<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0006</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Riforma tal-Att Elettorali Ewropew – ostakli għar-ratifika u l-implimentazzjoni fl-Istati Membri</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0252/2025 - Rapporteur: Borja Giménez Larraz)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Jannar 2026 dwar ir-riforma tal-Att Elettorali Ewropew – ostakli għar-ratifika u l-implimentazzjoni fl-Istati Membri (2025/2028(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattati u b’mod partikolari l-Artikoli 9, 10, 14 u 17(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 22, 223(1) u 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’suffraġju universali dirett<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 278, 8.10.1976, p. 5., ELI: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:41976X1008(01).</FIELD></FOOTNOTE> (l-Att Elettorali Ewropew) anness mad-deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 1976<FOOTNOTE><FIELD> 76/787/KEFA, KEE, Euratom: Id-Deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-Istati Membri li jiltaqgħu fil-kunsill dwar l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tar-rappreżentanti tal-Assemblea b’suffraġju universali dirett (ĠU L 278, 8.10.1976, p. 1, ELI: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:41976D0787).</FIELD></FOOTNOTE> kif emendat,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47, ELI: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32010Q1120(01).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2015 dwar ir-riforma tal-liġi elettorali tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 366, 27.10.2017, p. 7.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-3 ta’ Mejju 2022 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett, li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill (76/787/KEFA, KEE, Euratom) u l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali anness ma’ dik id-Deċiżjoni (2020/2220(INL)) – 2022/0902(APP))<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 171.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/994 tat-13 ta’ Lulju 2018 li temenda l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta’ Settembru 1976<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 178, 16.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/994/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regola 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tfassil ta’ rapporti fuq inizjattiva proprja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A10-0252/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Artikolu 223 tat-TFUE jagħti lill-Parlament Ewropew id-dritt li jniedi r-riforma tal-proċedura elettorali tiegħu stess, bil-għan li titfassal proċedura uniformi li tapplika madwar l-UE jew proċedura li hija bbażata fuq prinċipji komuni għall-Istati Membri kollha, u li jagħti l-approvazzjoni tiegħu għaliha; billi l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri huma marbuta bil-prinċipju ta’ kooperazzjoni sinċiera reċiproka kif stabbilit fl-Artikolu 4(3) tat-TUE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi proċedura elettorali uniformi mhux biss tiżgura ugwaljanza u trasparenza akbar fil-proċess elettorali iżda trawwem ukoll il-ħolqien ta’ sfera politika u pubblika Ewropea, u b’hekk issaħħaħ il-leġittimità tal-UE u tal-istituzzjonijiet tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, f’konformità mal-Artikolu 223(1) tat-TFUE, id-dħul fis-seħħ tal-Att Elettorali Ewropew emendat huwa soġġett għall-approvazzjoni mill-Istati Membri kollha f’konformità mar-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom, b’kull Stat Membru jżomm diskrezzjoni sħiħa dwar meta jirratifikah;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-possibbiltà li tiġi żviluppata proċedura elettorali uniformi bbażata fuq suffraġju universali dirett ilha minquxa fit-Trattati mill-1957;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Att Elettorali Ewropew tal-1976 iddeskriva l-objettiv li tiġi stabbilita tali proċedura uniformi, u ta mandat espliċitu lill-Parlament biex jieħu l-passi meħtieġa għal dak l-għan; billi l-possibbiltà li jiġu stabbiliti “prinċipji komuni” minflok proċedura armonizzata ġiet introdotta biss fi stadju aktar tard bħala rispons prammatiku għad-diffikultajiet persistenti biex jinkiseb ftehim unanimu dwar proċedura elettorali unifikata; billi din il-bidla fl-approċċ wasslet għal implimentazzjoni persistenti u mhux uniformi ta’ riformi elettorali, u b’hekk imminat l-ispirtu oriġinali tat-Trattati u tal-Att Elettorali Ewropew tal-1976, u dewmet l-istabbiliment ta’ qafas elettorali Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-riforma tal-proċedura elettorali tal-Parlament Ewropew għandu jkollha l-għan li ttejjeb id-dimensjoni demokratika tal-elezzjonijiet Ewropej u l-leġittimità tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE billi tiżgura parteċipazzjoni ugwali għaċ-ċittadini kollha tal-UE, u b’hekk tallinja l-qafas elettorali mar-rwol tal-Parlament bħala koleġiżlatur elett direttament miċ-ċittadini tal-UE; billi tali riforma għandha sservi biex issaħħaħ il-kunċett taċ-ċittadinanza tal-UE, ittejjeb il-funzjonament tal-Parlament u l-governanza tal-UE, u ssaħħaħ il-prinċipji tal-ugwaljanza elettorali, l-opportunitajiet indaqs u l-inklużjoni; billi din għandha ssaħħaħ it-trasparenza, l-aċċessibbiltà u l-involviment taż-żgħażagħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi għadu ma ntlaħaqx ftehim komprensiv dwar proċedura elettorali verament uniformi, u l-qafas attwali għadu frammentat ħafna; billi l-konverġenza gradwali seħħet f’ċerti aspetti, iżda r-regoli nazzjonali attwali għadhom jipproduċu disparitajiet sinifikanti f’oqsma ewlenin madwar l-Istati Membri, u dan idgħajjef l-ugwaljanza elettorali u jdgħajjef kemm il-perċezzjoni ta’ elezzjoni Ewropea waħda u kondiviża kif ukoll il-fiduċja taċ-ċittadini fil-proċess demokratiku Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi minkejja li saru diversi riformi, l-elezzjonijiet Ewropej, fil-parti l-kbira tagħhom, għadhom irregolati minn liġijiet nazzjonali, il-kampanji elettorali għadhom fil-parti l-kbira nazzjonali, u l-partiti politiċi Ewropej ma jistgħux jonoraw suffiċjentement il-mandati kostituzzjonali tagħhom u “jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni”, kif meħtieġ mill-Artikolu 10(4) tat-TUE; billi r-riformulazzjoni tar-regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1141/oj).</FIELD></FOOTNOTE> ġabet livell ta’ ċarezza f’dak ir-rigward;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi limitu elettorali għall-allokazzjoni tas-siġġijiet huwa l-perċentwal minimu ta’ voti li partit politiku jew koalizzjoni hija meħtieġa ġġib sabiex tikseb siġġu fl-assemblea leġiżlattiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/994<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/994 tat-13 ta’ Lulju 2018 li temenda l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta’ Settembru 1976 1976 (ĠU L 178, 16.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/994/oj).</FIELD></FOOTNOTE> tistabbilixxi limitu ta’ bejn 2 % u 5 % għall-Istati Membri b’kostitwenzi ta’ aktar minn 35 siġġu; billi l-limiti elettorali jridu jilħqu bilanċ bejn il-kapaċità ta’ governanza u l-pluralità politika;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-proċess ta’ ratifika tar-riforma tal-2018 esperjenza dewmien, bi ftit Stati Membri li ma lestewx il-proċeduri ta’ ratifika meħtieġa fil-ħin qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi kull ċittadin tal-UE għandu opportunità ugwali biex jipparteċipa fil-proċess demokratiku biex jiggarantixxi proċess elettorali aktar inklużiv; billi huma biss ftit Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali u etniċi uffiċjalment rikonoxxuti bħala minoranzi fl-Istati Membri rispettivi tagħhom, f’konformità mal-oqfsa kostituzzjonali jew legali rispettivi tagħhom u l-istrumenti rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa; billi r-rapport tal-Kummissjoni ta’ Venezja u tal-Kunsill għall-Elezzjonijiet Demokratiċi tal-15 ta’ Marzu 2005 dwar ir-regoli elettorali u l-azzjoni affermattiva għall-parteċipazzjoni tal-minoranzi nazzjonali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-pajjiżi Ewropej irrakkomanda għadd ta’ miżuri biex tiġi żgurata r-rappreżentanza ġusta tal-minoranzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi r-riforma tal-proċedura elettorali abbażi tal-Artikolu 223(1) tat-TFUE trid tirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, u l-prerogattivi ta’ skrutinju u ratifika tal-parlamenti nazzjonali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Konklużjonijiet prinċipali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar li l-perkors lejn l-Ewropizzazzjoni tar-regoli elettorali nazzjonali li jikkonċernaw l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew jibbenefika minn tisħiħ ulterjuri, speċifikament fir-rigward tal-aċċessibbiltà għal gruppi żvantaġġati, skadenzi komuni għall-finalizzazzjoni tal-listi elettorali, il-prevenzjoni ta’ votazzjoni doppja u t-tisħiħ tal-viżibbiltà u r-rwol tal-partiti politiċi Ewropej fil-proċessi elettorali; ifakkar, madankollu, li ħafna dispożizzjonijiet eżistenti fl-Att Elettorali Ewropew attwali ġew implimentati fl-Istati Membri kollha, speċifikament sistema ta’ rappreżentanza proporzjonali, limitu massimu elettorali ta’ 5 % u l-projbizzjoni fuq l-MEPs li jkollhom mandat doppju fil-parlamenti nazzjonali u fil-Parlament Ewropew; iqis, madankollu, li “demos” Ewropew għadu ’l bogħod milli jitlesta u li l-isforzi ta’ politika jridu jiġu intensifikati biex l-UE ssir inqas burokratika u aktar demokratika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Itenni li l-elezzjonijiet Ewropej għadhom isiru fil-biċċa l-kbira taħt oqfsa legali u istituzzjonali nazzjonali, li ġew maħsuba f’fażi ferm differenti tal-integrazzjoni Ewropea; jenfasizza li dawn ir-regoli ma għadhomx jaqblu mar-rwol u s-setgħat leġiżlattivi msaħħa tal-Parlament Ewropew, b’mod partikolari minn mindu daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Liżbona;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/994 fiha għadd ta’ dispożizzjonijiet li l-Istati Membri huma jew obbligati jew mistiedna jimplimentaw; jirrimarka li xi Stati Membri ma implimentawx ċerti miżuri fakultattivi u li xi miżuri obbligatorji ġew implimentati b’mod differenti minn xi Stati Membri, bħal dawk li jikkonċernaw il-prevenzjoni ta’ votazzjoni doppja; jinnota li l-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/994 baqgħu fakultattivi; iqis li t-traspożizzjoni limitata ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mhux vinkolanti turi nuqqas ta’ rieda politika li tingħeleb ir-reżistenza nazzjonali u ta’ impenn lejn proċess demokratiku li jirrifletti aħjar id-dimensjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar li l-iskadenzi għall-finalizzazzjoni tal-listi elettorali qabel l-elezzjonijiet Ewropej ivarjaw ħafna bejn l-Istati Membri, u attwalment ivarjaw bejn 21 jum u 90 jum, li jpoġġi lill-kandidati u lill-votanti fl-UE kollha f’pożizzjoni mhux ugwali fir-rigward taż-żmien disponibbli biex jagħmlu l-kampanja tagħhom jew biex jirriflettu fuq l-għażla tal-vot tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrimarka li l-ħolqien ta’ sfera pubblika Ewropea u dibattitu politiku li jmur lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, b’mod partikolari fil-kuntest tal-elezzjonijiet Ewropej, huwa essenzjali għat-tisħiħ tad-demokrazija tal-UE; jissottolinja li l-partiti politiċi Ewropej huma strument ewlieni fit-trawwim ta’ tali dibattitu; iqis li l-poloz tal-vot kollha jridu jinkludu l-ismijiet tal-kandidati u l-logo tal-partit politiku Ewropew li miegħu jkun affiljat kull partit nazzjonali, u li l-kandidati għandu jkollhom viżibbiltà xierqa fuq ix-xandiriet tal-kampanji online, televiżivi u fuq ir-radju, fuq il-posters u materjal ieħor li jintuża fil-kampanji elettorali Ewropej; iqis li dawn il-miżuri huma rekwiżit minimu biex il-votanti jiġu infurmati dwar id-dimensjoni Ewropea tal-vot tagħhom u biex il-partiti politiċi Ewropej ikunu jistgħu jwettqu r-rwol tagħhom skont l-Artikolu 10(4) tat-TUE; jemmen li dawn il-miżuri jagħmlu l-elezzjonijiet Ewropej aktar trasparenti, jipprevjenu kwalunkwe distorsjoni tad-dritt tal-votanti li jiġu infurmati dwar l-eżistenza ta’ ftehimiet ta’ alleanza bejn il-partiti politiċi fl-elezzjonijiet Ewropej, u jippermettu liċ-ċittadini jitfgħu l-vot tagħhom b’mod konxju għal partit politiku li jappartjeni għall-grupp politiku preferut tagħhom fil-Parlament Ewropew; jiddeplora l-fatt li sal-lum, din għadha biss miżura fakultattiva skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/994 u li għadha ma ġiet trasposta fl-ebda leġiżlazzjoni nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa li jitkompla l-progress biex il-proċess elettorali jsir aktar inklużiv biex jiġi żgurat li kull ċittadin, irrispettivament miċ-ċirkostanzi tiegħu, ikollu opportunità ugwali biex jipparteċipa fil-proċess demokratiku; jirrimarka li r-regoli nazzjonali ta’ xi Stati Membri ma jippermettux lill-votanti b’diżabbiltà jibdlu l-post tal-votazzjoni assenjat lilhom għal ieħor li jakkomoda aħjar il-ħtiġijiet tagħhom jew jaċċessaw informazzjoni elettorali f’formati aċċessibbli; jenfasizza li kwalunkwe ostaklu għad-dritt tal-vot huwa inkompatibbli mal-obbligi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u għandu jitneħħa sabiex tiġi ggarantita l-aċċessibbiltà għal kulħadd matul il-proċess elettorali kollu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li l-votazzjoni bil-posta u l-mezzi komplementari tagħha huma ppreżentati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/994 bħala miżura fakultattiva mmirata biex tiffaċilita l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà; jissottolinja li, filwaqt li dan l-objettiv huwa essenzjali, il-votazzjoni bil-posta għandha wkoll rwol usa’ biex il-parteċipazzjoni elettorali ssir aktar flessibbli u inklużiva; jenfasizza li l-offerta ta’ votazzjoni bil-posta bħala għażla garantita fl-Istati Membri kollha tkun ta’ benefiċċju mhux biss għall-persuni b’diżabbiltà iżda wkoll għaċ-ċittadini li ma jistgħux jivvutaw personalment minħabba ċirkostanzi straordinarji; iqis li l-iżgurar ta’ aċċess usa’ għall-votazzjoni bil-posta jsaħħaħ il-parteċipazzjoni, speċjalment fost iċ-ċittadini mobbli tal-UE u l-votanti żgħażagħ, u jikkontribwixxi biex tiżdied il-parteċipazzjoni elettorali ġenerali tal-votanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Ifakkar li s-sitwazzjoni ta’ ċittadini tal-UE b’ċittadinanza doppja għadha ma ġietx solvuta, peress li għadu possibbli li ċittadin tal-UE b’ċittadinanza doppja jiġi inkluż awtomatikament fir-reġistri elettorali ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, mingħajr ebda mezz disponibbli biex jitneħħa mir-reġistru; jinnota li ċittadin tal-UE b’ċittadinanza doppja li huwa rreġistrat awtomatikament fuq aktar minn reġistru elettorali wieħed, iżda li jivvota biss fi Stat Membru wieħed, kif meħtieġ, jista’ madankollu jitqies li ma vvotax fl-Istat Membru l-ieħor u jista’ jiffaċċja penali b’riżultat ta’ dan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattiva tal-Parlament li jintroduċi arranġamenti ta’ votazzjoni bi prokura għal każijiet ta’ liv tal-maternità permezz ta’ emenda tal-Att Elettorali Ewropew, bħala soluzzjoni bilanċjata u prattika biex jiġu appoġġjati l-MEPs filwaqt li tiġi żgurata l-kontinwità tar-rappreżentanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza li d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/994 għadha ma hijiex fis-seħħ peress li l-proċess ta’ ratifika għadu għaddej fi Stat Membru wieħed li fadal; jinnota li, filwaqt li l-Ġermanja rratifikat id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/994, il-liġi elettorali Ġermaniża għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ma ġietx emendata minħabba li sakemm il-limitu ta’ 2 % ma jkunx obbligatorju skont id-dritt tal-UE, dan ma jistax jiġi introdott fil-liġi Ġermaniża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota r-rwol tal-Kummissjoni bħala l-faċilitatur fit-taħditiet istituzzjonali bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar il-proposta l-ġdida għar-riforma tal-Att Elettorali Ewropew; iqis li huwa essenzjali li jkun hemm djalogu kostruttiv mal-Kunsill biex tiġi evalwata l-proposta tal-Parlament tal-2022 u jsir progress; jissottolinja li n-nuqqas ta’ progress ma huwiex dovut għal ostakli tekniċi jew legali iżda għal nuqqas ta’ rieda politika fost l-Istati Membri biex jinvolvu ruħhom fil-proposti tal-Parlament; jinsab konvint li dan ir-rapport għandu jipprovdi impetu ġdid biex jinbdew negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta tal-2022 mingħajr dewmien u jħeġġeġ lill-presidenzi tal-Kunsill li jmiss jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni reċiproka u sinċiera;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Iqis li t-trasparenza tal-proċess elettorali u l-aċċess għal informazzjoni affidabbli huma elementi essenzjali biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni politika Ewropea u biex tiġi żgurata parteċipazzjoni elettorali li tkun għolja biżżejjed biex tikkostitwixxi mandat mill-elettorat; jenfasizza li l-kandidati għandu jkollhom l-istess opportunitajiet biex jagħmlu kampanja u li ċ-ċittadini għandhom jiġu infurmati minn kmieni sew dwar il-kandidati li joħorġu għall-elezzjonijiet Ewropej; jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza li jiġu armonizzati l-iskadenzi għall-preżentazzjoni tal-listi elettorali fl-Istati Membri kollha, kif mitlub mill-Parlament f’diversi okkażjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza li huwa essenzjali li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-votazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej u li jiġi ggarantit li dawk kollha li huma intitolati jivvotaw ikunu jistgħu jeżerċitaw dan id-dritt permezz tal-vot bil-posta jew mezzi komplementari oħra; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw aċċess ugwali għall-informazzjoni u għall-proċess elettorali għaċ-ċittadini kollha, inklużi l-persuni b’diżabbiltà, speċjalment meta l-istrutturi pubbliċi ma jkunux kompletament aċċessibbli; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jiggarantixxu d-dritt tal-vot u tal-kandidatura lill-persuni b’diżabilità billi jistabbilixxu dispożizzjonijiet li jarmonizzaw l-aċċessibbiltà tal-faċilitajiet tal-votazzjoni, tal-postijiet tal-votazzjoni, tal-proċeduri elettorali u tal-materjal elettorali għall-persuni b’diżabbiltà, u li jippermettulhom jivvutaw b’mod indipendenti u sigriet; jinnota li r-responsabbiltà għar-regolamentazzjoni tal-aċċessibbiltà tibqa’ kompletament f’idejn l-Istati Membri u jistedinhom jikkooperaw mal-organizzazzjonijiet tal-persuni b’diżabbiltà biex jivvalutaw u jindirizzaw l-ostakli legali u prattiċi li jipprevjenu l-parteċipazzjoni tagħhom fl-elezzjonijiet, kemm bħala votanti kif ukoll bħala kandidati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri kollha jimplimentaw il-miżuri fakultattivi kollha inklużi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/994 u, b’mod partikolari, itejbu l-viżibbiltà tal-alleanzi elettorali fl-elezzjonijiet Ewropej, l-affiljazzjoni tal-partiti politiċi nazzjonali mal-partiti politiċi Ewropej, l-assoċjazzjonijiet Ewropej tal-votanti u entitajiet elettorali Ewropej oħra, permezz ta’ kampanji tal-media, id-distribuzzjoni ta’ poloz tal-vot uniformi li jindikaw b’mod ċar l-alleanzi Ewropej f’kull Stat Membru, u indikazzjonijiet dwar il-materjal elettorali l-ieħor kollu; iqis li l-partiti nazzjonali u l-assoċjazzjonijiet tal-votanti għandhom jindikaw, fejn applikabbli, l-affiljazzjoni tagħhom ma’ partiti politiċi Ewropej, jew ma’ entitajiet elettorali Ewropej oħra matul il-kampanja elettorali, inkluż fuq il-polza tal-vot;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri kollha jieħdu passi konkreti biex jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-kandidatura sabiex jiżguraw aċċess ġust u ugwali għall-proċess elettorali għall-atturi politiċi kollha, f’konformità mal-prinċipju tal-kompetizzjoni ġusta u l-pluraliżmu demokratiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jissottolinja li r-ratifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/994 mill-Istati Membri kollha għadha obbligatorja biex tkun tista’ tidħol fis-seħħ; jistieden, għalhekk, lill-Istat Membru li fadal biex jibda l-proċedura ta’ ratifika;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>