<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0005</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-għajnuna umanitarja fi żmien ta’ polikriżi – naffermaw mill-ġdid il-prinċipji tagħna għal rispons aktar effettiv u ambizzjuż għall-kriżijiet umanitarji</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0257/2025 - Rapporteur: Leire Pajín)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Jannar 2026 dwar l-għajnuna umanitarja fi żmien ta’ polikriżi – naffermaw mill-ġdid il-prinċipji tagħna għal rispons aktar effettiv u ambizzjuż għall-kriżijiet umanitarji (2025/2085(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 208 u 214 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 3(5) u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tal-1949 u l-Protokolli Addizzjonali tagħhom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, ratifikata mill-UE u l-Istati Membri kollha tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2730 (2024) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-24 ta’ Mejju 2024 dwar il-ħarsien tal-persunal umanitarju u n-NU u l-persunal assoċjat fil-kunflitti armati,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-31 ta’ Ottubru 2000 dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, u d-disa’ riżoluzzjonijiet relatati sussegwenti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li jistabbilixxu l-aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp li saret fil-Kajr fl-1994, il-Programm ta’ Azzjoni tagħha u l-eżiti tal-konferenzi ta’ rieżami tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjattaforma ta’ Azzjoni ta’ Beijing u l-eżiti tal-konferenzi ta’ rieżami tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta’ Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">1 </STRING>ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/1257/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim Grand Bargain iffirmat fit-23 ta’ Mejju 2016, ir-rapporti indipendenti annwali tiegħu, b’mod partikolari r-rapport tal-2021, u l-qafas u l-annessi tal-Grand Bargain 2.0 ppreżentati waqt il-laqgħa annwali tal-Grand Bargain mill-15 sas-17 ta’ Ġunju 2021, kif ukoll l-impenji mġedda li saru fil-laqgħa annwali tal-Grand Bargain mid-19 sal-20 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tat-23 ta’ Awwissu 2016 dwar l-eżitu tas-Summit Umanitarju Dinji u l-impenji meħuda mill-parteċipanti waqt dak is-summit,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-“rilanċ umanitarju” propost mis-Sotto-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-Affarijiet Umanitarji u l-Koordinatur tal-Għajnuna ta’ Emerġenza Tom Fletcher f’messaġġ lill-Kumitat Permanenti Interaġenzjali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-10 ta’ Marzu 2025<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">2 </STRING>Messaġġ mill-Koordinatur tal-Għajnuna ta’ Emerġenza Tom Fletcher lill-komunità umanitarja, 10 ta’ Marzu 2025.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Marzu 2021 dwar l-azzjoni umanitarja tal-UE: sfidi ġodda, l-istess prinċipji (COM(2021)0110),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali tal-UE għad-Drittijiet tan-Nisa tal-Kummissjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Għoti tas-Setgħa lin-Nisa fl-Azzjoni Esterna (GAP III),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida aġġornati tal-Unjoni Ewropea dwar il-promozzjoni ta’ konformità mal-Liġi Umanitarja Internazzjonali<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">3 </STRING>ĠU C 303, 15.12.2009, p. 12.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2018 dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà u l-Approċċ Strateġiku tal-UE għan-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (WPS),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar l-azzjoni umanitarja tal-UE, tat-22 ta’ Mejju 2023 dwar l-indirizzar tad-diskrepanza fil-finanzjament umanitarju, tas-7 ta’ Mejju 2024 dwar il-protezzjoni f’kuntesti umanitarji, u tal-24 ta’ Ġunju 2024 dwar l-aġġornament tal-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Kunflitti Armati,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2024 dwar it-tisħiħ tal-appoġġ ta’ Tim Ewropa għas-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni globali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Prospettiva Globali 2025 tal-Programm Dinji tal-Ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ħarsa Ġenerali Umanitarja Globali tal-2025 tal-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-UN Women tal-2025, “At a breaking point: The impact of foreign aid cuts on women’s organizations in humanitarian crises worldwide” (Fil-punt tal-kollass: l-impatt tat-tnaqqis fl-għajnuna barranija fuq l-organizzazzjonijiet tan-nisa fil-kriżijiet umanitarji mad-dinja kollha).
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-2024 tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar dwar id-dritt umanitarju internazzjonali u l-isfidi tal-kunflitti armati kontemporanji,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport “States of Fragility 2025” (Stati ta’ Fraġilità 2025) tal-Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali 15/2025 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-18 ta’ Ġunju 2025 dwar l-għajnuna umanitarja li tingħata mill-UE taħt ġestjoni mill-bogħod,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Equal Measures 2030 bit-titolu “Findings from the 2024 SDG Gender Index: A gender equal future in crisis?” (Sejbiet mill-Indiċi tal-SDGs dwar il-Ġeneru tal-2024: Futur ugwali bejn il-ġeneri fi kriżi?),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-G7 tat-13 ta’ Mejju 2022 dwar it-tisħiħ tal-azzjoni antiċipatorja fl-għajnuna umanitarja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ eżitu tar-Raba’ Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp, magħruf ukoll bħala “l-Impenn ta’ Sivilja” (<STRING ITALIC="on">Compromiso de Sevilla</STRING>),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra n-nota ta’ gwida tal-2023 tad-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja Ewropej (DĠ ECHO) bit-titolu “Promoting equitable partnerships with local responders in humanitarian settings” (Il-promozzjoni ta’ sħubijiet ekwi ma’ rispondenti lokali f’kuntesti umanitarji),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tad-Donaturi Umanitarji dwar il-klima u l-ambjent ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-wegħdiet dwar “it-tisħiħ tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali permezz tal-promozzjoni, it-tixrid u l-implimentazzjoni tiegħu” u dwar “il-protezzjoni tal-persunal umanitarju u mediku” adottati mill-UE u l-Istati Membri tagħha u s-Soċjetajiet Nazzjonali tagħhom fl-34 Konferenza Internazzjonali tal-Moviment tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-wegħda dwar “l-iżblokk u l-iffaċilitar tal-aċċess umanitarju: aktar involviment politiku u diplomatiku u żieda fl-appoġġ għall-persunal umanitarju”, adottata mill-UE u l-Istati Membri tagħha fl-34 Konferenza Internazzjonali tal-Moviment tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar l-Aħmar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar baġit imġedded fit-tul għall-Unjoni f’dinja li qed tinbidel<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">4 </STRING>Testi adottati, P10_TA(2025)0090.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fl-UE, fil-kuntest tas-saħħa tan-nisa<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">5 </STRING>ĠU C 81, 18.2.2022, p. 43.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa b’diżabbiltà<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">6 </STRING>ĠU C 363, 28.10.2020, p. 164.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar l-għajnuna umanitarja, b’mod partikolari dawk tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar orjentazzjonijiet ġodda għall-azzjoni umanitarja tal-UE<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">7 </STRING>ĠU C 251, 30.6.2022, p. 80.</FIELD></FOOTNOTE>, tas-6 ta’ Lulju 2022 dwar l-indirizzar tas-sigurtà alimentari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">8 </STRING>ĠU C 47, 7.2.2023, p. 149.</FIELD></FOOTNOTE>, u tat-23 ta’ Novembru 2023 dwar kif nibnu strateġija innovattiva għall-għajnuna umanitarja: enfasi fuq il-kriżijiet attwali u minsija<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">9 </STRING>ĠU C, C/2024/4223, 24.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4223/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A10-0257/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi s-sistema umanitarja multilaterali qed tħabbat wiċċha ma’ sfidi bla preċedent minħabba għadd kbir ta’ persuni li jeħtieġu assistenza umanitarja urġenti u għadd dejjem jikber ta’ kuntesti fraġli, inkluż għadd dejjem jikber ta’ kunflitti armati meta mqabbel mal-2023; billi fl-2025, madwar 305 miljun persuna madwar id-dinja se jeħtieġu għajnuna u protezzjoni umanitarja urġenti<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">10 </STRING>OCHA, Global Humanitarian Overview 2025 (Ħarsa Ġenerali Umanitarja Globali tal-2025).</FIELD></FOOTNOTE>; billi polikriżi tirreferi għal sett kumpless u interkonness ta’ kriżijiet li jseħħu simultanjament<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">11 </STRING>Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, “Unraveling the polycrisis with foresight and innovation” (Nifhmu l-polikriżi bi prospettiva u innovazzjoni), 26 ta’ Marzu 2025.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi huwa stmat li aktar minn 319-il miljun persuna qed iħabbtu wiċċhom ma’ insigurtà tal-ikel akuta madwar id-dinja, u li madwar 70 % minnhom jgħixu f’kuntesti fraġli jew milquta minn kunflitti<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">12 </STRING>World Food Programme 2025 Global Outlook (Perspettiva Globali tal-Programm Dinji tal-Ikel tal-2025).</FIELD></FOOTNOTE>, fejn madwar persuna minn kull ħamsa tbati l-ġuħ; billi l-kooperazzjoni internazzjonali, b’mod partikolari mas-sħab li jinsabu f’pożizzjoni li jipprovdu għajnuna sostanzjali, inkluż il-kooperazzjoni trans-Atlantika, tibqa’ kruċjali sabiex jiġu indirizzati dawn l-isfidi, speċjalment fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi sal-2030, aktar minn 90 % tal-faqar dinji se jkun fl-Afrika; billi l-benefiċċji tan-nutrizzjoni, is-saħħa u l-edukazzjoni huma kruċjali biex din il-popolazzjoni toħroġ min-nassa tal-faqar; billi fl-2025, l-ogħla ħtiġijiet umanitarji huma stmati li jinsabu fl-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fejn 85 miljun persuna jeħtieġu għajnuna umanitarja; billi l-kriżi fis-Sudan weħidha tirrappreżenta 35 % ta’ dawk il-ħtiġijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi s-sitwazzjoni fl-Afganistan qed tpoġġi pressjoni saħansitra akbar fuq ir-riżorsi umanitarji diġà limitati u qed taggrava l-qagħda mwiegħra ta’ miljuni ta’ nies, inklużi nisa u bniet, li qed jitħabtu biex jibqgħu ħajjin;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi madwar id-dinja aktar minn 122 miljun persuna jinsabu spostati b’mod furzat, kif dokumentat mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR), u li kważi 60 % jgħixu f’kuntesti fraġli jew milquta minn kunflitti, filwaqt li aktar minn 70 % tal-applikanti għall-ażil li jaslu fl-UE joriġinaw minn dawn il-kuntesti<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">13 </STRING>UNHCR, Mid-Year Trends (Xejriet ta’ Nofs is-Sena), 9 ta’ Ottubru 2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi s-sistema umanitarja qed tiffaċċja kriżi enormi ta’ finanzjament; billi fl-2024 inġabar biss 43 % minn USD 50 biljun mitluba f’appell tan-NU għal għajnuna umanitarja; billi l-iżmantellar tal-programmi tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID) u t-tnaqqis fl-għajnuna barranija minn donaturi ewlenin oħra, inkluż diversi Stati Membri tal-UE, komplew jaggravaw is-sitwazzjoni u wasslu għal tnaqqis inkwetanti fil-finanzjament globali għal inizjattivi umanitarji, tas-saħħa, tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tal-klima; billi sa Lulju 2025 inġabru biss 13 %<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">14 </STRING>Il-White House, “Reevaluating and Realigning United States Foreign Aid” (Evalwazzjoni mill-ġdid u Allinjament mill-ġdid tal-Għajnuna Barranija tal-Istati Uniti), 20 ta’ Jannar 2025.</FIELD></FOOTNOTE> tal-finanzjament meħtieġ għall-appell tan-NU tal-2025 għal għajnuna umanitarja biex jiġu assistiti 188 miljun persuna fi 72 pajjiż; billi minħabba t-tnaqqis tal-USAID, aktar minn 14-il miljun persuna jħabbtu wiċċhom mar-riskju li jmutu sal-2030; billi dan jaffettwa wkoll aktar minn 4,5 miljun tifel u tifla taħt l-età ta’ ħames snin<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">15 </STRING>The Lancet, Evaluating the impact of two decades of USAID interventions and projecting the effects of defunding on mortality up to 2030: a retrospective impact evaluation and forecasting analysis (L-evalwazzjoni tal-impatt ta’ żewġ deċennji ta’ interventi tal-USAID u l-projezzjoni tal-effetti tad-definanzjament fuq il-mortalità sal-2030: evalwazzjoni tal-impatt retrospettiva u analiżi tat-tbassir).</FIELD></FOOTNOTE>; billi t-tnaqqis fil-finanzjament qed japprofondixxi l-kriżi tal-ġuħ meta l-insigurtà tal-ikel akuta laħqet l-ogħla livell li qatt intlaħaq; billi dan it-tnaqqis għandu impatt sproporzjonat fuq in-nisa, il-bniet, il-persuni b’diżabbiltà, u dawk li jgħixu f’żoni rurali u remoti, u jaggrava l-inugwaljanzi eżistenti<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">16 </STRING>Save the Children, Girls Pay the Price As Aid Cuts Hit Countries with Deepest Gender Inequality (Il-bniet iħallsu l-prezz hekk kif il-pajjiżi bl-aktar inugwaljanzi profondi bejn il-ġeneri jintlaqtu mit-tnaqqis fl-għajnuna), 11 ta’ Ottubru 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-organizzazzjonijiet lokali u nazzjonali mmexxija min-nisa u dawk tad-drittijiet tan-nisa huma fost dawk milquta bl-aktar mod sever; billi dan it-tnaqqis ikompli jipperikola s-sikurezza u l-benesseri tal-persuni spostati internament, ir-rifuġjati u l-gruppi vulnerabbli; billi dan it-tnaqqis qed ikollu impatt devastanti fuq is-saħħa globali, li jkompli jżid il-mortalità, il-morbożità u d-diżabbiltà ġenerali minħabba l-aċċess inugwali għat-trattament u l-prevenzjoni tal-mard, is-servizzi u l-prodotti bażiċi, u r-riskju ta’ tifqigħat ta’ mard infettiv u pandemiji, u fuq is-sigurtà tal-ikel;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi hemm żbilanċi partikolari fil-finanzjament bejn l-appelli umanitarji, li jirriflettu l-fatt li aktar kriżijiet qed jiġu minsija; billi l-kriżijiet minsija huma definiti bħala sitwazzjonijiet ta’ kriżi umanitarja severi u fit-tul fejn il-popolazzjonijiet milquta ma jirċievu l-ebda għajnuna internazzjonali jew jirċievu għajnuna internazzjonali insuffiċjenti u fejn ma hemm l-ebda impenn politiku biex tissolva l-kriżi, parzjalment minħabba nuqqas ta’ interess min-naħa tal-media;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-għajnuna umanitarja fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali ma kinitx adegwata, u dan wassal għall-użu ta’ rutina tar-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza; billi l-UE jeħtiġilha tistieden lil atturi oħra biex iżidu l-isforzi ta’ għajnuna umanitarja tagħhom; billi l-għajnuna umanitarja għandha mhux biss tappoġġja, iżda wkoll timmobilizza l-komunitajiet lokali u tinvolvihom fl-isforzi ta’ assistenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi r-rabta bejn l-aspett umanitarju, l-iżvilupp u l-paċi għandha rwol kruċjali f’kuntesti umanitarji minħabba li trawwem il-koordinazzjoni, il-kollaborazzjoni u l-konsistenza fost is-setturi biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-kriżijiet fit-tul apparti li tiġi provduta l-għajnuna immedjata; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha b’mod konġunt jikkontribwixxu 42 % tal-għajnuna għall-iżvilupp globali; billi l-OECD tipproġetta tnaqqis ta’ bejn 9 % u 17 % fl-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) fl-2025<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">17 </STRING>OECD, Cuts in official development assistance (Tnaqqis fl-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp), 26 ta’ Ġunju 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-Kummissjoni għandha l-għan li sal-2027 timmobilizza sa EUR 300 biljun f’investimenti sostenibbli u inklużivi permezz tal-inizjattiva Global Gateway; billi l-kuntesti fraġli jeħtieġu approċċ u strateġija speċjali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-kunflitt, it-tibdil fil-klima u l-fatturi ekonomiċi huma t-tliet muturi ewlenin taż-żieda fil-ħtiġijiet umanitarji, u kollha huma kkawżati mill-bniedem iżda jistgħu jitreġġgħu lura bi sforzi miftiehma u konġunti; billi l-għadd ta’ kunflitti armati rreġistrati laħaq l-ogħla livell fl-2023; billi l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali jwasslu għal aktar instabbiltà u kunflitti, perikli relatati mal-klima, diżastri naturali, skarsezza tar-riżorsi inkluża l-insigurtà tal-ikel u tal-ilma, l-ispostament intern u l-migrazzjoni irregolari, li jolqtu b’mod sproporzjonat lin-nisa u lill-gruppi vulnerabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi hemm żieda allarmanti fiċ-ċaħda ta’ aċċess umanitarju sikur u mingħajr xkiel għall-persuni fil-bżonn f’ħafna kuntesti, inkluż waqt kunflitt, diżastri naturali u tifqigħat ta’ mard, kemm mill-forzi tal-gvern kif ukoll f’żoni kkontrollati minn atturi armati mhux statali, aggravata miż-żieda fit-tendenzi perikolużi u korrużivi fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt umanitarju internazzjonali u l-prinċipji umanitarji tal-umanità, l-imparzjalità, in-newtralità u l-indipendenza; billi ċ-ċaħda intenzjonata tal-aċċess umanitarju u l-użu tagħha bħala arma għall-avvanz tal-aġendi politiċi u militari jiksru l-obbligi fl-ambitu tad-dritt umanitarju internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ rispett tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali qed jirriżulta fi ksur persistenti u mifrux tiegħu u tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’attakki intenzjonati fuq il-popolazzjoni ċivili, il-qerda ta’ infrastruttura essenzjali bħall-iskejjel u l-isptarijiet, attakki kontra l-ħaddiema umanitarji, il-vjolenza sesswali mifruxa u r-reklutaġġ tat-tfal bħala kumbattenti; billi l-għadd u l-influwenza tal-atturi armati mhux statali fil-kunflitti globali qed jiżdiedu u wħud mill-attakki li ħallew ħafna mill-popolazzjoni ċivili mejta twettqu minn dawn il-gruppi armati mhux statali; billi hemm għadd bla preċedent ta’ attakki kontra l-ħaddiema umanitarji, il-popolazzjonijiet ċivili u l-infrastruttura ċivili, xprunati fil-parti l-kbira mill-kunflitti f’Gaża u fis-Sudan<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">18 </STRING>OCHA, World Humanitarian Day: Attacks on aid workers hit another record, humanitarians call for urgent action (Il-Jum Dinji tal-Għajnuna Umanitarja: l-attakki fuq il-ħaddiema umanitarji laħqu rekord ieħor, il-ħaddiema umanitarji jappellaw għal azzjoni urġenti), 19 ta’ Awwissu 2025.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi, skont in-NU, fl-2023 aktar minn 600 miljun mara u tifla għexu f’medda ta’ 50 kilometru minn żona ta’ kunflitt, ċifra li hija aktar minn 50 % ogħla minn dik ta’ għaxar snin ilu;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-vjolenza sesswali relatata mal-kunflitti b’mod ġenerali żdiedet b’mod drammatiku, u n-NU rreġistraw 3 688 każ verifikat ta’ vjolenza sesswali relatata mal-kunflitti fl-2023, jiġifieri 50 % ogħla mis-sena ta’ qabel, u n-nisa u l-bniet ammontaw għal 95 % tal-każijiet verifikati, filwaqt li 32 % tal-vittmi kienu tfal<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">19 </STRING>L-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali dwar il-Vjolenza Sesswali fil-Kunflitti, il-15-il Rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Vjolenza Sesswali Relatata mal-Kunflitti, 4 ta’ April 2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi fi żminijiet ta’ kunflitt u kriżi, l-inugwaljanzi preeżistenti bejn il-ġeneri sikwit jaggravaw, u dan iwassal biex in-nisa u l-bniet jintlaqtu b’mod sproporzjonat, bħal pereżempju minn spostament u vjolenza abbażi tal-ġeneru, u l-esklużjoni minn servizzi li jsalvaw il-ħajja u mill-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet; billi n-nisa, il-bniet adolexxenti, il-persuni b’diżabbiltà, il-persuni indiġeni, il-persuni LGBTQI+ u l-persuni akbar fl-età sikwit ikollhom vulnerabbiltajiet addizzjonali u intersezzjonali li jridu jiġu kkunsidrati; billi s-sehem ta’ għajnuna bilaterali b’objettivi ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur umanitarju storikament kien baxx, u kompla jonqos matul dawn l-aħħar ftit snin, filwaqt li staġna għal 17 %<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">20 </STRING>OECD, Development Finance for Gender Equality 2024 (Finanzjament tal-Iżvilupp għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-2024), OECD Publishing, Pariġi, 2024.</FIELD></FOOTNOTE> fl-2021 u l-2022; billi n-nisa għandhom rwol kruċjali f’kuntesti umanitarji bħala dawk li joffru l-ewwel rispons; billi l-investiment fl-ugwaljanza bejn il-ġeneri jsalva l-ħajjiet f’kuntesti umanitarji; billi teżisti evidenza li l-programmazzjoni umanitarja reattiva għall-kwistjonijiet tal-ġeneru twassal għal redditi għoljin, jiġifieri USD 8 għal kull USD 1 investit<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">21 </STRING>UN Women, Facts and figures: Humanitarian action (Fatti u ċifri: l-azzjoni umanitarja), 15 ta’ April 2025.</FIELD></FOOTNOTE>, filwaqt li jippersistu l-isfidi fir-rigward tal-prijoritizzazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-vjolenza kontra n-nisa fil-forom kollha tagħha (vjolenza fiżika, sesswali, psikoloġika, ekonomika jew ċibernetika) hija ksur tad-drittijiet tal-bniedem, forma estrema ta’ diskriminazzjoni kontra n-nisa u wieħed mill-akbar ostakli għall-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-movimenti kontra l-ġeneru qed jistrumentalizzaw dejjem aktar il-kriżijiet umanitarji biex jikkuntrastaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u biex jiddeleġittimizzaw l-organizzazzjonijiet tan-nisa, inkluż fil-pajjiżi sħab tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi t-tfal jikkostitwixxu nofs il-popolazzjoni affettwata mill-kriżijiet u l-ksur tad-drittijiet tagħhom qed iseħħ f’livelli allarmanti, aggravat minn tnaqqis drastiku fil-finanzjament għal inizjattivi u programmi ċċentrati fuq it-tfal; billi aktar minn 473 miljun tifel u tifla – aktar minn wieħed minn kull sitt itfal globalment – qed jgħixu f’żoni milquta minn kunflitt; billi kien hemm żieda fir-reklutaġġ ta’ suldati tfal; billi huwa aktar probabbli li jkunu t-tfal, aktar milli l-adulti, li jinqatlu jew jiġu mutilati, reklutati minn gruppi armati u abbużati sesswalment; billi huwa stmat li aktar minn 52 miljun tifel u tifla f’pajjiżi milquta mill-kunflitti mhumiex qed jattendu l-iskola;<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">22 </STRING>UNICEF, “Not the new normal” – 2024 one of the worst years in UNICEF’s history for children in conflict (Mhux in-normalità l-ġdida – l-2024 kienet waħda mill-agħar snin fl-istorja tal-UNICEF għat-tfal f’sitwazzjoni ta’ kunflitt), 28 ta’ Diċembru 2024.</FIELD></FOOTNOTE>
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-knejjes u l-organizzazzjonijiet reliġjużi, bis-saħħa tal-fiduċja li jgawdu fi ħdan il-komunitajiet, il-kapaċità tagħhom li jimmobilizzaw il-voluntiera u l-preżenza frekwenti tagħhom f’żoni li diffiċli jintlaħqu, jipprovdu valur miżjud uniku għar-rispons għall-kriżijiet; billi l-impenn fit-tul tagħhom u l-approċċ olistiku tagħhom għall-appoġġ (li jiġbor flimkien l-assistenza materjali u psikosoċjali) huma kruċjali għall-bini tar-reżiljenza u l-paċi dejjiema;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-iżgurar tar-rispett għad-Dritt Umanitarju Internazzjonali u l-ħtieġa ta’ strateġija ta’ diplomazija umanitarja tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni għall-finanzjament umanitarju, bl-UE u l-Istati Membri tagħha li jibqgħu d-donatur ewlieni globali fl-assistenza umanitarja bbażata fuq il-ħtiġijiet; jinsisti fuq l-obbligu u r-responsabbiltà għall-istati kollha u għall-partijiet f’kunflitt li jirrispettaw u jiżguraw ir-rispett għad-dritt umanitarju internazzjonali u għad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, fuq il-ħtieġa li tingħata prijorità lill-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili u li dawn jibqgħu objettiv essenzjali tal-azzjoni esterna tal-UE, inkluża l-għajnuna umanitarja tagħha; jistieden lill-UE tkompli ssaħħaħ iċ-ċentralità tal-prinċipji umanitarji mhux negozjabbli tal-umanità, l-imparzjalità, in-newtralità u l-indipendenza – li jinsabu dejjem aktar taħt pressjoni – u l-promozzjoni tad-dritt umanitarju internazzjonali billi tapplika approċċ umanitarju bi prinċipji u bbażat fuq il-ħtiġijiet, filwaqt li toqgħod lura minn sħubijiet li jdgħajfu dawn il-prinċipji; ifakkar li, skont l-Artikolu 3(5) tat-TUE, l-Unjoni għandha tippromwovi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll tikkontribwixxi għall-osservanza stretta u l-iżvilupp tad-dritt internazzjonali, inkluż ir-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-NU, u tiddefendi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala wieħed mill-prinċipji ewlenin tagħha, f’konformità mal-Artikolu 2 tat-TUE, fid-dawl tad-deprijoritizzazzjoni attwali tal-għajnuna umanitarja, speċjalment għan-nisa u l-bniet; jisħaq fuq l-importanza li l-aċċess universali għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva jiġi promoss bħala parti mill-azzjoni umanitarja tal-UE, u l-impenn tal-UE li tiżgura aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa riproduttiva u materna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinsab allarmat biż-żieda fil-każijiet ta’ ksur tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali f’dawn l-aħħar snin – li wħud minnhom ġew irrappurtati bħala metodi strateġiċi tal-gwerra; jiddeplora l-fatt li l-ispazju umanitarju qed jiċkien u li r-rispett għad-dritt umanitarju internazzjonali u l-prinċipji umanitarji qed jitnaqqar, u dawn jippreżentaw ostakli sinifikanti għall-għoti tal-għajnuna li ssalva l-ħajjiet f’diversi kuntesti milquta minn kunflitti; jikkundanna bil-qawwa ż-żieda allarmanti fl-attakki kontra l-popolazzjonijiet ċivili u kontra l-infrastruttura meħtieġa għas-sopravivenza tagħhom, il-każijiet ta’ ksur serju kontra t-tfal, u l-attakki kontra l-ħaddiema tal-għajnuna umanitarja; jiddenunzja n-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni sfaċċat tal-protezzjoni tal-faċilitajiet mediċi fejn, fi kważi kull kunflitt, ġew attakkati l-isptarijiet, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 2286 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-3 ta’ Mejju 2016 dwar il-protezzjoni tal-midruba u l-morda, il-persunal mediku u l-persunal umanitarju f’kunflitt armat; jitlob li l-awturi ta’ attakki sistematiċi bħal dawn jinżammu responsabbli ta’ għemilhom, u jistieden lill-UE tikkunsidra sanzjonijiet kontra atturi statali jew mhux statali li jostakolaw deliberatament l-aċċess umanitarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-azzjonijiet għall-prevenzjoni tal-ksur tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali u jindirizzaw il-lakuni fil-monitoraġġ tal-ksur tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali permezz tal-ġbir ta’ data imparzjali u indipendenti u promozzjoni aktar effettiva u bbażata fuq l-evidenza sabiex it-trasgressuri jinżammu responsabbli għal għemilhom; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-mekkaniżmi għall-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-isfidi tal-aċċess umanitarju f’kuntesti milquta mill-kunflitti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 2730 (2024) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, dwar il-protezzjoni tal-persunal umanitarju u n-NU u l-persunal assoċjat fil-kunflitti armati; jissottolinja l-obbligu skont id-dritt umanitarju internazzjonali li jiġu rispettati u mħarsa l-membri tal-persunal umanitarju, kif ukoll l-importanza li tiġi appoġġjata azzjoni umanitarja indipendenti, newtrali u imparzjali billi l-ispazju umanitarju jiġi protett mill-attakki diretti, mill-impatti mhux intenzjonati tal-politiki kontra t-terroriżmu u r-reġimi ta’ sanzjonijiet, mill-politiċizzazzjoni u min-narrattivi qarrieqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jappella għal miżuri konkreti biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-protezzjonijiet tas-sikurezza u s-sigurtà għall-ħaddiema umanitarji, f’konformità mar-Riżoluzzjoni 2730 (2024) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluż l-istabbiliment ta’ investigazzjonijiet, trasparenza u inkjesti imparzjali dwar il-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa li titqies il-vulnerabbiltà akbar tal-membri tal-persunal lokali, li jħabbtu wiċċhom ma’ riskji akbar għas-sikurezza u s-sigurtà tagħhom, u li tiġi żgurata l-protezzjoni speċifika tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja miżuri ta’ sikurezza u sigurtà għall-protezzjoni tal-ħaddiema umanitarji, u titlob obbligu ta’ rendikont għall-attakki li jsiru fuqhom; itenni l-importanza ta’ mekkaniżmi ta’ rispons rapidu li joffru assistenza finanzjarja, legali u psikosoċjali immedjata lill-ħaddiema umanitarji li jħabbtu wiċċhom ma’ arrest, intimidazzjoni, jew inċidenti ta’ sigurtà oħra, abbażi ta’ mudelli bħall-inizjattiva “Protect Aid Workers” (Nipproteġu l-Ħaddiema Umanitarji);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar iż-żieda fit-theddid, il-fastidju u l-kriminalizzazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-voluntiera umanitarji f’kuntesti ta’ kunflitti u ta’ kriżijiet; jitlob lill-UE tinkludi l-protezzjoni tagħhom bħala prijorità fl-impenn umanitarju tagħha; jiddeplora ż-żieda fit-tentattivi biex l-għajnuna umanitarja tiġi kriminalizzata mingħajr raġunijiet leġittimi ta’ tħassib, speċjalment fir-rigward ta’ interventi li jsalvaw il-ħajja għal persuni li qed jaħarbu minn kunflitt, vjolenza, persekuzzjoni jew faqar; jappella għall-adozzjoni ta’ qafas legali protettiv biex tiġi indirizzata l-kriminalizzazzjoni tal-għajnuna, tiġi miġġielda l-impunità, u jiġu inklużi eżenzjonijiet umanitarji fir-reġimi ta’ sanzjonijiet, kif ukoll miżuri għall-prevenzjoni tal-kriminalizzazzjoni tal-ħaddiema umanitarji permezz ta’ liġijiet kontra t-terroriżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jikkonferma l-appoġġ tiegħu għall-multilateraliżmu bin-NU fil-qalba tiegħu; jissottolinja li l-operazzjonijiet tal-UE jridu jkunu kkoordinati u konsistenti mal-korpi internazzjonali, u jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-appoġġ kritiku tagħha lil diversi entitajiet tan-NU fil-qasam umanitarju, bl-għan li jiġu rispettati l-prinċipji umanitarji u d-dritt umanitarju internazzjonali; jafferma mill-ġdid l-obbligu li jiġu rispettati u ffaċilitati l-mandati tal-entitajiet tan-NU, u jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe tentattiv biex tiġi ostakolata, ristretta jew kompromessa l-kapaċità tal-aġenziji tan-NU li jwettqu d-dmirijiet umanitarji tagħhom b’mod effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati b’mod urġenti l-kriżijiet umanitarji bla preċedent fis-Sudan u fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), li huma fost l-aktar severi fid-dinja llum. Fis-Sudan, terz tal-popolazzjoni jeħtieġu urġentement għajnuna umanitarja, u f’ħafna partijiet tal-pajjiż ġew ikkonfermati livelli allarmanti ta’ insigurtà tal-ikel u kundizzjonijiet ta’ karestija, filwaqt li bl-istess mod, fir-RDK, 21 miljun persuna jeħtieġu għajnuna umanitarja; jistieden lill-partijiet kollha fil-kunflitt jiżguraw aċċess umanitarju sikur u mingħajr xkiel f’konformità mal-prinċipji umanitarji u biex jirrispettaw u jipproteġu l-persunal umanitarju; jistieden ukoll lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-għajnuna umanitarja lis-Sudan u lir-RDK, u lill-pajjiżi ġirien tagħhom, u b’mod speċjali jiffinanzjaw l-appoġġ għas-superstiti tal-vjolenza sesswali relatata mal-kunflitti, il-programmi lokali ta’ reżiljenza u protezzjoni, u l-programmi li jippromwovu d-drittijiet tan-nisa u t-tfal u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li l-għajnuna umanitarja, u għalhekk il-ġuħ, qatt ma jridu jiġu politiċizzati jew użati bħala arma, u li l-għajnuna għandha tasal għand il-popolazzjoni ċivili fil-bżonn mingħajr xkiel jew manipulazzjoni, f’konformità sħiħa mad-dritt umanitarju internazzjonali; itenni li s-siti ta’ distribuzzjoni, il-popolazzjoni ċivili, il-ħaddiema umanitarji u l-persunal mediku jeħtieġ li jiġu protetti u jeħtieġ li ma jsirux bersalji ta’ azzjoni militari; jesprimi rabja għall-qtil ta’ 508 ħaddiema umanitarji f’Gaża, kif ukoll għall-attakki ripetuti fuq l-isptarijiet u l-konvojs umanitarji; jopponi bil-qawwa kwalunkwe sistema ta’ distribuzzjoni tal-għajnuna f’Gaża li tkun inkompatibbli mal-prinċipji umanitarji; jiddeplora l-fatt li din l-iskema ta’ distribuzzjoni wasslet għall-qtil ta’ aktar minn elf Palestinjan li marru biex jieħdu l-għajnuna; jappella għal rispons u investigazzjoni internazzjonali biex jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont għall-ksur possibbli tad-dritt internazzjonali li seħħ fis-siti ġestiti mill-Fondazzjoni Umanitarja ta’ Gaża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jeżiġi li tingħata mingħajr xkiel u fuq skala kbira l-assistenza umanitarja, taħt il-koordinazzjoni tan-NU u f’konformità mal-prinċipji umanitarji; jappella għall-ftuħ tal-punti ta’ qsim tal-fruntieri rilevanti kollha, filwaqt li jfakkar li ċ-ċaħda tal-aċċess għall-għajnuna umanitarja li ssalva l-ħajjiet hija kastig kollettiv, u tikkostitwixxi delitt tal-gwerra; jissottolinja l-ħtieġa urġenti li l-korpi umanitarji internazzjonali kollha, u b’mod partikolari dawk li huma parti min-network tan-NU, f’konformità mal-Artikolu 214 tat-TFUE, ikollhom aċċess sħiħ, rapidu, sikur u mingħajr xkiel għall-Istrixxa ta’ Gaża kollha kemm hi; jisħaq fuq ir-rwol ċentrali tal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) biex tagħti l-għajnuna umanitarja lir-rifuġjati Palestinjani, u jiddeplora t-tentattivi biex din tiġi deleġittimizzata; jappella li l-mandat u l-finanzjament tal-UNRWA jerġgħu jiġu stabbiliti b’mod komplut, b’sorveljanza u obbligu ta’ rendikont qawwija, billi jiġi żgurat finanzjament fit-tul, sostenibbli, pluriennali u prevedibbli għal UNRWA riformata biex tipprovdi servizzi vitali lir-rifuġjati Palestinjani, u b’hekk jiġu prevenuti kriżijiet umanitarji ulterjuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jitlob ukoll li tinżamm u tiżdied l-assistenza umanitarja tal-UE għall-popolazzjoni ċivili affettwata mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, b’enfasi partikolari fuq il-ħtiġijiet tal-persuni spostati internament, ir-rifuġjati, l-anzjani u t-tfal, inklużi l-vittmi ta’ deportazzjoni furzata lejn il-Federazzjoni Russa u t-territorji okkupati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza, b’mod partikolari, is-sitwazzjoni fl-Afganistan, li qed jiffaċċja kriżi umanitarja severa u kumplessa, b’aktar minn 23,7 miljun ruħ fi bżonn ta’ assistenza; jinnota li s-sitwazzjoni x’aktarx se tkompli tiddeterjora minħabba t-tkeċċija ta’ rifuġjati mill-Pakistan u l-Iran u l-instabbiltà reġjonali li għaddejja; jilqa’ l-wegħda tal-UE ta’ EUR 266 miljun f’appoġġ, u jappella għal azzjonijiet lokali mmirati biex jassistu lin-nisa u l-bniet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżviluppa strateġija ta’ diplomazija umanitarja tal-UE, flimkien mal-Istati Membri, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE (EUSRs), u f’konsultazzjoni mal-atturi umanitarji, sabiex tingħata spinta lill-isforzi u jiġi żgurat approċċ aktar sistematiku u kkoordinat għad-diplomazija umanitarja, filwaqt li jsir adattament għaċ-ċirkostanzi li dejjem jinbidlu, bl-użu tal-għodod kollha disponibbli billi jiġi sfruttat il-piż politiku u ekonomiku tal-UE permezz tad-djalogu politiku, u r-relazzjonijiet kummerċjali u ta’ għajnuna, sabiex jiġi żgurat l-aċċess umanitarju, jiġu protetti l-ħaddiema umanitarji u jiġi salvagwardjat l-ispazju umanitarju fil-kunflitti armati, inkluż in-negozjar tal-waqfien tal-ostilitajiet, il-pawżi umanitarji, u l-passaġġi sikuri għall-popolazzjoni ċivili u l-provvisti ta’ sokkors f’kunflitti attivi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, is-SEAE u r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE biex jiżguraw li d-diplomazija umanitarja ta’ livell għoli tkun infurmata b’mod sistematiku mill-esperjenzi operattivi tal-atturi umanitarji, li għandhom jiġu kkonsultati fuq bażi regolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-azzjonijiet ħalli tipprevjeni l-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali u tindirizza l-lakuni fil-monitoraġġ tal-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali permezz tal-ġbir tad-data u promozzjoni aktar effettiva u bbażata fuq l-evidenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aċċess umanitarju indipendenti għall-faċilitajiet kollha relatati mal-migrazzjoni, inklużi ċ-ċentri ta’ detenzjoni, il-hotspots u ż-żoni informali tal-fruntiera, fejn in-nisa u l-persuni LGBTQI+ jiffaċċjaw riskji akbar ta’ vjolenza, sfruttament u ċaħda ta’ servizzi essenzjali, inkluża l-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva; japella għal mekkaniżmi trasparenti ta’ monitoraġġ u obbligu ta’ rendikont f’kuntesti bħal dawn;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Finanzjament tal-għajnuna umanitarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ ż-żieda suġġerita fil-finanzjament umanitarju għal EUR 25 biljun għal programm Ewropa Globali, u jappella għal żieda sinifikanti fil-livell ta’ finanzjament umanitarju fil-QFP li jmiss u għal finanzjament żgurat li jkun adegwat, prevedibbli u sostnut, filwaqt li jissottolinja li l-flessibbiltà għall-għajnuna umanitarja għandha tiġi delimitata, speċjalment fid-dawl tad-diskrepanza dejjem tikber bejn il-ħtiġijiet umanitarji u l-finanzjament, iżda wkoll biex jitrawwem l-interess tal-UE ħalli tippromwovi l-paċi u l-istabbiltà fil-livell dinji u l-kredibbiltà internazzjonali tagħha bħala attur umanitarju bi prinċipji, u bħala donatur affidabbli; jirrakkomanda bil-qawwa li l-istituzzjonijiet kollha tal-UE u l-Istati Membri jaħdmu biex irawmu l-kooperazzjoni internazzjonali sabiex jindirizzaw b’mod konġunt l-isfidi umanitarji globali, speċjalment l-insigurtà globali tal-ikel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni biex iżżomm linji baġitarji u strumenti separati għall-għajnuna umanitarja, sabiex tirrispetta l-prinċipji tan-newtralità, l-indipendenza u l-imparzjalità; jopponi l-fużjoni suġġerita tal-Istrument tal-UE għall-Għajnuna Umanitarja mal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali fil-QFP li jmiss, u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li r-riżerva ta’ għajnuna f’emerġenza jkollha l-kapaċità li tirreaġixxi meta jkun meħtieġ, kemm għall-ħtiġijiet interni kif ukoll għal dawk esterni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li ż-żieda fil-flessibbiltà fil-QFP li jmiss taħdem favur l-azzjoni umanitarja tal-UE, b’aktar trasparenza, u li din ma tkunx ta’ detriment għan-newtralità, l-impatt, il-kredibbiltà u l-prevedibbiltà tagħha; ifakkar li t-trasparenza hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-QFP li jmiss ikun protett kontra l-użu ħażin, il-frodi u l-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-valuri tal-Unjoni, u biex jiġi żgurat li l-għajnuna umanitarja u l-għajnuna għall-iżvilupp iffinanzjati mill-Unjoni jilħqu lill-popolazzjonijiet ċivili fil-bżonn; jistieden lill-Kummissjoni żżid il-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ tagħha, u tipprevedi l-għażla rigoruża tas-sħab lokali, monitoraġġ strett tal-użu tal-fondi, u kooperazzjoni msaħħa mal-Istati Membri u l-atturi internazzjonali, bl-għan li jiġi prevenut ir-riskju ta’ devjazzjoni jew abbuż; jappella għal mekkaniżmi aktar b’saħħithom ta’ sorveljanza demokratika fir-rigward tal-allokazzjoni u l-użu tal-finanzjament umanitarju tal-UE, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-operazzjonijiet umanitarji ffinanzjati mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-kredibbiltà tal-UE bħala attur umanitarju globali tiddependi miż-żamma tal-involviment impenjat, ibbażat fuq il-prinċipji, kostanti u inklużiv tagħha fir-reġjuni milquta minn kriżijiet umanitarji, inkluż fil-kuntesti fraġli u fil-kriżijiet minsija; itenni li l-għajnuna umanitarja ma tridx tkun subordinata għall-objettivi ġeopolitiċi, tal-kontroll migratorju jew tas-sigurtà, u jwissi kontra l-istrumentalizzazzjoni tal-azzjoni umanitarja biex taqdi l-għanijiet tal-politika esterna tal-UE jew tal-Istati Membri tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżviluppa approċċ aktar armonizzat għall-kriżijiet minsija u tirrapporta dwar l-impenn tagħha li talloka 15 % tal-baġit umanitarju annwali inizjali tagħha għall-kriżijiet minsija u li tipprevjeni t-trasferiment tar-riżorsi minn kriżijiet li diġà mhumiex iffinanzjati biżżejjed; jistieden lill-Kunsill jikkoordina aħjar l-attenzjoni u l-appoġġ tal-Istati Membri għal dawn il-kriżijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jenfasizza l-isfidi speċjali li jħabbtu wiċċhom magħhom it-tfal u l-persuni b’diżabbiltà u l-familji tagħhom f’termini tal-aċċess għall-għajnuna umanitarja; jissottolinja li bħalissa, frazzjoni biss tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (12 %) hija mmirata lejn it-tfal meta mqabbla mar-rappreżentanza sinifikanti tagħhom fil-popolazzjoni ta’ persuni li jirċievu għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, anke jekk l-investiment fit-tfal – u mhux biss prijoritajiet settorjali individwali – irawwem titjib dejjiemi tal-livelli ta’ għajxien tagħhom, flimkien mal-komunitajiet kollha tagħhom; jenfasizza l-importanza li tingħata prijorità lill-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal, b’mod partikolari l-edukazzjoni u l-protezzjoni tat-tfal, fil-fażijiet kollha tar-rispons umanitarju, inkluż it-tħejjija, l-għajnuna ta’ emerġenza u l-irkupru; jissottolinja li s-salvagwardja tad-drittijiet u tal-benesseri tat-tfal hija essenzjali għar-reżiljenza fit-tul u għall-iżvilupp sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament, programmazzjoni u mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni maħsuba biex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal f’kuntesti umanitarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-finanzjament pubbliku jibqa’ riżorsa primarja għall-għajnuna umanitarja, fid-dawl tar-responsabbiltà tal-istati li jiżguraw finanzjament adegwat u sostnut, filwaqt li jiġi rikonoxxut li l-finanzjament pubbliku waħdu mhux se jkun biżżejjed biex tintemm id-diskrepanza fil-finanzjament umanitarju u jissottolinja li jridu jitqiesu sorsi ġodda ta’ finanzjament, inkluż mis-settur privat; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, jespandu l-bażi tar-riżorsi billi jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ approċċi u sħubijiet innovattivi biex jikkumpensaw għad-diskrepanza fil-finanzjament umanitarju f’kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, il-banek multilaterali tal-iżvilupp, is-settur privat – dment li kwalunkwe impenn privat jikkonforma mal-prinċipji umanitarji u t-trasparenza sħiħa – u l-komunità xjentifika, biex jikkomplementaw l-assistenza umanitarja pubblika internazzjonali u jnaqqsu d-diskrepanza fil-finanzjament umanitarju globali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw mekkaniżmi ta’ finanzjament progressivi u sostenibbli għall-għajnuna umanitarja; jenfasizza l-ħtieġa ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi donaturi emerġenti bl-għan li jiżdied il-kontribut tagħhom għall-għajnuna umanitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ r-Rilanċ Umanitarju varat min-NU, u jisħaq li dan irid jintuża bħala opportunità biex jissaħħu l-prinċipji umanitarji u sistema bbażata fuq il-ħtiġijiet u ċċentrata fuq in-nies, u mhux biss xprunata minn tnaqqis fl-ispejjeż; jissottolinja li, meta mqabbel mal-kisba ta’ effiċjenza u effikaċja akbar, huwa ugwalment importanti li jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont għall-implimentazzjoni, u li setturi kritiċi, bħall-mandati ta’ protezzjoni u l-miżuri għall-ġlieda kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, jibqa’ jkollhom rwol ċentrali bħala settur li jsalva l-ħajjiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi sinifikanti tal-Kummissjoni biex tagħmel il-ktajjen tal-provvista umanitarji aktar effettivi u effiċjenti, meta jitqies li dawn jirrappreżentaw kważi 70 % tal-kostijiet umanitarji, u dan jagħmilhom qasam ta’ prijorità kritiku meta tiġi indirizzata d-diskrepanza dejjem tikber fil-finanzjament; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa u tappoġġja approċċ strateġiku għall-ktajjen tal-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jwettqu l-impenn kollettiv tagħhom li jipprovdu mill-anqas 0,7 % tal-introjtu nazzjonali gross (ING) bħala għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp, biex jilħqu l-mira tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp ta’ 0,2 % tal-ING għall-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati sal-2030, u li jiddedikaw 10 % tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tagħhom għall-azzjoni umanitarja; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-għajnuna umanitarja tindirizza b’mod adegwat il-ħtiġijiet tan-nisa u l-bniet bħala investiment strateġiku b’impatti pożittivi fit-tul għal kulħadd, filwaqt li jiddispjaċih li l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa għadhom sistematikament sottofinanzjati, u jirċievu anqas minn 1 % tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp globali<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">23 </STRING>Dokument ta’ sintesi tal-ODI “Where next for feminist foreign policy on funding feminist movements?” (X’inhuma l-passi li jmiss għal politika barranija feminista fil-qasam tal-finanzjament tal-movimenti feministi?) - https://media.odi.org/documents/ODI-ET-FundingMovements-PB-EN-May24-Final.pdf, Mejju 2024.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tnaqqis possibbli fid-daqs tad-delegazzjonijiet tal-UE, inkluż f’pajjiżi terzi fejn qed tiġi pprovduta assistenza umanitarja sinifikanti; iqis li huwa essenzjali, għall-kuntrarju, li dawn l-istrutturi jissaħħu fl-aktar pajjiżi kritiċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-iżvilupp ta’ approċċ integrat għal kuntesti fraġli</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza li d-diversità ta’ kuntesti fraġli tirrikjedi approċċi mfassla apposta u strumenti finanzjarji speċifiċi li jrawmu azzjoni miftiehma fost l-atturi umanitarji, tal-iżvilupp u tal-paċi, filwaqt li jiġi rispettat il-mandat distint tal-azzjoni umanitarja bi prinċipji, b’enfasi partikolari fuq l-involviment mal-atturi lokali u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tagħhom, kemm fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll fl-implimentazzjoni tal-programmi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżommu u jintensifikaw l-involviment fil-kuntesti fraġli u milquta mill-kunflitti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tadotta l-komunikazzjoni dwar l-għajnuna umanitarja kif previst fil-Programm ta’ Ħidma tagħha għall-2026, b’enfasi fuq approċċ ambizzjuż, iċċentrat fuq in-nies u integrat għall-fraġilità, u l-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tagħha, u tikkonsulta lill-Parlament dwar it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija; jilqa’ l-intenzjoni kkomunikata mill-Kummissjoni li tħejji strateġija integrata biex tindirizza l-fraġilità u l-kunflitt; jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata strateġija bħal din, b’finanzjament adattat kif xieraq u speċifiku għall-kuntest, li tindirizza l-isfidi interkonnessi tal-paċi, l-iżvilupp, l-azzjoni klimatika u l-ħtiġijiet umanitarji, inkluż billi jkun hemm aktar involviment mas-settur privat lokali, u b’rispett sħiħ tal-prinċipji umanitarji; fid-dawl ta’ din l-istrateġija, jistieden lill-Kummissjoni tqis id-dimensjoni tal-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-pajjiżi ma jinqabdux f’ċikli bla tmiem ta’ għajnuna umanitarja iżda pjuttost li jkunu jistgħu jimxu lejn l-iżvilupp sostenibbli, sabiex jissaħħu l-komunitajiet lokali u tiġi prevenuta d-dipendenza fuq il-provvisti esterni, permezz tal-finanzjament ta’ servizzi essenzjali bħall-edukazzjoni, is-saħħa u l-infrastruttura ewlenija, inkluż u lil hinn mill-Global Gateway, li għandha l-potenzjal li tkun tista’ tavvanza firxa ta’ SDGs interkonnessi, billi tisfrutta diversi sorsi ta’ finanzjament, inklużi l-investimenti tas-settur privat, u tirrispetta l-istandards soċjali u ambjentali li jistgħu jwasslu għal tkabbir aċċellerat, il-ħolqien ta’ impjiegi deċenti, it-tnaqqis tal-faqar u l-inugwaljanza fl-introjtu, u tiżgura żvilupp aktar reżiljenti u inklużiv li fih ħadd ma jitħalla jibqa’ lura; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu mill-istrumenti ta’ kooperazzjoni tal-UE għall-pjanijiet tal-iżvilupp lokali permezz ta’ proġetti speċifiċi u mmirati li diġà ġew ippruvati u ttestjati mill-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Ifakkar li t-tibdil fil-klima jaġixxi bħala wieħed mill-muturi ewlenin tal-kunflitt, tan-nixfa, tal-karestija u tal-migrazzjoni; jisħaq li ż-żieda fil-livell tal-baħar tista’ toħloq theddida eżistenzjali għall-Istati Gżejjer Żgħar li qed Jiżviluppaw, li huma fost l-aktar pajjiżi vulnerabbli għat-tibdil fil-klima fid-dinja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-promozzjoni ta’ risponsi umanitarji effettivi permezz</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tal-implimentazzjoni tar-rabta bejn l-aspett umanitarju, l-iżvilupp u l-paċi, il-lokalizzazzjoni tal-għajnuna u l-azzjoni antiċipatorja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jistieden lill-UE tavvanza fl-implimentazzjoni tar-rabta tat-tliet elementi biex tindirizza l-kawżi ewlenin tal-kriżijiet u tappoġġja l-bini tar-reżiljenza, b’mod partikolari f’kuntesti fraġli u milquta mill-kunflitti, billi tappoġġja lill-organizzazzjonijiet lokali, inklużi l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u dawk immexxija min-nisa, l-organizzazzjonijiet ibbażati fuq it-twemmin, li għandhom rwol ewlieni fir-rispons għall-kriżijiet umanitarji, u tiżgura l-parteċipazzjoni sħiħa, ugwali u sinifikattiva tagħhom fiċ-ċiklu tal-programm umanitarju u fl-ispazji tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq l-impenn tagħha li sal-2027 tagħti mill-anqas 25 % tal-finanzjament umanitarju tagħha lill-atturi lokali, inkluż permezz tal-użu ta’ fondi raggruppati bbażati fil-pajjiżi u mekkaniżmi oħra ta’ finanzjament li jagħtu prijorità lill-atturi lokali, kif ukoll tesplora kif tipprovdi għotjiet b’mod dirett lill-organizzazzjonijiet lokali, u tgħin biex jissaħħu l-kapaċitajiet tagħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti regolatorji, ta’ trasparenza u ta’ obbligu ta’ rendikont; jistieden lill-UE tagħti prijorità lill-finanzjament għall-organizzazzjonijiet lokali li jagħtu assistenza liż-żgħażagħ, lin-nisa, lill-persuni b’diżabbiltà, lill-popolazzjonijiet LGBTQI+ u lil gruppi vulnerabbli oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni biex fil-QFP li jmiss tagħti prijorità lill-finanzjament pluriennali għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi sabiex jiġu infurzati r-rabtiet bejn il-mekkaniżmi umanitarji u ta’ rispons għall-kriżijiet u l-programmazzjoni fit-tul tal-konsolidazzjoni tal-paċi u tal-iżvilupp; jisħaq fuq l-importanza li jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni fil-livell lokali fl-azzjonijiet kollha umanitarji, tal-iżvilupp u tal-konsolidazzjoni tal-paċi tal-UE, biex jiġu żgurati eżiti konġunti u koerenti, inkluż permezz tal-approċċ ta’ Tim Ewropa; jissottolinja l-importanza tas-sħubija bejn l-UE u n-NU biex tissaħħaħ ir-rabta bejn l-azzjoni umanitarja, l-iżvilupp u l-paċi, u li tingħata attenzjoni speċjali lill-bniet u n-nisa żgħażagħ, il-persuni b’diżabbiltà, it-tfal u l-persuni akbar fl-età f’sitwazzjonijiet vulnerabbli, u jisħaq fuq l-importanza tal-finanzjament tal-UE għas-sistema tan-NU; iqis li l-inugwaljanzi strutturali qed ikomplu jinfluwenzaw id-dinamika tal-poter tal-interventi umanitarji, l-aċċess għall-finanzjament u l-parteċipazzjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet; jappella għal approċċ aktar inklużiv, ekwu u bbażat fuq id-drittijiet għall-politika umanitarja tal-UE, bi tmexxija akbar mill-atturi lokali u storikament emarġinati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota li f’kuntesti suxxettibbli għall-kriżijiet, azzjoni antiċipatorja qabel il-kriżijiet umanitarji hija mezz effiċjenti biex jiġu prevenuti jew mitigati l-ħtiġijiet umanitarji futuri, u anke biex tiġi appoġġjata l-kapaċità tal-komunitajiet li jassorbu x-xokkijiet u jadattaw għalihom, u li jibnu r-reżiljenza tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-investimenti fil-prevenzjoni, l-azzjoni antiċipatorja u t-tħejjija għad-diżastri jiġu preservati biex jiġi mitigat l-impatt tal-kriżijiet fuq il-popolazzjonijiet u s-sistemi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinsisti fuq il-ħtieġa ta’ approċċ ibbażat fuq l-evidenza għall-azzjoni antiċipatorja, b’mod partikolari f’kuntesti fraġli u vulnerabbli għall-klima, biex tiżdied id-disponibbiltà ta’ data ta’ kwalità u analiżi tar-riskju sabiex is-sistemi ta’ twissija bikrija jittejbu u t-tbassir tar-riskju jiġi integrat fl-ippjanar umanitarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu b’mod sinifikanti l-investiment tagħhom f’azzjoni antiċipatorja integrata u mmexxija lokalment, bħal investimenti f’sistemi ta’ twissija bikrija, analiżi tar-riskju u reżiljenza tal-komunità, u żieda fis-sehem ta’ fondi għall-klima maħsuba biex isaħħu r-reżiljenza u l-adattament fl-aktar pajjiżi u reġjuni suxxettibbli għad-diżastri, u jisħaq fuq l-importanza li grupp varjat ta’ atturi, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u networks fil-livell lokali, jiġu involuti f’azzjonijiet antiċipatorji, inkluż finanzjament ibbażat fuq it-tbassir, it-tħejjija għad-diżastri u l-ġestjoni tar-riskju, speċjalment f’kuntesti fraġli u vulnerabbli għall-klima;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">25 sena mir-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU: lejn approċċ sensittiv għall-ġeneru għall-għajnuna umanitarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ l-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, li huwa għodda essenzjali biex jiġi żgurat li d-drittijiet tan-nisa u l-bniet jiġu osservati f’kull ħin; jinnota li 25 sena wara l-adozzjoni tagħha, għad hemm lakuni kbar fl-implimentazzjoni: in-nisa għadhom emarġinati fil-proċessi ta’ paċi u milquta b’mod sproporzjonat mill-kunflitti u l-kriżijiet, inkluż permezz ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru mifruxa, u dan jirrikjedi appoġġ politiku u finanzjarju akbar favur l-aġenda min-naħa tal-UE, bħala katalist u investiment għall-paċi u l-iżvilupp dejjiema u sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jkomplu jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet u l-emanċipazzjoni tan-nisa, inkluża l-implimentazzjoni tal-SDG 5, prijorità fl-azzjoni esterna kollha tal-UE; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-implimentazzjoni tal-aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jistieden lill-partijiet kollha fil-kunflitti armati jieħdu miżuri biex jippromwovu s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet tan-nisa u l-bniet, u jipproteġuhom minn kull forma ta’ vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru relatata mal-kunflitti, b’mod partikolari l-istupru, filwaqt li jirrikonoxxi li tali vjolenza spiss tintensifika matul il-kunflitti u tista’ tkun qed tintuża b’mod sistematiku bħala arma tal-gwerra; jissottolinja r-rabta profonda bejn il-kunflitti armati u l-kriżijiet umanitarji u klimatiċi, u ż-żieda fil-migrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin u r-riskju ta’ sfruttament, li jolqtu b’mod sproporzjonat lin-nisa u l-bniet; jissottolinja l-importanza tal-parteċipazzjoni attiva, sħiħa, ugwali u b’sinifikat tan-nisa fl-istadji kollha ta’ proċess ta’ paċi, inkluż fin-negozjati ta’ waqfien mill-ġlied, l-isforzi ta’ medjazzjoni, il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti armati, il-konsolidazzjoni tal-paċi u r-rikostruzzjoni ta’ wara l-kunflitt; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi biex iqisu l-ħtiġijiet u l-kontributi speċifiċi tan-nisa u l-bniet fl-istrateġiji għall-prevenzjoni tal-kunflitti, għall-medjazzjoni u għall-konsolidazzjoni tal-paċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jissottolinja li n-nisa f’kuntesti umanitarji għandhom jiġu rikonoxxuti mhux biss bħala vittmi, iżda bħala aġenti tal-bidla li jixprunaw b’mod attiv it-trasformazzjoni pożittiva u jsawru d-destin tagħhom stess; jenfasizza r-rwol kruċjali li jiżvolġu n-nisa bħala dawk li joffru l-ewwel rispons u bħala mexxejja tal-komunità u r-rwol li jiżvolġu l-organizzazzjonijiet immexxija min-nisa f’kuntesti umanitarji, fl-isforzi tal-preparatezza, tar-rispons u tal-irkupru, li jipprovdu servizzi li jsalvaw il-ħajjiet, bħal pereżempju r-rifuġju, servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, servizzi f’każ ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, assistenza fi flus kontanti, protezzjoni affidabbli bbażata fil-komunità, u li jaħdmu favur id-drittijiet u l-ħtiġijiet tan-nisa, tal-bniet u tal-popolazzjonijiet emarġinati, kif ukoll jixprunaw il-ħidma favur il-konsolidazzjoni tal-paċi u l-iżvilupp fil-komunitajiet tagħhom, filwaqt li jirċievu biss 0,3 % tal-għajnuna bilaterali fi stati fraġli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-organizzazzjonijiet lokali mmexxija min-nisa huma fost dawk li ntlaqtu l-aktar mit-tnaqqis reċenti fl-għajnuna barranija, u li nofshom huma f’riskju li jkollhom jagħlqu, u jħeġġeġ involviment aħjar magħhom fil-programmazzjoni umanitarja<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">24 </STRING>UN Women, “Humanitarian funding cuts threaten women’s rights: What’s at stake and how to help” (It-tnaqqis fil-finanzjament umanitarju jhedded id-drittijiet tan-nisa: x’inhuma r-riskji u kif tista’ tgħin), 13 ta’ Mejju 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Kummissjoni talloka finanzjament speċifiku, sostenibbli, flessibbli u pluriennali, iżżomm is-sħubiji eżistenti, tissimplifika l-aċċess għall-fondi u tespandi l-appoġġ tagħha għall-organizzazzjonijiet lokali mmexxija min-nisa f’kuntesti umanitarji, tiżgura sistema aktar effettiva, inklużiva u b’obbligu ta’ rendikont, tikseb dan billi żżid il-finanzjament tagħha għall-organizzazzjonijiet lokali mmexxija min-nisa, issaħħaħ it-traċċar u l-obbligu ta’ rendikont għall-finanzjament umanitarju għall-organizzazzjonijiet lokali u mmexxija min-nisa, tadatta l-proċessi u l-mekkaniżmi ta’ finanzjament eżistenti biex jaqdu aħjar il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tagħhom, kif ukoll iżżid il-livelli ta’ finanzjament dirett pluriennali disponibbli għalihom; jinnota b’dispjaċir li kważi nofs (47 %) l-organizzazzjonijiet immexxija min-nisa u tan-nisa mistħarrġa huma mistennija jagħlqu fi żmien sitt xhur jekk il-livelli ta’ finanzjament attwali jippersistu, filwaqt li aktar minn terz (35 %) għadhom maqbuda fl-inċertezza, ma jistgħux jippjanaw jew isostnu xogħolhom, u 18 % biss jirrapportaw li jantiċipaw li jistgħu jibqgħu operattivi għal aktar minn sena<FOOTNOTE><FIELD><STRING SUPERSCRIPT="on">25 </STRING>UN Women, At a breaking point: The impact of foreign aid cuts on women’s organizations in humanitarian crises worldwide (Fil-punt tal-kollass: l-impatt tat-tnaqqis fl-għajnuna barranija fuq l-organizzazzjonijiet tan-nisa fil-kriżijiet umanitarji fid-dinja kollha), April 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu 5 % tal-għajnuna tagħhom f’kuntesti fraġli lil organizzazzjonijiet immexxija min-nisa u lill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa permezz ta’ finanzjament flessibbli u fit-tul, inkluż billi jimpenjaw mill-anqas 5 % tal-finanzjament tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tagħhom biex jappoġġjaw lil dawk l-organizzazzjonijiet fi ħdan il-QFP li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jippromwovu approċċi reattivi għall-kwistjonijiet tal-ġeneru fl-interventi umanitarji u jżidu l-appoġġ tagħhom għall-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet umanitarji, jappoġġjaw il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet biex in-nisa jieħdu f’idejhom rwoli ta’ tmexxija f’kuntesti ta’ kriżi, u jiżguraw li l-perspettivi u l-ħtiġijiet tagħhom jingħataw prijorità fit-tfassil u fl-għoti tal-għajnuna, f’konformità mal-objettivi tar-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (2000); jistieden lill-Kummissjoni tapplika approċċ inklużiv, intersezzjonali u reattiv għall-kwistjonijiet tal-ġeneru fl-ippjanar umanitarju kollu, filwaqt li tqis il-ħtiġijiet u d-drittijiet speċifiċi tan-nisa, tal-bniet, tal-persuni b’diżabbiltà, tal-persuni LGBTQI+ u ta’ gruppi emarġinati oħra; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw il-parteċipazzjoni sinifikattiva ta’ dawn il-gruppi fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ għajnuna umanitarja; iqis li jeħtieġ li tingħata prijorità lill-persuni b’diżabbiltà fl-għajnuna umanitarja ffinanzjata mill-UE, u jiġu indirizzati b’mod partikolari l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tan-nisa u t-tfal li jgħixu b’diżabbiltà, inkluż billi jiġi pprovdut finanzjament lill-organizzazzjonijiet u n-networks lokali tan-nisa u l-bniet b’diżabbiltà, li spiss ikunu fl-aħjar pożizzjoni biex jirreaġixxu għall-ħtiġijiet, iżda jkunu dawk li jintlaqtu l-aktar mit-tnaqqis fil-finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tibqa’ tingħata prijorità meta jsiru r-riforma u r-ristrutturazzjoni tas-sistema umanitarja bħala parti mir-Rilanċ Umanitarju mmexxi min-NU, tissalvagwardja l-finanzjament u l-mekkaniżmi kritiċi, bħaż-żamma ta’ raggruppament maħsub fi ħdan is-sistema umanitarja li jinkludi azzjoni speċjalizzata dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u l-protezzjoni mill-isfruttament u l-abbuż sesswali, bħala servizzi kritiċi li jsalvaw il-ħajjiet; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni sistematika ta’ analiżi rigoruża tal-ġeneru, ġbir ta’ data diżaggregata skont il-ġeneru, ibbaġitjar sensittiv għall-kwistjonijiet tal-ġeneru u valutazzjonijiet tal-impatt fir-rigward tal-ġeneru, kif ukoll l-iżvilupp ta’ għarfien espert maħsub fil-qasam tal-ġeneri fil-Kummissjoni, tappoġġja rwoli bħal dawn f’organizzazzjonijiet sħab, u tkompli ssaħħaħ l-użu tal-għodda tal-UE li tikkunsidra l-integrazzjoni tal-ġeneru u l-età; jilqa’ l-għadd dejjem jikber u l-formalizzazzjoni ta’ persuni fokali fir-rigward tal-ġeneru (GFPs), fejn issa 99 % tad-delegazzjonijiet tal-UE u 87 % tas-servizzi tal-kwartieri ġenerali għandhom GFPs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li s-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva xierqa u f’waqthom jingħataw prijorità u jsiru disponibbli fir-risponsi umanitarji kollha, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-Pakkett ta’ Servizzi Inizjali Minimi għas-saħħa riproduttiva fl-emerġenzi u t-tranżizzjoni lejn servizzi komprensivi jekk is-sitwazzjoni tkun tippermetti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu għall-implimentazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (2000) u r-riżoluzzjonijiet sussegwenti tagħhom mill-UE u mill-Istati Membri tagħha; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-progress li sar fuq il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà u fuq il-GAP III, u jisħaq fuq l-importanza li l-Kummissjoni tippreżenta GAP IV u l-ħtieġa ta’ riżorsi adegwati għall-implimentazzjoni tiegħu; jiddispjaċih li mit-tnedija tal-GAP III, 3,8 % tal-azzjonijiet kollha immirati/reattivi għall-kwistjonijiet tal-ġeneru biss għandhom l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala objettiv prinċipali; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li 85 % tal-azzjonijiet esterni l-ġodda kollha jinkorporaw il-ġeneru bħala objettiv sinifikanti jew prinċipali u li 20 % tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp f’kull pajjiż tiġi allokata għal programmi li għandhom l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala wieħed mill-objettivi prinċipali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-influwenza dejjem tikber ta’ movimenti fundamentalisti ultrakonservattivi, kontra l-ġeneru u reliġjużi – kemm fl-UE kif ukoll barra minnha – li għandhom l-għan li jimminaw id-drittijiet fundamentali tan-nisa u l-bniet, inkluż f’kuntesti umanitarji; jisħaq li tali movimenti spiss ixerrdu d-diżinformazzjoni, jistigmatizzaw is-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, u jdgħajfu l-protezzjoni tan-nisa mill-vjolenza abbażi tal-ġeneru; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jiżguraw li l-programmi umanitarji ffinanzjati mill-UE jibqgħu bbażati b’mod sod fuq l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u jappoġġjaw b’mod attiv lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-mira tal-atturi kontra d-drittijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Iwissi kontra l-vjolenza istituzzjonali u n-negliġenza minn atturi umanitarji, inkluż programmazzjoni li ma tqisx il-ġeneri, ambjenti mhux sikuri għan-nisa u għall-persuni LGBTQI+, u nuqqas ta’ obbligu ta’ rendikont għall-abbużi; jappella għal standards vinkolanti ta’ sensittività għall-ġeneru, sistemi ta’ rappurtar komprensivi u politiki ta’ tolleranza żero fl-operazzjonijiet umanitarji kollha ffinanzjati mill-UE;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>