<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0004</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-salvagwardja u l-promozzjoni tal-istabbiltà finanzjarja fost l-inċertezzi ekonomiċi</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0232/2025 - Rapporteur: Johan Van Overtveldt)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Jannar 2026 dwar is-salvagwardja u l-promozzjoni tal-istabbiltà finanzjarja fost l-inċertezzi ekonomiċi (2025/2051(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Jannar 2024 dwar ir-rieżami makroprudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu, ir-riskji sistemiċi relatati mal-Intermedjarji Finanzjarji Mhux Bankarji (NBFIs) u l-interkonnettività tagħhom mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, skont l-Artikolu 513 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (COM(2024)0021),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rieżami tal-Istabbiltà Finanzjarja tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ta’ Novembru 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rieżami tal-Istabbiltà Finanzjarja tal-BĊE ta’ Mejju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rieżami Trimestrali tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BĦI) ta’ Marzu 2025 dwar l-iżviluppi fis-swieq bankarji u finanzjarji internazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra tal-21 ta’ Frar 2025 mill-President tal-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja (FSB) lill-Ministri tal-Finanzi u l-Gvernaturi tal-Banek Ċentrali tal-G20,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-istatus tal-FSB tat-22 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “G20 Crypto-asset Policy Implementation Roadmap” (Pjan Direzzjonali għall-Implimentazzjoni tal-Politika dwar il-Kriptoassi tal-G20),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-FSB ta’ Ottubru 2021 bit-titolu “Policy proposals to enhance money market fund resilience: Final report” (Proposti ta’ politika biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-fondi tas-suq monetarju: Rapport finali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rispons tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) ta’ Novembru 2024 għall-konsultazzjoni tal-Kummissjoni li jivvaluta l-adegwatezza tal- politiki makroprudenzjali għall-intermedjazzjoni finanzjarja mhux bankarja, bit-titolu “A system-wide approach to macroprudential policy” (Approċċ mifrux mas-sistema kollha għall-politika makroprudenzjali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ konformità tal-BERS ta’ Frar 2025 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-BERS tat-2 ta’ Diċembru 2021 fir-rigward tar-riforma tal-fondi tas-suq monetarju (ESRB/2021/9),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-aġġornament tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-31 ta’ Marzu 2025 dwar ir-riskji u l-vulnerabbiltajiet tas-sistema finanzjarja tal-UE – ir-rebbiegħa tal-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) tal-14 ta’ Frar 2022 dwar ir-rieżami tar-Regolament dwar il-Fond tas-Suq Monetarju,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja Globali tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) tat-22 ta’ April 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mario Draghi tad-9 ta’ Settembru 2024 bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) (ir-Rapport Draghi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Enrico Letta tas-17 ta’ April 2024 bit-titolu “Much more than a market” (Ħafna aktar milli suq) (ir-Rapport Letta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet rigward il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1 </STRING>ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 140.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu tas-26 ta’ Marzu 2025 dwar l-Unjoni Bankarja – rapport annwali 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-seduta ta’ smigħ tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu tad-19 ta’ Marzu 2025 dwar il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-qafas makroprudenzjali għall-istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji fl-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A10-0232/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-istabbiltà finanzjarja tibqa’ pedament tar-reżiljenza ekonomika u t-tkabbir, u tirrikjedi l-viġilanza fid-dawl ta’ inċertezza ekonomika sinifikanti, xokkijiet esterni u riskji sistemiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-kriżi finanzjarja globali żvelat ir-riskji li l-instabbiltà finanzjarja toħloq għall-ekonomiji avvanzati u li jassumu proporzjon globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-aggressjoni kontinwa tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-konsegwenzi ekonomiċi tagħha wasslu għal pressjonijiet inflazzjonarji, volatilità fis-swieq tal-enerġija u inċertezza finanzjarja;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-impożizzjoni ta’ tariffi tikkontribwixxi għall-frammentazzjoni tal-kummerċ dinji, taggrava t-tfixkil fil-katina tal-provvista u toħloq riskji addizzjonali għas-swieq finanzjarji u għall-ekonomija usa’;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi unjoni tas-swieq kapitali (CMU) integrata sew hija essenzjali biex tassorbi x-xokkijiet u trawwem l-investiment fl-UE u tintegra aktar is-suq uniku;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-istabbiltà tal-NBFIs se ssir saħansitra aktar importanti jekk l-Unjoni Ewropea tidderieġi l-finanzjament tagħha aktar lejn is-swieq kapitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-NBFIs joperaw f’setturi differenti ħafna;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi t-tnaqqis fit-tkabbir ekonomiku, aggravat mit-tensjonijiet kummerċjali, għandu effetti negattivi fuq l-entitajiet b’ingranaġġ u se jżid ir-riskju ta’ kreditu għall-istituzzjonijiet finanzjarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-valutazzjonijiet għoljin tal-assi fis-swieq tal-ekwità u tad-dejn korporattiv iqajmu tħassib dwar il-possibbiltà ta’ korrezzjoni tas-suq li jkollha konsegwenzi sistemiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi s-settur tal-proprjetà immobbli residenzjali, li bbenefika minn ambjent b’rata tal-imgħax baxxa, għandu rwol ċentrali fl-istabbiltà finanzjarja minħabba l-post ċentrali tiegħu fl-ekonomija, is-sehem sinifikanti tal-ġid tal-unitajiet domestiċi kkonċentrat fl-assi tal-proprjetà, l-involviment ewlieni tas-settur finanzjarju fil-finanzjament tal-investimenti tal-proprjetà immobbli u l-funzjoni kruċjali tal-proprjetà immobbli bħala kollateral fis-swieq tal-kreditu;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-kumplessità u l-interkonnessjoni fost is-setturi finanzjarji saru dejjem aktar importanti u l-NBFIs huma selliefa netti lill-banek u lill-ekonomija usa’;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-impronta tal-NBFIs fis-swieq finanzjarji strateġiċi, bħas-swieq tal-bonds sovrani, kibret, kif muri mil-likwidazzjoni ta’ kuntratti ta’ flus futuri ġestiti minn fondi ħeġġ fis-suq tat-teżor tal-Istati Uniti matul il-kriżi tat-tariffi f’April 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi riformi mmirati jistgħu jtejbu r-reżiljenza tal-fondi tas-suq monetarju tal-UE f’konformità mal-istandards internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi s-settur finanzjarju għadu vulnerabbli għat-theddid ċibernetiku, għat-tattiċi tal-gwerra ibrida u għall-ingranaġġ moħbi li jistgħu jiddestabbilizzaw l-infrastruttura finanzjarja kritika;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">L-Unjoni Bankarja u s-CMU:</STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> l-assorbiment tax-xokkijiet u r-reżiljenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ d-dibattitu mġedded dwar il-ħtieġa li tingħata spinta lill-produttività u l-kompetittività tal-UE, inkluż permezz ta’ swieq kapitali integrati aħjar u ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, kif sottolinjat fir-Rapport Draghi u r-Rapport Letta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza aġenda tas-CMU li tappoġġja l-kompetittività tal-UE filwaqt li ma xxekkilx l-istabbiltà finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jenfasizza l-għan tas-CMU li jiġi mobilizzat il-kapital privat b’mod aktar effettiv biex titnaqqas id-diskrepanza fl-investiment tal-UE u r-rwol li jista’ jkollha biex tassorbi x-xokkijiet; jenfasizza li l-aġenda tas-CMU għandha tikkontribwixxi wkoll għall-korrezzjoni tal-iżbilanċi strutturali fis-sistema finanzjarja tal-UE; jiddispjaċih dwar il-persistenza ta’ predispożizzjoni favur id-dejn ikkawżata mit-taxxa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrikonoxxi li t-tlestija tal-Unjoni Bankarja trid tkun prijorità strateġika fl-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota l-isfidi li jirriżultaw minn swieq finanzjarji aktar integrati fl-assenza ta’ superviżjoni aktar koerenti, inkluż il-kompromess bejn il-kondiviżjoni effiċjenti tar-riskju u d-diversifikazzjoni, minn naħa waħda, u r-riskji ta’ kontaġju, effetti konsegwenzjali u amplifikazzjoni, min-naħa l-oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jirrikonoxxi, fir-rigward tal-konsolidazzjoni bankarja transfruntiera, il-kompromess li jeħtieġ li jintlaħaq bejn, min-naħa, id-diversifikazzjoni ġeografika, is-servizzi finanzjarji transfruntiera, l-ekonomiji ta’ skala, u d-dgħajfien potenzjali tan-nexus sovran-bankarju, u, min-naħa l-oħra, il-problema ta’ banek “kbar wisq biex ifallu”, id-dgħajfien potenzjali ta’ ċentri finanzjarji iżgħar u r-rabtiet ma’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u l-ekonomiji lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li r-riskju sistemiku jista’ jiġi minn istituzzjonijiet iżgħar ukoll, peress li dawn jista’ jkollhom karti tal-bilanċ korrelatati ħafna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-aċċess għall-kapital, speċjalment għall-SMEs, bħall-kapital ta’ riskju għall-kumpaniji li qed jikbru, filwaqt li tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja, u jiġi żgurat li t-tkabbir u r-reżiljenza jimxu id f’id;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-riskji makrofinanzjarji u l-fraġilità ġeopolitika</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza l-objettiv ewlieni tal-BĊE biex tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet u r-rwol ewlieni tal-BERS, l-awtoritajiet superviżorji u l-banek ċentrali Ewropej fil-kontribut għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar li l-Eurosistema nbniet fuq il-prinċipju ta’ dominanza monetarja; jappella li tiġi ppreservata l-indipendenza tal-BĊE bħala element li jappoġġja l-istabbiltà finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja li ċerti interventi fis-suq tal-banek ċentrali jġibu magħhom ir-riskju ta’ distorsjonijiet tas-suq li jistgħu jaffettwaw l-istabbiltà finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota l-iskopertura tal-Unjoni għal xokkijiet esterni minħabba r-rabtiet mill-qrib tagħha ma’ swieq u entitajiet finanzjarji barranin, id-dipendenza tas-settur finanzjarju tal-UE fuq fornituri ta’ servizzi li mhumiex fl-UE u l-pressjonijiet li jirriżultaw minn tensjonijiet kummerċjali li kulma jmur qed jiżdiedu fl-isfond ta’ inċertezza ġeopolitika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza r-riskji ta’ dejn sovran u defiċits għoljin; ifakkar li t-tħassib tas-suq dwar is-sostenibbiltà tad-dejn sovran, il-qafas regolatorju bankarju inadegwat f’dak iż-żmien, u l-kontaġju permezz ta’ sistemi finanzjarji interkonnessi wasslu għall-kriżi finanzjarja tal-2008 u l-kriżi sussegwenti taż-żona tal-euro;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Iwissi dwar l-effetti konsegwenzjali għas-settur finanzjarju; jieħu nota f’dan ir-rigward tal-appelli biex jittaffew il-vulnerabbiltajiet sistemiċi; jisħaq, madankollu, li kwalunkwe żvilupp futur m’għandux idgħajjef ir-responsabbiltajiet fiskali nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinforza l-konformità mal-qafas ta’ governanza ekonomika tal-UE u l-konverġenza mar-regoli fiskali tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir biex tiżgura finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-riformi strutturali mmirati lejn it-tisħiħ tal-arkitettura finanzjarja u istituzzjonali taż-żona tal-euro u t-tnaqqis fil-frammentazzjoni tas-suq jistgħu jelevaw ir-rwol internazzjonali tal-euro u potenzjalment jsaħħu l-istabbiltà finanzjarja u monetarja; jinnota d-diskussjonijiet li għaddejjin dwar l-euro diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jenfasizza l-instabbiltà potenzjali li tirriżulta minn istituzzjonijiet finanzjarji b’ingranaġġ għoli, filwaqt li jirrikonoxxi li jista’ jkollhom rwoli ekonomiċi bħall-hedging, it-titjib tal-likwidità tas-suq, l-identifikazzjoni tal-prezz jew il-kondiviżjoni tar-riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-koordinazzjoni fost is-superviżuri makroprudenzjali permezz ta’ analiżi u sorveljanza tar-riskju sistemiku, u l-allinjament mas-superviżjoni mikroprudenzjali biex tiġi żgurata l-kompatibbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jirrikonoxxi r-riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja li jirriżultaw minn manifestazzjonijiet aktar frekwenti ta’ riskji fiżiċi ta’ perikli klimatiċi u naturali u riskji ta’ tranżizzjoni relatati mal-klima;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-istress tas-settur bankarju u s-sorveljanza tal-NBFI</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ Basel III biex jissaħħu r-reżiljenza u l-kompetittività globali tal-banek tal-UE; jinnota n-nuqqas kontinwu ta’ ċarezza rigward l-implimentazzjoni tal-istandards ta’ Basel III fil-ġuriżdizzjonijiet ta’ pajjiżi mhux tal-UE u l-ħtieġa li s-sistema bankarja tal-Unjoni tibqa’ kompetittiva f’kuntest internazzjonali; jenfasizza l-importanza li tinżamm l-integrità tal-qafas ta’ Basel, filwaqt li jissottolinja li l-istabbiltà finanzjarja nnifisha tista’ titqies bħala vantaġġ kompetittiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jinżamm qafas makroprudenzjali sod filwaqt li jiġu żgurati s-simplifikazzjoni, il-kjarifika legali u t-tnaqqis tal-piżijiet, b’mod partikolari għal entitajiet iżgħar; jenfasizza li hemm lok għal simplifikazzjoni u armonizzazzjoni fit-tfassil u fl-applikazzjoni ta’ buffers makroprudenzjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet superviżorji japplikaw b’mod sistematiku l-prinċipji tal-proporzjonalità, il-kosteffiċjenza u s-simplifikazzjoni diġitali fejn possibbli u mingħajr ma jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jisħaq li s-simplifikazzjoni tar-riformi wara l-kriżi finanzjarja tal-2028 għandha titqies sakemm jiġi stabbilit li hemm benefiċċji ċari u sostanzjati għall-ekonomija reali u dment li ma hemm l-ebda riskju għall-istabbiltà finanzjarja; jieħu nota tad-dibattitu dwar il-pakkett ta’ titolizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jieħu nota tal-analiżi tal-BĊE dwar il-vulnerabbiltajiet persistenti fis-swieq tal-proprjetà immobbli kummerċjali, li huma aggravati minn skoperturi tal-NBFI u rati tal-interessi dejjem jiżdiedu, li jeħtieġu monitoraġġ mill-qrib; jappella, f’dan il-kuntest, sabiex il-BERS jimmonitorja mill-qrib ir-rwol tal-NBFIs attivi fis-swieq tal-proprjetà immobbli u joħroġ rakkomandazzjonijiet rilevanti; jirrikonoxxi, barra minn hekk, il-livelli għoljin ta’ dejn tal-unitajiet domestiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iħeġġeġ lill-BĊE jivvaluta l-iskopertura tal-istituzzjonijiet finanzjarji għar-riskji ġeopolitiċi, inklużi l-effetti indiretti tas-sanzjonijiet, it-tariffi u l-frammentazzjoni ekonomika bħala parti mill-Proċess ta’ Reviżjoni u Evalwazzjoni Superviżorji fil-kuntest tal-awtonomija strateġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rilevanza sistemika dejjem akbar tal-NBFIs, li jikkostitwixxu aktar minn 40 % tal-assi tas-settur finanzjarju tal-UE; iqis li tali entitajiet jistgħu jikkontribwixxu għar-riskji fl-istabbiltà finanzjarja meta mhumiex regolati biżżejjed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota d-diversità tal-mudelli ta’ negozju tal-NBFIs u r-rwol ta’ finanzjament importanti tagħhom; jenfasizza li għal ħafna setturi, diġà hemm fis-seħħ regolamentazzjoni settorjali Ewropea, bħal għall-fondi ħeġġ (id-Direttiva dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2 </STRING>Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/61/oj).</FIELD></FOOTNOTE>), il-fondi tas-suq monetarju (ir-Regolament dwar il-Fondi tas-Suq Monetarju<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3 </STRING>Ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1131/oj).</FIELD></FOOTNOTE>), l-impriżi tal-assigurazzjoni (Solvenza II), u d-ditti tal-investiment (id-Direttiva<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4 </STRING>Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2019/2034/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">5 </STRING>Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/2033/oj).</FIELD></FOOTNOTE> dwar id-Ditti tal-Investiment) jew il-fondi tal-pensjonijiet (id-Direttiva dwar l-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">6 </STRING>Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2016/2341/oj).</FIELD></FOOTNOTE>); jinnota li l-qafas attwali, madankollu, jiffoka primarjament fuq il-protezzjoni tal-investituri u l-integrità tas-suq aktar milli fuq it-tnaqqis tar-riskji sistemiċi<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">7 </STRING>BĊE, Financial Stability Review (Rieżami tal-istabbiltà finanzjarja), Mejju 2025, p 78.</FIELD></FOOTNOTE>; jitlob rieżami bir-reqqa tal-lakuni regolatorji rigward l-NBFIs, inkluż f’oqsma anqas regolati bħall-family offices u l-kumpaniji tal-finanzjament tal-katina tal-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jieħu nota tar-rapport tal-Kummissjoni tal-2023 dwar il-funzjonament tal-fondi tas-suq monetarju u l-emendi reċenti għall-qafas tal-Fondi tas-Suq Monetarju; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi riforma tar-Regolament dwar il-Fondi tas-Suq Monetarju<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">8 </STRING>Ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/1131/oj).</FIELD></FOOTNOTE> f’konformità mal-istandards internazzjonali, il-progress regolatorju li sar f’ġuriżdizzjonijiet oħra u r-rakkomandazzjonijiet tal-BERS u l-ESMA;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-likwidità, il-proviżjonament ta’ marġni u r-riskji diġitali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-appelli proċikliċi għall-marġni matul kriżijiet bħall-COVID-19 u t-taqlib fl-enerġija tal-2022 wasslu għal stress sinifikanti ta’ likwidità; jinnota l-importanza tat-tħejjija għal-likwidità, u b’mod ġenerali tal-ingranaġġ u l-bafers kapitali f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jappella għal għodod li permezz tagħhom ikunu jistgħu jiġu ddeċifrati aħjar l-iskala u l-ħeffa tal-flussi ta’ ħruġ tal-likwidità li jirriżultaw minn appelli għall-marġni matul avvenimenti sistemiċi, speċjalment għall-utilitajiet tal-enerġija u l-NBFIs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ infrastruttura tal-ikklerjar reżiljenti, oqfsa kollaterali robusti u superviżjoni koordinata tal-kontropartijiet ċentrali; jinnota d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li testendi r-reġim ta’ ekwivalenza għall-kontropartijiet ċentrali ibbażati fir-Renju Unit u jinnota t-tħassib kontinwu dwar id-dipendenza Ewropea fuq il-kontropartijiet ċentrali mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jappoġġja trasparenza akbar u sorveljanza makroprudenzjali fil-prattiki ta’ proviżjonament ta’ marġni, inklużi s-simulazzjoni ta’ kriżi u l-analiżi tax-xenarji, abbażi tal-ħidma reċenti tal-FSB dwar it-tħejjija għal-likwidità għal sejħiet ta’ marġni u kollaterali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-interkonnessjonijiet dejjem akbar bejn is-swieq tal-kriptoassi u dawk finanzjarji deċentralizzati u s-sistema finanzjarja tradizzjonali; jappoġġja l-FSB, il-korpi li jistabbilixxu l-istandards u l-BERS fl-isforzi tagħhom biex jistabbilixxu qafas regolatorju u jarmonizzaw il-klassifikazzjoni tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jieħu nota tal-analiżi tal-FSB li għalissa ir-riskji għall-istabbiltà finanzjarja li jirriżultaw mis-swieq tal-kriptoassi jidhru limitati<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">9 </STRING>G20 Crypto-asset Policy Implementation Status report (Rapport dwar l-Istatus tal-Implimentazzjoni tal-Politika dwar il-Kriptoassi tal-G20). It-22 ta’ Ottubru 2024.</FIELD></FOOTNOTE>; jindika, madankollu, ir-rilevanza potenzjalment sistemika tal-iżviluppi fis-swieq tal-kriptoassi; jinnota n-natura fil-biċċa l-kbira spekulattiva tal-kriptoassi u r-rwol importanti tagħhom fit-tranżazzjonijiet illeċiti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-BERS isegwu mill-qrib l-evoluzzjonijiet f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Unjoni Ewropea stabbiliet qafas prudenzjali għall-kriptoassi (ir-Regolament MiCA); jisħaq fuq l-importanza ta’ implimentazzjoni f’waqtha u konsistenti u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-lakuni regolatorji li fadal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jenfasizza t-tkabbir rapidu tas-suq tal-istablecoin, li s’issa għadu fil-biċċa l-kbira ristrett għall-ekosistema tal-kripto; jinnota li x-xenarju regolatorju fir-rigward tal-istablecoins f’ġuriżdizzjonijiet ewlenin ta’ pajjiżi mhux tal-UE qed jinbidel malajr; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta jekk hemmx kanali potenzjali ta’ kontaġju, bħal fil-każ ta’ ħruġ multiplu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jenfasizza li l-Unjoni adottat miżuri biex issaħħaħ ir-reżiljenza diġitali tal-entitajiet finanzjarji, b’mod partikolari permezz tal-Att dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">10 </STRING>Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011, (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; iħeġġeġ l-innovazzjoni fil-qasam tal-finanzi diġitali u investiment estensiv fir-reżiljenza ċibernetika biex l-infrastruttura finanzjarja tkun protetta minn theddid estern; jistieden lill-Kummissjoni u lill-BĊE jimmappjaw u jindirizzaw id-dipendenzi tas-sistema finanzjarja Ewropea fuq fornituri mhux tal-UE ta’ servizzi diġitali, punti uniċi ta’ falliment u r-riskju ta’ attakki ibridi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jissottolinja li t-titjib fil-litteriżmu finanzjarju jista’ jikkontribwixxi għar-reżiljenza individwali, swieq finanzjarji aktar stabbli, u parteċipazzjoni akbar fis-CMU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li ż-żamma ta’ loġistika u infrastruttura raġonevoli u affidabbli għad-disponibbiltà tal-flus kontanti tibqa’ element essenzjali tal-istabbiltà finanzjarja u l-fiduċja pubblika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ tal-koerenza superviżorja, tal-kapaċitajiet tad-data u tat-tħejjija għall-kriżijiet</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jappoġġja approċċ superviżorju olistiku, aktar koerenti, mifrux mas-sistema kollha u bbażat fuq l-attività biex jiġu identifikati u indirizzati r-riskji u l-vulnerabbiltajiet assoċjati ma’ tipi differenti ta’ attività fis-settur finanzjarju kollu, bħas-self, it-tranżazzjonijiet u l-immaniġġjar tal-assi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ qafas robust u kredibbli għall-ġestjoni tal-kriżijiet; jenfasizza r-rwol tal-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni biex tiġi żgurata riżoluzzjoni effettiva għall-istituzzjonijiet li jkunu qed ifallu u jappoġġja l-funzjoni tal-BĊE bħala mutwanti tal-aħħar istanza biex jiġu ssalvagwardjati l-likwidità u l-fiduċja matul il-kriżijiet; jinnota li għadha nieqsa garanzija ta’ kontinġenza għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jappoġġja lill-BĊE, lill-BERS, lill-awtoritajiet superviżorji Ewropej u nazzjonali kif ukoll lill-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu fis-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja tal-UE u fl-indirizzar tar-riskji finanzjarji globali emerġenti, inkluża s-superviżjoni koerenti mill-ESMA għal NBFIs transfruntiera sistemiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Iwissi kontra l-arbitraġġ regolatorju u jissottolinja l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-vulnerabbiltajiet tal-ingranaġġ moħbija li ġew żvelati waqt tfixkil tal-passat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni żżomm livell għoli ta’ ambizzjoni fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-FSB dwar l-ingranaġġ fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jissottolinja li l-awtoritajiet, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE, għandu jkollhom data kwalitattiva, faċilment aċċessibbli u riżorsi adegwati biex janalizzaw id-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jappella għal trasparenza msaħħa, kapaċitajiet ta’ analitika tad-data u mekkaniżmi simplifikati ta’ kondiviżjoni tad-data bejn l-awtoritajiet nazzjonali u tal-UE, fir-rigward tas-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data, sabiex jiġu appoġġjati qafas ta’ monitoraġġ tar-riskju aktar komprensiv u kapaċitajiet ta’ ttestjar tal-istress fis-sistema kollha, inkluż dwar ir-reżiljenza ċibernetika, il-qtugħ tal-enerġija u l-qafas kollaterali; jinnota li xi awtoritajiet nazzjonali diġà kkomunikaw l-intenzjoni tagħhom li jwettqu testijiet tal-istress fuq l-interkonnessjonijiet bejn is-settur bankarju u s-settur tal-NBFI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jappella għal kooperazzjoni msaħħa mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, inklużi l-FMI, il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, il-BĦI u l-FSB, biex jiġu indirizzati r-riskji għall-istabbiltà transfruntiera;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>