tas-sajd tal-UE u ma tridx tieħu approċċ “kulħadd f’keffa waħda”, speċjalment fir-reġjuni ultraperiferiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi r-reġjuni ultraperiferiċi jiffaċċjaw restrizzjonijiet speċifiċi, bħall-periferiċità, l-insularità, is-swieq żgħar u l-konnettività limitata, li jridu jiġu meqjusa bis-sħiħ fl-implimentazzjoni tal-politiki tas-sajd, inkluż permezz ta’ kriterji ta’ eliġibbiltà adattati fl-ambitu tal-FEMSA u flessibbiltà fir-regoli dwar il-kapaċità u t-tiġdid tal-flotta;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-irkaptu u t-tekniki tas-sajd innovattivi jista’ jkollhom rwol ewlieni fit-tisħiħ tas-sostenibbiltà ambjentali u tal-effiċjenza operazzjonali, u fit-tnaqqis tal-konsum tal-fjuwil, u jeħtieġ li jiġu appoġġjati permezz ta’ investiment pubbliku u privat immirat, kondiviżjoni tal-għarfien u proċessi ta’ evalwazzjoni aktar mgħaġġla biex jingħata lok għal implimentazzjoni usa’;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-irkaptu tas-sajd innovattiv irid jipprogressa mill-fażi tal-prototip għall-fażi ta’ dimostrazzjoni sabiex l-effiċjenza u l-effettività tiegħu jkunu jistgħu jiġu ttestjati f’kundizzjonijiet ta’ użu reali, bl-appoġġ tal-FEMSA;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi ċerti tekniki tas-sajd attwali jużaw ħafna fjuwil, u dan jiġġenera kostijiet konsiderevoli għas-settur u jirriżulta f’impronta tal-karbonju partikolarment għolja;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-mod kif jiġu applikati ċerti tekniki tas-sajd għandu impatt varjabbli fuq is-sekwestru tal-karbonju mill-oċeani u, skont diversi fatturi bħat-tip ta’ sajd, jista’ jitqies ukoll mix-xjenza bħala sostenibbli u kompatibbli mal-ilħuq tal-objettivi ta’ konservazzjoni ta’ qiegħ il-baħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi huwa kruċjali li jkun appoġġ u investiment fir-rigward tar-riċerka u l-iżvilupp b’rabta ma’ fjuwils u magni alternattivi u l-użu effettiv tagħhom, titjib fil-prestazzjoni tal-enerġija tal-bastimenti permezz ta’ modifika retroattiva jew arkitettura navali innovattiva, u mal-iżvilupp ta’ rkaptu u metodi tas-sajd sostenibbli ġodda, kif ukoll teknoloġiji li jnaqqsu l-qabdiet aċċessorji, itejbu l-effiċjenza tal-fjuwil u jimminimizzaw id-disturb f’qiegħ il-baħar, sabiex tiġi appoġġjata tranżizzjoni ġusta u bbażata fuq ix-xjenza lejn sajd sostenibbli u biex jintlaħqu l-objettivi tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-ħtieġa ta’ modernizzazzjoni u dekarbonizzazzjoni u li tiġi żgurata tranżizzjoni tal-enerġija ġusta tippreżenta wkoll opportunità biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien abbord, u dan huwa essenzjali biex jiġi żgurat il-benesseri tas-sajjieda, jiġu attirati ġenerazzjonijiet ġodda lejn is-settur u biex il-professjoni tas-sajd issir aktar inklużiva, speċjalment għan-nisa u għaż-żgħażagħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi t-tranżizzjoni ġusta b’suċċess tas-settur tas-sajd tirrikjedi governanza inklużiva bbażata fuq l-evidenza xjentifika u l-involviment attiv tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi s-sajjieda, il-komunitajiet kostali, ir-riċerkaturi u l-awtoritajiet reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-akkwakultura sostenibbli tal-ilma ħelu u tal-baħar, u t-trobbija tal-frott tal-baħar bil-qoxra u tal-algi jistgħu jikkontribwixxu għal dekarbonizzazzjoni usa’ tas-settur tal-ikel akkwatiku tal-UE u jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tal-importazzjonijiet;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni tal-enerġija </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jisħaq li l-kisba tan-newtralità klimatika sal-2050, f’konformità mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, mal-leġiżlazzjoni tal-UE u mal-Ftehim ta’ Pariġi tan-NU, tirrikjedi tranżizzjoni strutturata, inklużiva u ġusta fis-setturi kollha tas-sajd u tal-akkwakultura tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jissottolinja li din it-tranżizzjoni trid tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-miri klimatiċi tal-UE mingħajr ma ddgħajjef ir-reżiljenza jew l-istabbiltà soċjali u ekonomika tal-komunitajiet tas-sajd filwaqt li tiżgura l-protezzjoni tal-għajxien tagħhom, f’konformità mat-tliet pilastri tal-iżvilupp sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ pjan direzzjonali realistiku u gradwali għad-dekarbonizzazzjoni, ibbażat fuq l-aħjar għarfien u data xjentifiċi disponibbli, li jallinja l-iżviluppi teknoloġiċi, it-titjib loġistiku, id-disponibbiltà ta’ fjuwils alternattivi u l-iskedi ta’ żmien leġiżlattivi biex tiġi żgurata implimentazzjoni fattibbli u effettiva fis-segmenti kollha tal-flotta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob oqfsa ta’ politika kkoordinati u fit-tul, bħall-prijoritajiet deskritti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ġunju 2025 bit-titolu “Il-Patt Ewropew għall-Oċeani” (COM(2025)0281), biex jiġu dekarbonizzati s-sajd u l-akkwakultura u jiġi żgurat li l-ebda segment tal-flotta jew reġjun ma jitħalla jibqa’ lura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrikonoxxi li d-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni tal-enerġija jippreżentaw sfida sinifikanti għas-settur tas-sajd, b’mod partikolari għal operaturi iżgħar b’kapaċità finanzjarja u teknika limitata; ifakkar li biex tinkiseb tranżizzjoni inklużiva u ġusta jeħtieġ li jitneħħew l-ostakli strutturali għall-aċċess, inklużi kostijiet għoljin tad-dħul, nuqqas ta’ taħriġ u infrastruttura portwarja insuffiċjenti; jisħaq li approċċ “kulħadd f’keffa waħda” mhuwiex xieraq minħabba d-diversità tal-flotot, tar-reġjuni u tal-kuntesti soċjoekonomiċi madwar l-UE; ifakkar li l-flotta kostali fuq skala żgħira kienet tirrappreżenta 76 % tal-flotta attiva tal-UE fl-2021, u kważi l-flotta kollha fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza li hemm restrizzjonijiet u ostakli sinifikanti għall-investiment fil-modernizzazzjoni, fl-effiċjenza enerġetika u fis-sostenibbiltà tal-flotta tal-UE; jenfasizza, għalhekk, li jridu jitqiesu mhux biss il-modernizzazzjoni, iżda wkoll il-possibbiltajiet ta’ tiġdid tal-bastimenti, fid-dawl tal-età medja għolja tal-flotta ta’ 31,5 sena, sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dekarbonizzazzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jipproponi, għalhekk, li tiġi promossa l-istimulazzjoni ta’ skemi ta’ tiġdid f’kooperazzjoni ma’ atturi privati, bl-appoġġ ta’ finanzjament nazzjonali u tal-UE, biex jiġi ffaċilitat it-tiġdid tal-flotta b’bastimenti aktar moderni, sikuri u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, filwaqt li tinbena l-attraenza biex jinkiseb aħjar it-tiġdid ġenerazzjonali u tinbena l-fiduċja fost l-industrija tas-sajd, l-istituzzjonijiet pubbliċi, l-awtoritajiet u l-investituri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-qafas attwali fl-ambitu tal-PKS u tal-FEMSA jirrestrinġi serjament il-possibbiltajiet ta’ appoġġ pubbliku, u dan qed jiskoraġġixxi wkoll l-investiment privat fit-tiġdid tal-bastimenti, u jipprevjeni l-iżviluppi meħtieġa biex tiġi dekarbonizzata l-flotta tas-sajd tal-UE; jitlob għalhekk li jsiru bidliet fil-qafas leġiżlattiv attwali; jiddispjaċih għall-fatt li l-inċentivi finanzjarji attwali mhumiex suffiċjenti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-settur, u jsostni li jeħtieġ li jiġu żviluppati u implimentati mekkaniżmi ġodda biex jiġi pprovdut ingranaġġ finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika u tistabbilixxi strumenti ta’ finanzjament addizzjonali u suffiċjenti lil hinn mill-FEMSA, inklużi mudelli ta’ finanzjament innovattivi, biex tappoġġja l-ħtiġijiet ta’ investiment massivi tas-settur għad-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tappoġġja r-riċerka dwar id-disinn tal-bastimenti, inklużi innovazzjonijiet lil hinn mis-sistemi ta’ propulsjoni, bħall-idrodinamika mtejba tal-buq, materjali kompożiti ħfief u s-sostituzzjoni ta’ sistemi idrawliċi mekkaniċi b’sistemi elettriċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota l-possibbiltà li l-Istati Membri, meta jsiru disponibbli soluzzjonijiet tekniċi u appoġġ finanzjarju suffiċjenti, iqisu li jinkludu l-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni fil-kriterji għall-allokazzjoni tal-kwoti tas-sajd lill-operaturi, f’konformità mal-Artikolu 17 tal-PKS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja li t-tranżizzjoni tal-enerġija trid tkun inklużiva u aċċessibbli għas-segmenti kollha tas-settur u għalhekk jeħtieġ li tiġi indirizzata bis-sħiħ fl-iżvilupp tal-politika tal-UE, b’mod partikolari għas-sajjieda fuq skala żgħira u artiġjanali, u appoġġjata minn investiment pubbliku, taħriġ u trasferiment tal-għarfien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jirrikonoxxi li, fil-preżent, ma hemm l-ebda teknoloġija unika ta’ propulsjoni jew tal-fjuwil li toffri soluzzjoni definittiva għad-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni tal-enerġija tas-settur tas-sajd, minħabba d-diversità wiesgħa tat-tipi ta’ bastimenti, il-profili operattivi u d-diversità reġjonali fuq skala kbira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li approċċ “kulħadd f’keffa waħda” ma jkunx xieraq peress li t-teknoloġiji l-ġodda, bħas-soluzzjonijiet ta’ fjuwils alternattivi, mhux se jkunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-flotot kollha; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tal-enerġija tal-bastimenti tas-sajd sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza tagħhom u li jeħtieġ li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-flotot individwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu pprovduti appoġġ u investimenti xierqa biex tiġi evitata ż-żieda fil-kostijiet tal-fjuwil u jisħaq li, sakemm ikunu disponibbli teknoloġiji ta’ propulsjoni nadifa jew sorsi alternattivi ta’ enerġija fuq skala kummerċjali u l-qafas leġiżlattiv jiġi adattat għall-implimentazzjoni tagħhom, ma għandha tiġi introdotta l-ebda regola fil-livell tal-UE dwar it-tassazzjoni fuq il-fjuwil għall-flotta tas-sajd tal-UE, peress li tali miżuri jaggravaw l-isfidi soċjoekonomiċi li diġà qed jiffaċċjaw il-kumpaniji tas-sajd minħabba l-prezzijiet għoljin tal-enerġija u l-inflazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza li bidla fis-sistemi ta’ propulsjoni neċessarjament tinvolvi, minbarra l-adattament tal-bastimenti, bidliet kbar fl-infrastruttura u l-faċilitajiet portwarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, tikkunsidra skemi li jiffaċilitaw u jappoġġjaw aħjar l-investimenti fl-enerġija nadifa, adattati għar-realtajiet u l-ħtiġijiet lokali, biex tippromwovi t-tranżizzjoni tal-enerġija u tiżgura tranżizzjoni ġusta lejn id-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni tal-enerġija tal-flotta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jisħaq li l-miżuri ta’ modernizzazzjoni, dekarbonizzazzjoni u tranżizzjoni tal-enerġija jridu jirriflettu l-ħtieġa ta’ skemi ta’ appoġġ imfassla apposta u aċċessibbli biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ambjentali u ekonomika tal-flotta; jissottolinja li huwa essenzjali li l-finanzjament tal-UE, bħall-FEMSA, flimkien mal-għajnuna mill-Istat u l-fondi privati, jiffinanzja l-investimenti meħtieġa fil-portijiet, fl-infrastrutturi tal-enerġija u fil-bastimenti, mid-disinn sat-twettiq, sabiex jiġi żgurat l-ispazju meħtieġ għad-dekarbonizzazzjoni u għat-tranżizzjoni tal-enerġija, biex jiżdied it-tunnellaġġ soċjali tal-bastimenti, b’żoni adegwati għax-xogħol u għall-mistrieħ tal-ekwipaġġ, u taħriġ adegwat tal-ekwipaġġ, u jingħata wkoll kontribut għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jenfasizza li s-sajd fuq skala żgħira u artiġjanali ġeneralment jopera b’impatti ambjentali u tal-karbonju aktar baxxi u għalhekk, skont ir-reġjun, għandu rwol essenzjali fin-nisġa ekoloġika u soċjali ta’ dawk ir-reġjuni; jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tistabbilixxi u timplimenta mekkaniżmi ta’ appoġġ għas-sajd fuq skala żgħira, artiġjanali u kostali li jagħmluha possibbli li jiġu indirizzati l-problemi speċifiċi f’din il-parti tas-settur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza li l-ħtiġijiet ta’ finanzjament jeħtieġu studju fil-fond mill-Kummissjoni u soluzzjonijiet li jinkludu wkoll prodotti ta’ tfaddil għaċ-ċittadini Ewropej u banek speċjalizzati, bħall-banek marittimi, biex joffru finanzjament bl-appoġġ ta’ garanzija Ewropea għall-prodotti finanzjarji kkonċernati u appoġġ mill-Bank Ewropew tal-Investiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jitlob l-implimentazzjoni sħiħa tal-PKS sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jiġu ġestiti b’mod ġust, jiġġeneraw benefiċċji soċjoekonomiċi, jikkontribwixxu għad-disponibbiltà tal-prodotti tal-ikel u jimminimizzaw l-impatt tal-attivitajiet tagħhom fuq il-ħabitats u l-ekosistemi tal-baħar, filwaqt li jirrestawraw u jżommu l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada ’l fuq minn livelli li jipproduċu rendiment massimu sostenibbli; iqis li dan irid jiġi applikat filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi baċiri tal-baħar; jissottolinja l-importanza li jiġi mobilizzat bis-sħiħ il-FEMSA b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-PKS u għat-tranżizzjoni tal-enerġija tal-flotta; jiddispjaċih li l-PKS u l-FEMSA jimponu limiti stretti tal-kapaċità bbażati fuq it-tunnellaġġ, u dan jirrestrinġi l-installazzjoni ta’ sistemi ġodda ta’ propulsjoni u l-ħżin tal-fjuwil, u jfixkel it-titjib fis-sikurezza, fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u fil-kumdità bażika għas-sajjieda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar li l-evalwazzjoni li għaddejja tal-PKS, u r-rieżami possibbli tagħha, għandhom jivvalutaw u jqisu s-sitwazzjoni tal-flotta tal-UE u t-titjib meħtieġ; jenfasizza li hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jimmaniġġjaw il-limiti massimi tal-kapaċità nazzjonali tagħhom, kif previst skont il-PKS; jirrimarka li, għas-settur tas-sajd, l-applikazzjoni ta’ dawn il-limiti flimkien mal-approċċ restrittiv tal-Istati Membri ħolqu ostakli għad-dekarbonizzazzjoni u għat-tranżizzjoni tal-enerġija tal-flotta; jenfasizza l-importanza tal-appoġġ permezz tal-PKS u l-FEMSA biex tintlaħaq flotta tas-sajd sostenibbli tal-UE fit-tliet dimensjonijiet tagħha, appoġġjata minn finanzjament adegwat u meħtieġ fil-qafas finanzjarju pluriennali futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-FEMSA attwali jintroduċi l-possibbiltà li jikkontribwixxi għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, tal-għajxien u tas-sikurezza fuq il-bastimenti tal-UE, mingħajr ma jżid il-kapaċità tas-sajd tagħhom, b’attenzjoni partikolari mogħtija lill-bastimenti tas-sajd kostali fuq skala żgħira u qrib il-kosta; jisħaq li l-FEMSA jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tas-sajd u tal-ekonomija blu, u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Nru 14 tan-NU; jesprimi tħassib, madankollu, minħabba l-fatt li dawn il-possibbiltajiet ma ntużawx b’mod wiesa’ mill-Istati Membri u jemmen li r-regoli restrittivi żżejjed ħolqu ostakli f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Huwa tal-fehma li t-tnaqqis tad-dipendenza fuq il-fjuwils fossili ma għandux jagħmel lill-UE dipendenti fuq pajjiżi mhux tal-UE għall-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tal-flotta tal-UE; jirrimarka li l-awtonomija strateġika tal-UE trid tkun ċentrali għall-politiki kollha, inklużi d-dekarbonizzazzjoni, it-tranżizzjoni tal-enerġija u l-modernizzazzjoni tal-flotta, b’mod partikolari bħala parti mill-istrateġija industrijali marittima futura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jitlob li l-istrateġija industrijali marittima tinkludi l-flotta tas-sajd fl-objettiv tagħha li tappoġġja l-ekonomija blu u tiżgura jew terġa’ tikseb it-tmexxija globali tal-Ewropa fit-teknoloġiji marittimi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza li, bil-ħsieb li jinstabu modi speċifiċi u realistiċi biex il-flotta tiġi modernizzata u dekarbonizzata, huwa meħtieġ approċċ komprensiv tul il-katina tal-valur marittima kollha (inklużi s-sidien tal-bastimenti, il-portijiet, il-fornituri tal-enerġija, it-tarzni, il-konsulenzi tad-disinn, il-fornituri tat-tagħmir, il-kumpaniji tal-klassifikazzjoni, il-finanzjaturi, ir-riċerkaturi, eċċ.) u dan jirrikjedi kollaborazzjoni permezz ta’ inizjattivi u programmi li jrawmu bastimenti u infrastruttura portwarja b’emissjonijiet żero;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jesprimi, f’dan ir-rigward, l-importanza ta’ miżuri li jistimulaw id-domanda għal fjuwils marittimi sostenibbli, bħall-użu ta’ strumenti u miri ta’ politika tal-UE, u l-importanza li tiġi inċentivata u ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-infrastruttura meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’, f’dak ir-rigward, il-ħidma tas-Sħubija għat-Tranżizzjoni tal-Enerġija għas-sajd u l-akkwakultura tal-UE, imnedija mill-Kummissjoni fl-2023, li hija maħsuba biex isservi bħala pjattaforma kollaborattiva mfassla biex taċċellera t-tranżizzjoni tal-enerġija fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura tal-UE; jenfasizza l-importanza tal-kollaborazzjoni u d-djalogu fl-ambitu ta’ din is-sħubija, iżda jenfasizza li dan irid iwassal għal titjib konkret fil-kundizzjonijiet meħtieġa għad-dekarbonizzazzjoni sabiex jintlaħqu l-miri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tingħata spinta lill-kompetittività tas-settur u li tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni sostenibbli tiegħu, filwaqt li jiġi pprovdut futur sostenibbli għan-negozji u l-komunitajiet kostali, billi jiġi stabbilit patt strateġiku ġdid bejn l-UE u s-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu pprovduti inċentivi għar-riċerka applikata u l-innovazzjoni teknoloġika fil-qasam tal-ekonomija ċirkolari fis-settur tas-sajd, inkluż dwar l-irkaptu tas-sajd, billi jiġu promossi inizjattivi pilota u proġetti territorjali li jrawmu sinerġiji bejn l-impriżi fis-settur tas-sajd, il-gruppi ta’ azzjoni lokali tas-sajd, l-operaturi tat-trattament tal-iskart, il-kumpaniji tar-riċiklaġġ u atturi ekonomiċi oħra, bl-għan li tiżdied l-effiċjenza fir-riżorsi, tittejjeb il-kompetittività tas-settur u jiġu ġġenerati opportunitajiet ġodda ta’ impjieg lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jisħaq li l-periferiċità ġeografika, l-insularità u d-daqs żgħir tar-reġjuni ultraperiferiċi jirrikjedu approċċ differenzjat għad-dekarbonizzazzjoni tas-setturi tas-sajd tagħhom, meta titqies id-diffikultà li l-flotot tagħhom għandhom biex jikkonformaw mal-proċess ta’ dekarbonizzazzjoni u modernizzazzjoni li tinvolvi t-tranżizzjoni teknoloġika u sostenibbli; jissottolinja li strumenti ta’ finanzjament preċedenti bħall-programm ta’ soluzzjonijiet speċifiċi relatati mal-periferiċità u l-insularità għas-sajd qiesu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ dawn ir-reġjuni, rikonoxxuti fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; jenfasizza li, fil-futur, dan irid jitqies bis-sħiħ meta jiġu ddisinjati u implimentati strumenti ta’ finanzjament, oqfsa regolatorji u strateġiji ta’ innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li l-flotot tas-sajd tar-reġjuni ultraperiferiċi huma fil-biċċa l-kbira fuq skala żgħira u qed jiqdiemu, u jiffaċċjaw riskji dejjem akbar għas-sikurezza u kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien li qed jiddeterjoraw; jinnota, barra minn hekk, li l-kundizzjonijiet strutturali u l-kostijiet addizzjonali tagħhom minħabba l-periferiċità qed ikomplu jiġu aggravati mill-impatt dejjem akbar tal-kundizzjonijiet estremi tat-temp; jissottolinja li din is-sitwazzjoni tirrestrinġi l-aċċess għar-riżorsi u thedded is-sigurtà tal-ikel u l-ekonomiji lokali ta’ dawn it-territorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jitlob l-adattament tal-kriterji ta’ eliġibbiltà u tal-prijoritajiet ta’ investiment fl-ambitu tal-FEMSA u strumenti oħra tal-UE biex jirriflettu r-restrizzjonijiet strutturali u l-vulnerabbiltajiet ambjentali tar-reġjuni ultraperiferiċi, filwaqt li jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tal-enerġija ma taggravax l-inugwaljanzi jew tfixkel is-sostenibbiltà soċjoekonomika ta’ dawn it-territorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jisħaq li s-sajd kostali fuq skala żgħira, b’mod partikolari fil-gżejjer u fir-reġjuni ultraperiferiċi, huwa pedament għas-sigurtà tal-ikel, u għan-nisġa ekonomika, soċjali u kulturali ta’ ħafna komunitajiet lokali fejn l-aċċess għal sorsi ta’ proteini friski u tajbin għas-saħħa huwa marbut mill-qrib mal-vijabbiltà tal-attività tas-sajd lokali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-objettivi ambjentali jkunu allinjati bis-sħiħ mas-sostenibbiltà ekonomika tas-sajd kostali fuq skala żgħira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jitlob kooperazzjoni msaħħa ma’ pajjiżi mhux tal-UE li joperaw fl-istess reġjuni marittimi u baċiri tal-baħar, b’mod partikolari fil-qafas tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, fejn xieraq u diġà eżistenti, biex jiġu skambjati l-aħjar prattiki, jiġi kkoordinat l-investiment, u jiġu stabbiliti objettivi komuni għad-dekarbonizzazzjoni, it-tranżizzjoni tal-enerġija u s-sostenibbiltà ambjentali tas-sajd biex jiġi żgurat li jiġu applikati regoli komuni, filwaqt li jkun hemm konformità mal-prinċipju tar-reċiproċità u kundizzjonijiet ġusti għall-operaturi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li l-flotot ta’ distanzi twal li joperaw f’pajjiżi li qed jiżviluppaw u f’ibħra internazzjonali jiffaċċjaw l-ostaklu insormontabbli li infrastrutturi bħal portijiet, tarzni u ċentri ta’ ħżin għal fjuwils u sistemi ta’ propulsjoni ġodda f’dawk il-pajjiżi mhumiex imħejjija jew xierqa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-bastimenti dekarbonizzati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tirrieżamina l-impatti tal-karbonju u ambjentali tal-importazzjonijiet kollha ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura sabiex tipprevjeni kundizzjonijiet mhux ekwi ma’ kompetituri globali li mhumiex soġġetti għal oqfsa regolatorji stretti simili jew standards ambjentali, tas-saħħa u soċjali ekwivalenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-modernizzazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq li l-modernizzazzjoni tal-flotta tas-sajd tal-UE hija komponent ewlieni tat-tranżizzjoni lejn settur aktar sostenibbli u reżiljenti u għandha tindirizza kemm l-isfidi teknoloġiċi kif ukoll dawk umani, filwaqt li tiżgura li l-effiċjenza enerġetika, il-kapaċità diġitali u s-sikurezza operazzjonali jiġu segwiti id f’id mat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Itenni li żieda fit-tunnellaġġ gross jew rikonfigurazzjoni tad-disinn ta’ bastiment biex jakkomoda sistema ta’ propulsjoni alternattiva jew titjib fis-sikurezza ma għandhomx jitqiesu bħala li jikkontribwixxu għal żieda fil-kapaċità tas-sajd, u għalhekk, bħala li jikkontribwixxu għar-riskju ta’ sajd żejjed; jisħaq li d-diżakkoppjament tal-kapaċità tas-sajd u t-tunnellaġġ gross għall-finijiet ta’ dekarbonizzazzjoni, tranżizzjoni tal-enerġija jew titjib fis-sikurezza huwa meħtieġ għal qafas ta’ politika ġust u bbażat fuq l-evidenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jitlob appoġġ pubbliku biex tingħata prijorità lill-aġġornamenti tal-bastimenti li jwasslu kemm għal kisbiet ambjentali kif ukoll għal progress soċjali u kapaċità msaħħa għall-konservazzjoni xierqa abbord tal-qabdiet, inklużi sistemi ta’ preservazzjoni u mħażen tal-friża, fil-limiti massimi tal-kapaċità nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jużaw l-appoġġ finanzjarju tal-UE u dak nazzjonali biex jagħtu prijorità lill-istrateġiji ta’ modernizzazzjoni li jsaħħu s-sostenibbiltà fit-tul tal-intrapriżi tas-sajd, jippromwovu l-ktajjen tal-valur lokali u jiżguraw li s-sajjieda jkunu jistgħu jkomplu joperaw f’kundizzjonijiet ġusti, prevedibbli u ekonomikament vijabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jissottolinja l-fehma tiegħu li t-tiġdid ġenerazzjonali jista’ jimxi id f’id mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-ħtieġa li tiġi żgurata tranżizzjoni diġitali fl-ekonomija blu; jinnota li dan jirrikjedi mhux biss li ż-żgħażagħ jiġu attirati lejn is-settur tas-sajd iżda wkoll li jiġi żgurat it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien abbord, li jiġu pprovduti akkomodazzjoni u faċilitajiet aħjar biex jikkontribwixxu għall-benesseri tal-ekwipaġġ, li jiġu żgurati taħriġ u informazzjoni xierqa, u li jiġu offruti prospetti ta’ karriera attraenti u l-opportunità li jtejbu s-sitwazzjoni personali tagħhom – b’mod partikolari billi jiġu pprovduti opportunitajiet ta’ introjtu ġust u stabbli u tiġi żgurata s-sostenibbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jissottolinja li s-sajjieda żgħażagħ jikkontribwixxu għall-koeżjoni tal-komunitajiet lokali tagħhom, speċjalment fir-reġjuni kostali l-aktar iżolati u dawk b’anqas opportunitajiet ta’ impjieg, u b’hekk jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib ekonomiku, soċjali u ambjentali fis-settur; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tan-nisa f’dan is-settur permezz ta’ żieda fil-mobbiltà u fl-opportunitajiet ta’ impjieg madwar l-UE, mingħajr diffikultajiet jew restrizzjonijiet rigward ir-rikonoxximent tal-ħiliet u tat-taħriġ tagħhom; jinnota li dan jgħin biex tittejjeb l-immaġni tal-industrija u jagħmilha aktar attraenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Iqis li t-tiġdid ġenerazzjonali ma jridx iwassal għal kunflitt bejn il-ġenerazzjonijiet, u għandu jinkludi sajjieda ta’ kull età biex jiġi żgurat approċċ ibbilanċjat għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali sabiex jiġi żgurat li l-legat tal-esperjenza ma jintilifx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jenfasizza r-rwol strateġiku tad-diġitalizzazzjoni fil-modernizzazzjoni, fid-dekarbonizzazzjoni u fit-tranżizzjoni tal-enerġija tal-flotta tas-sajd, li jtejjeb ukoll l-effiċjenza operazzjonali, is-sikurezza fuq il-baħar u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tas-sajjieda; jissottolinja li l-appoġġ ta’ għodod u sistemi diġitali li jtejbu n-navigazzjoni, it-tbassir tat-temp, il-komunikazzjoni u t-traċċabbiltà, b’mod partikolari fi flotot fuq skala żgħira, se jappoġġja wkoll it-tnaqqis tal-kostijiet tal-fjuwil u jikkontribwixxi għal proċess ta’ dekarbonizzazzjoni aktar ekonomikament vijabbli; jisħaq li t-tranżizzjoni diġitali trid timxi id f’id ma’ taħriġ adegwat, bini tal-kapaċità u t-tfassil ta’ teknoloġiji inklużivi, filwaqt li titqies id-diversità tal-utenti u jiġi żgurat li s-soluzzjonijiet diġitali jikkontribwixxu għal ambjenti tax-xogħol aħjar u jqassmu b’mod ekwu l-benefiċċji teknoloġiċi fis-settur kollu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jitwettqu awditi tal-enerġija fuq il-bastimenti tas-sajd permezz tal-FEMSA; jinsisti li l-operazzjonijiet ta’ ottimizzazzjoni u modifika retroattiva jridu jiġu mħeġġa kull fejn ikun possibbli sabiex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti u jiġi promoss l-użu tat-teknoloġiji, b’mod partikolari l-IA, biex jiġu ottimizzati r-rotot tas-sajd, sabiex is-sajd jiġi dekarbonizzat b’mod aktar affordabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jittejbu l-ġbir, l-aċċessibbiltà u l-użu ta’ data ambjentali, soċjoekonomika u operazzjonali fis-settur tas-sajd, inkluż permezz ta’ għodod diġitali u approċċi ta’ monitoraġġ parteċipattiv; jissottolinja li data effettiva u f’waqtha hija essenzjali biex jittieħdu deċiżjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza u biex il-politiki jiġu adattati għall-kundizzjonijiet ekoloġiċi u ekonomiċi li qed jinbidlu; jitlob integrazzjoni aktar mill-qrib bejn is-sistemi tal-għarfien, inklużi r-riċerka xjentifika, l-għarfien ekoloġiku tradizzjonali u d-data operazzjonali f’ħin reali, sabiex tiġi appoġġjata governanza tas-sajd aktar reattiva, ekwa u sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jitlob l-allokazzjoni ta’ finanzjament iddedikat, minbarra l-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni u tranżizzjoni tal-enerġija, biex jiġu appoġġjati l-adattamenti tal-bastimenti li jissodisfaw l-istandards minimi għall-benesseri tal-ħaddiema – f’konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa u tas-sikurezza okkupazzjonali u l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar ix-xogħol marittimu bħall-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol tal-2007 dwar ix-xogħol fis-sajd – inklużi l-aċċess għall-ilma tax-xorb, l-akkomodazzjoni sikura, in-nutrizzjoni adegwata, il-protezzjoni kontra l-għeja u l-kura medika; iqis li dan it-titjib huwa essenzjali biex tiġi żgurata d-dinjità fuq il-post tax-xogħol, jiġu evitati l-inċidenti u tiġi promossa s-sostenibbiltà soċjali tas-settur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jenfasizza li l-modernizzazzjoni, id-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni tal-enerġija għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-vijabbiltà ekonomika, għall-opportunitajiet ta’ impjieg u għall-kompetittività tas-settur tas-sajd tal-UE u ma jridux jikkompromettu l-profittabbiltà tas-settur jew l-awtonomija strateġika tal-ikel tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jissottolinja li l-investimenti fl-adattament tal-bastimenti, fl-għodod diġitali u fil-kapaċitajiet ta’ preservazzjoni tal-prodotti tas-sajd abbord jistgħu jgħinu biex jitnaqqsu l-kostijiet operattivi u l-emissjonijiet, tittejjeb il-kwalità tal-prodott u jissaħħaħ il-valur tas-suq tal-qabdiet, dment li l-isforzi biex jintlaħqu l-miri stabbiliti jkunu appoġġjati minn governanza bbażata fuq ix-xjenza u kkoordinata fir-reġjuni kollha, u minn finanzjament pubbliku u privat u strumenti tas-suq infurzati sew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Itenni li l-modernizzazzjoni, id-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni tal-enerġija tas-sajd iridu jitqiesu bħala parti minn strateġija usa’ għall-iżvilupp kostali u marittimu, inklużi l-ippjanar spazjali tal-baħar, il-konservazzjoni tal-bijodiversità, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, u l-użu tal-enerġija rinnovabbli; jisħaq li huwa meħtieġ approċċ ibbilanċjat u kkoordinat biex tiġi evitata l-marġinalizzazzjoni tal-komunitajiet tas-sajd; jenfasizza l-potenzjal ta’ sinerġiji pożittivi bejn is-sajd sostenibbli, il-konservazzjoni tal-oċeani, l-enerġija nadifa u l-iżvilupp lokali meta jiġu ġestiti permezz ta’ oqfsa olistiċi, inklużivi, ibbażati fuq ix-xjenza u adattati territorjalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jirrimarka li rapport reċenti ta’ workshop tal-Parlament<FOOTNOTE><FIELD> Il-Parlament, “Workshop on the future of the EU fishing fleet – First assessment of Member States’ EMFAF programmes for 2021–27” (Workshop dwar il-futur tal-flotta tas-sajd tal-UE – L-ewwel valutazzjoni tal-programmi tal-FEMSA tal-Istati Membri għall-2021–27), Dipartiment Tematiku għall-Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni, 19 ta’ Novembru 2024.</FIELD></FOOTNOTE> jissuġġerixxi li l-istrumenti ta’ appoġġ futuri għas-sajd għandhom jikkunsidraw kundizzjonijiet anqas restrittivi għall-appoġġ għall-ewwel akkwist ta’ bastiment tas-sajd, għat-tiġdid jew għas-sostituzzjoni tal-magna u għal titjib tal-bastimenti li jeħtieġu tunnellaġġ addizzjonali, filwaqt li fl-istess ħin japplikaw restrizzjonijiet biex tiġi evitata kapaċità żejda jew sajd eċċessiv fil-livell tas-segmenti individwali tal-flotta jew tal-flotta nazzjonali kollha; jisħaq li, fl-istess ħin, il-bastimenti tas-sajd individwali għandhom ikunu jistgħu jadattaw għall-ħtiġijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jitlob, għalhekk, reviżjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ eliġibbiltà attwalment stabbiliti fl-Artikoli 13, 17, 18 u 19 tal-FEMSA sabiex jingħata lok għal appoġġ pubbliku għat-titjib jew għas-sostituzzjonijiet tal-bastimenti strettament immirati lejn it-titjib tas-sikurezza, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien, tal-effiċjenza enerġetika u tal-adozzjoni ta’ tekniki tas-sajd sostenibbli; jissottolinja li tali appoġġ ma għandux jirriżulta f’żieda fil-kapaċità jew fl-isforz tas-sajd, u għandu jkun kontinġenti fuq il-konformità ma’ standards ambjentali u soċjali għoljin, filwaqt li jiġu żgurati l-vijabbiltà ekonomika u t-tiġdid ġenerazzjonali, b’mod partikolari fir-reġjuni ultraperiferiċi u ż-żoni kostali fejn il-valutazzjonijiet tal-flotta juru li l-isforz tas-sajd huwa f’bilanċ mar-riżorsi disponibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinsisti fuq il-ħtieġa ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu tal-FEMSA u ta’ rieżami mmirat tar-regoli tal-PKS u tal-linji gwida rilevanti, bl-għan li jiġu akkomodati l-ħtiġijiet tal-ispazju u tad-disinn tas-sistemi ta’ propulsjoni, enerġija u ħżin ta’ fjuwils alternattivi u li l-qafas għall-għajnuna mill-Istat isir aktar flessibbli fir-rigward tal-kostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tal-bastimenti; jitlob li jiġi stabbilit fond ta’ emerġenza ddedikat biex jaċċellera t-tiġdid tal-flotta, u b’hekk jippermetti tranżizzjoni realistika lejn teknoloġiji tal-enerġija nadifa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa urġenti li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ żoni tax-xogħol bl-ilqugħ, faċilitajiet sanitarji, spazji ta’ mistrieħ adegwati u tagħmir tas-sikurezza li bħalissa jaffettwa ħafna bastimenti fuq skala żgħira u artiġjanali; jinnota li d-definizzjonijiet attwali tal-UE ta’ kapaċità tas-sajd ma jagħmlux distinzjoni bejn iż-żoni operattivi tal-bastiment u dawk iddedikati biex jitjiebu l-kundizzjonijiet soċjali u tas-sikurezza abbord; jisħaq li dan joħloq diżinċentiv għall-investiment f’aġġornamenti essenzjali bħal spazji tax-xogħol protetti, żoni ta’ mistrieħ u faċilitajiet sanitarji, li huma kruċjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien deċenti; jistieden lill-Kummissjoni ssib soluzzjoni li tibbilanċja l-ħtiġijiet tal-ħaddiema tas-sajd mal-ħtieġa li jiġi żgurat li l-kapaċità tas-sajd tal-flotta tal-UE ma tiżdiedx, b’mod partikolari billi t-tunnellaġġ “soċjali u ta’ sikurezza” jiġi eskluż mill-kalkolu tal-kapaċità tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, għal dan l-għan, u filwaqt li żżomm qafas u limiti li jipprevjenu s-sajd eċċessiv, twettaq rieżami fil-fond tal-indikaturi li jkejlu l-kapaċità tas-sajd u l-impatt tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jisħaq li t-tranżizzjoni tal-enerġija tas-settur tas-sajd tirrikjedi investiment sinifikanti, u dan mhux dejjem ikun fattibbli għan-negozji ż-żgħar li jiddependu biss minn riżorsi ordinarji; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel id-dekarbonizzazzjoni mezz biex tappoġġja l-vijabbiltà tas-sajd kostali fl-UE u tikkunsidra li żżid, fuq bażi temporanja u mfassla apposta, il-limitu massimu għall-għajnuna <STRING ITALIC="on">de minimis</STRING> fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, bil-ħsieb li tappoġġja l-adozzjoni ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi, it-tiġdid u/jew l-adattament sostenibbli tal-flotta u l-effiċjenza enerġetika tul il-katina tal-provvista, u dan għandu jitwettaq flimkien mal-professjonisti f’dan il-qasam tal-flotta, bl-għan li jiġi stimulat l-investiment;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-iżvilupp u l-użu tal-irkaptu tas-sajd</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jenfasizza li l-innovazzjoni fl-irkaptu u t-tekniki tas-sajd għandha tkun ibbażata fuq l-aħjar evidenza xjentifika disponibbli u ggwidata minn objettivi ambjentali ċari, li jikkontribwixxu għal selettività mtejba, qabdiet aċċessorji jew qabdiet inċidentali mnaqqsa, riskji minimizzati ta’ rkaptu tas-sajd mitluf u abbandunat, rotot tal-bastimenti ottimizzati, benefiċċji ekonomiċi u impatt aktar baxx fuq il-ħabitats tal-baħar; jissottolinja l-ħtieġa ta’ investiment pubbliku u privat immirat u appoġġ regolatorju biex jiġu promossi l-iżvilupp, l-ittestjar u l-espansjoni tal-irkaptu tas-sajd li jtejjeb kemm l-eżiti ekoloġiċi kif ukoll il-vijabbiltà operazzjonali tal-flotot sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-innovazzjoni permezz ta’ investimenti fiż-żieda tas-selettività tal-irkaptu tas-sajd, titjib tal-infrastruttura portwarja, u titjib tal-bastimenti tas-sajd bl-għan li jittejbu s-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, filwaqt li tiżdied l-effiċjenza enerġetika, jitnaqqsu l-emissjonijiet u tittejjeb il-kwalità tal-qabdiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa li jiġi segwit il-prinċipju ta’ prekawzjoni meta jiġu żviluppati u użati rkaptu u tekniki tas-sajd innovattivi; jenfasizza li huwa essenzjali li jiġi promoss approċċ ibbażat fuq l-ekosistema meta jiġu żviluppati u użati rkaptu u teknoloġiji tas-sajd innovattivi sabiex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali, jiġu minimizzati l-qabdiet aċċessorji, jitnaqqas l-impatt fuq qiegħ il-baħar u tittejjeb l-effiċjenza tal-fjuwil; jenfasizza li l-proġetti pilota u s-sajd sperimentali għandhom jibqgħu limitati fit-tul u fl-għadd ta’ bastimenti, biex jiġu ttestjati teknoloġiji ġodda ta’ rkaptu u propulsjoni u biex jiġi żgurat li ma jseħħ l-ebda użu fuq skala kbira sakemm l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi tagħhom ikunu ġew ivvalutati xjentifikament, b’mod indipendenti u bis-sħiħ, u jkun intwera li huma sikuri u sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa urġenti li jsir investiment f’teknoloġiji tas-sajd li jnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa, itejbu s-selettività u jimminimizzaw it-tfixkil tal-ekosistema, u li dawn jintużaw; jisħaq li t-tranżizzjonijiet teknoloġiċi fis-settur jeħtieġ li jiġu ffaċilitati ulterjorment b’mod aktar effiċjenti fil-ħin u ggwidati min-newtralità teknoloġika u minn evidenza xjentifika robusta, inklużi l-aspetti kollha tas-sostenibbiltà; jitlob li l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni tal-irkaptu, l-eliġibbiltà tal-finanzjament u l-flessibbiltà regolatorja jkunu bbażati fuq l-aħjar xjenza disponibbli, ikunu allinjati mal-politiki u r-regolamenti rilevanti kollha u jikkontribwixxu għat-tliet pilastri kollha tas-sostenibbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tqis il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull baċir tal-baħar u d-differenzi reġjonali, iżżid ir-reġjonalizzazzjoni u l-adattament tal-pjanijiet ta’ ġestjoni pluriennali f’konformità ma’ dawn l-objettivi ta’ selettività u tagħti prijorità lill-użu ta’ rkaptu li għandu anqas impatt fuq l-ekosistemi, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-kumitati konsultattivi u bl-involviment tal-flotot lokali, filwaqt li jitqiesu l-effetti soċjoekonomiċi u t-tibdil fil-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm linji baġitarji speċifiċi biex tiġi ffinanzjata r-riċerka dwar id-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni tal-enerġija fi ħdan il-qafas finanzjarju pluriennali futur, pereżempju fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività u tal-programm Orizzont Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jenfasizza li l-punt sa fejn l-innovazzjonijiet xjentifiċi jistgħu jiġu ttrasferiti lis-sajjieda jista’ jiġi mfixkel mir-riskju ta’ telf ta’ introjtu għall-professjonisti matul il-fażijiet sperimentali; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra appoġġ finanzjarju biex ittaffi dan ir-riskju u tħaffef l-użu ta’ rkaptu tas-sajd aktar selettiv u b’impatt aktar baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jirrikonoxxi l-kontribut dejjem jikber tas-sajjieda għall-azzjoni klimatika u l-protezzjoni ambjentali permezz ta’ attivitajiet bħall-ġbir tal-iskart fil-baħar, inkluż l-irkaptu tas-sajd mitluf jew abbandunat; jisħaq li dan ir-rwol għandu jiġi mħeġġeġ u appoġġjat permezz ta’ inċentivi mmirati, infrastruttura portwarja adegwata u l-ħolqien ta’ flussi ta’ introjtu komplementari marbuta mal-objettivi tal-ekonomija ċirkolari; jissottolinja li l-promozzjoni tal-kontribut ekoloġiku tas-sajjieda tgħin biex tissaħħaħ l-aċċettabbiltà soċjali tal-professjoni, issaħħaħ ir-rwol tagħhom bħala gwardjani tal-baħar u tikkontribwixxi għal għanijiet usa’ ta’ sostenibbiltà u restawr tal-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-involviment inklużiv tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi s-sajjieda fuq skala żgħira, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-komunitajiet kostali, fit-tfassil, fl-iżvilupp u fil-valutazzjoni ta’ rkaptu tas-sajd innovattiv, għall-kuntrarju tal-adozzjoni ta’ approċċ “kulħadd f’keffa waħda”; jissottolinja li l-governanza parteċipattiva ssaħħaħ il-leġittimità, il-prattiċità u l-aċċettazzjoni tar-regoli, filwaqt li tippermetti l-inkorporazzjoni tal-għarfien ekoloġiku lokali u tal-esperjenza miksuba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jitlob li l-istrumenti ta’ finanzjament u l-politiki pubbliċi jagħtu prijorità lill-appoġġ għas-sajjieda u għall-komunitajiet li jadottaw prattiki u rkaptu sostenibbli li jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-bijodiversità u għall-istabbiltà tar-riżorsi fit-tul; jissottolinja li r-rikonoxximent u l-appoġġ ta’ tekniki sostenibbli u approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għas-sajd huma essenzjali biex tiġi żgurata r-reżiljenza tal-komunitajiet kostali, jiġi ppreservat l-għarfien tradizzjonali u tiġi promossa tranżizzjoni ġusta u inklużiva fis-settur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jitlob l-integrazzjoni ta’ sistemi ta’ teknoloġija ta’ detezzjoni xprunati mill-IA biex jappoġġjaw prattiki tas-sajd selettivi, itejbu l-informazzjoni dwar il-qbid u jnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa; jemmen li jekk it-teknoloġiji intelliġenti jiġu kkombinati ma’ tagħmir innovattiv, dan jista’ jtejjeb is-selettività u l-prestazzjoni ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jisħaq li l-ġestjoni tal-irkaptu u tat-tekniki tas-sajd għandha tkun ibbażata fuq oqfsa ta’ governanza inklużivi u adattivi li jirriflettu d-diversità tal-flotot, tal-baċiri tal-baħar u tal-prattiki tas-sajd madwar l-UE, u jirrimarka l-importanza li jiġi żgurat li dan il-qafas regolatorju jkun ċar, prevedibbli u b’objettivi politiċi fit-tul; jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn ix-xjenzati, is-sajjieda u l-awtoritajiet fl-iżvilupp, fl-ittestjar u fl-evalwazzjoni ta’ rkaptu ġdid, filwaqt li titrawwem il-fiduċja reċiproka u r-responsabbiltà kondiviża għal eżiti sostenibbli; jitlob proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet effiċjenti fil-ħin li jkunu trasparenti, parteċipattivi u kapaċi jintegraw ir-realtajiet soċjoekoloġiċi li qed jevolvu fil-prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jittejjeb il-kejl tal-isforz tas-sajd permezz ta’ għodod ta’ ġestjoni li mhumiex ibbażati biss fuq jiem fuq il-baħar, u li jibda jitqies il-ħin reali li matulu l-irkaptu jintuża għall-qbid – “ħin tal-immersjoni” jew “sajd attiv”; jitlob, għalhekk, li jsir rieżami, fejn xieraq, tad-definizzjonijiet ta’ “attivitajiet tas-sajd” fil-leġiżlazzjoni tal-UE sabiex jirriflettu aħjar il-karatteristiċi operattivi differenti tal-irkaptu tas-sajd u jgħinu biex il-ġestjoni tal-isforz tas-sajd issir aktar ekwa u effettiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jinkoraġġixxi proġetti pilota u jenfasizza l-importanza tagħhom kemm bħala dimostraturi tal-innovazzjoni kif ukoll bħala passi intermedji biex tinkiseb il-maturità teknoloġika meħtieġa għall-approvazzjoni, u biex jitħejjew kemm għall-kummerċjalizzazzjoni kif ukoll għall-użu fuq skala akbar; jitlob li jiġu mmonitorjati l-aktar proġetti pilota effettivi biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-proġetti ppreżentati jew jiġi evitat il-falliment ta’ proġetti li madankollu huma effettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jirrimarka li s-sajjieda jistgħu jesperjenzaw telf fil-qabdiet u fl-introjtu meta jieħdu sehem fi proġetti pilota; jenfasizza li l-applikazzjoni tar-regoli tal-FEMSA għal proġetti pilota qed tirrestrinġi ċerta esperimentazzjoni fil-prattika; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali jiżviluppaw l-użu ta’ “laboratorji ħajjin” biex jirrikonċiljaw l-innovazzjoni ma’ inizjattivi lokali biex jippermettu ttestjar prattiku sabiex jiġi żgurat li l-innovazzjonijiet il-ġodda jaħdmu fil-prattika u ma jimponux piżijiet bla bżonn fuq is-settur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jitlob l-iżvilupp ta’ qafas komuni tal-UE għat-tikkettar u t-traċċabbiltà li jippermetti lill-konsumaturi u lix-xerrejja jidentifikaw prodotti tas-sajd li jikkonformaw ma’ standards ambjentali, sanitarji u soċjali għoljin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jissottolinja li s-suċċess tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali fis-settur tas-sajd, inklużi d-dekarbonizzazzjoni u t-tranżizzjoni tal-enerġija tiegħu, jiddependi mid-disponibbiltà ta’ ħaddiema tas-sengħa u mħarrġa sew; jitlob użu mtejjeb tal-programmi eżistenti tal-UE, bħall-Erasmus+, il-Fond Soċjali Ewropew Plus u l-FEMSA, biex jiġu appoġġjati kemm it-taħriġ formali kif ukoll dak informali fis-sikurezza okkupazzjonali, l-għodod diġitali, is-sensibilizzazzjoni ambjentali u t-tekniki tas-sajd sostenibbli; jenfasizza l-importanza li jiġi rikonoxxut u ffinanzjat it-taħriġ vokazzjonali meħtieġ biex jiġu implimentati u użati magni u teknoloġiji ġodda, u l-ħiliet prattiċi miksuba permezz tal-esperjenza u tiġi ffaċilitata t-trażmissjoni interġenerazzjonali tal-għarfien; jisħaq li t-taħriġ għandu jkun kontinwu, inklużiv u mfassal għall-ħtiġijiet li qed jevolvu tas-sajjieda u tal-komunitajiet kostali, b’mod partikolari f’żoni remoti u strutturalment żvantaġġati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jisħaq fuq il-potenzjal tas-setturi tal-akkwakultura, tat-trobbija tal-frott tal-baħar bil-qoxra u tal-algakultura li jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tas-sistema tal-ikel tagħna; jilqa’ l-prattiki dejjem aktar frekwenti b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, bħall-għalf sostenibbli u l-użu ta’ barkuni dekarbonizzati, u jitlob, għalhekk, li tali teknoloġiji jiġu żviluppati fuq skala akbar fl-azjendi agrikoli meta dan ikun xieraq; jissottolinja li l-iżviluppi futuri għandhom jagħtu prijorità lill-produtturi tal-akkwakultura sostenibbli li jevitaw li jikkawżaw ħsara lill-bijodiversità tal-baħar filwaqt li jiġġeneraw benefiċċji soċjoekonomiċi għall-komunitajiet kostali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Huwa tal-fehma li l-istabbiliment ta’ politika komuni tal-akkwakultura fuq l-istess livell tal-PKS, bl-adozzjoni ta’ miri kwantifikati għall-iżvilupp tal-akkwakultura, jista’ jikkontribwixxi b’mod adegwat għal proċess meqjus sew ta’ dekarbonizzazzjoni u tranżizzjoni tal-enerġija għall-ekonomija blu tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ qafas legali ċar u koerenti bi kriterji u indikaturi ta’ sostenibbiltà li jistgħu jitkejlu biex jiggwidaw u jsegwu l-iżvilupp tal-akkwakultura fl-UE, inkluż ippjanar spazjali marittimu aħjar; jitlob, għalhekk, aktar investiment u politiki li jappoġġjaw algakultura, trobbija tal-frott tal-baħar bil-qoxra u akkwakultura sostenibbli fil-baħar u fl-ilmijiet interni bħala parti integrali mill-istrateġija Ewropea għal ekonomija blu b’emissjonijiet baxxi u biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-akkwakultura għall-impatti tat-tibdil fil-klima;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>