<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0008</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għal opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mat-Trattati tal-Ftehim ta’ Sħubija UE-Mercosur (EMPA) u tal-Ftehim Kummerċjali Interim (ITA) li ġew proposti</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0060/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Jannar 2026 għal talba għal opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibbiltà mat-Trattati tal-Ftehim ta’ Sħubija previst bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, min-naħa l-oħra, u l-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ previst bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, min-naħa l-oħra (2026/2560(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija previst bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, min-naħa l-oħra (12450/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ previst bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, min-naħa l-oħra (12419/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, min-naħa l-oħra (COM(2025)0357),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, min-naħa l-oħra (COM(2025)0339),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, min-naħa l-oħra (12443/2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tad-9 ta’ Jannar 2026 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, min-naħa l-oħra (12417/1/2025 REV 1),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Interim dwar il-Kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u s-Suq Komuni tan-Nofsinhar, ir-Repubblika Arġentina, ir-Repubblika Federattiva tal-Brażil, ir-Repubblika tal-Paragwaj u r-Repubblika Orjentali tal-Urugwaj, min-naħa l-oħra (12418/1/2025 REV 1),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 3(5), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-paragrafi 2, 4, 5, 6, 8, 10 u 11 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 11, 168, 169, 171 u 191 tat-TFUE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 35, 37 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-direttivi ta’ negozjati tal-Kunsill tal-1999 għall-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-erba’ membri fundaturi tal-Mercosur – l-Arġentina, il-Brażil, il-Paragwaj u l-Urugwaj (minn hawn ’il quddiem id-direttivi ta’ negozjati tal-1999),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim fil-prinċipju bejn l-Unjoni Ewropea u l-erba’ membri fundaturi tal-Mercosur – l-Arġentina, il-Brażil, il-Paragwaj u l-Urugwaj – kif innegozjat fl-2019 u l-kapitoli ġodda u riveduti tiegħu u l-protokolli u l-annessi tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Opinjoni 1/17 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tat-30 ta’ April 2019 dwar il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (CETA), u l-Opinjoni 2/15 tal-QĠUE tas-16 ta’ Mejju 2017 dwar il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2010/1120/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, b’mod partikolari l-paragrafi 23-29 tiegħu dwar il-ftehimiet internazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2018 dwar in-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet kummerċjali tal-UE (minn hawn ’il quddiem il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2018), b’mod partikolari l-paragrafu 3 tagħhom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 117(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fl-2019, il-Kummissjoni ppubblikat il-ftehim fil-prinċipju li jiġbor fil-qosor “ir-riżultati tan-negozjati tal-parti kummerċjali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Mercosur”; billi f’Diċembru 2024, il-Kummissjoni ħabbret li kienet iffinalizzat in-negozjati tal-ftehim UE-Mercosur; billi fit-3 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni ppreżentat il-ftehim UE-Mercosur bħala żewġ testi legali paralleli, jiġifieri l-Ftehim ta’ Sħubija UE-Mercosur (EMPA) u Ftehim Kummerċjali Interim (ITA), u ressqet il-proposti tagħha lill-Kunsill għall-iffirmar u l-konklużjoni tal-EMPA; billi l-EMPA huwa ftehim qafas imħallat, li jirrikjedi approvazzjoni unanima fil-Kunsill, l-approvazzjoni tal-Parlament u r-ratifika mis-27 Stat Membru kollha qabel ma jkun jista’ jidħol fis-seħħ bis-sħiħ; billi l-ITA jkopri biss dawk id-dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE u jirrikjedi biss maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill u l-approvazzjoni tal-Parlament biex jidħol fis-seħħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Ftehim Qafas ta’ Kooperazzjoni Interreġjonali tal-1995, li jifforma l-bażi tad-direttivi ta’ negozjati tal-1999, ġie ppreżentat, fil-preambolu tiegħu, bħala “preludju għan-negozjar ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Interreġjonali” u bħala li għandu l-għan li “jħejji l-kundizzjonijiet li jippermettu l-ħolqien ta’ assoċjazzjoni interreġjonali”;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi d-direttivi ta’ negozjati tal-1999 awtorizzaw in-negozjar ta’ ftehim ta’ assoċjazzjoni mal-pajjiżi tal-Mercosur, u b’hekk irrikjedew l-unanimità tal-Kunsill u r-ratifika mill-parlamenti nazzjonali; billi la l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ITA u lanqas il-konsegwenzi tiegħu fuq is-setgħa ta’ veto tal-Istati Membri ma setgħu jiġu antiċipati fiż-żmien meta dan il-mandat inħareġ u ntlaħaq qbil dwaru; billi l-Kunsill ikkonferma l-pożizzjoni tiegħu fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2018 u ddikjara li “huwa l-Kunsill li jiddeċiedi jekk jiftaħx in-negozjati fuq din il-bażi. Bl-istess mod huwa l-Kunsill li għandu jiddeċiedi, abbażi ta’ każ b’każ, dwar it-taqsim ta’ ftehimiet kummerċjali. Skont il-kontenut tagħhom, ftehimiet ta’ assoċjazzjoni għandhom ikunu mħallta. Dawk li qed jiġu nnegozjati attwalment, bħal pereżempju mal-Messiku, il-Mercosur u ċ-Ċilì, ser jibqgħu ftehimiet imħallta”; billi l-Ftehim Kummerċjali UE-Mercosur, miftiehem fil-prinċipju f’Lulju 2019, jirreferi wkoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Mercosur; billi devjazzjoni mid-direttivi ta’ negozjati tal-1999 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2018 tista’ titqies inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-parlamenti nazzjonali f’diversi Stati Membri diġà wrew l-oppożizzjoni tagħhom għar-ratifika tal-ftehim UE-Mercosur billi adottaw riżoluzzjonijiet f’dak ir-rigward; billi l-fatt li l-ftehim UE-Mercosur inqasam f’żewġ testi legali separati, jiġifieri l-EMPA u l-ITA, jevita d-dritt tal-parlamenti nazzjonali li jirratifikaw l-ITA; billi huwa importanti li tiġi żgurata konsultazzjoni effettiva taċ-ċittadini, tal-Parlament Ewropew, tal-parlamenti nazzjonali u reġjonali, tas-soċjetà ċivili u ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra f’kull stadju tal-proċess biex tiġi ggarantita r-responsabbiltà demokratika;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Kapitolu 21, l-Artikolu 21.4(b) u l-Kapitolu 1, l-Artikolu 1.3(k) tal-ITA jintroduċu “mekkaniżmu jew klawżola ta’ riekwilibriju” mfassla ġodda li jippermettu lil parti tfittex kumpens jekk “miżura applikata mill-parti l-oħra tannulla jew tfixkel sostanzjalment kwalunkwe benefiċċju li jakkumula taħt id-dispożizzjonijiet koperti b’mod li jaffettwa ħażin il-kummerċ bejn il-partijiet, kemm jekk miżura bħal din tmur kontra d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim kif ukoll jekk le, ħlief kif provdut espliċitament mod ieħor”; billi dan il-mekkaniżmu għandu l-għan li jikkumpensa għall-impatt ekonomiku tal-leġiżlazzjoni jew il-prattika ta’ sieħeb kummerċjali, anke meta dawn ma jiksrux id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim; billi, pereżempju, fil-Kapitolu 21 tal-ITA, l-Artikolu 21.20 u l-Artikolu 21.21 tiegħu jipprevedu li kontromiżura tiġi sospiża biss ladarba l-miżura inkwistjoni tkun ġiet “irtirata jew emendata sabiex telimina dik in-nullifikazzjoni jew indeboliment sostanzjali”; billi dan il-mekkaniżmu jista’ jintuża mill-pajjiżi tal-Mercosur biex jagħmlu pressjoni fuq l-UE biex toqgħod lura milli tippromulga jew tinforza leġiżlazzjoni u miżuri oħra relatati mal-protezzjoni tal-klima u tal-ambjent, is-sikurezza tal-ikel jew il-projbizzjonijiet fuq ċerti pestiċidi;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-interpretazzjoni tal-Gvern Brażiljan tal-kamp ta’ applikazzjoni temporali tal-klawżola ta’ riekwilibriju hija differenti mill-interpretazzjoni tal-Kummissjoni, billi l-Brażil iqis li din tmur lura sal-2019;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi din il-klawżola hija aktar estensiva minn dawk eżistenti fi ftehimiet ta’ kummerċ ħieles preċedenti konklużi mill-UE u tvarja fil-kamp ta’ applikazzjoni u fil-kontenut mill-klawżola stabbilita fil-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) u fl-Artikolu 26(1) tal-Qbil tad-WTO dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim; billi l-klawżola ta’ riekwilibriju li tinsab fil-GATT qatt ma ġiet invokata kontra leġiżlazzjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli, preżumibbilment minħabba li tali leġiżlazzjoni tkun koperta mill-klawżola ta’ eċċezzjonijiet ġenerali tal-Artikolu XX tal-GATT;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-possibbiltà li l-pajjiżi tal-Mercosur jiksbu kumpens għall-effetti kummerċjali tal-miżuri ta’ sostenibbiltà tal-UE tista’ twassal biex il-koleġiżlaturi tal-UE jżommu lura milli jadottaw tali miżuri u jagħmlu pressjoni fuq il-Kummissjoni biex tirtira, temenda jew twaqqaf l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali; billi l-mekkaniżmu jista’ jkollu impatt, b’mod partikolari, fuq leġiżlazzjoni li għandha l-għan li tħares id-drittijiet protetti mill-Karta u l-prinċipji tat-Trattati li fuqhom huwa bbażat l-ordni ġuridiku tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi hemm differenzi regolatorji sinifikanti bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Mercosur fir-rigward tal-produzzjoni tal-ikel u l-istandards sanitarji u veterinarji; billi l-ftehim UE-Mercosur inaqqas il-miżuri ta’ awditjar u kontroll għall-importazzjonijiet agrikoli mill-Mercosur; billi l-Kapitolu 6 tal-ITA, dwar miżuri sanitarji u fitosanitarji, jinkludi diversi miżuri li jdgħajfu l-mekkaniżmi ta’ kontroll eżistenti; billi f’konformità mal-Artikolu 6.12(2) tiegħu, il-miżuri sanitarji u fitosanitarji huma aċċettabbli biss jekk ikunu proviżorji u rieżaminati “f’perjodu ta’ żmien raġonevoli”; billi skont id-dritt tal-Unjoni, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni mhijiex kundizzjonali fuq tali rekwiżit;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Kapitolu 18 tal-ITA, dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, jirrestrinġi l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, b’mod partikolari għal sitwazzjonijiet ta’ “riskju ta’ degradazzjoni ambjentali serja jew għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali”; billi dawn ir-restrizzjonijiet jistgħu jirriżultaw fit-tnaqqis tal-livelli ta’ protezzjoni tas-saħħa, tal-konsumatur u tal-ambjent fl-UE; billi l-miżuri attwali tal-UE permessi skont il-prinċipju ta’ prekawzjoni tal-UE jistgħu jiġu kkontestati quddiem bord ta’ arbitraġġ u jistgħu jiġġustifikaw kumpensi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Huwa mħasseb li l-qsim tal-ftehim UE-Mercosur fl-EMPA u l-ITA jista’ jkun inkompatibbli mal-Artikolu 218(2) u (4) tat-TFUE, kif ukoll mal-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi, il-prinċipju tal-bilanċ istituzzjonali u l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali minqux fl-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 13(2) tat-TUE; huwa mħasseb li l-linji gwida għan-negozjati maħruġa mill-Kunsill jistgħu ma jiġux rispettati u li dan jista’ jaffettwa r-regoli tal-votazzjoni fil-Kunsill u jipprevjeni lill-parlamenti nazzjonali milli jkollhom leħen leġittimu dwar il-ftehim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Huwa mħasseb li l-mekkaniżmu ta’ riekwilibriju previst fil-ftehim UE-Mercosur jista’, mill-anqas, ikun inkompatibbli mal-Artikoli 11, 168, 169 u 191 tat-TFUE u l-Artikoli 35, 37 u 38 tal-Karta u jista’ jhedded il-kapaċità tal-UE li żżomm l-awtonomija tal-ordni ġuridiku tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Huwa mħasseb li l-EMPA u l-ITA jistgħu jikkompromettu l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, li jista’ jirriżulta f’inkompatibbiltà, mill-anqas, mal-Artikoli 168, 169 u 191 tat-TFUE kif ukoll mal-Artikoli 35, 37 u 38 tal-Karta; huwa mħasseb ukoll li l-prinċipju ta’ prekawzjoni jista’ jiġi affettwat b’mod negattiv mill-awtorità mogħtija lil bord ta’ arbitraġġ biex jivvaluta l-applikazzjoni mill-UE tal-prinċipju ta’ prekawzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jiddeċiedi li jitlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja, f’konformità mal-Artikolu 218(11) tat-TFUE, dwar il-kompatibbiltà mat-Trattati tal-ftehim previst u l-konklużjoni prevista tal-UE tal-EMPA u tal-ITA, u l-proċedura segwita biex tinkiseb dik il-konklużjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tieħu l-miżuri meħtieġa bil-għan li tikseb l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, għal skopijiet ta’ informazzjoni, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>