<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0003</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Direttiva dwar tranżizzjoni ġusta fid-dinja tax-xogħol: l-iżgurar tal-ħolqien tal-impjiegi u r-rivitalizzazzjoni tal-ekonomiji lokali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0261/2025 - Rapporteur: Jana Toom)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2026 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar direttiva dwar tranżizzjoni ġusta fid-dinja tax-xogħol: l-iżgurar tal-ħolqien tal-impjiegi u r-rivitalizzazzjoni tal-ekonomiji lokali (2025/2131(INL))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 153 u 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 47 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 4, 9, 46, 149, 151, 153, 162, 164, 174 sa 178 u 349 tat-TFUE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 2021 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM(2021)0102),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.</FIELD></FOOTNOTE> (RRF),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> (JTF),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 130, 16.5.2023, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32<STRING ITALIC="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-briefing dwar il-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew ta’ Settembru 2025, bit-titolu “Direttiva dwar tranżizzjoni ġusta fid-dinja tax-xogħol: l-iżgurar tal-ħolqien tal-impjiegi u r-rivitalizzazzjoni tal-ekonomiji lokali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2023 dwar il-ħolqien tal-impjiegi – it-tranżizzjoni ġusta u l-investimenti b’impatt,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar tranżizzjoni ġusta lejn ekonomiji u soċjetajiet ambjentalment sostenibbli għal kulħadd<FOOTNOTE><FIELD> ILC.111/Riżoluzzjoni V, 16 ta’ Ġunju 2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta tal-10 ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a market” (Ħafna aktar milli suq),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) (ir-“rapport Draghi”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali għal Impjiegi ta’ Kwalità,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Settembru 2025 dwar Ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni fl-appoġġ għat-tranżizzjoni ġusta,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2022 dwar tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika mill-2022 u l-messaġġi ewlenin mill-EMCO u l-KPS dwar l-implimentazzjoni tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar Ewropa soċjali b’saħħitha għal Tranżizzjonijiet Ġusti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Settembru 2025 dwar l-akkwist pubbliku,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea 2024−2029,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2025 dwar il-Patt għal Industrija Nadifa (COM(2025)0085),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Lulju 2025 “Qafas għall-miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat biex jappoġġjaw il-Patt għal Industrija Nadifa” (C/2025/3602),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni La Hulpe dwar il-futur tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tas-16 ta’ April 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Opinjoni dwar id-dimensjonijiet tal-kwalità tal-impjiegi tal-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-6 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bit-titolu “Lejn proposta leġiżlattiva għal tranżizzjoni ġusta u għodod ta’ politika tal-UE li jippermettu Patt Ekoloġiku Ewropew aktar soċjali” tal-4 ta’ Diċembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A10-0261/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali qed ikollhom effett trasformattiv profond fuq l-ekonomiji, is-soċjetajiet, ir-reġjuni u l-postijiet tax-xogħol tal-Ewropa b’modi differenti, li jirrikjedi miżuri komprensivi ta’ politika soċjali u tal-impjiegi biex jiġu pprevenuti impatti negattivi u tiġi promossa l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; billi l-iżgurar ta’ bidla effettiva lejn ekonomija newtrali għall-klima u diġitalizzata u ta’ tnaqqis fid-dipendenzi fir-rigward tal-provvista tal-enerġija huwa essenzjali għall-prosperità fit-tul, il-benesseri, is-sostenibbiltà, it-tkabbir u l-kompetittività tal-Ewropa; billi s-suċċess aħħari tat-tranżizzjoni doppja se jiddependi ħafna mill-iżgurar li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva għall-ħaddiema, in-negozji u r-reġjuni milquta u li tkun tikkontribwixxi għall-ġustizzja soċjali għal kulħadd, b’enfasi partikolari fuq dawk l-aktar vulnerabbli, sabiex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura; billi tranżizzjoni ġusta waħedha tista’ trendi EUR 261 biljun fis-sena f’benefiċċji, b’mod partikolari billi tindirizza l-inugwaljanzi soċjali u d-disparitajiet reġjonali<FOOTNOTE><FIELD> https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/BRIE/2025/774668/EPRS_BRI(2025)774668_EN.pdf</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-perkorsi ta’ kull reġjun affettwat se jkunu differenti, abbażi tar-realtajiet ekonomiċi u soċjali tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-effetti tat-tranżizzjoni doppja fuq l-impjiegi huma asimmetriċi madwar l-Unjoni kollha u l-impatt soċjoekonomiku jvarja ħafna bejn reġjuni differenti; billi tinħoloq sfida spazjali, peress li l-impjiegi fl-ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva jistgħu jinħolqu f’reġjuni differenti minn dawk li qed jesperjenzaw telf ta’ impjiegi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi t-tranżizzjonijiet iridu jiġu ġestiti b’mod li tiġi żgurata l-inklużjoni soċjali, jitnaqqsu l-faqar u l-inugwaljanzi, u jiġi sfruttat il-potenzjal li jinħolqu impjiegi ta’ kwalità, titrawwem id-demokrazija fuq il-post tax-xogħol, jiġu protetti d-drittijiet tal-ħaddiema u jogħlew l-istandards tax-xogħol fis-setturi kollha affettwati;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi s-swieq tax-xogħol tal-UE għadhom maqsuma territorjalment u billi l-kwalità tal-impjiegi u l-kuntratti tal-impjiegi juru żieda fil-forom mhux standard, speċjalment fost iż-żgħażagħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-ġestjoni tal-bidla lejn ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju għandha mhux biss tappoġġja t-tranżizzjonijiet lejn impjiegi ġodda ta’ kwalità f’setturi emerġenti iżda wkoll iżżomm u tadatta l-impjiegi u s-setturi eżistenti għal industriji u teknoloġiji aktar sostenibbli u nodfa għan-nies, speċjalment dawk li jgħixu fl-aktar territorji milquta; billi enfasi partikolari fuq ir-reġjuni u l-industriji dipendenti mill-fjuwils fossili hija kruċjali peress li dawn se jkollhom jitfasslu mill-ġdid biex jissodisfaw l-impenji klimatiċi tal-Unjoni; billi huwa importanti li kulħadd, inkluż il-ħaddiema u l-persuni li qed ifittxu impjieg jiġu appoġġjati fil-ġestjoni tat-tranżizzjonijiet sabiex jitrawmu l-fehim u l-aċċettazzjoni u l-effettività tal-għanijiet tal-istrateġija fit-tul 2050; billi kif muri mir-riċerka tal-Eurofound<FOOTNOTE><FIELD> Eurofound (2024), Creating a new social contract for the just transition: Is partnership working? (Il-ħolqien ta’ kuntratt soċjali ġdid għat-tranżizzjoni ġusta: Is-sħubija qed taħdem?). L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu.</FIELD></FOOTNOTE>, l-involviment wiesa’ tas-soċjetà ċivili, tas-sħab soċjali u tal-awtoritajiet pubbliċi fil-proċess ta’ tranżizzjoni huwa kruċjali biex jiġu żgurati u distribwiti b’mod ġust ir-redditi mill-attività u mir-riżorsi ekonomiċi, kif ukoll biex jiġu indirizzati l-kunflitti;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi t-trasformazzjoni ekonomika tal-Ewropa tirrikjedi enfasi qawwija fuq il-kompetittività u t-tkabbir; billi l-intraprendituri u dawk li joħolqu l-impjiegi jeħtiġilhom jingħataw il-kundizzjonijiet it-tajba biex jinvestu u jespandu, u l-iżgurar tal-użu effiċjenti tal-fondi huwa essenzjali biex jiġi attirat l-investiment privat; billi huwa importanti li ċ-ċittadini, kemm fiż-żoni urbani kif ukoll f’dawk rurali, ikunu involuti fi tranżizzjoni ġusta li tibbilanċja l-kompetittività mas-solidarjetà u li jappoġġjawha, u li jkunu jistgħu jkunu kunfidenti li l-impjieg, l-introjtu u l-istil tal-ħajja tagħhom se jiġu ssalvagwardjati sabiex ħadd ma jitħalla jibqa’ lura;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, filwaqt li għadd ta’ inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi importanti tal-Unjoni għandhom l-għan li jindirizzaw jew jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati l-impatti tat-tranżizzjoni doppja (b’mod partikolari, il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, il-JTF, l-FEG, l-Unjoni tal-Ħiliet, il-Fond Soċjali għall-Klima, il-FSE+ u l-RRF) u li jsaħħu l-kompetittività, għad hemm lakuni fil-qafas leġiżlattiv u ta’ politika fir-rigward tat-tfixkil fuq il-post tax-xogħol, id-drittijiet tal-ħaddiema, il-protezzjoni soċjali, id-djalogu soċjali u l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni u ta’ taħriġ; billi hija biss azzjoni fil-livell tal-Unjoni li tista’ tiżgura valur miżjud reali u konverġenza soċjali ’l fuq konkorrenti biex il-wegħda li “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura” issir realtà, filwaqt li jitqiesu l-mudelli u t-tradizzjonijiet nazzjonali tas-suq tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-rapport Draghi jidentifika n-nuqqasijiet persistenti ta’ ħiliet bħala ostaklu għall-innovazzjoni, l-adozzjoni tat-teknoloġija u l-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni, li min-naħa tagħhom ifixklu t-tkabbir u l-kompetittività; billi kważi erbgħa minn kull ħames negozji żgħar u ta’ daqs medju fl-UE jirrapportaw diffikultajiet biex isibu ħaddiema bis-sett ta’ ħiliet meħtieġa; billi tnaqqis fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, b’mod partikolari l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-adulti, qed jonqsu milli jħejju l-forza tax-xogħol għat-tranżizzjonijiet doppji; billi l-parteċipazzjoni fit-tagħlim għall-adulti għadha insuffiċjenti minħabba li 39,5 % biss tal-adulti jinvolvu ruħhom f’taħriġ annwali<FOOTNOTE><FIELD> https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX%3A52025DC0090</FIELD></FOOTNOTE>, ferm taħt il-mira tal-2030 ta’ mill-anqas 60 % u sabiex tintlaħaq din il-mira, hemm bżonn li jitħarrġu madwar 50 miljun ħaddiem ieħor<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport Draghi, p. 37.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi permezz tal-investiment fl-iżvilupp ta’ livell għoli ta’ impjieg, l-UE tista’ trawwem ċiklu virtuż ta’ żieda fil-produttività, pagi ogħla, u ugwaljanza ekonomika akbar; billi kważi 50 % tal-adulti jistgħu jeħtieġu titjib jew tiġdid tal-ħiliet<FOOTNOTE><FIELD> https://www.cedefop.europa.eu/mt/publications/4223#group-downloads</FIELD></FOOTNOTE>; billi s-settur tal-enerġija tal-UE waħdu se jirrikjedi mill-anqas 145 000 ħaddiem tas-sengħa sal-2030<FOOTNOTE><FIELD> https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/4826f429-0545-11f0-b1a3-01aa75ed71a1/language-en</FIELD></FOOTNOTE>; billi t-teknoloġija nadifa hija waħda mill-ixprunaturi tal-prosperità ekonomika fl-Ewropa, u tikkontribwixxi għal 30 % tat-tkabbir tal-UE u ħolqot miljuni ta’ impjiegi fl-2023 biss<FOOTNOTE><FIELD> https://www.cedefop.europa.eu/en/news/green-transition-creates-more-jobs-it-destroys</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-istrateġiji tal-Ewropa għall-ħiliet, il-kompetittività u l-investiment għandhom joħolqu opportunitajiet kemm għall-kumpaniji l-kbar kif ukoll għall-SMEs, filwaqt li jindirizzaw ukoll il-ħtiġijiet nazzjonali, reġjonali u lokali; billi l-politiki li jsaħħu l-kapaċità industrijali, li jinkoraġġixxu l-intraprenditorija u li jibnu forza tax-xogħol b’ħiliet adattati għar-realtajiet lokali huma essenzjali biex jiġi żgurat li l-Ewropej kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mit-tkabbir u mill-innovazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi sistemi ta’ protezzjoni soċjali ffinanzjati b’mod adegwat huma prerekwiżit biex tiġi żgurata tranżizzjoni ekwa u ġusta lejn in-newtralità klimatika u t-trasformazzjoni diġitali; billi r-rapport Draghi jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li t-tkabbir tal-produttività u l-inklużjoni soċjali jimxu id f’id, bis-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tal-Istati Membri li huma kritiċi għall-forniment ta’ servizzi pubbliċi b’saħħithom, protezzjoni soċjali, akkomodazzjoni, trasport u indukrar tat-tfal matul it-tranżizzjoni; billi l-impjiegi ta’ kwalità, il-kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti, l-aċċess għall-protezzjoni soċjali, id-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv għandhom rwol kruċjali biex jattiraw u jżommu l-forza tax-xogħol u huma importanti għall-kompetittività u d-demokrazija fuq il-post tax-xogħol tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi skont ir-rapport tal-2024 tal-Kummissjoni dwar l-Impjiegi u l-Iżviluppi Soċjali fl-Ewropa (ESDE 2024)<FOOTNOTE><FIELD> https://employment-social-affairs.ec.europa.eu/employment-and-social-developments-europe-2024-upward-social-convergence-eu-and-role-social_en</FIELD></FOOTNOTE>, ir-restrizzjonijiet fuq il-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u fit-taħriġ għall-adulti huma attribwiti għal ostakli bħan-nuqqas perċepit ta’ neċessità, provvista insuffiċjenti jew diffikultajiet fl-aċċess għal taħriġ ta’ kwalità rilevanti, kunflitti fl-iskeda, l-ibbilanċjar tar-responsabbiltajiet tal-familja u restrizzjonijiet finanzjarji; billi r-rapport Draghi jitlob lill-UE tiżgura li l-ħaddiema kollha jkollhom dritt għall-edukazzjoni u għat-taħriġ mill-ġdid, li jippermettilhom jidħlu fi rwoli ġodda hekk kif il-kumpaniji tagħhom jadottaw it-teknoloġija, jew f’impjiegi ta’ kwalità f’setturi ġodda<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rapport Draghi, p. 19.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi taħlita ta’ politika integrata li tikkombina l-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet, il-finanzi u l-politika industrijali hija faċilitatur ewlieni għall-kompetittività, ir-reżiljenza soċjali u l-ġustizzja tal-Ewropa, l-awtonomija strateġika, l-investiment u l-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli; billi t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tirrikjedi investimenti sinifikanti fit-tiġdid u fit-titjib tal-ħiliet, fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u fit-tagħlim tul il-ħajja biex il-ħaddiema jiġu mgħammra kemm bil-ħiliet tekniċi speċifiċi għal kull okkupazzjoni u l-ħiliet personali ewlenin meħtieġa; billi l-ħaddiema akbar fl-età, b’livell baxx ta’ ħiliet u n-nisa jistgħu jiffaċċjaw ostakli akbar fit-“titjib tal-ħiliet” u jikkompetu għal impjiegi ġodda; billi l-isforzi fl-edukazzjoni u fit-taħriġ iridu għalhekk ikunu marbuta mill-qrib ma’ politiki ta’ tranżizzjoni ġusta; billi l-ħaddiema u l-komunitajiet żvantaġġati se jirrikjedu appoġġ immirat biex jiġi żgurat li ma jitħallewx jibqgħu lura;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi għadhom jeżistu disparitajiet ekonomiċi importanti bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE, b’differenzi kbar f’termini ta’ PDG mill-2012, marbuta mas-sehem tal-industrija fl-attività ekonomika;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi r-rapport Letta jqis li l-libertà ta’ moviment u l-“libertà li wieħed jibqa’” huma żewġ naħat tal-istess munita u jridu jiġu żviluppati flimkien; billi r-rapport Letta jqis li l-libertà tal-moviment għandha tkun għażla libera, u mhux ħtieġa li jiġi kkumpensat in-nuqqas ta’ impjiegi f’xi reġjuni; billi r-rapport jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu pprovduti opportunitajiet għaċ-ċittadini fir-reġjuni kollha, speċjalment f’żoni rurali, inkluża l-ħtieġa ta’ impjiegi ta’ kwalità, u l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fil-pajjiżi u bejniethom<FOOTNOTE><FIELD> https://cohesiondata.ec.europa.eu/stories/s/py4s-5ad4</FIELD></FOOTNOTE>; billi jekk ma tkunx imfassla u appoġġjata b’mod adegwat, it-tranżizzjoni ekoloġika tista’ taffettwa aktar lir-reġjuni vulnerabbli fl-Ewropa tal-Lvant u tan-Nofsinhar b’mod sproporzjonat<FOOTNOTE><FIELD> https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/24c7aa49-2451-11ee-94cb-01aa75ed71a1/language-en</FIELD></FOOTNOTE> f’termini ta’ riskji ta’ qgħad u telf ta’ impjiegi; billi t-territorji dipendenti mill-faħam iżidu saff ieħor ta’ vulnerabbiltà b’rati ta’ impjieg 10-15 % taħt il-medja tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2025/759354/CASP_STU(2025)759354_EN.pdf</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-Pjan Direzzjonali għal Impjiegi ta’ Kwalità huwa mistenni jippromwovi miżuri li jappoġġjaw lill-Istati Membri u lill-industriji biex jipprovdu kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u aċċess għat-taħriġ, jistabbilixxu standards għoljin għas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, jiżguraw tranżizzjonijiet ġusti tax-xogħol għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom, b’mod partikolari, u għan-negozjar kollettiv, bl-għan li jattiraw it-talent u jikkontribwixxu għall-kompetittività tal-industriji Ewropej; billi f’dan il-kuntest, il-Kummissjoni hija mistennija tiddiskuti qafas mas-sħab soċjali biex tappoġġja l-proċessi ta’ ristrutturar fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri; billi dan il-qafas se jkun iffukat fuq tranżizzjoni ġusta, fuq l-antiċipazzjoni tal-bidla, fuq intervent bikri meta jkun hemm theddida ta’ ristrutturar, u fuq informazzjoni u konsultazzjoni mtejba;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-kapaċità amministrattiva u teknika tal-partijiet ikkonċernati lokali involuti fit-tfassil u l-implimentazzjoni tat-Tranżizzjoni Ġusta jeħtieġ li tissaħħaħ; billi l-Istati Membri għadhom jiffaċċjaw sfidi sinifikanti fil-ġestjoni u fl-implimentazzjoni b’mod effettiv tal-fondi tal-UE fil-livell lokali u fil-valutazzjoni tad-diversi impatti tal-politiki dwar il-klima; billi l-implimentazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta kienet bil-mod, kif muri mir-rata ta’ pagament ta’ 32,2 % biss sa tmiem l-2024<FOOTNOTE><FIELD> Just Transition Mechanism - Performance 2025 (Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta - Il-Prestazzjoni fl-2025), il-Kummissjoni Ewropea.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-għadd ta’ impjiegi maħluqa mill-JTF għadu lura biex ikopri l-għadd ta’ impjiegi mbassra li se jintilfu hekk kif l-industriji intensivi fil-karbonju jaqilbu għal teknoloġiji aktar nodfa; billi l-SMEs jiffurmaw is-sinsla tal-ekonomija Ewropea u joħolqu sehem kbir ta’ impjiegi lokali permanenti; billi huma meħtieġa dispożizzjonijiet speċifiċi għall-SMEs biex jissaħħaħ ir-rwol tagħhom fit-Tranżizzjoni Ġusta;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza li t-tranżizzjoni b’suċċess lejn sorsi tal-enerġija aktar sostenibbli, u industriji modernizzati u ekonomija aktar diġitalizzata se jkollha rwol ewlieni fil-kompetittività fit-tul tan-negozji tal-Unjoni fis-suq globali u trid twassal għall-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità fl-Unjoni; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li n-negozji u l-ħaddiema jkunu mgħammra tajjeb biex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet li jirriżultaw mill-bidla għal soluzzjonijiet ġodda u innovattivi u jissottolinja l-importanza ta’ xogħol deċenti u impjiegi koperti minn ftehimiet kollettivi, li huma indispensabbli biex jiġu żgurati l-progress soċjali u l-aċċettazzjoni tat-tranżizzjoni; jemmen li qafas vinkolanti biex jiġu indirizzati l-isfidi u l-opportunitajiet ta’ tranżizzjoni ġusta fuq il-post tax-xogħol huwa essenzjali biex jiġu żgurati standards komuni minimi adegwati biex jipprovdu ċarezza u struttura kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-impjegaturi fl-antiċipazzjoni u fil-ġestjoni tal-bidla u, fl-aħħar mill-aħħar, itejbu r-reżiljenza, il-kompetittività kif ukoll il-konverġenza soċjali ’l fuq u l-ġustizzja soċjali tal-Unjoni; jisħaq li r-reġjuni jistgħu jappoġġjaw it-tranżizzjoni ġusta billi jikkombinaw il-protezzjoni soċjali, id-diversifikazzjoni ekonomika, u l-koordinazzjoni territorjali biex jitnaqqsu l-impatti negattivi, jissaħħu l-ekonomiji lokali u jiġi promoss l-iżvilupp;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza li l-impatt tad-dekarbonizzazzjoni fuq l-impjiegi jmur lil hinn mit-tnaqqis fis-setturi tal-fjuwils fossili u se jkollu impatt usa’ f’termini ta’ definizzjoni mill-ġdid tal-impjiegi u tranżizzjoni ġenerali tas-suq tax-xogħol; jilqa’ f’dan ir-rigward it-tħabbira ta’ Att dwar l-Impjiegi ta’ Kwalità li se jkollu l-għan li jiżgura li l-prattiki tal-impjiegi jlaħħqu mal-iżviluppi tal-ekonomija moderna; jisħaq fuq il-ħtieġa li dan l-Att flimkien mal-aġġornament li jmiss tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Pjan Direzzjonali l-ġdid għal Impjiegi ta’ Kwalità jinkludu sett ta’ miżuri konkreti li jtejbu b’mod tanġibbli l-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza, id-demokrazija fuq il-post tax-xogħol, il-kopertura tan-negozjar kollettiv u t-taħriġ u l-ħiliet tal-ħaddiema u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom, kif ukoll jiżguraw l-infurzar effettiv tal-leġiżlazzjoni tal-politika ta’ impjieg u soċjali tal-UE; jisħaq li tali miżuri jipprovdu wkoll opportunità biex jiġu appoġġjati l-impjegaturi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-SMEs, biex iżommu u jtejbu l-kompetittività tagħhom billi jipprovdu qafas ċar, inkluż gwida prattika u għodod ta’ appoġġ għall-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla fi sħubija mal-ħaddiema u biex isir investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET), it-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet tal-ħaddiema biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta’ ħiliet u ta’ ħaddiema li jimpedixxu l-produttività u t-tkabbir kif ukoll il-perspettivi futuri għall-ħaddiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li d-diġitalizzazzjoni trid tiġi implimentata b’mod iċċentrat fuq il-bniedem, filwaqt li tiġi pprevenuta s-sorveljanza eċċessiva tal-ħaddiema u jiġi żgurat id-dritt għall-iskonnessjoni, kif ukoll arranġamenti ġusti tal-ħin tax-xogħol.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza li l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla huma ta’ importanza kbira kemm għall-impjegaturi kif ukoll għall-ħaddiema, u għall-awtoritajiet u għall-komunitajiet reġjonali u lokali biex jinnavigaw b’suċċess it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali u jindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi ekonomiċi kkawżati minn avvenimenti ġeopolitiċi negattivi u jibdluhom f’opportunitajiet; jisħaq li l-ippjanar minn qabel tat-tranżizzjoni jista’ jipprevjeni b’mod proattiv is-sensji u jwassal għall-ħolqien tal-impjiegi, jibni reżiljenza dejjiema fin-negozju u jagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi disponibbli; jenfasizza li tali pjanijiet jirrikjedu deċiżjonijiet li x’aktarx iwasslu għal bidliet sostanzjali fl-organizzazzjoni tax-xogħol u, għalhekk, iridu jiġu żviluppati fi sħubija wiesgħa permezz tal-qafas tad-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv, b’rispett sħiħ għad-dritt għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni f’dan ir-rigward timmonitorja u tinforza l-implimentazzjoni sħiħa tal-qafas stabbilit fid-Direttiva 2002/14/KE; jistieden ukoll lill-Istati Membri jippermettu djalogu soċjali fil-livelli rilevanti biex jiffaċilitaw it-tranżizzjonijiet minn impjieg għal ieħor, b’mod partikolari għal okkupazzjonijiet li jistgħu jisparixxu jew jitnaqqsu b’mod sinifikanti; ifakkar fl-għodod ta’ twissija bikrija previsti fid-Direttiva (UE) 2019/1023 u jemmen li l-adattament ta’ tali għodod biex jinkludu wkoll ċirkostanzi rilevanti għat-tranżizzjoni doppja jiżgura detezzjoni u rispons aħjar għall-bidliet li ġejjin fl-operazzjonijiet tan-negozji; jisħaq fuq il-ħtieġa li n-negozji jingħataw inċentivi biex jistabbilixxu l-pjanijiet ta’ tranżizzjoni tagħhom stess; jenfasizza li l-partijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili jeħtiġilhom ikunu involuti mill-istadji bikrija tal-ippjanar tat-tranżizzjoni, filwaqt li tiġi żgurata parteċipazzjoni sinifikattiva aktar milli konsultazzjoni fi stadju tard;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza li n-nuqqas ta’ ħaddiema tas-sengħa jista’ jitnaqqas b’mod sinifikattiv billi jiġu indirizzati d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà għall-edukazzjoni, għall-kwalifikazzjoni (mill-ġdid), u għall-opportunitajiet ta’ taħriġ kif ukoll billi jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol; jisħaq li d-djalogu soċjali bejn il-ħaddiema u l-impjegaturi dwar il-modalitajiet tal-opportunitajiet ta’ taħriġ li huma allinjati mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u li jirrispettaw il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huwa essenzjali u għandu jiġi ffaċilitat<FOOTNOTE><FIELD> Employment and Social Developments in Europe 2024 (L-Iżviluppi tal-Impjieg u Soċjali fl-Ewropa fl-2024), Il-Kummissjoni Ewropea, p. 20.</FIELD></FOOTNOTE>; jemmen bis-sħiħ li dritt individwali għat-taħriġ għall-ħaddiema matul il-ħinijiet tax-xogħol li jindirizza l-ostakli ewlenin għat-twettiq tat-taħriġ jista’ jiżgura titjib tal-ħiliet jew taħriġ mill-ġdid ta’ kwalità, taħriġ tal-impjegati u appoġġ għall-iżvilupp tal-karriera għal provvista prevedibbli u stabbli ta’ ħaddiema tas-sengħa għall-impjegaturi; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi indirizzat l-ostaklu għall-ispejjeż billi jiġi żgurat li t-taħriġ ikun mingħajr spejjeż għall-ħaddiema, appoġġjat minn finanzjament, inċentivi fiskali u sħubijiet; jisħaq li l-istituzzjonijiet nazzjonali u s-sħab soċjali huma responsabbli għat-taħriġ tal-impjegati u jenfasizza r-rwol essenzjali tagħhom fl-implimentazzjoni tad-dritt għat-taħriġ; jistieden f’dan ir-rigward lill-Istati Membri jagħtu prijorità u jippromwovu skemi ta’ taħriġ żviluppati b’mod konġunt mill-ħaddiema u l-impjegaturi tagħhom, filwaqt li jiżguraw li t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid jirrispondu għad-domanda reali u jikkontribwixxu għall-progressjoni tal-karriera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li ż-żgħażagħ jiġu involuti b’mod sinifikattiv fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fil-monitoraġġ tal-politiki relatati ma’ tranżizzjoni ekwa u ġusta; jitlob li jissaħħu l-isforzi biex tiġi implimentata l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, filwaqt li tiġi żgurata allokazzjoni akbar mill-Istati Membri ta’ mill-anqas 15 % tar-riżorsi tagħhom tal-FSE+ lil azzjonijiet immirati u riformi strutturali li jappoġġjaw l-impjiegi taż-żgħażagħ ta’ kwalità, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali – b’mod partikolari permezz ta’ traineeships u apprendistati mħallsa u ta’ kwalità – u jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet mill-iskola għax-xogħol, ir-riintegrazzjoni fl-edukazzjoni jew fit-taħriġ, u l-edukazzjoni li tagħti ċans ieħor;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Istati Membri bl-involviment tar-reġjuni jappoġġjaw lin-negozji u lill-ħaddiema billi jiżviluppaw strateġiji u politiki ta’ tranżizzjoni għal tranżizzjoni ġusta fil-livell nazzjonali mfassla għall-ispeċifiċitajiet lokali; jenfasizza li tali strateġiji nazzjonali għandhom jidentifikaw l-impatt tat-tranżizzjonijiet fuq ir-reġjuni, is-setturi individwali u l-forza tax-xogħol rispettiva u għandhom jistabbilixxu pjan komprensiv u trażversali biex jittaffa l-impatt; jissottolinja l-importanza li jiġu żviluppati viżjoni u strateġija fit-tul għat-tranżizzjoni ekonomika lokali u reġjonali billi jiġu involuti l-atturi pubbliċi u privati, is-soċjetà ċivili u l-ekonomija soċjali; jisħaq li l-investimenti diretti fl-innovazzjoni u t-titjib tal-attraenza reġjonali permezz tal-modernizzazzjoni u l-forniment ta’ infrastruttura, servizzi pubbliċi u faċilitajiet ta’ kwalità għolja, affordabbli u aċċessibbli huma meħtieġa biex il-ħaddiema jinżammu u jiġu ġġenerati impjiegi ta’ kwalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iqis li huwa essenzjali li tiġi promossa l-vijabbiltà ekonomika tal-kumpaniji industrijali Ewropej u, sa fejn ikun possibbli, li jiġu pprevenuti l-għeluq tagħhom u s-sensji furzati; jisħaq fuq l-importanza li jiġu appoġġjati l-intrapriżi, b’mod partikolari l-SMEs, biex jiġu pprevenuti sensji furzati, bħal permezz ta’ programmi ta’ appoġġ temporanji biex jiġu protetti l-impjiegi matul it-tranżizzjonijiet, ħalli jiġi evitat it-telf tal-kapaċità industrijali strateġika u tal-forzi tax-xogħol b’ħiliet; jinnota li, meta tkun meħtieġa tranżizzjoni minn impjieg għal ieħor, huwa essenzjali li l-ħaddiema jinżammu fl-istess reġjun filwaqt li jingħataw biżżejjed żmien għal rikonverżjoni u jiġi limitat it-telf finanzjarju personali; jitlob li jkun hemm protezzjonijiet aktar b’saħħithom mis-sensji inġusti u jappella biex il-ħaddiema milquta mir-ristrutturar ikollhom aċċess żgurat għal kumpens adegwat, opportunitajiet ta’ taħriġ mill-ġdid u appoġġ biex jiksbu impjieg ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li l-projezzjonijiet reġjonali tal-Eurostat jindikaw tnaqqis kontinwu fil-popolazzjoni fl-età tax-xogħol f’ħafna territorji matul is-snin 2020 u 2030, b’mod partikolari fir-reġjuni diġà affettwati mit-tixjiħ u l-mobbiltà ġeografika; jissottolinja li hemm riskju li tali xejriet li jdgħajfu l-provvista tax-xogħol fil-mument stess meta l-ħaddiema tas-sengħa jkunu essenzjali għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; Jenfasizza l-importanza tad-“dritt li wieħed jibqa’ fit-territorju” tan-nies fir-reġjuni jew fiż-żoni lokali tagħhom u l-ħtieġa ta’ strateġiji mmirati għaż-żoni rurali u periferiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw politiki bbażati fuq il-post li joħolqu opportunitajiet ekonomiċi kemm għan-nies kif ukoll għall-kumpaniji fir-reġjuni rurali, jattiraw l-investiment privat u jiġġeneraw impjiegi lokali; jissottolinja li tali strateġiji huma meħtieġa biex isaħħu l-opportunitajiet ekonomiċi fiż-żoni rurali, jappoġġjaw il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, l-innovazzjoni, it-tiġdid industrijali lokali u, fl-aħħar mill-aħħar, jiżguraw li ċ-ċittadini jkunu jistgħu jibnu l-futur tagħhom fil-komunitajiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar li l-SMEs huma l-ġeneraturi ewlenin ta’ impjiegi lokali durabbli; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi ffaċilitat aċċess simplifikat, proporzjonat u faċli għall-SMEs għall-finanzjament tat-tranżizzjoni, inkluż billi jiġu permessi arranġamenti ta’ raggruppament għall-aċċess għall-fondi u l-obbligi ta’ rapportar, punti uniċi ta’ servizz diġitali u assistenza teknika obbligatorja biex jiggwidaw it-tfassil u l-konformità tal-proġetti; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali jistabbilixxu u jsaħħu programmi ta’ appoġġ għan-negozji fir-reġjuni milquta biex jgħinu lill-istartups u lill-SMEs jikbru u jirnexxu; jenfasizza li l-inċentivi ta’ investiment flimkien mal-kundizzjonalitajiet soċjali jistgħu jgħinu biex jattiraw ditti lejn reġjuni vulnerabbli filwaqt li jiżguraw l-iżvilupp sostenibbli tal-ekonomija lokali; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs, jiġu megħjuna jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħiliet fl-Unjoni u jippromwovu t-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet, billi jgħinu lin-nies jiksbu l-ħiliet it-tajbin għal impjiegi ta’ kwalità; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiżgura appoġġ iddedikat għall-SMEs taħt il-finanzjament futur għal tranżizzjoni ġusta; jistieden ukoll lill-Kummissjoni Ewropea żżomm rekord tal-parteċipazzjoni tal-SMEs fi programmi ta’ tranżizzjoni ġusta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza li l-ekonomija soċjali, b’mod partikolari l-intrapriżi soċjali għall-integrazzjoni fix-xogħol, għandha rwol kruċjali biex tiżgura tranżizzjonijiet inklużivi u ġusti; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ appoġġ fl-aċċess għall-finanzjament, il-bini tal-kapaċitajiet u l-assistenza teknika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw kemm l-investimenti fuq skala kbira kif ukoll dawk fuq skala żgħira u jfasslu politiki li jisfruttaw l-opportunitajiet ekonomiċi għas-settur privat, b’mod partikolari għall-SMEs, billi jnaqqsu l-piż amministrattiv, inaqqsu r-rekwiżiti ta’ kofinanzjament u jissimplifikaw l-aċċess għall-finanzjament filwaqt li jirrispettaw id-drittijiet tal-ħaddiema u tal-protezzjoni tal-konsumatur; jissottolinja li tali investiment huwa essenzjali biex tissaħħaħ il-bażi industrijali u teknoloġika tal-Ewropa, jinħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja, u tiġi żgurata forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati li tkun adattata għar-realtajiet lokali, ir-riżorsi u l-ħtiġijiet speċifiċi, sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal reġjonali u jiġu xprunati l-kompetittività, it-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-valur fit-tul; jisħaq li l-intraprendituri u l-kumpaniji ż-żgħar huma ċentrali għall-investiment, l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi b’mod partikolari fir-reġjuni rurali u anqas żviluppati, u li t-twieqi ta’ finanzjament u l-assistenza teknika jridu jitfasslu skont il-ħtiġijiet tagħhom biex jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tagħhom fl-ekonomija ekoloġika u diġitali u jixprunaw it-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-valur fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota n-nuqqas ta’ data diżaggregata preċiża dwar l-għadd ta’ impjiegi mitlufa, maħluqa jew milquta mit-tranżizzjonijiet doppji; jissottolinja l-importanza li jitbassru l-bidliet fis-suq tax-xogħol u x-xejriet fil-ħtiġijiet tal-ħiliet għal risponsi ta’ politika effettivi u f’waqthom; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu identifikati, skambjati u promossi l-aħjar prattiki; jitlob il-konsolidazzjoni tal-ġbir tad-data rilevanti u l-analiżi tal-impatt tal-politiki ta’ tranżizzjoni; jisħaq li l-indikaturi tal-faqar enerġetiku u tat-trasport għandhom jiġu integrati b’mod sistematiku fi strutturi ta’ monitoraġġ tat-tranżizzjoni ġusta biex jiġi żgurat li l-miżuri ta’ finanzjament u ta’ ħolqien tal-impjiegi jkunu mmirati l-ewwel lejn l-unitajiet domestiċi vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinkoraġġixxi skemi ta’ rinnovazzjoni fil-livell tal-komunità li jkopru l-viċinati jew l-irħula, inaqqsu l-ispejjeż, isaħħu l-koeżjoni u jaċċeleraw it-tranżizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jiddispjaċih li l-proposta għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2028-2034 ma tinkludix strument awtonomu biex tiġi indirizzata t-Tranżizzjoni Ġusta; jenfasizza li għadu meħtieġ finanzjament iddedikat biex jiġu appoġġjati r-reġjuni milquta ħalli jindirizzaw l-isfidi li jirriżultaw mit-Tranżizzjoni Ekoloġika; jitlob f’dan ir-rigward Fond għal Tranżizzjoni Ġusta estiż u mkabbar għall-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2027, filwaqt li jiġi żgurat li jopera taħt prinċipji ta’ ġestjoni kondiviża u ta’ sħubija, fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni u b’baġit akbar; jisħaq li l-Fond il-ġdid għandu jappoġġja lill-impjegaturi fl-għoti tad-dritt tal-ħaddiema għat-taħriġ kif ukoll l-introduzzjoni ta’ pjanijiet ta’ tranżizzjoni fil-livell tal-intrapriżi; jisħaq li t-taħriġ għandu jkun ta’ kwalità għolja, allinjat mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u jwassal għal kwalifiki u kredenzjali li jkunu vvalidati permezz ta’ sistemi ta’ ċertifikazzjoni trasparenti u ċari li jippermettu rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri; iħeġġeġ li l-finanzjament tat-tranżizzjoni jinkludi kundizzjonalitajiet soċjali biex tiġi appoġġjata l-inklużjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ifakkar li minkejja l-ambizzjonijiet trasformattivi tiegħu, il-JTF iltaqa’ ma’ sfidi sinifikanti fil-kisba tal-objettivi tiegħu, b’mod partikolari biex jiġu żgurati eżiti ekwi u jingħata aċċess għall-fond għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju<FOOTNOTE><FIELD> Just Transition in the World of Work (Tranżizzjoni Ġusta fid-Dinja tax-Xogħol), EPRS, Settembru 2025 https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/BRIE/2025/774668/EPRS_BRI(2025)774668_EN.pdf</FIELD></FOOTNOTE>; jitlob aċċess simplifikat għall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta għall-SMEs billi tiġi pprovduta assistenza teknika u jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp tal-ħiliet diġitali għall-ħaddiema kemm fil-livell bażiku kif ukoll f’dak avvanzat; jissottolinja l-ħtieġa li ċ-ċittadini jiġu mgħammra b’litteriżmu diġitali essenzjali, sensibilizzazzjoni dwar id-data u l-użu sikur ta’ għodod online biex jibqgħu impjegabbli u adattabbli, filwaqt li jrawmu wkoll kompetenzi aktar avvanzati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jisħaq li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ jeħtieġ li jsaħħu r-rilevanza tat-taħriġ tagħhom għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol kompetittiv u jħejju lill-istudenti, lill-ħarrieġa u lill-għalliema bl-għarfien u l-ħiliet rilevanti biex ikunu aġenti attivi tal-bidla fi tranżizzjoni ġusta lejn ekonomiji ambjentalment sostenibbli u soċjetà għal kulħadd; jenfasizza li taħriġ effettiv jiddependi fuq id-disponibbiltà tal-għalliema u l-ħarrieġa b’għarfien attwali dwar l-ekonomija sostenibbli u ekoloġika, l-effiċjenza enerġetika u t-teknoloġiji ekoloġiċi u diġitali; jenfasizza li r-rwol tagħhom huwa kritiku biex jiġu promossi l-ħiliet u l-kompetenzi t-tajba kemm għall-ġenerazzjonijiet żgħażagħ kif ukoll għal dawk akbar fl-età u t-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet xierqa għall-persuni affettwati mit-tranżizzjoni ekoloġika; jisħaq li l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ tali għalliema u ħarrieġa għandhom għalhekk ikunu prijorità ewlenija fi kwalunkwe strateġija ta’ rispons għall-ħiliet fil-livelli Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jisħaq li l-investiment pubbliku u privat dirett f’infrastruttura nadifa, proġetti tal-enerġija rinnovabbli u attivitajiet tal-ekonomija ċirkolari huwa meħtieġ biex l-ekonomiji lokali jingħataw ħajja ġdida u jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu sfruttati l-assi reġjonali billi jsir investiment f’setturi fejn ir-reġjuni diġà għandhom vantaġġi pożittivi jew komparattivi; jemmen li l-ispeċjalizzazzjoni reġjonali tista’ tifforma l-bażi ta’ raggruppamenti industrijali ekoloġiċi; jenfasizza li l-appoġġ għar-riċerka u l-innovazzjoni u l-inkoraġġiment tal-kollaborazzjoni bejn l-universitajiet u n-negozji jistgħu jixprunaw mudelli ta’ negozju sostenibbli ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq li hija meħtieġa taħlita ta’ politiki koerenti u integrata biex jintlaħqu l-objettivi tat-tranżizzjoni ġusta; jitlob li l-miżuri klimatiċi u industrijali mill-UE jqisu l-objettivi tal-inklużjoni, tal-protezzjoni soċjali u tal-ħiliet; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-fondi Ewropej u nazzjonali jintużaw biex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, inkluż billi jiġu promossi d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv; jitlob li l-finanzjament tal-UE u l-għajnuna mill-Istat tal-Istati Membri jiġu allinjati mal-politika industrijali Ewropea, sabiex jiġu offruti impjiegi ta’ kwalità għolja, jiġi promoss in-negozjar kollettiv, jiġu rispettati d-drittijiet u l-istandards tax-xogħol tal-UE, tittejjeb il-kompetittività tan-negozji Ewropej u jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament suffiċjenti għal ħiliet ta’ kwalità u programmi ta’ taħriġ vokazzjonali bħala investiment fit-tul fil-produttività, it-tkabbir u l-kompetittività tal-ħaddiema u tan-negozji; jistieden lill-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jisfruttaw b’mod strateġiku l-istrumenti eżistenti tal-Unjoni biex jimplimentaw l-Unjoni tal-Ħiliet, b’mod partikolari l-Garanzija tal-Ħiliet; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-użu tad-dħul tal-Iskema nazzjonali għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet għat-taħriġ tal-ħaddiema u għar-riallokazzjoni tal-ħaddiema partikolarment għall-ħaddiema f’reġjuni intensivi fil-karbonju; jistieden lill-Kummissjoni tesplora u toħroġ gwida dwar kif is-sħubijiet pubbliċi-privati bejn l-Istati Membri u l-intrapriżi jistgħu jiffinanzjaw it-taħriġ, it-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema b’mod partikolari d-dritt għat-taħriġ għall-ħaddiema individwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tal-integrazzjoni tad-diżabilità u approċċ intersezzjonali li jindirizza l-ħaddiema żgħażagħ, akbar fl-età, b’livell baxx ta’ ħiliet u nisa fil-miżuri ta’ politika kollha li jindirizzaw it-tranżizzjoni doppja bħall-forniment ta’ akkomodazzjoni raġonevoli fl-edukazzjoni u t-taħriġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifakkar fir-rwol li għandu l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) fl-appoġġ tal-ħaddiema affettwati mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali matul il-bqija tal-perjodu ta’ programmazzjoni tiegħu u jħeġġeġ lill-Istati Membri, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jagħmlu użu sħiħ mill-Fond; jilqa’ l-għan tar-reviżjoni proposta tal-FEG attwali li tappoġġja b’mod proattiv lill-ħaddiema affettwati minn spostament imminenti tal-impjiegi u tħaffef il-proċedura ta’ approvazzjoni għall-applikazzjonijiet; jisħaq, madankollu, fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-intrapriżi li għaddejjin minn ristrutturar li jixtiequ japplikaw għall-Fond jagħmlu dan f’konsultazzjoni sħiħa mal-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom inkluż fit-tfassil tal-pakkett personalizzat ta’ miżuri; jesprimi dispjaċir għad-diskontinwità tal-FEG fil-proposta għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2028-2034; jisħaq fuq l-importanza ta’ miżuri attivi tas-suq tax-xogħol u ta’ protezzjoni soċjali biex jerġgħu jintegraw lill-ħaddiema ssensjati fis-suq tax-xogħol wara avvenimenti kbar ta’ ristrutturar; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura appoġġ iddedikat kontinwu għall-ħaddiema f’riskju minn avvenimenti ta’ ristrutturar kbar jew spostati minħabba fihom fil-QFP li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li jiġi żgurat livell għoli ta’ saħħa u sikurezza okkupazzjonali tal-ħaddiema; jisħaq fuq l-importanza li jiġu indirizzati b’mod proattiv ir-riskji tal-OSH li qed jevolvu għall-kompiti tax-xogħol, ix-xejriet u l-postijiet tax-xogħol, b’mod partikolari r-riskji ambjentali u psikosoċjali, fil-kuntest tat-tranżizzjoni doppja; jistieden lill-Kummissjoni twettaq rieżami komprensiv tal-qafas strateġiku attwali dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol u l-qafas leġiżlattiv eżistenti dwar l-OSH bil-ħsieb li tidentifika l-lakuni li fadal u tiżgura li l-acquis tal-UE jibqa’ adattat għall-iskop tiegħu kif ukoll li tikkontribwixxi għat-tfassil tal-qafas strateġiku ta’ wara l-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq li t-trasformazzjonijiet u r-ristrutturar fuq il-post tax-xogħol matul it-tranżizzjoni doppja jistgħu jiskattaw riskji psikosoċjali bħall-istress, l-inċertezza, u t-theddida ta’ telf tal-impjiegi; jenfasizza l-bżonn li tiġi protetta s-saħħa mentali u l-benesseri psikosoċjali tal-ħaddiema matul it-tranżizzjonijiet, inkluż permezz ta’ valutazzjonijiet tar-riskju u servizzi ta’ appoġġ fuq il-post tax-xogħol; jitlob li programmi ta’ appoġġ għas-saħħa mentali, inklużi l-konsulenza, il-ġestjoni tal-istress, u l-iskemi ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, jiġu integrati fil-pjanijiet ta’ tranżizzjoni fil-livell tal-kumpaniji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li l-ħaddiema jiġu appoġġjati fit-tisħiħ tal-ħiliet trasformattivi, ewlenin u konjittivi tagħhom bħall-ħsieb kreattiv u kritiku, il-prospettiva, ir-reżiljenza, il-flessibbiltà u l-aġilità, il-motivazzjoni u l-awtosensibilizzazzjoni, il-kurżità u t-tagħlim tul il-ħajja – b’rikonoxximent tal-importanza tal-kapaċità tal-ħaddiema li jadattaw għal postijiet tax-xogħol fejn hemm taqlib, l-awtoeffikaċja, u li jiġġeneraw soluzzjonijiet ġodda li jirrikjedu t-trasformazzjonijiet ekoloġiċi u diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jilqa’ n-nota ta’ politika tas-Cedefop dwar il-bini ta’ mappa Ewropea tal-kwalifiki, li ssaħħaħ it-trasparenza, il-komparabbiltà u l-portabbiltà tal-kwalifiki madwar l-Ewropa; jisħaq li mappa bħal din trid tmur lil hinn minn eżerċizzju akkademiku u sservi ta’ għodda prattika għall-kompetittività, ir-rilevanza għas-suq tax-xogħol u l-mobbiltà; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-qafas Ewropew tal-kwalifiki jkun marbut sew mal-ħtiġijiet ekonomiċi, il-politika industrijali u l-investiment fil-ħiliet u biex jimmappjaw bir-reqqa u b’mod sistematiku d-diskrepanza attwali fil-ħiliet fil-livell reġjonali kif ukoll biex ibassru d-domanda futura għall-ħiliet; jissottolinja li tali mmappjar għandu jinkludi analiżi tal-impatt u jwassal għal miżuri settorjali u territorjali għall-benefiċċju tal-potenzjal tat-tranżizzjoni ekoloġika fir-reġjuni kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza li xbieki ta’ sikurezza soċjali u sistemi ta’ protezzjoni soċjali b’saħħithom huma essenzjali biex jappoġġjaw lill-ħaddiema u jiżguraw koeżjoni soċjali matul perjodi ta’ tranżizzjoni; jistieden lill-Istati Membri, f’konsultazzjoni mas-sħab soċjali u l-organizzazzjoni rilevanti tas-soċjetà ċivili, jimmodernizzaw u jsaħħu s-sistemi ta’ protezzjoni soċjali u s-servizzi pubbliċi essenzjali tagħhom filwaqt li jiżguraw is-sostenibbiltà fit-tul tagħhom u mingħajr ma jżidu l-piż finanzjarju fuq l-SMEs, b’enfasi partikolari fuq il-kura tas-saħħa, it-trasport, l-edukazzjoni, il-politiki ta’ inklużjoni soċjali, l-appoġġ għall-introjtu u l-akkomodazzjoni affordabbli kif ukoll l-appoġġ għall-fornituri tas-servizzi soċjali mingħajr skop ta’ qligħ, sabiex tiġi żgurata r-reżiljenza kontra x-xokkijiet li jirriżultaw mit-tranżizzjoni doppja li għandha impatt fuq is-suq tax-xogħol u li l-impjegati affettwati mit-telf ta’ impjieg ikunu jistgħu jżommu l-istandard tal-għajxien tagħhom kemm jista’ jkun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-protezzjoni soċjali għall-ħaddiema u għall-persuni li jaħdmu għal rashom; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja r-riskji u l-progress lejn tali azzjonijiet permezz tat-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali u l-Qafas ta’ Konverġenza Soċjali; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li l-offerti tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi nazzjonali jkunu rilevanti għall-iżviluppi tas-suq tax-xogħol li qed jinbidlu biex jiġi żgurat li jkunu appoġġjati u ffaċilitati n-nies li jbiddlu l-impjiegi minħabba t-tranżizzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ politiki mmirati biex jappoġġjaw lill-persuni l-aktar affettwati mit-tranżizzjonijiet doppji, u b’mod partikolari dawk f’sitwazzjonijiet vulnerabbli; jissottolinja li huma meħtieġa appoġġ attiv u interventi bikrija biex jiġi pprevenut li persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli jispiċċaw f’perjodi twal ta’ qgħad jew isiru ħaddiema skoraġġuti; jistieden lill-Istati Membri jżidu b’mod sinifikanti l-appoġġ attiv għal impjiegi ta’ kwalità, b’mod partikolari billi jappoġġjaw l-aċċess għall-preżervazzjoni ta’ impjiegi ta’ kwalità, jippromwovu l-intraprenditorija u jistimulaw il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità; jenfasizza r-rwol tal-programmi għall-integrazzjoni tax-xogħol, l-akkwist immirat u x-xogħlijiet pubbliċi lokali biex jiġġeneraw impjiegi tranżitorji; jisħaq fuq il-ħtieġa tal-bini tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jimmobilizzaw b’suċċess l-investiment, jikkollaboraw ma’ gruppi fil-mira fl-iżvilupp u t-twettiq ta’ skemi ta’ appoġġ soċjali u biex ikejlu l-effetti distributtivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu appoġġjati skemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u l-importanza ta’ appoġġ immirat għall-ħaddiema affettwati mit-tranżizzjonijiet, abbażi tal-esperjenza pożittiva ta’ SURE; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi mekkaniżmu SURE msaħħaħ immirat lejn it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, peress li l-appoġġ għal tali miżuri temporanji ta’ protezzjoni tal-impjiegi fi żminijiet ta’ kriżi jista’ jistabbilizza n-nefqa pubblika ddedikata għall-politiki tal-impjiegi u miżuri ta’ tranżizzjoni ġusta biex jittaffew l-impatti immedjati fuq l-impjiegi tat-trasformazzjoni meħtieġa tal-ekonomija tal-UE f’konformità mal-għanijiet ta’ tranżizzjoni ġusta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jisħaq li l-impatt fuq l-impjiegi se jvarja bejn ir-reġjuni u l-popolazzjonijiet; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li ċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati lokali, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti, jiġu involuti u jingħataw is-setgħa biex ikunu atturi attivi fit-tranżizzjoni; jisħaq li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu involuti direttament fit-tfassil, l-għażla u l-monitoraġġ tal-proġetti biex jiġi żgurat li l-finanzjament jindirizza ħtiġijiet lokali speċifiċi u jappoġġja d-diversifikazzjoni tal-ekonomiji reġjonali; jisħaq li l-awtoritajiet pubbliċi jeħtiġilhom jinvolvu ruħhom f’konsultazzjoni u kooperazzjoni strateġiċi mas-sħab soċjali matul il-ġestjoni tat-tranżizzjoni; jisħaq li parteċipazzjoni sinifikattiva tista’ tiġi żgurata permezz ta’ konsultazzjonijiet fi stadju bikri u mandati ċari u drittijiet tal-vot għas-sħab soċjali, għall-SMEs, għas-soċjetà ċivili, għall-ekonomija soċjali u għaż-żgħażagħ f’korpi ta’ koordinazzjoni reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jissottolinja li n-negozjar kollettiv huwa essenzjali għall-pagi ġusti, il-ġustizzja soċjali, u d-demokrazija fuq il-post tax-xogħol, iżda l-kopertura għadha irregolari; ifakkar fl-obbligu tal-Istati Membri b’kopertura ta’ negozjar kollettiv ta’ anqas minn 80 % li jistabbilixxu pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali bi skedi ta’ żmien ċari u miżuri speċifiċi biex iżidu l-kopertura; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida u appoġġ lill-Istati Membri biex isaħħu s-sistemi ta’ negozjar, b’mod partikolari fil-livell settorjali, bl-involviment sħiħ tas-sħab soċjali; jisħaq li l-UE u l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw il-finanzjament għall-bini tal-kapaċitajiet tas-sħab soċjali, b’mod partikolari fil-livell reġjonali, bħala parti mill-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika biex jinvolvu ruħhom fi djalogu soċjali strutturat u negozjar kollettiv dwar pjanijiet ta’ tranżizzjoni fil-livell tal-intrapriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Iqis li l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-proposta mitluba għandhom ikunu koperti mill-allokazzjonijiet baġitarji eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fl-anness lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI><STRING BOLD="on">ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI:</STRING></TI><STI><STRING BOLD="on">RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA</STRING></STI>
<STRING BOLD="on">Direttiva Ewropea għal tranżizzjoni ġusta fid-dinja tax-xogħol: l-iżgurar tal-ħolqien tal-impjiegi u r-rivitalizzazzjoni tal-ekonomiji lokali</STRING>

Il-Parlament Ewropew iqis li l-Kummissjoni għandha tipprevedi l-prinċipji u l-għanijiet li ġejjin:

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjoni 1: L-objettiv ġenerali tal-proposta</STRING></STRING>

L-objettiv ġenerali tal-proposta għandu jkun li jistabbilixxi qafas tal-Unjoni ta’ miżuri ta’ politika li jistgħu jitqiegħdu fil-prattika fir-reġjuni milquta mit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali bl-għan li jiġu żgurati tranżizzjoni soċjalment ġusta u inklużiva u l-ħolqien u l-protezzjoni ta’ impjiegi ta’ kwalità.

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjoni 2: Forma tal-proposta</STRING></STRING>

Minħabba l-ħtieġa ta’ pakkett komprensiv ta’ miżuri meħtieġa biex jintlaħaq dan l-objettiv, il-proposta għandha tinkludi elementi fl-oqsma li ġejjin:

<NO.P>(a)</NO.P>il-kundizzjonijiet tax-xogħol;

<NO.P>(b)</NO.P>l-integrazzjoni ta’ persuni esklużi mis-suq tax-xogħol;

<NO.P>(c)</NO.P>l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema;

<NO.P>(d)</NO.P>it-titjib tal-ambjent tax-xogħol biex jitħarsu s-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema.

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjoni 3: Suġġett tal-proposta</STRING></STRING>

Il-proposta għandha tiffoka fuq il-miżuri ta’ politika li ġejjin:

<NO.P>(a)</NO.P>l-istabbiliment ta’ qafas iddedikat għall-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla fir-reġjuni u s-setturi li qed jiffaċċjaw tranżizzjonijiet abbażi tal-prinċipji ta’ informazzjoni u konsultazzjoni obbligatorji u f’waqthom tal-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom, tad-djalogu soċjali u tan-negozjar kollettiv;

<NO.P>(b)</NO.P>l-iżgurar li d-dritt għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema u tar-rappreżentanti tagħhom, kif stabbilit fid-Direttiva 2002/14/KE u fid-dispożizzjonijiet nazzjonali, jiġi applikat b’mod effettiv fil-kuntest tat-tranżizzjonijiet;

<NO.P>(c)</NO.P>l-istabbiliment ta’ dritt individwali għal taħriġ għall-ħaddiema matul il-ħinijiet tax-xogħol;

<NO.P>(d)</NO.P>l-istabbiliment ta’ strateġiji nazzjonali ta’ tranżizzjoni ġusta, b’enfasi partikolari fuq l-iżvilupp ta’ viżjoni fit-tul għall-ekonomiji u l-forza tax-xogħol lokali fir-reġjuni u s-setturi kollha affettwati, li għandhom jitfasslu u jiġu implimentati permezz ta’ involviment sinifikattiv tas-sħab soċjali u l-atturi lokali;

<NO.P>(e)</NO.P>l-iżvilupp ta’ programmi ta’ appoġġ għan-negozji, b’mod partikolari l-SMEs u l-atturi lokali sabiex jitħeġġeġ il-ħolqien tal-impjiegi lokali;

<NO.P>(f)</NO.P>l-iżgurar tat-tqabbil tal-provvista u d-domanda tax-xogħol mal-ħiliet permezz ta’ użu kkombinat ta’ intelliġenza tas-suq tax-xogħol, kollaborazzjoni msaħħa tal-atturi lokali u s-sħab soċjali mal-fornituri tat-taħriġ u l-promozzjoni ta’ pjanijiet ta’ tranżizzjoni fil-livell tal-kumpaniji;

<NO.P>(g)</NO.P>l-iżvilupp ta’ struttura ta’ monitoraġġ biex tingħata prospettiva strateġika dwar l-impatti tat-tranżizzjoni u l-iżviluppi fis-suq tax-xogħol.

<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjoni 4: Implimentazzjoni u infurzar</STRING></STRING>

<NO.P>1.</NO.P>Il-proposta għandha tirrispetta l-prerogattiva tal-Istat Membru li japplika jew jintroduċi liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema jew li jinkoraġġixxi jew jippermetti l-applikazzjoni ta’ ftehimiet kollettivi li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema u ma għandhiex tikkostitwixxi raġunijiet validi għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ protezzjoni diġà mogħti lill-ħaddiema fl-Istati Membri.

<NO.P>2.</NO.P>Il-proposta għandha tirrispetta l-awtonomija tas-sħab soċjali, inkluż id-dritt li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi u tippermettilhom, fuq talba konġunta, li jiġu fdati bl-implimentazzjoni tagħha, dment li s-sistema nazzjonali tkun tista’ f’kull ħin tiggarantixxi r-riżultati mfittxija skont il-proposta.
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>