<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0007</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-qtil ta’ Mehdi Kessaci - il-ħtieġa urġenti ta’ azzjoni Ewropea ambizzjuża kontra t-traffikar tad-droga</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0057/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Jannar 2026 dwar il-qtil ta’ Mehdi Kessaci: il-ħtieġa urġenti ta’ azzjoni Ewropea ambizzjuża kontra t-traffikar tad-droga (2025/3020(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tagħhom dwar l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-artikoli tagħha dwar id-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja, il-libertà tal-espressjoni, id-drittijiet tal-vittmi u l-protezzjoni tad-data personali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istrateġiji tal-Unjoni Ewropea dwar id-drogi u l-aħħar verżjoni tagħhom ippubblikata flimkien mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni Ewropea kontra t-traffikar tad-droga 2026–2030,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ħidma tal-Grupp ta’ Ħidma Orizzontali dwar id-Drogi (HDG) tal-Kunsill, imwaqqaf fl-1997 li hu responsabbli li jikkoordina l-azzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar id-drogi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti u l-analiżijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi (EUDA), b’mod partikolari r-Rapport Ewropew dwar id-Drogi 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tnedija tal-Koalizzjoni Ewropea kontra d-Droga, li tlaqqa’ flimkien aktar minn 40 pajjiż u għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali kontra t-traffikar tad-droga,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ħidma tal-Grupp Pompidou tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-politiki fil-qasam tad-drogi u l-politiki ta’ prevenzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffiku Illeċitu ta’ Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi tal-1988, kif ukoll il-ħidma tal-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali, iffirmata f’Palermo fis-sena 2000, u l-protokolli tagħha, kif ukoll il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-diversi miżuri li ħadu l-korpi Ewropej u internazzjonali għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tal-kriminalità organizzata u l-ġlieda kontrihom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/29/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-20 ta’ Novembru 1989,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Ġunju 2013 dwar il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 65, 19.2.2016, p. 16.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-involviment tal-korpi Ewropej fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, b’mod partikolari l-EUDA, il-Europol u l-Eurojust,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pakkett leġiżlattiv tal-Unjoni Ewropea tal-2024 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż b’mod partikolari r-Regolament (UE) 2024/1624<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1624, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1624/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, id-Direttiva (UE) 2024/1640<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1640, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1640/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u l-istabbiliment tal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2024/1712 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li temenda d-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1712, 24.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1712/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ħidma tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi u l-fergħa taż-żgħażagħ tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sitwazzjoni partikolarment kritika fir-reġjuni ultraperiferiċi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ktieb ippubblikat mill-attivist kontra d-droga Amine Kessaci, “Marseille, essuie tes larmes” (Marsilja, imsaħ id-dmugħ tiegħek), u d-diskorsi tiegħu li jappellaw għal rispons għat-traffikar tad-droga u qawmien minn naħa tal-pubbliku,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 136(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi Mehdi Kessaci, li kellu 20-il sena, ta’ nazzjonalità Franċiża, mhux magħruf mill-pulizija ħlief għall-applikazzjoni tiegħu biex isir uffiċjal tal-pulizija, inqatel fit-13 ta’ Novembru 2025 f’Marsilja, fid-dawl tax-xemx u fil-pubbliku, f’kuntest ta’ vjolenza relatata mat-traffikar tad-droga, li turi l-brutalità dejjem akbar tan-networks kriminali u l-konsegwenzi diretti ta’ tali vjolenza fuq il-familji u l-komunitajiet lokali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi Mehdi Kessaci kien ħu Amine Kessaci, attivist kontra t-traffikar tad-droga, awtur u figura rikonoxxuta ta’ mobilizzazzjoni taċ-ċittadini kontra l-kriminalità organizzata; billi huwa ċertament inqatel minħabba din ir-relazzjoni familjari; billi dan il-qtil jikkostitwixxi attakk dirett fuq il-libertà tal-espressjoni u huwa suspettat li huwa parti minn metodu ta’ intimidazzjoni li jfakkar fil-prattiki tan-networks organizzati tal-mafja; billi dan id-delitt wassal għal qawmien nazzjonali, li laqqa’ flimkien 10 000 persuna madwar il-pajjiż b’appoġġ għal Amine Kessaci u l-familja tiegħu, kif ukoll għad-difiża tad-demokrazija, il-libertà tal-espressjoni u l-istat tad-dritt kontra t-traffikar tad-droga;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi dan il-qtil huwa parti minn sensiela ta’ atti vjolenti relatati mad-droga f’Marsilja, li ssarrfu fil-qtil ta’ 24 persuna fl-2024 u f’49 vittma fl-2023, li affettwaw aktar u aktar minorenni u persuni innoċenti; billi din il-pjaga taffettwa ħafna bliet Ewropej u thedded il-koeżjoni soċjali, is-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini u l-istat tad-dritt; billi s-sitwazzjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi hija partikolarment kritika u kien hemm kważi 90 qtil relatat mat-traffikar tad-droga rreġistrati f’Guadeloupe u f’Martinique fl-2025 biss;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi t-traffikar tad-droga huwa waħda mill-aktar theddidiet serji għas-sigurtà interna tal-Unjoni Ewropea, li tħeġġeġ il-kriminalità organizzata, il-vjolenza u l-korruzzjoni, u billi, skont il-Europol, kważi 50 % tan-networks kriminali l-aktar perikolużi fl-Ewropa huma involuti fit-traffikar tad-droga, li aktar minn terz minnhom huma involuti esklużivament;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-vjolenza marbuta mat-traffikar tad-droga fl-Ewropa intensifikat f’dawn l-aħħar snin, u l-użu tal-armi tan-nar mill-gruppi ta’ kriminalità organizzata qed jikber dejjem aktar, u billi, bħala medja, 28 % tal-qbid ta’ armi tan-nar fl-Ewropa huwa marbut mat-traffikar tad-droga, li juri r-rabta diretta bejn it-traffikar tad-droga u t-theddid serju għas-sigurtà pubblika;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-produzzjoni, it-traffikar u l-konsum tad-droga qed jiżdiedu malajr ħafna u qed jilħqu livelli bla preċedent fl-Unjoni Ewropea; billi, skont l-EUDA, fl-2023, fl-Unjoni Ewropea nqabdu 752 tunnellata kannabis u 419-il tunnellata kokaina, u 2,7 miljun żagħżugħ ta’ bejn il-15 u l-34 sena rrapportaw li kkunsmaw dawn id-drogi matul is-sena li għaddiet; billi kważi 500 laboratorju tad-droga sintetika jiġu żarmati kull sena fl-Unjoni Ewropea, u billi l-imwiet relatati mad-droga laħqu kważi 7 500 persuna fl-2023; billi dawn l-iżviluppi jirriflettu fenomenu mifrux li jaffettwa t-territorji, il-ġenerazzjonijiet u l-gruppi soċjali kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-portijiet Ewropej huma punti ta’ dħul strateġiċi ewlenin għad-drogi illeċiti, u madwar 70 % tal-qbid doganali tad-drogi jseħħ fl-infrastruttura tal-portijiet, u billi n-networks kriminali jisfruttaw il-vulnerabbiltajiet loġistiċi u umani ta’ dawn il-pjattaformi;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-professjonisti li jaħdmu fis-setturi tas-sajd u tal-portijiet, bħas-sajjieda u l-ħaddiema tal-port, huma fil-mira tan-networks tat-traffikar tad-droga, li jisfruttaw in-natura tal-attivitajiet tagħhom biex idaħħlu d-drogi fl-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi ż-żieda enormi fil-konsum tad-droga għandha impatt dirett fuq it-traffikar tad-droga, u tiġġenera profitti kbar għat-traffikanti li qed jiksbu saħħa finanzjarja li tista’ tipperikola d-demokrazija; billi l-Kummissjoni Nazzjonali Franċiża tal-Kontijiet tal-Kampanji u l-Finanzjament Politiku wissiet dwar l-influwenza tan-networks tat-traffikar tad-droga fuq l-elezzjonijiet lokali li ġejjin;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi t-traffikar tad-droga huwa waħda mill-aktar attivitajiet tal-kriminalità organizzata li jħallu qligħ, peress li jammonta għal madwar 20 % tar-rikavat globali tal-kriminalità, u billi l-Unjoni Ewropea qed tiffaċċja żieda bla preċedent fid-disponibbiltà ta’ drogi illeċiti, inkluża l-kokaina mill-Amerka t’Isfel;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi n-networks tat-traffikar tad-droga jistgħu jfittxu li jpoġġu pressjoni jew jeżerċitaw influwenza indebita fuq ir-rappreżentanti eletti lokalment u l-votanti, speċjalment fil-livell muniċipali, u b’hekk jimminaw l-integrità tal-proċessi demokratiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi s-saħħa finanzjarja miksuba mit-traffikanti tad-droga thedded id-demokrazija, permezz tal-ħasil tal-flus, il-korruzzjoni, l-infiltrazzjoni fl-ekonomija legali u l-kapaċità li tagħti lin-networks kriminali biex jiksbu u jespandu l-firxa territorjali tagħhom, inkluż fl-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, ir-rifuġji fiskali u l-infiltrazzjoni fl-ekonomija legali mill-organizzazzjonijiet kriminali hija għalhekk mezz essenzjali b’saħħtu biex jiddgħajfu n-networks tat-traffikar tad-droga b’mod dejjiemi;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi t-Tarka Ewropea għad-Demokrazija tissottolinja li l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni huma ta’ theddida diretta għall-istat tad-dritt u għall-istituzzjonijiet demokratiċi tagħna;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-għodod diġitali u l-media soċjali qed jintużaw dejjem aktar għar-reklutaġġ, il-koordinazzjoni u t-twettiq ta’ atti vjolenti, speċjalment immirati lejn il-minorenni, u dan jitlob rispons Ewropew ikkoordinat li jirrispetta d-drittijiet fundamentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-organizzazzjonijiet kriminali u l-prattiki tagħhom qed jevolvu, b’mod partikolari permezz tad-diġitalizzazzjoni tal-istrateġiji tagħhom, u billi għalhekk hemm bżonn li jevolvu wkoll l-istrutturi investigattivi, ġudizzjarji u soċjali fir-rispons tal-Unjoni Ewropea għal din il-pjaga;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-prevalenza ta’ sustanzi psikoattivi ġodda (SPĠ) qed tiżdied fl-Ewropa, inklużi kannabinojdi sintetiċi, katinoni u opjojdi sintetiċi qawwija, li spiss jiġu prodotti jew distribwiti fl-Unjoni Ewropea u parzjalment jibqgħu barra mill-kontrolli internazzjonali u nazzjonali; billi l-qawwa u l-volumi baxxi meħtieġa tagħhom, flimkien mal-possibbiltà li jimmodifikaw bi ftit l-istrutturi kimiċi tagħhom sabiex jevitaw li jinqabdu mil-leġiżlazzjoni, qed joħolqu suq li qed jespandi malajr u li jħalli ħafna qligħ lit-traffikanti, filwaqt li joħloq riskji konsiderevoli għas-saħħa u s-sigurtà pubblika; billi sistemi robusti ta’ twissija bikrija, kapaċitajiet ta’ detezzjoni msaħħa u risponsi kkoordinati fil-livell tal-Unjoni Ewropea huma importanti biex tiġi indirizzata t-theddida li qed tevolvi tal-SPĠ;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-iżvilupp u l-istabbiliment permanenti tan-networks tat-traffikar tad-droga spiss iseħħu f’kuntesti kkaratterizzati minn inugwaljanzi soċjali u territorjali persistenti, aċċess insuffiċjenti għall-impjiegi, għas-servizzi pubbliċi u għall-opportunitajiet edukattivi, kif ukoll sentiment ta’ abbandun istituzzjonali, b’mod partikolari f’ċerti viċinati urbani żvantaġġati, u billi dawn il-vulnerabbiltajiet jikkostitwixxu bażi fertili għall-ekonomija kriminali u għall-fatturi strutturali li n-networks tat-traffikar tad-droga jisfruttaw biex jirreklutaw forza tax-xogħol vulnerabbli u ta’ spiss żagħżugħa;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni Ewropea, permezz tal-istrumenti finanzjarji tagħha, storikament ikkontribwiet għat-tnaqqis tad-disparitajiet territorjali, it-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u l-appoġġ għall-investiment strutturali f’żoni urbani f’diffikultà, u billi l-orjentazzjonijiet previsti mill-Kummissjoni Ewropea għall-qafas finanzjarju pluriennali 2028–2034, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-aġenda l-ġdida tal-Unjoni Ewropea għall-bliet, se jkollhom impatt deċiżiv fuq il-kapaċità tal-Unjoni Ewropea li tipprevjeni b’mod sostenibbli li t-traffikar illegali jrabbi l-għeruq f’dawn it-territorji;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi s-somom miksuba min-networks kriminali huma ffaċilitati mill-korruzzjoni u għandhom il-potenzjal li jsaħħuha, u billi s-saħħa finanzjarja tagħhom tippermettilhom kemm li jipprovdu servizzi lir-residenti kif ukoll li jnisslu biża’ f’għadd dejjem akbar ta’ territorji, li jirriżulta f’forma ta’ anesteżija tal-komunitajiet lokali, li qed isiru dejjem anqas reżiljenti għall-pjaga tat-traffikar tad-droga; billi l-qtil ta’ Mehdi Kessaci huwa parti minn dawn l-istrateġiji ta’ intimidazzjoni; billi t-twissijiet dwar l-influwenza tat-traffikar tad-droga fuq l-elezzjonijiet iservu ta’ tfakkira espliċita li t-traffikar tad-droga huwa theddida għad-drittijiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-familji tal-vittmi, b’mod partikolari l-ommijiet u l-qraba ta’ dawk maqtula jew reklutati minn networks kriminali, spiss ikollhom rwol ewlieni fil-prevenzjoni, is-sensibilizzazzjoni u l-appoġġ taż-żgħażagħ esposti għat-traffikar tad-droga; billi, madankollu, il-familji tal-vittmi tat-traffikar tad-droga mhumiex involuti fl-iżvilupp ta’ politiki Ewropej u nazzjonali tal-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga jew fil-Forum tas-Soċjetà Ċivili kontra d-Droga;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-istrateġiji preċedenti enfasizzaw il-ħtieġa li r-risponsi tal-infurzar tal-liġi jiġu bbilanċjati aħjar mal-politiki ta’ prevenzjoni, tnaqqis tar-riskju u ġustizzja soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi hija bbażata fuq pilastri ewlenin li jlaqqgħu is-saħħa pubblika, il-prevenzjoni, il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija, kif ukoll il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, u billi tibbenefika jekk tiġi kkomplementata minn komponent iddedikat għar-reżiljenza soċjali tat-territorji u għall-komunitajiet mobilizzati kontra t-traffikar tad-droga;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-firxa tat-traffikar tad-droga huwa fenomenu Ewropew u jirrikjedi rispons unit u sod; billi l-korpi Ewropej jeħtiġilhom juru l-kapaċità tagħhom li jimmobilizzaw sabiex ma jintilfux aktar ħajjiet;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna, bl-aktar mod qawwi possibbli, l-assassinju ta’ Mehdi Kessaci; jesprimi l-kompassjoni profonda u l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-ġenituri u l-familja tiegħu, lill-qraba tiegħu u, permezz tagħhom, lill-vittmi diretti u indiretti kollha tat-traffikar tad-droga fl-Ewropa u madwar id-dinja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifaħħar l-impenn ta’ Amine Kessaci, tal-organizzazzjoni “Conscience” u tal-attivisti kollha li, ta’ spiss b’riskju tas-sikurezza tagħhom stess, jaħdmu kontra t-traffikar tad-droga; jonora l-kuraġġ ta’ Amine Kessaci, li għadu jżomm sod kontra t-traffikanti tad-droga minkejja t-theddid kontrih; jirrikonoxxi li l-qtil ta’ Mehdi Kessaci huwa attakk dirett fuq il-libertà tal-espressjoni u tal-kreazzjoni u fuq l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li l-azzjonijiet tal-assoċjazzjonijiet fil-livell lokali jikkontribwixxu għall-protezzjoni taż-żgħażagħ, il-koeżjoni soċjali u l-vitalità demokratika, u li ta’ spiss ma jkunux rikonoxxuti, appoġġjati jew protetti tajjeb;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza li l-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata hija sfida ewlenija għall-Unjoni Ewropea kollha kemm hi, kemm f’termini ta’ sigurtà kif ukoll ta’ saħħa pubblika, ġustizzja soċjali u rispett għall-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-Istrateġija l-ġdida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha u jtenni l-appoġġ tiegħu għal approċċ ibbilanċjat ibbażat fuq it-tnaqqis tad-domanda, il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u l-prevenzjoni, inkluż online; ifakkar li l-pjanijiet preċedenti ma kinux biżżejjed biex irażżnu l-pjaga tat-traffikar tad-droga, iżda li hija r-responsabbiltà ta’ kulħadd li jilqa’ din l-isfida;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar li l-istrateġija l-ġdida dwar id-drogi tistieden lill-Istati Membri jadottaw politiki ta’ tolleranza żero dwar is-sewqan taħt l-influwenza tad-drogi, f’konformità mad-Direttiva 2006/126/KE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/126/oj).</FIELD></FOOTNOTE> dwar il-liċenzji tas-sewqan, u jagħmlu użu sħiħ mill-għodod transfruntiera disponibbli biex jinfurzaw dawn ir-regoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jappoġġja bis-sħiħ il-pilastru tas-saħħa pubblika u l-prevenzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi, inklużi l-prevenzjoni bikrija, it-tnaqqis tar-riskju, l-aċċess għall-kura, it-trattament tad-dipendenzi u r-riintegrazzjoni soċjali; ifakkar li d-drogi qed jaffettwaw dejjem aktar lis-soċjetà kollha u jpoġġuha f’pożizzjoni ta’ dipendenza, u jitlob mobilizzazzjoni mifruxa biex tiġi żgurata s-saħħa mentali tal-Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, inkluża l-evalwazzjoni ppjanata sal-2026 tad-Deċiżjoni Qafas eżistenti dwar it-traffikar tad-droga u l-modernizzazzjoni tar-regoli dwar il-kriminalità organizzata; jappoġġja miżuri ewlenin bħat-tisħiħ tal-kooperazzjoni pubblika-privata biex tittejjeb id-detezzjoni tad-drogi li jiddaħlu bil-kuntrabandu permezz tas-servizzi postali u tat-twassil tal-pakketti, kif ukoll l-iżvilupp ta’ strateġija Ewropea ġdida għall-portijiet bl-għan li jiżdiedu s-sigurtà u r-reżiljenza tal-portijiet u tal-ktajjen tal-provvista kontra t-traffikar tad-droga;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tal-forzi armati, tas-servizzi doganali u tal-maġistrati mobilizzati madwar l-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga; jirrikonoxxi l-kontribut essenzjali tagħhom għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika u jitlob tisħiħ proporzjonat u adegwat tar-riżorsi disponibbli għall-forzi tal-pulizija u l-awtoritajiet ġudizzjarji sabiex jirrispondu għat-theddida transnazzjonali li qed tevolvi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jappella għat-tisħiħ tar-riżorsi umani, materjali u teknoloġiċi allokati għall-kontrolli tal-fruntieri esterni fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-armi, tal-bnedmin u tad-drogi u għat-tisħiħ tal-operazzjonijiet transfruntiera konġunti tal-infurzar tal-liġi, b’mod partikolari f’hotspots bħal Marsilja, Le Havre, Antwerp, Rotterdam u Hamburg, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, mal-Europol, mal-Eurojust u mal-EUDA, sabiex jiġu żarmati n-networks kriminali li qed iwettqu l-isparar, il-qtil u l-atti ta’ intimidazzjoni madwar l-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali, tal-infurzar tal-liġi, ġudizzjarji u amministrattivi, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-qafas meħtieġ biex tappoġġja dawn l-isforzi, filwaqt li tissalvagwardja d-drittijiet fundamentali u l-ħajja privata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifakkar li l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata trid tindirizza l-istrutturi ekonomiċi u finanzjarji tat-traffikar tad-droga, inkluż permezz tat-tisħiħ tal-iskemi ta’ konfiska tal-assi kriminali u l-ġlieda kontra r-rifuġji fiskali; jistieden lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ u effettiv mid-Direttiva (UE) 2024/1260 il-ġdida dwar l-irkupru u l-konfiska tal-assi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1260, 2.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1260/oj</FIELD></FOOTNOTE>, u jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu l-allokazzjoni ta’ proprjetà kkonfiskata għal skopijiet soċjali, inkluż billi l-proprjetà kkonfiskata tiġi fdata lill-organizzazzjonijiet lokali li jiġġieldu kontra l-ħakma territorjali tat-traffikar tad-droga, kif inhu l-każ fl-Italja, kif ukoll lill-awtoritajiet l-aktar esposti għal vjolenza relatata mad-droga jew lis-servizzi ta’ investigazzjoni ġudizzjarja u doganali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-miżuri relatati mal-użu ta’ proprjetà kkonfiskata fl-interess pubbliku jew għal skopijiet soċjali jiġu inklużi fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-irkupru tal-assi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġu inkorporati rekwiżiti ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja u trasparenza fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea u l-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi affettwati mir-rotot tat-traffikar tad-droga; jenfasizza li l-kooperazzjoni ma’ xi wħud minn dawn l-istati hija produttiva, filwaqt li oħrajn jirrifjutaw li jikkooperaw bis-sħiħ mal-awtoritajiet Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’ l-konklużjoni b’suċċess tal-ftehimiet bejn il-Eurojust, il-Europol u l-Armenja, il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Libanu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jsir eżami bir-reqqa tal-metodi adottati mill-organizzazzjonijiet kriminali u l-iżvilupp rapidu tagħhom sabiex jiġu żviluppati l-aktar proċeduri ġudizzjarji xierqa; jitlob, b’mod partikolari, li jittieħed approċċ komuni biex tiġi indirizzata l-kriminalità organizzata, biex jiġi kkunsidrat l-istabbiliment ta’ status ta’ trasgressur kollaboratur, għall-protezzjoni tal-minorenni involuti fin-networks kriminali, u biex il-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga tkun marbuta ma’ dispożizzjonijiet dwar il-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni, l-estorsjoni, it-traffikar tal-bnedmin, il-kriminalità ambjentali u t-traffikar tal-armi; jitlob li jiġi esplorat rwol aktar b’saħħtu għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jimpenja ruħu li jimmonitorja t-traffikar tad-droga u l-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera organizzata relatata mad-droga aktar mill-qrib u bir-reqqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jitlob li jissaħħu r-riżorsi umani allokati lill-forzi tal-pulizija lokali u tal-pulizija speċjalizzati, kif ukoll lill-qrati speċjalizzati fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga, inklużi l-qrati li jiġġieldu l-ħasil tal-flus;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn il-korpi tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Istati Membri fi kwistjonijiet tal-pulizija, ġudizzjarji u amministrattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jitlob li l-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga ssir pilastru tal-strateġija portwarja tal-Unjoni Ewropea u tal-Alleanza tal-Portijiet, li tintegra kemm il-portijiet marittimi kif ukoll il-portijiet tax-xmajjar, u li jiġu stabbiliti miżuri ta’ taħriġ, prevenzjoni u protezzjoni għall-persunal tal-portijiet; jitlob li jingħataw appoġġ u assistenza lill-ħaddiema tal-port u lis-sajjieda li jiffaċċjaw pressjoni, theddid u tentattivi ta’ rikatt min-networks tat-traffikar tad-droga; jenfasizza l-importanza tal-kondiviżjoni tal-intelligence dwar il-qbid ta’ drogi, prekursuri u sustanzi kimiċi essenzjali, kif ukoll l-użu ta’ teknoloġiji ta’ sorveljanza mmirati lejn infrastruttura strateġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jitlob li l-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga ssir prijorità għall-Awtorità Doganali tal-Unjoni Ewropea u li l-aġenziji doganali jingħataw l-istess għodod bħall-persunal tal-port;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jissottolinja li l-inizjattivi Ewropej li ġejjin, bħall-Alleanza tal-Portijiet Ewropej, kif ukoll ir-riformi tal-Europol, tal-Eurojust u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, għandhom jgħinu biex isaħħu l-integrità, it-trasparenza u r-reżiljenza tal-portijiet Ewropej, inkluż billi jtejbu l-protezzjoni tal-uffiċjali u l-ħaddiema tal-ewwel linja kontra r-riskji ta’ intimidazzjoni u ta’ korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol ċentrali tal-prevenzjoni, inkluż fuq il-media soċjali u l-pjattaformi diġitali, u jappella għal implimentazzjoni effettiva tar-regoli eżistenti tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, biex jiġu evitati r-reklutaġġ online, l-inċitament għall-vjolenza u l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kriminali u biex jiġu esplorati l-ħtiġijiet biex dawn jiġu żviluppati; jistieden lill-Istati Membri jinkludu fil-politiki ta’ prevenzjoni tagħhom komunikazzjoni ċara li tippermetti lill-konsumaturi tad-droga jifhmu li qed jikkontribwixxu għall-azzjoni vjolenti ta’ networks kriminali distruttivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi integrata bis-sħiħ il-protezzjoni tal-minorenni mir-reklutaġġ minn networks kriminali fil-politiki dwar id-drogi, f’konformità mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-protezzjoni tal-minorenni online (2025/2060 (INI)), inkluż permezz ta’ kooperazzjoni ma’ pjattaformi diġitali, prevenzjoni mmirata u detezzjoni bikrija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza kruċjali, flimkien ma’ approċċ ta’ sigurtà u infurzar tal-liġi, ta’ azzjoni strutturali għall-fatturi soċjali, ekonomiċi u territorjali li jippromwovu l-istabbiliment dejjiemi ta’ dawn l-attivitajiet kriminali, b’mod partikolari f’viċinati urbani żvantaġġati; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq ir-rwol kruċjali tal-istrumenti tal-baġit tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), għall-appoġġ ta’ investimenti fit-tul fl-aċċess għall-impjiegi, it-tiġdid urban, is-servizzi pubbliċi bbażati fil-komunità, l-edukazzjoni, il-prevenzjoni u l-koeżjoni soċjali, u b’hekk jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reżiljenza ta’ dawn it-territorji kontra l-ekonomiji illeċiti u r-reżistenza tal-komunitajiet kontra l-organizzazzjonijiet kriminali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jesprimi, madankollu, tħassib serju dwar l-orjentazzjonijiet previsti mill-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2028–2034, b’mod partikolari r-riskji ta’ rinazzjonalizzazzjoni ulterjuri tal-politika ta’ koeżjoni, l-amalgamazzjoni tal-fondi ta’ koeżjoni ma’ strumenti oħra u l-konċentrazzjoni tal-finanzjament esklużivament fuq reġjuni anqas żviluppati; iwissi li dawn l-iżviluppi jistgħu jwasslu għal kompetizzjoni dannuża bejn il-prijoritajiet u t-territorji, għad-detriment tal-investimenti meħtieġa fiż-żoni urbani f’diffikultà li jinsabu f’reġjuni intermedji jew aktar żviluppati, minkejja li dawn il-viċinati ta’ spiss ikollhom vulnerabbiltajiet soċjali akuti u jkunu esposti ħafna għat-traffikar tad-droga;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza li l-adozzjoni reċenti mill-Kummissjoni tal-Aġenda Ġdida tal-Unjoni Ewropea għall-Bliet se tipproduċi riżultati konkreti biss jekk tkun integrata bis-sħiħ fil-programmi ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali futuri; jitlob, f’dan ir-rigward, li dawn il-pjanijiet jinkludu miżuri speċifiċi, identifikabbli u li jkollhom riżorsi adegwati għall-investiment pubbliku f’viċinati popolari, sabiex tiġi evitata l-marġinalizzazzjoni permanenti tagħhom u jiġi evitat li jinqabdu minn networks kriminali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat approċċ ibbażat fuq il-post, integrat u inklużiv għall-koeżjoni, li huwa indispensabbli biex l-ebda territorju ma jitħalla jibqa’ lura u għat-tisħiħ sostenibbli tas-sigurtà, il-ġustizzja soċjali u l-koeżjoni fl-Unjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Ifakkar li s-suċċess tal-istrateġija Taljana kontra l-mafja kien fil-biċċa l-kbira bbażat fuq il-mobilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili; jitlob, għalhekk, li jkun hemm integrazzjoni sħiħa tas-soċjetà ċivili, u b’mod partikolari l-assoċjazzjonijiet fil-livell lokali, fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-esperjenza u l-vuċi tal-familji tal-vittmi jitqiegħdu fil-qalba tal-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki Ewropej kontra d-droga, filwaqt li jiġi rikonoxxut ir-rwol essenzjali tagħhom fil-prevenzjoni u fl-appoġġ ta’ dawk f’riskju; jitlob, għalhekk, li dawn jiġu integrati bis-sħiħ fl-azzjonijiet futuri tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jitlob li l-korpi ta’ governanza tal-istrateġija dwar id-drogi, il-kumitati assoċjati tal-partijiet ikkonċernati u l-Istati Membri b’mod strutturat jinkludu rappreżentanti tal-vittmi u tal-familji affettwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-atturi kollha fuq il-post, inklużi l-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, l-assoċjazzjonijiet, l-edukaturi, il-ħaddiema soċjali u l-awtoritajiet lokali; jisħaq fuq l-importanza ta’ appoġġ finanzjarju adegwat tal-Unjoni Ewropea għal dawn l-inizjattivi, filwaqt li jinnota li, f’dan il-kuntest, kemm il-fondi ddedikati għall-azzjoni soċjali kif ukoll dawk fl-ambitu tal-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea għas-sigurtà interna għall-perjodu 2028–2034 (COM(2025)0542) jistgħu jiġu mobilizzati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw koordinazzjoni Ewropea tal-aħjar prattiki dwar il-protezzjoni tal-vittmi u tax-xhieda, filwaqt li jqisu s-sitwazzjoni soċjali u ekonomika ta’ spiss prekarja tal-familji kkonċernati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw ir-rilokazzjoni tal-familji affettwati mit-traffikar tad-droga u l-aċċess tagħhom għall-impjieg sabiex jiggarantixxu s-sikurezza tagħhom, u jistieden lill-Kummissjoni tinkludi din id-dimensjoni fil-pjan ta’ akkomodazzjoni tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw lil dawk li jużaw leħinhom kontra l-kriminalità organizzata, bħal Amine Kessaci u Roberto Saviano, u li jagħmlu minn dan pilastru fid-difiża tal-istat tad-dritt u l-libertà tal-espressjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u lill-istituzzjonijiet u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħra kkonċernati.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>