<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0002</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-28 Reġim: qafas legali ġdid għall-kumpaniji innovattivi</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0269/2025 - Rapporteur: René Repasi)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2026 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-28 Reġim: qafas legali ġdid għall-kumpaniji innovattivi (2025/2079(INL))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 50 u l-Artikolu 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/593/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1215/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 257, 28.08.2014, p. 73, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/910/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 rigward il-liġijiet tal-kumpanniji dwar il-kumpanniji privati ta’ membru wieħed b’responsabbiltà limitata<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 258, 1.10.2009, p. 20, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/102/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/1132/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/2121 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1132 fir-rigward ta’ konverżjonijiet, mergers u diviżjonijiet transkonfinali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 321, 12.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/2121/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2025/25 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2024 li temenda d-Direttivi 2009/102/KE u (UE) 2017/1132 fir-rigward ta’ aktar espansjoni u titjib tal-użu ta’ għodod u proċessi diġitali fil-liġi tal-kumpaniji<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/25, 10.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2025/25/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2001/86/KE tat-8 ta’ Ottubru 2001 li tissupplimenta l-Istatut għal kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/86/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Mejju 2025 bit-titolu “L-Istrateġija tal-UE dwar l-Istartups u l-Iscaleups”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta tas-17 ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a market” (Ħafna aktar milli suq),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 47 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A10-0269/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-intrapriżi, speċifikament l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), l-istart-ups u l-iscale-ups, madwar l-Unjoni qed jiffaċċjaw oqfsa regolatorji li jvarjaw b’mod sinifikanti minn Stat Membru għal ieħor; billi dik id-diversità regolatorja u l-ispejjeż assoċjati biex isibu tarf kuntesti mhux familjari jfixklu l-finanzjament pan-Ewropew u t-tkabbir tal-kumpaniji;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha bit-titolu “L-Istrateġija tal-UE dwar l-Istartups u l-Iscaleups”, enfasizzat li l-frammentazzjoni u l-perspettivi ta’ tkabbir aktar baxxi jimbuttaw lill-kumpaniji innovattivi biex ifittxu finanzjament barra mill-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-ambjent tan-negozju globali qed jitlob dejjem aktar aġilità, diġitalizzazzjoni u aċċess għal swieq u raggruppamenti ta’ talenti diversi, xi ħaġa li ħafna kumpaniji tal-Unjoni bħalissa qed isibuha diffiċli biex jiksbu minħabba l-kumplessità regolatorja u l-oqfsa inkonsistenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Unjoni, b’kawtela biex tiżgura li jkun possibbli għall-kumpaniji li jikkompetu fuq termini ugwali, għandha taħdem, kif previst fl-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa bbażat fuq tkabbir ekonomiku bbilanċjat u stabbiltà tal-prezzijiet, ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, li timmira lejn livell massimu ta’ impjiegi u progress soċjali, u livell għoli ta’ protezzjoni u titjib tal-kwalità tal-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi sistema unifikata tal-liġi tal-kumpaniji Ewropea tista’ tinkiseb b’mod aktar effiċjenti mhux biss permezz ta’ att leġiżlattiv awtonomu tal-Unjoni iżda wkoll billi jiġi introdott sett ta’ regoli li joperaw flimkien mas-sistema legali nazzjonali li teżisti f’kull Stat Membru, mingħajr ma dawk ir-regoli joħolqu piżijiet amministrattivi jew finanzjarji addizzjonali jew tipi oħra ta’ ostakli għall-iżvilupp tan-negozji, speċjalment l-SMEs;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Unjoni diġà adottat oqfsa legali għal kumpanija Pubblika Ewropea b’Responsabbiltà Limitata, Soċjetà Kooperattiva Ewropea u Grupp Ewropew b’Interess Ekonomiku; billi dawk il-forom korporattivi, madankollu, mhumiex adattati biex jippermettu lill-istart-ups u lill-iscale-ups joperaw b’mod aktar effiċjenti fis-suq intern;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-iffaċilitar ta’ aċċess aktar faċli għall-kapital u t-talent permezz ta’ qafas legali simplifikat u uniformi se jtejjeb il-kapaċità tal-SMEs, tal-istart-ups u tal-iscale-ups li jikkompetu globalment, jattiraw l-investiment u jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u l-koeżjoni soċjali fl-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi huwa meħtieġ li jiġu żgurati ċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali għall-investituri Ewropej u barranin billi jkunu jistgħu jinvestu b’mod transfruntier filwaqt li jużaw regoli armonizzati;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-SMEs, l-istart-ups u l-iscale-ups jeħtieġu aċċess imtejjeb għal forom differenti ta’ kapital, mobbiltà transfruntiera, skalabbiltà, ħaddiema b’livell għoli ta’ ħiliet, output xjentifiku u tar-riċerka, inklużi d-data, l-akkwist pubbliku, il-protezzjoni kontra l-“akkwiżizzjonijiet predatorji” u <STRING BOLD="on">strateġiji ta’ investiment fit-tul biex jirnexxu fis-suq intern</STRING>;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-SMEs, l-istart-ups u l-iscale-ups, li ħafna minnhom huma intrapriżi soċjali u kumpaniji mwaqqfa minn imprendituri żgħażagħ jew għall-ewwel darba, għandhom rwol ewlieni fl-ixprunar tal-innovazzjoni, fil-ħolqien tal-koeżjoni soċjali u fil-kontribut għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli, iżda spiss jiffaċċjaw sfidi akbar fl-aċċess għall-finanzi, għan-networks u għall-appoġġ speċjalizzat; billi l-kooperazzjoni mal-universitajiet, l-istituti tar-riċerka u l-uffiċċji tat-trasferiment tat-teknoloġija tista’ taċċellera l-proċess bejn ix-xogħol u s-suq, tiffaċilita l-aċċess għall-għarfien espert u l-infrastruttura, u tagħti spinta lill-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi ħafna start-ups u scale-ups fl-Unjoni qed jiżviluppaw teknoloġiji trasformattivi; billi tali start-ups u scale-ups spiss jiġu akkwistati minn intrapriżi barranin qabel ma jimmaturaw; billi tali akkwiżizzjonijiet spiss isiru taħt il-limiti ta’ kontroll tal-fużjonijiet tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-SMEs, li huma ċentrali għall-kompetittività tal-Unjoni, b’mod partikolari n-negozji tal-familja, jiffaċċjaw sfidi ta’ suċċessjoni; billi l-mudelli ta’ parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati jistgħu jrawmu perspettivi ekonomiċi għall-SMEs, l-istart-ups u l-iscale-ups, jinċentivaw it-talent u jindirizzaw id-distakk fis-suċċessjoni fejn is-suċċessjoni tal-familja ma tkunx vijabbli u, b’hekk, jappoġġjaw l-istabbiltà u t-tkabbir fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi t-tisħiħ taċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà għall-kumpaniji li joperaw madwar l-Istati Membri huwa essenzjali biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-Unjoni bħala post ewlieni għall-intraprenditorija, l-innovazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tan-negozju;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prinċipji ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar it-28 reġim legali għall-kumpaniji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq li t-28 reġim irid ikun ambizzjuż fis-sustanza u fil-forma; jissottolinja li r-regoli dwar it-28 reġim iridu jkunu l-istess fl-Unjoni kollha u li l-Istati Membri ma għandhomx jitħallew iżommu jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet li jiddevjaw minn dawk stabbiliti fl-att leġiżlattiv dwar it-28 reġim; iqis l-użu ta’ regolament bħala l-aktar miżura xierqa biex jiġi introdott it-28 reġim; jirrikonoxxi li direttiva ta’ armonizzazzjoni massima tista’ sservi l-istess objettiv; jopponi l-użu tal-Artikolu 352(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) bħala bażi legali minħabba li jirrikjedi unanimità fil-Kunsill, li tista’ ddewwem b’mod sinifikanti l-adozzjoni tal-att leġiżlattiv dwar it-28 reġim u tipperikola l-ambizzjoni u l-koerenza tal-forma korporattiva adottata taħt it-28 reġim; jinsisti fuq l-użu ta’ bażi legali li tagħmilha possibbli li jiġi adottat l-att leġiżlattiv dwar it-28 reġim fil-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata; iqis, għalhekk, li t-28 reġim jista’ jkollu jikkonsisti f’pakkett ta’ proposti leġiżlattivi separati; jirrikonoxxi li l-bażi legali xierqa għal kwistjonijiet tal-liġi tal-kumpaniji hija l-Artikoli 50 u 114(1) tat-TFUE; huwa tal-fehma li direttiva dwar it-28 reġim jeħtieġ li tkun direttiva ta’ armonizzazzjoni massima sabiex jintlaħqu l-objettivi tat-28 reġim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkritika l-użu tal-kooperazzjoni msaħħa kif imsemmi fl-Artikolu 20 tat-TUE u l-Artikolu 329 tat-TFUE bl-għan li jiġi stabbilit it-28 reġim; jissottolinja li tali approċċ jirriskja li jifframmenta s-suq intern, għall-kuntrarju tal-proċess ta’ integrazzjoni tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrikonoxxi l-fatt li l-miżuri ta’ armonizzazzjoni fil-liġi tal-kumpaniji, ibbażati fuq l-Artikoli 50 u 114(1) tat-TFUE jeħtieġu implimentazzjoni fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri; iqis li direttiva ta’ armonizzazzjoni massima li jkun fiha sett definit b’mod ċar ta’ kwistjonijiet ewlenin, mingħajr preġudizzju għal-liġi tax-xogħol u dik soċjali, hija meħtieġa f’dan il-każ sabiex jiġi żgurat li jkun hemm regoli uniformi fl-Istati Membri kollha, mingħajr ma jinħolqu ostakli amministrattivi jew finanzjarji addizzjonali għan-negozji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iqis li l-ħtieġa ta’ uniformità, effiċjenza, koerenza u ċertezza legali, mitluba mill-operaturi ekonomiċi, bħal SMEs, start-ups u scale-ups globalment innovattivi, u investituri fis-settur, tagħmilha neċessarja li tiġi adottata direttiva ta’ armonizzazzjoni massima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-benefiċċji ta’ qafas koerenti, inkluż dwar kwistjonijiet ta’ tassazzjoni, b’valur miżjud għall-istart-ups u l-iscale-ups, bħala parti mit-28 pakkett tar-reġim sabiex tattira investimenti internazzjonali u tappoġġja l-innovazzjoni u t-tkabbir fl-Unjoni; jisħaq li l-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni u tħeġġeġ l-aħjar prattiki biex jitnaqqsu l-ostakli li jfixklu l-operazzjonijiet transfruntiera, l-investiment u l-attrazzjoni tat-talent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iqis li t-28 reġim huwa pass strateġiku lejn l-approfondiment ulterjuri tas-suq intern, u b’hekk javvanza l-integrazzjoni Ewropea u s-saħħa kompetittiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Itenni li l-kumpaniji li jipparteċipaw b’mod volontarju fit-28 reġim għandhom ikunu marbuta bir-regoli tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza li l-għażla ta’ kumpanija li tipparteċipa fit-28 reġim trid tiġi rikonoxxuta awtomatikament fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali tas-27 Stati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Huwa konxju tar-riskju li t-28 reġim jista’ jippermetti ċ-ċirkomvenzjoni tal-protezzjonijiet domestiċi obbligatorji għall-ħaddiema, ir-rappreżentanti u t-trade unions tagħhom, u partijiet vulnerabbli oħra; jissottolinja li t-28 reġim fl-ebda ċirkostanza ma jrid isir mezz biex jimmina, inaqqas, idgħajjef jew jevita l-livelli eżistenti ta’ protezzjoni fil-livell tal-Unjoni jew dak nazzjonali; jinsisti li għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji effettivi permezz ta’ regoli sostanzjali b’livell għoli ta’ protezzjoni u permezz ta’ regoli dwar il-kunflitt ta’ liġijiet li jiżguraw l-applikazzjoni ta’ regoli nazzjonali obbligatorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Iqis l-istabbiliment tat-28 reġim fundamentali għall-innovazzjoni, il-kompetittività u t-tkabbir u jemmen li l-proposta, flimkien mal-miżuri regolatorji u eżekuttivi relatati, għandhom jiġu adottati u implimentati malajr kemm jista’ jkun;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-qafas legali tat-28 reġim</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Huwa tal-fehma li t-28 reġim għandu jikkonċerna prinċipalment ir-regoli tal-liġi tal-kumpaniji u li dawk il-kumpaniji b’responsabbiltà limitata li mhumiex ikkwotati fil-borża biss għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fih; jikkunsidra li t-28 reġim għandu jkun sett ta’ regoli li jridu jiġu inkorporati f’forom korporattivi nazzjonali eżistenti jew ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jipproponi li tissemma l-forma korporattiva koperta mit-28 reġim “Societas Europaea Unificata” (S.EU - Kumpanija Ewropea Unifikata), li tinvolvi ż-żieda tal-abbrevjazzjoni “S.EU” mal-abbrevjazzjonijiet eżistenti tal-forom korporattivi nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jissottolinja li t-28 reġim huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni u għal-liġi nazzjonali fil-qasam tal-liġi tax-xogħol u dik soċjali, inklużi r-regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (k) tad-Direttiva 2001/86/KE u r-regoli dwar il-ftehimiet kollettivi applikabbli fil-post tal-impjieg; jisħaq li l-S.EUs iridu jkunu soġġetti għall-istess regoli tal-Unjoni u nazzjonali dwar l-insolvenza u ma jridux jidderogaw minn kwalunkwe regola li tagħti protezzjoni preferenzjali lill-ħaddiema fi proċedimenti ta’ insolvenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ formazzjoni u reġistrazzjoni sempliċi u diġitali tal-kumpaniji; jitlob li titnaqqas il-kumplessità proċedurali u li l-proċedura ta’ reġistrazzjoni għall-ħolqien ta’ S.EU titlesta diġitalment fi żmien 48 siegħa, filwaqt li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali; jitlob l-integrazzjoni obbligatorja ta’ għodod diġitali għas-sottomissjoni ta’ dokumenti tal-kumpanija u d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni online matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-S.EU u għall-implimentazzjoni sħiħa tal-prinċipju ta’ “darba biss” għar-reġistrazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ S.EU; jitlob il-possibbiltà li jiġu permessi proċeduri diġitali, bħal laqgħat diġitali għal assemblej ġenerali u laqgħat tal-bord;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq li l-ħolqien ta’ S.EU għandu jiġi integrat bis-sħiħ mal-inizjattiva biex tiġi żviluppata kartiera tan-negozju Ewropea, li tista’ wkoll tirrazzjonalizza u tissimplifika l-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni diġitali kif ukoll il-ġestjoni ta’ dokumenti essenzjali tal-kumpanija, u b’hekk jiġu żgurati interazzjonijiet diġitali bla xkiel għall-S.EUs fl-Istati Membri kollha u jiġu ffaċilitati l-operazzjonijiet transfruntiera; jitlob, barra minn hekk, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni sħaħ tal-liġi eżistenti tal-Unjoni rigward l-użu ta’ għodod diġitali fil-liġi tal-kumpaniji, b’mod partikolari d-Direttivi (UE) 2017/1132 u 2009/102/KE, kif ukoll għal aktar diġitalizzazzjoni u awtomatizzazzjoni tar-rapporti lill-awtoritajiet, li għandhom ikunu prijorità ewlenija fil-ħidma dwar is-simplifikazzjoni regolatorja fl-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jitlob il-ħolqien jew l-integrazzjoni fi strutturi eżistenti ta’ portal diġitali uniformi fil-livell tal-Unjoni biex iservi bħala punt ta’ dħul dirett għall-S.EUs, li jikkomplementa u jestendi s-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistru Kummerċjali (BRIS) eżistenti billi jipprovdi interfaċċa armonizzata u b’aċċess uniku għall-użu transfruntier, mingħajr ma jinħoloq reġistru separat jew parallel ġdid; jisħaq li l-portal diġitali ma għandux jissostitwixxi r-regoli ta’ inkorporazzjoni nazzjonali eżistenti iżda, pjuttost, iservi bħala portal komuni li fuqu tiġi aggregata l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-investituri; jisħaq li l-portal diġitali jrid ikun faċilment aċċessibbli, filwaqt li jippermetti aċċess bla xkiel għar-reġistri kummerċjali nazzjonali, u għandu jibni fuq jew, fejn xieraq, iġedded il-portal eżistenti tal-Ġustizzja elettronika; jitlob li l-portal diġitali jservi bħala pjattaforma li tiffaċilita proċessi diġitali siguri, li kapaċi taħżen dokumenti kif ukoll ċertifikazzjonijiet nazzjonali, li aktar tard jistgħu jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri kollha sabiex jippermettu l-portabbiltà taċ-ċertifikazzjonijiet, filwaqt li jappoġġjaw il-prinċipju ta’ “prove-it-once”; jisħaq li l-portal diġitali għandu jippermetti kredenzjali verifikabbli, il-firma elettronika tad-dokumenti, il-bejgħ u l-allokazzjoni tal-ishma, il-ħolqien u l-adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet tal-bord u l-forniment ta’ servizzi ta’ fatturazzjoni elettronika; jissottolinja li l-portal diġitali jrid ikun multilingwi u jappoġġja l-operabbiltà transfruntiera; jenfasizza li tali għodod diġitali se jtejbu ċ-ċertezza legali, inaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jippromwovu l-operat bla xkiel tal-kumpaniji fis-suq intern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jitlob l-iżvilupp u l-adattament ulterjuri ta’ identifikatur uniku tal-kumpaniji tal-Unjoni biex tiġi ssimplifikata r-reġistrazzjoni, jiżdiedu t-trasparenza u l-fiduċja, tiġi ffaċilitata l-verifika tal-identità tal-kumpaniji u jiġu miġġielda l-frodi, il-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa; jisħaq li dan jippermetti lill-kumpaniji jaħżnu u jikkondividu b’mod sigur kredenzjali verifikabbli mal-awtoritajiet madwar l-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem fuq l-interoperabbiltà ma’ inizjattivi globali għall-identifikaturi tal-kumpaniji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Iqis li l-possibbiltà ta’ reġistrazzjoni bħala S.EU għandha tqis id-diversità tal-mudelli ta’ negozju u ma tkunx limitata għal kategorija ġdida ta’ “kumpaniji innovattivi” jew għal fatturi oħra ta’ limitazzjoni; iwissi li l-ħolqien ta’ tali kategorija ġdida tkun tagħti lok għal burokrazija inutli; jiċċara li persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrisjedu jew li huma stabbiliti fl-Unjoni biss għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu S.EU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Iqis li l-S.EU għandha sservi bħala forma korporattiva għal entitajiet uniċi u għall-ġestjoni uniformi tal-grupp u jqis li għandu jkun possibbli għal S.EU li topera bħala kumpanija prinċipali jew bħala kumpanija sussidjarja ta’ kumpanija prinċipali tal-S.EU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jisħaq li s-sede rreġistrata ta’ kumpanija trid tkun f’wieħed mis-27 Stat Membru sabiex tikkwalifika għar-reġistrazzjoni bħala S.EU; jissottolinja li s-sede rreġistrata u l-uffiċċju reġistrat jistgħu jkunu fi Stati Membri differenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Salvagwardji, inklużi strateġiji fit-tul u forom fakultattivi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jitlob li, bħala parti mill-proposta leġiżlattiva fit-28 reġim, jiġu inklużi forom fakultattivi ta’ sjieda steward, imblokk tal-assi u klassijiet differenti ta’ ishma, speċjalment ishma ta’ lealtà u ishma ta’ klassi doppja, inklużi ishma ta’ veto; jissottolinja li l-kumpaniji innovattivi Ewropej, b’mod partikolari l-SMEs, l-istart-ups u l-iscale-ups, jeħtieġu perkorsi alternattivi għall-aċċess għall-kapital; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ mudelli ta’ finanzjament alternattivi fl-istadji bikrija taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ S.EU; iqis li l-imprendituri jistgħu jkunu jridu jipproteġu lilhom infushom minn “akkwiżizzjonijiet predatorji” biex jipprevjenu r-rilokazzjoni tal-innovazzjoni, spiss appoġġjata minn fondi pubbliċi Ewropej għar-riċerka, barra mill-Unjoni; iqis ir-regolamentazzjoni tal-fużjonijiet bħala insuffiċjenti biex tiġi indirizzata dik il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li ma jiġux imminati l-istandards eżistenti fil-livell tal-Unjoni jew dak nazzjonali, u b’hekk titrawwem iċ-ċertezza legali u jiġu protetti l-interessi pubbliċi, bħall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-rispett għar-reġimi ta’ sanzjonijiet tal-Unjoni, u l-protezzjoni tal-ħaddiema, ir-rappreżentanti u t-trade unions tagħhom, u partijiet vulnerabbli oħra fl-ordnijiet legali nazzjonali tal-Istati Membri; itenni li kwalunkwe S.EU trid tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti mil-liġi tax-xogħol tal-Unjoni u dik nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iqis li huwa meħtieġ li jiġu inklużi salvagwardji għall-parteċipazzjoni tal-impjegati, tar-rappreżentanti tal-impjegati, jew tat-tnejn li huma, fl-affarijiet ta’ kumpanija; jifhem il-parteċipazzjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (k) tad-Direttiva 2001/86/KE; itenni li l-S.EU għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħal kumpaniji domestiċi komparabbli mill-Istat Membru tad-domiċilju tagħha u bħala kumpaniji komparabbli tal-liġi barranija tal-Unjoni minn kwalunkwe Stat Membru ospitanti filwaqt li jiġi żgurat li l-użu artifiċjali tal-S.EU bil-ħsieb li jiġu evitati l-livelli attwali ta’ protezzjoni tal-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-liġi tal-Istati Membri jiġi pprevenut b’mod effettiv; jissottolinja li l-S.EU għandha tkun soġġetta għar-regoli fis-seħħ dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati, jekk ikun hemm, fl-Istat Membru tal-impjieg; jisħaq li, għaldaqstant, il-S.EU trid tintroduċi, f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli tal-post tal-impjieg, drittijiet ta’ rappreżentanza tal-impjegati fil-livell tal-bord ladarba l-għadd ta’ impjegati tal-S.EU jaqbeż kwalunkwe limitu, kif stabbilit fil-liġi nazzjonali tal-post tal-impjieg, biex jiġu skattati d-drittijiet ta’ rappreżentanza tal-impjegati fil-livell tal-bord f’dak l-Istat Membru; iqis il-proċedura ta’ negozjar kif stabbilita fl-Artikoli 3 sa 7 tad-Direttiva 2001/86/KE bħala għażla ta’ riżerva, dment li d-drittijiet ta’ parteċipazzjoni tal-impjegati li diġà ġew stabbiliti ma jiġux evitati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq li t-28 reġim ma għandux iwassal għall-ħolqien ta’ S.EUs inattivi jew żieda fil-kumpaniji fittizji, peress li tali prattiki jimminaw l-integrità regolatorja, ifixklu l-kompetizzjoni ġusta u jnaqqsu l-attività ekonomika ġenwina fl-Unjoni;  jissottolinja li t-28 reġim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tat-trade unions u tal-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi li jinnegozjaw ftehimiet kollettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Iqis li kumpanija li għaliha jkun ġie stabbilit uffiċjalment ksur ta’ regoli vinkolanti rigward il-frodi, it-taxxa, l-evażjoni tas-sigurtà soċjali jew il-parteċipazzjoni tal-impjegati, ma għandhiex titħalla tipparteċipa fit-28 reġim;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Attrazzjoni u appoġġ għat-talent  </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jisħaq li l-qafas S.EU għandu jrawwem sħubijiet mal-universitajiet, l-istituti tar-riċerka u l-uffiċċji tat-trasferiment tat-teknoloġija biex titħaffef it-tranżizzjoni mil-laboratorju għas-suq, biex jiġi żgurat l-aċċess għall-infrastruttura tar-riċerka u l-għarfien espert, u biex tiġi appoġġjata l-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka, u b’hekk jissaħħu l-ekosistemi xprunati mill-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza li l-qafas S.EU għandu jiffaċilita l-moviment liberu fl-Unjoni, mingħajr il-ħtieġa ta’ intermedjarji fil-proċessi amministrattivi, filwaqt li jirrispetta r-regoli applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-liġi tax-xogħol u dik soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jisħaq li l-attrazzjoni tal-ogħla talent hija essenzjali għat-tkabbir u l-innovazzjoni fl-Unjoni u li l-SMEs, l-istart-ups u l-iscale-ups spiss jiffaċċjaw diffikultajiet biex joffru l-inċentivi finanzjarji kompetittivi t-tajba fis-suq uniku kollu, bħall-ekwità jew il-kondiviżjoni tal-profitti, biex jattiraw u jżommu professjonisti tas-sengħa; jissottolinja li t-tkabbir tal-produttività, l-innovazzjoni u l-inklużjoni soċjali jridu jimxu id f’id; huwa tal-fehma li għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-armonizzazzjoni tar-regoli għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati, b’mod partikolari permezz tal-ħolqien ta’ pjanijiet ta’ sjieda ta’ stokks għall-impjegati (“ESOPs”) u opzjonijiet ta’ stokk għall-impjegati (“ESOs”);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jissottolinja li regoli armonizzati għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati huma fost it-talbiet ewlenin tal-intraprendituri li jiffaċċjaw diffikultajiet biex jipprovdu benefiċċji ugwali lill-impjegati tagħhom fis-suq intern kollu; jenfasizza li r-regoli armonizzati għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-politika fiskali, iżda, minflok, għandhom jippermettu lill-impjegati jkollhom opzjonijiet progressivi fuq l-ishma; iqis li tali regoli armonizzati jippermettu lill-impjegati jiksbu interess proprjetarju u jibbenefikaw direttament mis-suċċess tal-kumpanija tagħhom, filwaqt li jrawmu lealtà fit-tul, innovazzjoni u distribuzzjoni aktar ġusta tat-tkabbir; jenfasizza li huwa importanti li l-Kummissjoni tistabbilixxi linji gwida dwar il-valutazzjoni tal-ekwità u dwar il-perjodi tal-vestiment; jinnota f’dak il-kuntest li kwistjonijiet relatati mat-tassazzjoni, li jagħmlu l-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati fiskalment attraenti, huma kemm sensittivi kif ukoll kritiċi għas-suċċess li jiġi attirat l-aqwa talent, u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tindirizza tali kwistjonijiet bħala parti mill-pakkett tat-28 reġim biex tiżgura l-koerenza legali u l-applikabbiltà transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinsisti li r-regoli armonizzati għall-iskemi ta’ parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati għandhom jitfasslu b’tali mod li jikkontribwixxu għal ambjent tax-xogħol aktar favorevoli u ma għandhomx ikunu diskriminatorji; jisħaq li tali skemi ma għandhomx jissostitwixxu jew inaqqsu r-remunerazzjoni u jrid ikollhom limitu baxx għall-impjegati biex jaċċessawhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Aċċess għall-kapital</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jenfasizza li l-proposta leġiżlattiva dwar it-28 reġim li jistabbilixxi S.EU għandha b’mod ġenerali ġġib ċarezza lill-investituri Ewropej u barranin billi tippermettilhom jinvestu b’mod transfruntier permezz ta’ regoli armonizzati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jitlob li jiġu elaborati dokumenti mudell multilingwi standardizzati li għandhom jintużaw mill-S.EUs fl-Unjoni kollha għall-ftehimiet bejn l-azzjonisti u l-istatut ta’ assoċjazzjoni u jitlob li l-użu ta’ dawk id-dokumenti mudell u mudelli fundamentali u operazzjonali oħra mfassla speċifikament għall-S.EUs u l-konformità magħhom jiġu mmonitorjati mill-portal diġitali msemmi fil-punt 17 sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza legali, il-faċilità tal-użu transfruntier u l-familjarità tal-investituri; jirrakkomanda li dawk il-mudelli ta’ dokumenti jservu bħala mudelli prestabbiliti fakultattivi fi ħdan il-proċess ta’ reġistrazzjoni ta’ S.EU; jirrakkomanda li għandu jkun possibbli li wieħed jitbiegħed mid-dokumenti mudell biex jitqiesu rekwiżiti kummerċjali speċifiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jikkunsidra li l-proposta leġiżlattiva dwar it-28 reġim għandu jkun fiha regoli armonizzati dwar strumenti ta’ dejn simili għal ekwità, inklużi regoli tal-insolvenza marbuta ma’ dawk l-istrumenti, li jippermettu lill-investituri jinvestu f’kumpanija mingħajr ma jiksbu drittijiet ta’ kontroll fuq dik il-kumpanija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Itenni li l-aċċess għall-finanzi ma għandux ikun limitat għall-kapital ta’ riskju iżda għandu jkopri wkoll tipi oħra ta’ investimenti, inklużi investimenti ta’ ekwità u b’impatt soċjali, skemi tal-pensjonijiet u fondi ta’ investiment pubbliku, sabiex jiġi żgurat l-aċċess meħtieġ għall-kapital;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Iqis li għandha ssir dispożizzjoni biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni tal-SMEs, tal-start-ups u tal-iscale-ups mal-istituzzjonijiet tar-riċerka biex jiġu appoġġjati l-ispin-offs u t-trasferiment tal-għarfien; jissottolinja li, għal dak l-għan, il-ħolqien tal-S.EU għandu jiġi integrat bis-sħiħ mal-inizjattivi tal-Unjoni biex jiġi ffaċilitat aċċess imtejjeb għad-data fil-kuntest tar-riċerka;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Soluzzjoni ta’ tilwim</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jikkunsidra li għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu alternattiv għas-soluzzjoni ta’ tilwim għat-tilwim relatat mal-S.EUs, biex tiġi żgurata soluzzjoni rapida u speċjalizzata tat-tilwim; jemmen ukoll li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-introduzzjoni, fi ħdan il-qrati nazzjonali tagħhom, ta’ grupp speċjali li jkun iddedikat għat-tilwim bejn kumpaniji relatat mal-S.EUs u li għandu jkun possibbli għal tali gruppi speċjali li jwettqu s-soluzzjoni ta’ tilwim bl-Ingliż;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Valutazzjoni tal-impatt, rieżami u evalwazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq u tippubblika valutazzjoni tal-impatt komprensiva u trasparenti ta’ kwalunkwe proposta leġiżlattiva ġdida relatata mat-28 reġim, li tagħmel enfasi fuq l-impatt tal-miżuri ta’ armonizzazzjoni għall-kumpaniji u fuq il-konsegwenzi soċjali, fiskali u legali, kif ukoll fuq ir-riskju li jiddgħajfu l-istandards nazzjonali ta’ protezzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura rieżami komprensiv u, fejn meħtieġ, reviżjoni tat-28 reġim f’intervalli regolari, inkluża valutazzjoni tar-rati ta’ adozzjoni tiegħu fost il-kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs, l-istart-ups, u l-iscale-ups, l-allinjament tiegħu mal-ħtiġijiet tan-negozju u tas-soċjetà li qed jevolvu, l-idoneità ġenerali tiegħu għall-iskop u l-effett tiegħu fuq il-kompetittività tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tevalwa u tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-effett potenzjali tal-att leġiżlattiv il-ġdid fuq l-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku tal-SMEs; iqis li ċ-ċiklu ta’ rieżami għandu jseħħ kull 4 snin biex tiġi żgurata l-adattabbiltà għal sfidi ġodda;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dispożizzjonijiet finali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-Artikoli 50 u 114 tat-TFUE, u qabel l-ewwel trimestru tal-2026, tippreżenta proposta għal direttiva, filwaqt li ssegwi r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-anness;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Iqis li l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proposta mitluba għandhom ikunu koperti mill-allokazzjonijiet baġitarji robusti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-anness lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI:</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA</STRING></STI>
<NO.P>1.</NO.P><STRING BOLD="on">Prinċipji ġenerali u bażi legali</STRING>

Il-Parlament jipproponi li l-forma korporattiva koperta mit-28 reġim tissejjaħ “Societas Europaea Unificata” (S.EU) (Kumpanija Ewropea Unifikata). Ir-regoli għall-S.EU jridu jkunu l-istess fl-Istati Membri kollha, u, sabiex tingħeleb il-frammentazzjoni tas-suq intern, l-Istati Membri ma jistgħux iżommu jew jintroduċu, fil-liġi nazzjonali tagħhom, kwalunkwe dispożizzjoni diverġenti minn dawk ir-regoli. Biex jiġi żgurat qafas regolatorju robust, ambizzjuż u komprensiv, il-Parlament jinsisti li l-S.EU tiġi adottata b’bażi legali li tipprevedi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill. Il-Parlament għalhekk jopponi l-użu tal-Artikolu 352(1) tat-TFUE bħala bażi legali. Il-Parlament jikkritika l-użu tal-kooperazzjoni msaħħa peress li t-28 reġim imbagħad ikun applikabbli biss f’subsett ta’ Stati Membri, li, minflok jegħleb il-frammentazzjoni tas-suq intern, ikompli jifframmentawha u jimmina l-attraenza tal-S.EUs, li, f’tali każ, ma jiġux rikonoxxuti fl-Unjoni kollha. It-28 reġim li jistabbilixxi l-S.EU jista’ jkollu jiġi adottat permezz ta’ diversi atti leġiżlattivi, aktar milli permezz ta’ strument leġiżlattiv komprensiv uniku. F’dak il-każ, kull proposta leġiżlattiva separata għandha tipprovdi l-istess salvagwardji fir-rigward tal-protezzjoni tal-interessi pubbliċi bħal-liġi tax-xogħol u d-drittijiet tal-ħaddiema u tat-trade unions. L-elementi tad-dritt tal-kumpaniji tar-reġim jeħtieġ li jiġu adottati skont l-Artikoli 50 u 114(1) tat-TFUE, li huma l-uniċi bażijiet legali disponibbli għal atti leġiżlattivi fil-qasam tad-dritt tal-kumpaniji li jipprevedu l-proċedura leġiżlattiva ordinarja b’votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill; L-Artikolu 50 tat-TFUE, madankollu, jippermetti biss l-adozzjoni ta’ direttivi. F’dak l-isfond, il-S.EU ma tkunx forma korporattiva awtonoma, iżda forma korporattiva nazzjonali fl-Istati Membri kollha li trid tikkonsisti f’sett ta’ elementi essenzjali li huma armonizzati mid-dritt tal-Unjoni,, sabiex jiġu evitati regolamentazzjoni żejda u S.EUs nazzjonali diverġenti li jmorru kontra l-objettiv tat-28 reġim. L-akronimu S.EU għandu jiżdied mal-akronimi tal-forom korporattivi nazzjonali eżistenti.

L-S.EU għandha tibni fuq forom korporattivi stabbiliti skont il-liġi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li jagħżlu jekk jikkonvertux forom korporattivi nazzjonali eżistenti f’S.EU jew li joħolqu forma korporattiva nazzjonali ġdida. Il-fundaturi jew is-sidien ta’ forma korporattiva nazzjonali għandhom ikunu liberi li jipparteċipaw b’mod volontarju fir-reġim il-ġdid, li jippermetti l-użu tat-tikketta tal-kumpanija “S.EU”.

S.EU għandha tiġi rikonoxxuta awtomatikament fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali tal-Istati Membri kollha bħala kumpanija b’responsabbiltà limitata.

Id-dritt applikabbli għall-ħolqien ta’ S.EU għandu jkun id-dritt tal-Istat Membru li fih tkun irreġistrata l-kumpanija inkwistjoni. B’deroga minn dak il-prinċipju u għall-fini tal-protezzjoni tal-interessi pubbliċi predefiniti, għandu jkun possibbli li jiġi ddeterminat d-dritt applikabbli b’fattur ta’ konnessjoni prevalenti, aktar milli l-post tal-inkorporazzjoni.

Sabiex tinkiseb ċertezza legali fir-rigward tal-elementi kostituttivi tal-S.EU, id-direttiva adottata skont l-Artikoli 50 u 114(1) tat-TFUE trid tkun direttiva ta’ armonizzazzjoni massima.

Il-Parlament huwa konxju tar-riskju li S.EU rikonoxxuta awtomatikament tista’ twassal għaċ-ċirkomvenzjoni ta’ regoli domestiċi obbligatorji li jipproteġu lill-ħaddiema, lir-rappreżentanti u lit-trade unions tagħhom, u lil partijiet vulnerabbli oħra kif ukoll lil interessi pubbliċi oħra. Għalhekk, ir-regoli korporattivi tal-S.EU għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali fil-qasam tal-liġi tax-xogħol individwali u kollettiva, inklużi r-regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati fl-affarijiet tal-kumpanija, u għandhom jinkludu salvagwardji li jipprevjenu b’mod effettiv l-użu abbużiv tal-S.EU.

<NO.P>2.</NO.P><STRING BOLD="on">Kamp ta’ Applikazzjoni</STRING>

L-Istati Membri għandhom jipprevedu fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali tagħhom sett ta’ regoli li, meta jiġu rispettati, jippermettu li forma korporattiva nazzjonali tinkludi l-akronimu “S.EU” f’isem il-kumpanija tagħha. Sabiex tkun eliġibbli biex tirreġistra bħala S.EU, forma korporattiva nazzjonali għandha tikkonforma ma’ dawn li ġejjin:

<NO.P>–</NO.P>trid tkun entità ġuridika b’kapaċità ġuridika li tkun rikonoxxuta awtomatikament fl-Istati Membri kollha fid-data tar-reġistrazzjoni tagħha;

<NO.P>–</NO.P>trid tkun kumpanija b’responsabbiltà limitata li fiha r-responsabbiltà tas-sidien għad-djun tal-kumpanija tkun limitata għall-ammont tal-kontribuzzjonijiet tagħhom;

<NO.P>–</NO.P>ma tridx tkun kumpanija kkwotata;

<NO.P>–</NO.P>trid tkun ġiet stabbilita minn persuna fiżika jew ġuridika waħda jew aktar li jirrisjedu fi Stat Membru jew huma stabbiliti fih;

<NO.P>–</NO.P>irid ikun possibbli għaliha li sservi bħala kumpanija unika awtonoma jew bħala kumpanija sussidjarja ta’ kumpanija omm S.EU;

<NO.P>–</NO.P>is-sede reġistrata tagħha trid tkun tinsab f’wieħed mill-Istati Membri;

<NO.P>–</NO.P>trid tkun intitolata li tittrasferixxi s-sede reġistrata tagħha lejn Stat Membru ieħor mingħajr il-ħtieġa ta’ xoljiment jew inkorporazzjoni mill-ġdid, f’konformità ma’ proċeduri armonizzati li jiżguraw il-kontinwità tal-personalità ġuridika;

Sabiex tiġi stabbilita kumpanija eliġibbli biex tirreġistra bħala S.EU, ir-rekwiżit kapitali minimu mħallas immedjatament irid, għall-fini tar-reġistrazzjoni ta’ dik il-kumpanija, jiġi stabbilit għal EUR 1, irrispettivament mill-kapital minimu meħtieġ mod ieħor skont il-liġi nazzjonali inkwistjoni.

Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kredituri, il-Kummissjoni għandha tressaq qafas legali komprensiv li jinkorpora mekkaniżmi alternattivi bħal testijiet tas-solvenza. Tali mekkaniżmi alternattivi għandhom ikunu proporzjonati u trasparenti, bi kriterji ċari għall-valutazzjoni tas-saħħa finanzjarja tal-kumpaniji u għall-mitigazzjoni tar-riskji għall-kredituri.

Fl-interessi tas-simplifikazzjoni, il-possibbiltà ta’ reġistrazzjoni bħala S.EU ma għandhiex tkun limitata għal kategorija ġdida ta’ “kumpaniji innovattivi” jew għal fatturi limitanti oħra peress li dan joħloq burokrazija żejda addizzjonali u piż burokratiku bla bżonn.

Jekk S.EU jkollha l-ħsieb li tikkwota lilha nnifisha fil-borża, għandha tkun meħtieġa tikkonverti f’kumpanija pubblika limitata skont il-liġi nazzjonali jew id-dritt tal-Unjoni f’konformità mar-regoli ta’ konverżjoni nazzjonali u tal-Unjoni.

<NO.P>3.</NO.P><STRING BOLD="on">Il-ħolqien tal-forma korporattiva</STRING>

Il-ħolqien u r-reġistrazzjoni ta’ S.EU għandhom ikunu kompletament diġitali u jikkonformaw mal-prinċipju ta’ “darba biss” fejn il-kumpaniji li jissottomettu dokument fi Stat Membru wieħed ma għandhomx għalfejn jerġgħu jissottomettuh fi Stat Membru ieħor. L-istabbiliment ta’ S.EU jrid jiġi ffinalizzat fi żmien 48 siegħa.

Malli tinħoloq, l-S.EU għandha tirċievi identità diġitali unifikata u identifikatur tal-kumpaniji biex tiġi ssimplifikata r-reġistrazzjoni, jiżdiedu t-trasparenza u l-fiduċja, tiġi ffaċilitata l-verifika tal-identità tal-kumpaniji u jiġu miġġielda l-frodi, il-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa, filwaqt li tiġi żguarata ċ-ċertezza legali.

Sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq ta’ dawk l-objettivi, għandu jinħoloq jew jiġi integrat portal diġitali uniformi fil-livell tal-Unjoni li jservi bħala punt ta’ dħul dirett għall-S.EUs fi strutturi eżistenti u mħaddem mill-Kummissjoni. Dak il-portal għandu jikkomplementa u jestendi s-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistru Kummerċjali (BRIS) eżistenti billi jipprovdi interfaċċa armonizzata b’aċċess uniku għall-użu transfruntier, mingħajr ma joħloq reġistru separat jew parallel ġdid. Il-portal diġitali ma għandux jissostitwixxi r-regoli ta’ inkorporazzjoni nazzjonali eżistenti iżda, minflok, iservi bħala pjattaforma komuni li fuqha tiġi aggregata l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-investituri. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jittrażmettu awtomatikament id-dokumenti lill-portal, filwaqt li jiżguraw ir-rikonoxximent u l-aċċess bla xkiel għall-partijiet ikkonċernati. Il-pjattaforma għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dwar il-proċeduri u r-riżorsi nazzjonali u tagħti aċċess għad-dokumenti tal-mudell tal-investituri għall-S.EUs, tippermetti l-verifika tal-kredenzjali, il-firma elettronika tad-dokumenti, il-bejgħ u l-allokazzjoni tal-ishma, il-ħolqien u l-adozzjoni ta’ riżoluzzjonijiet tal-bord, u l-forniment ta’ servizzi ta’ fatturazzjoni elettronika. Meta tuża l-portal diġitali biex tirreġistra S.EU, kumpanija trid tagħżel Stat Membru bħala l-post tal-inkorporazzjoni u, b’dan il-mod, il-liġi nazzjonali applikabbli għall-inkorporazzjoni.

Il-portal diġitali fil-livell tal-Unjoni għall-kumpaniji għandu jagħmilha possibbli li ssir reġistrazzjoni ta’ S. EU u li ssir tfittxija għal kumpanija rreġistrata bħala S. EU. Ir-reġistrazzjoni, il-mili u l-aġġornamenti għandhom jiġu amministrati permezz tal-portal diġitali darba biss u għandhom ikunu aċċessibbli madwar l-Istati Membri abbażi ta’ interfaċċa multilingwi u standards ta’ identifikazzjoni armonizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 910/2014. Il-portal diġitali jista’ jagħmel użu minn network ta’ reġistru distribwit (DLT) awtorizzat li jirreġistra avvenimenti korporattivi ewlenin, bħal reġistrazzjonijiet jew trasferimenti ta’ ishma, bi kronogrammi immutabbli.

Għandu jkun possibbli li kwalunkwe kontribuzzjoni fi flus kontanti għall-istabbiliment tal-kumpanija ssir lil aġenzija fiduċjarja pubblika għall-perjodu qabel ma jiġi ffinalizzat il-ftuħ ta’ kont bankarju. Wara l-ftuħ tal-kont bankarju, l-aġenzija fiduċjarja għandha tittrasferixxi l-kontribuzzjonijiet fi flus kontanti f’dak il-kont bankarju.

<NO.P>4.</NO.P><STRING BOLD="on">Salvagwardji</STRING>

Ir-regoli dwar l-S.EUs għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal-liġi tax-xogħol tal-Unjoni u dik nazzjonali inklużi regoli dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati, tar-rappreżentanti tal-impjegati, jew tat-tnejn li huma, fl-affarijiet ta’ kumpanija kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (k) tad-Direttiva 2001/86/KE. Bħala kwistjoni ta’ prinċipju, l-S.EU għandha tiġi ttrattata mill-Istat Membru tad-domiċilju tagħha bl-istess mod bħall-kumpanija domestika b’responsabbiltà limitata li fuqha hija mibnija u minn kwalunkwe Stat Membru ospitanti bl-istess mod bħal kumpaniji komparabbli tal-liġi barranija tal-Unjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-użu artifiċjali tal-S.EU bil-ħsieb li jiġu evitati l-livelli attwali ta’ protezzjoni tal-parteċipazzjoni tal-impjegati fil-liġi tal-Istati Membri jiġi pprevenut b’mod effettiv.

Il-liġi applikabbli għal kuntratti ta’ impjieg individwali tibqa’ tiġi ddeterminata esklużivament skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 u l-ġuriżdizzjoni fuq kuntratti ta’ impjieg individwali tkompli tiġi ddeterminata skont it-Taqsima 5 tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012, inkluża l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, l-għażla tal-partijiet ma tistax iċċaħħad lill-impjegati mill-protezzjoni mogħtija lilhom minn dispożizzjonijiet imperattivi li ma jistgħux jiġu derogati bi ftehim.

Fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-impjegati, l-S.EU trid tkun soġġetta għar-regoli fis-seħħ dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati, jekk ikun hemm, fl-Istat Membru tal-uffiċċju reġistrat. Madankollu, jekk S.EU twettaq attività ekonomika li tinvolvi impjieg fi Stat Membru ieħor mingħajr ma tistabbilixxi fergħa, aġenzija jew sussidjarja, l-S.EU trid tkun soġġetta għar-regoli fis-seħħ dwar il-parteċipazzjoni tal-impjegati, jekk ikun hemm, fl-Istat Membru tal-post tal-impjieg sakemm l-ordni ġuridiku tal-uffiċċju rreġistrat tal-S.EU ma jipprevedix mill-inqas l-istess livell ta’ drittijiet ta’ rappreżentanza tal-impjegati fil-livell tal-bord kif meħtieġ skont il-liġi tal-post tal-impjieg. Jekk ikun meħtieġ, l-S.EU għandha taġġusta l-istatut ta’ assoċjazzjoni tagħha kif xieraq.

Meta l-liġi applikabbli ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu preċedenti, bħala għażla ta’ riżerva, proċedura ta’ negozjar ekwivalenti għal dik prevista fl-Artikoli 3 sa 7 tad-Direttiva 2001/86/KE trid tinbeda ladarba l-għadd ta’ impjegati jilħaq f’mill-inqas Stat Membru wieħed kwalunkwe limitu li jiskatta d-drittijiet ta’ rappreżentanza tal-impjegati fil-livell tal-bord f’dak l-Istat Membru, dment li l-S.EU tkun għadha ma introduċietx il-parteċipazzjoni tal-impjegati jew dment li l-ilħuq tal-limitu jimplika bidliet fil-parteċipazzjoni eżistenti tal-impjegati.

Jekk kumpanija nazzjonali eżistenti tittrasforma ruħha f’S.EU, l-Artikoli 86l, 133 u 160l tad-Direttiva (UE) 2017/1132 iridu japplikaw <STRING ITALIC="on">mutatis mutandis</STRING> dment li d-drittijiet ta’ parteċipazzjoni tal-impjegati diġà stabbiliti ma jiġux evitati.

<NO.P>5.</NO.P><STRING BOLD="on">L-inkoraġġiment ta’ strateġiji fit-tul u forom fakultattivi</STRING>

Bil-ħsieb li jiġu stimulati l-kumpaniji innovattivi Ewropej, jiġi attirat l-investiment u jinħolqu mogħdijiet alternattivi għall-aċċess għall-mudelli kapitali u ta’ finanzjament u tiġi pprevenuta r-rilokazzjoni tal-innovazzjoni, li l-ħolqien tagħha spiss ikun appoġġjat mill-fondi pubbliċi Ewropej għar-riċerka, barra mill-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jintroduċu regoli li jippermettu lill-kumpaniji jagħżlu b’mod volontarju u irrevokabbli li jipparteċipaw fi skemi addizzjonali ta’ protezzjoni legali. L-għan ta’ tali skemi ta’ protezzjoni legali addizzjonali għandu jkun li jgħinu lill-kumpaniji Ewropej li jistgħu jkunu jridu jipproteġu lilhom infushom minn “akkwiżizzjonijiet predatorji” u rilokazzjoni. Dawk l-iskemi jistgħu jinkludu:

<NO.P>—</NO.P>is-separazzjoni tad-drittijiet tal-vot u d-drittijiet ekonomiċi permezz ta’ klassijiet differenti ta’ ishma, inklużi ishma ta’ klassi doppja, ishma ta’ veto u ishma preferuti;

<NO.P>—</NO.P>il-kwalifika tad-drittijiet tal-vot bħala mhux trasferibbli u li ma jintirtux;

<NO.P>—</NO.P>id-distribuzzjoni tal-profitti lill-investituri jew lid-detenturi tad-drittijiet ekonomiċi fuq il-bażi ta’ ftehim kuntrattwali limitat fiż-żmien jew fl-ammonti u li jista’ jiġi tterminat minn kwalunkwe parti fi kwalunkwe ħin;

<NO.P>—</NO.P>il-limitazzjoni tal-konverżjoni transfruntiera f’entitajiet li għażlu l-iskema ta’ protezzjoni legali addizzjonali, b’mod partikolari għall-imblokk tal-assi.

Il-kumpaniji li jkunu għażlu tali skemi ta’ protezzjoni legali addizzjonali għandhom ikunu jistgħu jinkludu t-tikketta “sjieda steward” fl-isem tal-kumpanija tagħhom.

Id-Direttiva (UE) 2017/1132 għandha tiġi emendata fir-rigward tal-konverżjonijiet, tal-fużjonijiet u tad-diviżjonijiet transfruntiera sabiex l-Istati Membri li jkunu għażlu li jintroduċu l-forma korporattiva nazzjonali tagħhom stess ta’ sjieda steward ikunu jistgħu jillimitaw il-konverżjoni transfruntiera ta’ tali forma korporattiva nazzjonali għal forom korporattivi ta’ Stati Membri oħra li jipprevedu wkoll forom simili ta’ sjieda steward.

<NO.P>6.</NO.P><STRING BOLD="on">L-attrazzjoni u l-appoġġ għat-talent </STRING>

L-attrazzjoni ta’ talent tas-sengħa u innovattiv hija kruċjali biex jiġi xprunat it-tkabbir ekonomiku, titrawwem l-innovazzjoni u tinżamm il-kompetittività f’suq globali li qed jevolvi malajr. It-tkabbir tal-produttività, l-innovazzjoni u l-inklużjoni soċjali jridu jimxu id f’id. Il-qafas S.EU għandu jiffaċilita l-moviment liberu fl-Unjoni, mingħajr il-ħtieġa ta’ intermedjarji fil-proċessi amministrattivi, filwaqt li jirrispetta r-regoli applikabbli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-liġi tax-xogħol u dik soċjali. L-S.EU għandha tipprevedi regoli armonizzati fakultattivi madwar l-Unjoni dwar l-iskemi ta’ parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati, b’mod partikolari dwar l-istrutturar tal-pjanijiet ta’ sjieda ta’ stokks tal-impjegati (“ESOPs”), iffaċilitati permezz ta’ entità ġuridika separata, u l-ħolqien ta’ pjanijiet ta’ opzjonijiet ta’ stokks għall-impjegati (“ESOs”). Dan se jippermetti lill-SMEs, lill-istart-ups u lill-iscale ups mhux biss jattiraw it-talent, jinċentivaw l-impenn fit-tul u jiffaċilitaw l-operazzjonijiet tagħhom fi swieq nazzjonali differenti minħabba t-tfassil ta’ oqfsa distinti eżistenti, iżda wkoll jippromwovu l-parteċipazzjoni sħiħa u ġusta tal-impjegati fil-valur li jgħinu joħolqu permezz tal-kapital tax-xogħol u intellettwali tagħhom. Ir-regoli armonizzati dwar l-ESOPs u l-ESOs fakultattivi għandhom jagħmlu enfasi fuq l-armonizzazzjoni tal-elementi ewlenin tal-liġi korporattiva, il-qafas u l-karatteristiċi strutturali tal-pjanijiet għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati, mingħajr ma jaffettwaw ir-regoli fiskali. Meta jitfasslu regoli armonizzati fil-qafas tal-S.EU għandhom jitqiesu l-prinċipji li ġejjin:

<NO.P>—</NO.P>bħala prekundizzjoni, l-iskemi ta’ parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati ma għandhom, fl-ebda ċirkostanza, jissostitwixxu jew inaqqsu r-remunerazzjoni bażika normali jew kwalunkwe forma oħra ta’ kontribuzzjoni bħal kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, iżda għandhom ikunu benefiċċju komplementari għad-drittijiet soċjali u kuntrattwali kollha;

<NO.P>—</NO.P>it-trasparenza u l-governanza demokratika jridu jkunu prinċipji ewlenin matul it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ tali skemi;

<NO.P>—</NO.P>il-parteċipazzjoni f’tali skemi trid tkun nondiskriminatorja, u tkun miftuħa u esklużiva għall-impjegati kollha;

<NO.P>—</NO.P>il-parteċipazzjoni f’tali skemi trid tibqa’ volontarja għall-impjegati u l-istabbiliment ta’ tali skemi jrid jibqa’ fakultattiv għall-S.EUs;

<NO.P>—</NO.P>tali skemi jridu ikunu akkumpanjati minn mekkaniżmi li jħarsu lill-impjegati minn riskji finanzjarji irraġonevoli.

Il-Kummissjoni, f’konsultazzjoni mas-sħab soċjali u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u abbażi tal-aħjar prattika, għandha tfassal gwida għall-S.EUs biex tiffaċilita l-implimentazzjoni, ittejjeb is-sensibilizzazzjoni dwar il-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati u tiżgura l-konverġenza tal-iskemi ta’ parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati madwar l-Istati Membri. Il-gwida għandha tinkludi informazzjoni dwar ir-riskji finanzjarji assoċjati għall-impjegati, tispeċifika l-għażliet ta’ akkwiżizzjoni mill-impjegati u l-governanza demokratika, u tikkunsidra l-impatt fuq l-impjegati.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tindirizza, bħala parti mill-pakkett tat-28 reġim, kwistjonijiet relatati mat-trattament tat-taxxa tal-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati biex jiġu żgurati l-koerenza legali u l-applikabbiltà transfruntiera. Sakemm tinkiseb armonizzazzjoni fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa bil-qawwa biex jadottaw b’mod proattiv miżuri ta’ appoġġ għall-parteċipazzjoni finanzjarja tal-impjegati, allinjati mal-objettivi tal-S.EU, sabiex jagħmluha attraenti kemm għall-impjegaturi kif ukoll għall-impjegati, filwaqt li jrawmu l-mobbiltà u l-ġustizzja transfruntiera.

Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità innovattiva tal-S.EUs u titħaffef il-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati tar-riċerka, il-proposta leġiżlattiva għandha tkun akkumpanjata minn miżuri li jippromwovu u jiffaċilitaw sħubijiet strutturati bejn l-S.EUs u l-universitajiet, l-istituti tar-riċerka u l-uffiċċji tat-trasferiment tat-teknoloġija. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa gwida u mudelli ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni għal tali sħubijiet, filwaqt li tiżgura li dawn ikunu sempliċi, trasparenti u ġusti għall-partijiet kollha involuti.

<NO.P>7.</NO.P><STRING BOLD="on">Attrazzjoni tal-kapital</STRING>

L-Istati Membri għandhom jintroduċu strument armonizzat ta’ dejn simili għal ekwità li jippermetti lill-investituri jinvestu f’kumpaniji mingħajr ma jakkwistaw drittijiet ta’ kontroll fuq kumpanija, bħal drittijiet ta’ kondiviżjoni tal-profitti, sħubijiet passivi jew self marbut mal-profitt. Tali strumenti ta’ dejn simili għal ekwità għandhom:

<NO.P>—</NO.P>jinħolqu billi jiġi konkluż ftehim kuntrattwali bejn il-kumpanija u l-investitur għal kontribuzzjoni ta’ kapital; tali ftehim irid jispeċifika l-ammont tal-kapital investit, jinkludi data definita ta’ ripagament u jipprevedi kumpens li jista’ jieħu l-forma ta’ mgħax fiss jew varjabbli, jew kondiviżjoni tal-profitti;

<NO.P>—</NO.P>ikunu subordinati għal krediti ordinarji;

<NO.P>—</NO.P>jiġu ttrattati bħala ekwità jew kapital li jissostitwixxi l-ekwità għal finijiet regolatorji u kontabilistiċi.

Bil-ħsieb li tiżdied iċ-ċertezza legali fis-27 ġuriżdizzjoni nazzjonali tas-suq intern u li jitnaqqsu l-ostakli għall-investiment fl-S.EUs, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta’ mudelli ta’ statuti ta’ assoċjazzjoni standard multilingwi, ftehimiet bejn l-azzjonisti u d-dokumenti rilevanti l-oħra kollha għall-S.EUs u tistabbilixxi pjattaforma li fuqha jkunu disponibbli dawk id-dokumenti mudell u l-informazzjoni prattika bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha taħtar grupp ta’ esperti inkarigat bit-tfassil ta’ mudelli ta’ statuti ta’ assoċjazzjoni standardizzati ta’ kwalità għolja li jikkorrispondu mar-rekwiżiti armonizzati għall-S.EUs. Dak il-grupp ta’ esperti għandu jinkludi, fost oħrajn, rappreżentanti tal-fundaturi, tal-investituri u tat-trade unions.

Il-Kummissjoni għandha taħtar grupp ieħor ta’ esperti bil-kompitu li jfassal mudell ta’ ftehimiet bejn l-azzjonisti li jkunu standardizzati, ġusti u ta’ kwalità għolja. Tali mudelli ta’ ftehimiet bejn l-azzjonisti għandhom jilħqu bilanċ bejn l-interessi tal-fundaturi u tal-investituri. Dak il-grupp ta’ esperti għandu jinkludi, fost l-oħrajn, rappreżentanti tal-fundaturi u tal-investituri tal-kapital ta’ riskju.

Il-Kummissjoni għandha tappoġġja u tibni fuq inizjattivi eżistenti li jikkonċernaw ir-riċerka u l-informazzjoni dwar il-liġi kummerċjali Ewropea u komparattiva biex tistabbilixxi aċċess miftuħ u informazzjoni komparabbli dwar ir-regolamentazzjoni tan-negozju fl-Istati Membri bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

<NO.P>8.</NO.P><STRING BOLD="on">Soluzzjoni ta’ tilwim speċjalizzata</STRING>

Sabiex is-soluzzjonijiet ta’ tilwim dwar l-S.EUs jitħaffu, għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu speċjalizzat alternattiv għas-soluzzjoni ta’ tilwim. Il-parteċipazzjoni f’dan il-mekkaniżmu għandha tkun soġġetta għall-kunsens tal-partijiet involuti. Tilwim relatat mal-liġi tax-xogħol individwali u kollettiva għandu jiġi eskluż minn dak il-mekkaniżmu, u l-ġuriżdizzjoni f’tali każijiet għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-Artikoli 20 sa 23 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jintroduċu grupp speċjali fil-qrati nazzjonali tagħhom – jew grupp wieħed f’qorti waħda speċifika fil-livell nazzjonali jew grupp wieħed f’qorti waħda speċifika f’kull entità federata, skont is-sistema ġudizzjarja nazzjonali inkwistjoni. Tali gruppi għandhom ikunu dedikati għas-soluzzjoni ta’ tilwim dwar id-dritt ċivili bejn il-kumpaniji li jkunu relatati mal-forma korporattiva tal-S.EU, tilwim li jirriżulta minn jew b’rabta mal-akkwist ta’ S.EUs jew ishma fl-S.EU, u tilwim bejn S.EU u membri tal-bord ta’ tmexxija jew superviżorju tagħha. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċedimenti quddiem tali gruppi jkunu jistgħu jsiru bl-Ingliż, dment li l-partijiet involuti jagħtu l-kunsens tagħhom.

<NO.P>9.</NO.P><STRING BOLD="on">Valutazzjoni tal-Impatt, Rieżami u Evalwazzjoni </STRING>

L-effettività tat-28 reġim fil-promozzjoni tal-innovazzjoni, it-tisħiħ tal-kompetittività, is-salvagwardja taċ-ċertezza legali u l-prevenzjoni taċ-ċirkomvenzjoni regolatorja tal-istandards soċjali u tax-xogħol tal-Unjoni u nazzjonali għandha tiġi mmonitorjata kontinwament.

II-Kummissjoni għandha twettaq u tippubblika valutazzjoni tal-impatt komprensiva u trasparenti fl-istess ħin ma’ kwalunkwe proposta leġiżlattiva ġdida relatata mat-28 reġim, b’enfasi fuq il-konsegwenzi soċjali, fiskali u legali, kif ukoll ir-riskji li jiddgħajfu l-istandards ta’ protezzjoni tal-Unjoni u dawk nazzjonali. Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza u l-koerenza legali, il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-mudelli nazzjonali eżistenti u l-aħjar prattiki, bħall-funzjonalità tar-reġistri korporattivi nazzjonali, u l-proċessi diġitali awtomatizzati li jiffaċilitaw il-ħolqien tal-kumpaniji filwaqt li jżommu standards għoljin ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont. Il-Kummissjoni għandha tesplora speċifikament modi biex tottimizza l-proċeduri biex tiżgura li l-proċess kollu tar-reġistrazzjoni, inklużi verifiki addizzjonali u kontrolli tal-konformità, ikun jista’ jitlesta fi żmien 48 siegħa, mingħajr ma tiġi affettwata ċ-ċertezza legali u f’konformità mas-salvagwardji proċedurali.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll rieżami komprensiv u, fejn meħtieġ, reviżjoni tat-28 reġim f’intervalli regolari, inkluża valutazzjoni tar-rati ta’ adozzjoni tiegħu fost il-kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs, l-istart-ups jew l-iscale-ups, l-allinjament tiegħu mal-ħtiġijiet tan-negozju u tas-soċjetà li qed jevolvu, il-kompetittività, il-protezzjoni soċjali u l-impjiegi tal-Unjoni, u l-idoneità ġenerali tiegħu għall-iskop.

Il-Kummissjoni għandha tevalwa u tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-effett potenzjali tal-att leġiżlattiv fuq l-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku tal-SMEs u l-konformità mal-liġi tax-xogħol tal-Unjoni u nazzjonali u l-istandards tal-protezzjoni tal-ħaddiema u l-impatt fuqhom kull 4 snin biex tiġi żgurata l-adattabbiltà għal sfidi ġodda. Dak ir-rapport għandu, fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi għal reviżjoni.
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>