<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2025)0345</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-attakki ibridi kontinwi mill-Belarussja kontra l-Litwanja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0571, 0578, 0582, 0585 u 0587/2025)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2025 dwar l-attakki ibridi kontinwi mill-Belarussja kontra l-Litwanja (2025/3025(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Belarussja, ir-Russja u l-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-29 ta’ Ottubru 2025 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, f’isem l-UE, dwar l-azzjonijiet ibridi tal-Belarussja mal-fruntiera esterna tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Att Finali ta’ Helsinki u l-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Belarussja intensifikat l-operazzjonijiet ibridi tagħha kontra l-Litwanja, inkluż bl-użu tal-UAVs u inkursjonijiet tal-bżieżaq, attakki ċibernetiċi u kampanji ta’ diżinformazzjoni, u qed tkompli tistrumentalizza l-migrazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi dawn l-azzjonijiet iridu jinftiehmu fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-istrateġija usa’ tagħha biex tiddestabbilizza lill-UE u lin-NATO; billi l-Belarussja hija pjattaforma għall-operazzjonijiet ibridi tar-Russja kontra l-Ewropa; billi l-valutazzjonijiet tal-intelligence u tas-sigurtà madwar l-UE jindikaw li t-tattiki ibridi Belarussi jallinjaw mill-qrib mal-istrateġija usa’ tar-Russja ta’ ostilità kontra l-UE u l-Istati Membri tagħha, u jikkontribwixxu għaliha;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, mill-2024 ’l hawn, il-Litwanja rreġistrat mijiet ta’ każijiet ta’ ksur tal-ispazju tal-ajru minħabba oġġetti llanċjati mill-Belarussja, inklużi bżieżaq tat-temp, u l-ebda wieħed minn dawn l-oġġetti ma kien ġie nnotifikat lill-awtoritajiet tal-avjazzjoni, u dan jikkostitwixxi ksur tar-regoli internazzjonali tas-sikurezza u tas-sovranità Litwana;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi dawn l-inkursjonijiet, inkluż fil-viċinanzi tal-ajruporti ta’ Vilnius u Kaunas, jipperikolaw il-ħajjiet, jimminaw is-sigurtà u jfixklu l-avjazzjoni ċivili, u kkawżaw diġà l-għeluq tal-ajruporti għal 19-il darba, u affettwaw mijiet ta’ titjiriet u għexieren ta’ eluf ta’ passiġġieri, u kkawżaw telf ekonomiku sinifikanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-awtoritajiet Litwani rrapportaw eskalazzjoni kbira tal-attivitajiet ibridi li joriġinaw mill-Belarussja, wara li identifikaw tliet bżieżaq fl-2023, 184 bużżieqa fl-2024 u madwar 700 bużżieqa u 200 intrużjoni tad-droni fl-2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi s-servizzi tas-sigurtà Litwani rkupraw fdalijiet mill-UAVs u mill-bżieżaq illanċjati mill-Belarussja, u dawn indikaw użu kkontrollat, elettronika abbord u, f’każ wieħed, il-preżenza ta’ materjal splussiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, minn mindu l-Litwanja ħadet id-deċiżjoni li tagħlaq temporanjament il-fruntiera tagħha mal-Belarussja, l-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> Belarussi involvew ruħhom f’koerċizzjoni ekonomika billi żammew vetturi Ewropej tal-merkanzija bit-triq, heddew li se jikkonfiskawhom, u ostakolaw il-kummerċ transfruntier leġittimu;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, mill-2021 ’l hawn, il-Belarussja strumentalizzat b’mod sistematiku l-migrazzjoni billi dderiġiet lill-migranti irregolari lejn il-fruntiera Litwana bħala strateġija deliberata ta’ destabbilizzazzjoni; billi l-kombinazzjoni tal-inkursjonijiet bil-UAVs u bil-bżieżaq, in-networks ta’ diżinformazzjoni u l-pressjoni fil-fruntieri tikkostitwixxi xejra ta’ aggressjoni ibrida koordinata kontra l-Litwanja u l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, fid-9 ta’ Diċembru 2025, wara żieda qawwija fil-bżieżaq illanċjati mill-Belarussja, il-Litwanja ddikjarat stat ta’ emerġenza nazzjonali u awtorizzat it-twaqqigħ ta’ oġġetti li jtiru mingħajr bdot;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Belarussja ppruvat tiddevja r-responsabbiltà billi akkużat b’mod falz lil-Litwanja bi spjunaġġ u ffabbrikat l-evidenza, u b’hekk ikkuppjat b’mod preċiż it-tattiki stabbiliti tal-gwerra tal-informazzjoni Russa mmirati biex inaqqsu l-fiduċja pubblika u jiddevjaw l-obbligu ta’ rendikont; billi l-ġlieda kontra tali azzjonijiet tirrikjedi koordinazzjoni fil-livell tal-UE u tan-NATO;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Belarussja tħaddan kooperazzjoni militari u tal-intelligence dejjem aktar mill-qrib mar-Russja, u tiddependi dejjem aktar fuqha, inkluż fejn jidħlu strutturi kondiviżi ta’ difiża tal-ajru, trasferiment tat-teknoloġija għas-sistemi tal-UAVs u operazzjonijiet ibridi koordinati li jkollhom fil-mira lill-Istati Membri tal-UE; billi dawn l-attakki ibridi jaqdu l-interessi strateġiċi tal-Kremlin, billi jittestjaw is-sistemi ta’ difiża tal-ajru u ta’ detezzjoni, jittestjaw il-livelli ta’ reazzjoni u jimminaw il-koeżjoni tan-NATO u tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi n-naħa tal-Lvant tal-UE tikkostitwixxi żona strateġika għas-sigurtà ġenerali tal-Ewropa u għalhekk tirrikjedi infrastruttura msaħħa, kapaċitajiet ta’ sorveljanza msaħħa u mekkaniżmi effettivi ta’ tisħiħ rapidu; billi l-esperjenza tal-Litwanja turi l-ħtieġa urġenti ta’ azzjoni koordinata tal-UE, kapaċitajiet effettivi u innovattivi kontra l-UAVs, teknoloġiji għall-protezzjoni tal-fruntieri u kondiviżjoni rapida tal-informazzjoni madwar l-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Pjan Direzzjonali għall-2030 Inseddqu l-Paċi – Nippreparaw id-Difiża jindika li l-Inizjattiva Ewropea għad-Difiża kontra d-Droni u l-Għassa tan-Naħa tal-Lvant huma l-inizjattivi li għandhom jitnedew l-ewwel;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-Istati Uniti ddeċidew li jneħħu xi sanzjonijiet kontra l-Belarussja mingħajr koordinazzjoni minn qabel mal-UE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-attakki ibridi kontinwi tal-Belarussja kontra l-Litwanja – u għalhekk l-UE – inklużi l-inkursjonijiet tal-UAVs u tal-bżieżaq, il-migrazzjoni strumentalizzata, il-koerċizzjoni ekonomika, l-operazzjonijiet ta’ kuntrabandu, il-provokazzjonijiet militari, l-attakki ċibernetiċi u d-diżinformazzjoni sponsorjata mill-Istat; iqis li dawn l-attakki huma deliberati, koordinati u ostili, u jagħmlu parti minn strateġija usa’ mmexxija mir-Russja biex iddgħajjef lill-UE, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lin-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna l-miżuri ta’ ritaljazzjoni li ħa r-reġim ta’ Lukashenka kontra l-Litwanja, inklużi d-detenzjoni illegali u l-intimidazzjoni tal-operaturi Ewropej tat-trasport tal-merkanzija, li jikkostitwixxu atti ta’ koerċizzjoni mmirati lejn Stat Membru tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jesprimi s-solidarjetà sħiħa tiegħu mal-Litwanja u ma’ Stati Membri oħra li jinsabu fil-mira tal-atti ibridi tal-Belarussja; itenni li t-theddid għas-sigurtà ta’ Stat Membru wieħed jaffettwa lill-UE kollha kemm hi u jirrikjedi reazzjoni magħquda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jeżiġi li l-Belarussja twaqqaf minnufih l-attakki ibridi kollha kontra l-Litwanja u Stati Membri oħra, inklużi l-illanċjar ta’ apparati mingħajr bdot, il-kuntrabandu, il-kriminalità organizzata appoġġjata mir-reġim, id-diżinformazzjoni, il-koerċizzjoni ekonomika, ir-reklutaġġ tal-intelligence u l-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni, tirrilaxxa minnufih lit-trasportaturi Ewropej kollha u l-proprjetà tagħhom, tikkumpensahom għal kwalunkwe telf finanzjarju u tiżgura s-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u tal-qsim tal-fruntieri; jikkundanna lir-reġim ta’ Lukashenka talli instiga atti ta’ sabotaġġ u azzjonijiet ostili oħra diretti kontra l-Litwanja u Stati Membri oħra tal-UE, ipprovda appoġġ operazzjonali għal dawn l-atti u offra rifuġju sikur lill-awturi, kif deher b’mod ċar mill-isplużjoni reċenti tal-binarji ferrovjarji fil-Polonja u mill-għoti ta’ rifuġju lill-awturi tal-qtil tas-suldat Pollakk Mateusz Sitek, li nqatel fil-fruntiera bejn il-Polonja u l-Belarussja; jitlob li dawn l-azzjonijiet ostili jieqfu immedjatament u biex dawk responsabbli għar-reati serji msemmija hawn fuq jiġu kkonsenjati lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jappoġġja bis-sħiħ id-dritt tal-Litwanja li tieħu miżuri proporzjonati kontra kwalunkwe attakk biex tipproteġi s-sovranità, l-ordni pubbliku u s-sikurezza tal-avjazzjoni tagħha, inkluż billi tinterċetta jew tinnewtralizza oġġetti li jtiru mingħajr bdot li joriġinaw mill-Belarussja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jiddeplora n-nuqqas ta’ koordinazzjoni fir-rigward tat-tneħħija parzjali tas-sanzjonijiet fuq il-Belarussja, min-naħa tal-Istati Uniti, fit-13 ta’ Diċembru 2025, li jimmina s-solidarjetà u l-appoġġ kollettiv għall-membri tal-UE u tan-NATO li jinsabu fil-mira tal-attakki ibridi Belarussi; jisħaq li d-dikjarazzjonijiet tal-mibgħut speċjali tal-Istati Uniti għall-Belarussja, dwar il-fatt li l-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> Belarussi assiguraw li se jieqfu jillanċjaw il-bżieżaq, jindikaw rikonoxximent tar-responsabbiltà u huma rilevanti għall-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-Istat skont id-dritt internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni li ma jirrikonoxxix lil Aliaksandr Lukashenka bħala l-president leġittimu tal-Belarussja; jisħaq li kwalunkwe rieżami tas-sanzjonijiet tal-UE kontra l-Belarussja, jew l-involviment magħha, irid ikun strettament kundizzjonali fuq il-fatt li l-Belarussja twettaq bidla sistemika sostnuta, verifikabbli u irriversibbli, inkluż il-ħelsien tal-1 100 priġunier politiku u fuqhom li għad fadal; jappella għas-solidarjetà fir-rigward tal-indirizzar tat-theddidiet maħluqa mir-reġim ta’ Lukashenka, b’mod partikolari dawk li nħolqu mill-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni mwettqa mill-Istat tiegħu; jikkundanna bil-qawwa l-użu tal-migrazzjoni mill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> Belarussi għal finijiet politiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jappella għal kooperazzjoni aktar profonda tal-intelligence bejn l-UE u n-NATO dwar is-sigurtà tal-ispazju tal-ajru u kontra t-theddid ibridu; jappella għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-UE u n-NATO dwar is-sorveljanza tal-ispazju tal-ajru Litwan, inklużi protokolli unifikati għall-klassifikazzjoni tal-inċidenti, rotazzjonijiet imtejba tar-rondi tal-ajru u reazzjonijiet koordinati għall-intrużjonijiet bil-bżieżaq jew bil-UAVs; jissottolinja l-ħtieġa ta’ eżerċizzji konġunti regolari li jissimulaw it-theddid ibridu mill-ajru; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw il-mobbiltà transfruntiera rapida tal-assi militari u dawk tas-sigurtà, inklużi l-kapaċitajiet tad-difiża tal-ajru u tal-ġlieda kontra l-UAVs, b’appoġġ għal-Litwanja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-alleati tan-NATO jivvalutaw mill-ġdid l-oqfsa strateġiċi u operazzjonali attwali li jindirizzaw it-theddid ibridu, bil-ħsieb li jsaħħu d-deterrenza, il-preparatezza u r-reazzjonijiet f’waqthom, u jersqu minn approċċ reattiv għal wieħed ta’ deterrenza proattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza li l-protezzjoni u r-reżiljenza tal-infrastruttura kritika, inkluża l-infrastruttura tat-trasport u tal-avjazzjoni, iridu jiġu inkorporati strutturalment u ffinanzjati b’mod adegwat fil-QFP li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Frontex, b’rispett sħiħ tal-mandat tagħha, jappoġġjaw it-tisħiħ tas-sorveljanza tal-fruntieri u tal-ispazju tal-ajru tal-Litwanja permezz tal-użu ta’ sensuri addizzjonali, inġenji tal-ajru tal-għassa, kits mobbli kontra l-UAVs u analiżi tat-theddid f’ħin reali; jinnota li t-tattiki ibridi tal-Belarussja jesponu vulnerabbiltajiet strutturali li jirrikjedu reazzjoni kollettiva tal-UE; jilqa’ l-Inizjattiva Ewropea għad-Difiża kontra d-Droni bħala proġett Ewropew ewlieni li jidentifika, jintraċċa u jiġġieled sistemi tal-ajru ostili mingħajr bdot; jilqa’ l-Għassa tan-Naħa tal-Lvant proposta, li għandha l-għan li tintegra l-kapaċitajiet tad-difiża tal-ajru u ta’ kontra d-droni mas-sigurtà bbażata fuq l-art u marittima fir-reġjuni tal-Baħar Baltiku u tal-Baħar l-Iswed; jistieden lill-Kummissjoni tħejji miżuri biex tipproteġi l-infrastruttura tan-Network trans-Ewropew tat-Trasport u tissalvagwardja l-kontinwità tas-servizzi tat-trasport trans-Ewropew kontra attakki ibridi fil-futur; jitlob li dawn il-proġetti jiġu implimentati b’mod rapidu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jappella għal kooperazzjoni aktar profonda bejn l-UE u l-Ukrajna dwar it-teknoloġiji tad-droni, is-sistemi kontra l-UAVs, il-protezzjoni ċibernetika u r-reżiljenza għat-theddid ibridu, filwaqt li jiġi rikonoxxut l-għarfien espert tal-Ukrajna bħala strateġikament siewi għas-sigurtà tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni reċenti ta’ kriterju ġdid ta’ sanzjonijiet li jkopri l-attakki ibridi kontra l-Istati Membri; jistieden lill-Kunsill jadotta sanzjonijiet immirati addizzjonali kontra uffiċjali Belarussi, entitajiet privati u tal-istat, u individwi, involuti fil-produzzjoni u l-użu tal-UAVs u fl-operazzjonijiet ibridi l-oħrajn kollha li għandhom fil-mira l-infrastruttura kritika, l-attivitajiet ekonomiċi u l-istituzzjonijiet demokratiċi; jistieden lill-Kunsill jieħu aktar miżuri settorjali kontra l-Belarussja, inklużi restrizzjonijiet estiżi fis-settur tal-avjazzjoni u dak finanzjarju, projbizzjonijiet addizzjonali fuq l-importazzjoni u l-investiment, projbizzjonijiet usa’ fuq is-servizzi, restrizzjonijiet fl-aċċess għal rwoli ta’ governanza fl-infrastruttura kritika Ewropea, u projbizzjonijiet fuq l-aċċettazzjoni ta’ donazzjonijiet mill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> Belarussi u mill-entitajiet pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jfittxu l-obbligu ta’ rendikont internazzjonali għall-azzjonijiet tal-Belarussja, inkluż it-theddid għall-avjazzjoni ċivili, id-detenzjoni illegali tal-operaturi tat-trasport tal-merkanzija tal-UE u r-repressjoni tranżnazzjonali tal-Belarussi li jirrisjedu fl-Istati Membri tal-UE, u jqajmu dawn il-kwistjonijiet f’fora internazzjonali rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill jinkorpora l-prijoritajiet tas-sigurtà tal-fruntieri tal-Lvant fil-QFP li jmiss, filwaqt li jiżgura investimenti sostnuti tal-UE biex jiġġieldu t-theddid ibridu u jtejbu r-reżiljenza tal-infrastruttura kritika, il-mobbiltà militari u t-teknoloġiji tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jirrifjuta d-diżinformazzjoni Belarussa li xxerred evidenza ffabbrikata jew tallega spjunaġġ; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jsaħħu l-komunikazzjoni strateġika, jiġġieldu d-diżinformazzjoni, jattribwixxu pubblikament atti ostili u jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport Niinistö, sabiex tinbena r-reżiljenza tas-soċjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lin-negozji Ewropej, b’mod partikolari lit-trasportaturi, jivvalutaw mill-ġdid ir-riskji għas-sigurtà assoċjati mal-fatt li joperaw fil-Belarussja, u jieħdu miżuri protettivi xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Istati Membri tal-UE, lin-NATO, lin-NU, u lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> Belarussi.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>