<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0012</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni – rapport annwali 2025</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0253/2025 - Rapporteur: David McAllister)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Jannar 2026 dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni – rapport annwali 2025 (2025/2164(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 14, 16, 21, 24, 36 u 41 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-25 ta’ Ġunju 2025 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà bit-titolu “Common Foreign and Security Policy Report – Our Priorities in 2025” (Rapport dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni – Il-prijoritajiet tagħna fl-2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta’ Diċembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Mejju 2025 dwar ir-ritorn tat-tfal Ukreni ttrasferiti u ddeportati bil-forza mir-Russja<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0096.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Lulju 2025 dwar il-kost uman tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-ħtieġa urġenti li tintemm l-aggressjoni Russa: is-sitwazzjoni tal-priġunieri tal-gwerra u taċ-ċivili detenuti illegalment, u l-bombardament kontinwu taċ-ċivili<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0160.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar ir-rikonoxximent tal-Federazzjoni Russa bħala stat li jisponsorizza t-terroriżmu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 18.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kummenti tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tat-22 ta’ Settembru 2025 lill-Assemblea Ġenerali fl-okkażjoni tat-80 Anniversarju tan-Nazzjonijiet Uniti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-10 ta’ Settembru 2025 mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ottubru 2025 dwar l-istrateġija politika tal-UE dwar l-Amerka Latina<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0221.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Għoti tas-Setgħa lin-Nisa fl-Azzjoni Esterna tal-UE 2021-2025 (GAP III),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tat-tielet summit bejn l-UE u l-Komunità ta’ Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew (CELAC), adottata fit-18 ta’ Lulju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tar-raba’ summit UE-CELAC tad-9 ta’ Novembru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Dritt tal-Baħar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Kunċett Strateġiku 2022 tan-NATO, adottat fid-29 ta’ Ġunju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit tan-NATO ta’ The Hague tal-25 ta’ Ġunju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottati fl-2004, aġġornati fl-2008 u speċifikati ulterjorment fl-2020 b’nota ta’ gwida dwar l-implimentazzjoni tagħhom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Jannar 2025 dwar id-diżinformazzjoni u l-falsifikazzjoni tal-istorja min-naħa tar-Russja biex tiġġustifika l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/2147, 23.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2147/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti tas-26 ta’ Ġunju 1945,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali tas-17 ta’ Lulju 1998,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u tad-difiża<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 298, 30.11.2002, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, adottati f’konformità mal-Artikolu 150 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Sauli Niinistö tat-30 ta’ Ottubru 2024 bit-titolu “Safer Together – Strengthening Europe’s Civilian and Military Preparedness and Readiness” (Aktar Sikuri Flimkien – It-Tisħiħ tal-Preparatezza u tal-Prontezza Ċivili u Militari tal-Ewropa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar l-implikazzjonijiet għas-sigurtà u d-difiża tal-influwenza taċ-Ċina fuq l-infrastruttura kritika fl-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/5719, 17.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5719/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ottubru 2024 dwar l-interpretazzjoni ħażina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tar-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU u l-provokazzjonijiet militari kontinwi tagħha madwar it-Tajwan<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/487, 29.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/487/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Settembru 2025 dwar l abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0170.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ Frar 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni – rapport annwali 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6739, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6739/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit tal-Mexxeja tal-UE u tar-Renju Unit tad-19 ta’ Mejju 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta wara l-ewwel summit bejn l-UE u l-Asja Ċentrali tal-4 ta’ April 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Kiruna tal-15 ta’ Mejju 2013,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġja għas-Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti, ippubblikata f’Diċembru2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/2600 tat-12 ta’ Diċembru 2025 dwar miżuri ta’ emerġenza li jindirizzaw id-diffikultajiet ekonomiċi serji kkawżati mill-azzjonijiet tar-Russja fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD>   ĠU L, 2025/2600, 13.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/2600/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Novembru 2025 dwar il-pożizzjoni tal-UE dwar il-pjan propost u l-impenn tal-UE favur paċi ġusta u dejjiema għall-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0312.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2025 dwar Gaża fil-punt ta’ kollass: azzjoni tal-UE biex tiġi miġġielda l-karestija, il-ħtieġa urġenti li l-ostaġġi jinħelsu u l-progress lejn soluzzjoni ta’ żewġ Stati<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0199.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2803 (2025) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li tilqa’ l-pjan komprensiv biex jintemm il-kunflitt ta’ Gaża,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0253/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) tal-UE għandha tippreżerva l-paċi, issaħħaħ is-sigurtà internazzjonali u tippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali, u b’hekk taqdi l-interessi strateġiċi tal-Ewropa kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-TUE billi tissalvagwardja s-sigurtà tal-Unjoni u l-interessi tal-Istati Membri kollha, inkluż permezz ta’ deterrenza kredibbli; billi dawn l-objettivi jridu jiġu segwiti filwaqt li jitrawmu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa u tal-minoranzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi matul is-sena li għaddiet, gwerer u kunflitti armati, inklużi konfrontazzjonijiet diretti u tensjonijiet li qed jiżdiedu kif ukoll attakki ibridi, affettwaw kważi kull kontinent; billi l-konfrontazzjoni ġeopolitika u ekonomika li qed tintensifika tikkostitwixxi fattur li jwassal għall-eskalazzjoni mill-ġdid ta’ kunflitti ffriżati u għat-tfaqqigħ ta’ oħrajn ġodda; billi l-organizzazzjonijiet internazzjonali stabbiliti biex jipprevjenu li jinqalgħu tensjonijiet bħal dawn iltaqgħu ma’ sfidi fl-isforzi tagħhom biex jissodisfaw il-mandati tagħhom, u b’hekk ir-riforma tagħhom saret urġenti u indispensabbli u tirrikjedi involviment kollettiv akbar fost id-demokraziji fit-tisħiħ tad-difiża;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi hemm ħtieġa urġenti li jkompli jiġi difiż u msaħħaħ l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u l-istituzzjonijiet tiegħu, in-normi, il-valuri u l-prinċipji universali tal-Karta tan-NU bħad-drittijiet tal-bniedem u l-ġustizzja internazzjonali, il-multilateraliżmu, u l-Att Finali ta’ Helsinki, b’mod partikolari fir-rigward tal-invjolabbiltà tal-fruntieri internazzjonali u l-projbizzjoni tal-użu ta’ forza; billi l-UE hija, min-natura tagħha, promotur tal-interdipendenza multilaterali ta’ atturi istituzzjonali differenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi ċerti potenzi storiċi u potenzi emerġenti oħra juru mġiba kumplessa, li tvarja mill-kooperazzjoni stretta għall-konfront u koerċizzjoni settorjali; billi r-Russja, li qed twettaq gwerra ta’ aggressjoni illegali u mhux provokata kontra l-Ukrajna, għandha r-rwol ewlieni fid-dgħajfien tal-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli; billi r-Russja qed ittawwal deliberatament il-gwerra illegali ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna bil-għan li teqred lill-Ukrajna u tiddestabbilizza l-UE u n-NATO; billi l-protezzjoni tan-naħa tal-Lvant kollha tal-UE hija essenzjali għall-istabbiltà, is-sigurtà u r-reżiljenza tal-UE kollha kemm hi; billi l-klima ġeopolitika attwalment frammentata ġġiegħel lill-UE tadatta u tiddefendi aħjar l-interessi tagħha u dawk tal-Istati Membri tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-UE timpenja ruħha mas-sħab trans-Atlantiċi u ma’ pajjiżi tal-istess fehma biex issaħħaħ is-sigurtà ekonomika tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Ftehim ta’ Dayton u ta’ Pariġi ġab fi tmiemha l-gwerra devastanti fil-Bożnija-Ħerzegovina 30 sena ilu; billi l-implimentazzjoni sħiħa tal-prinċipji tiegħu hija kruċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-UE u r-Renju Unit, fid-Dikjarazzjoni Konġunta tagħhom tad-19 ta’ Mejju 2025, jassumu impenn kondiviż għall-istabbiltà tal-Balkani tal-Punent; billi l-UE u r-Renju Unit għandhom jiddefinixxu oqsma konkreti ta’ kooperazzjoni fir-reġjun, b’mod partikolari biex jiżguraw ir-rispett għall-prinċipju tal-kondiviżjoni tal-poter tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton-Pariġi;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi ċerti atturi internazzjonali, b’mod partikolari l-istati awtoritarji, qed jipperikolaw is-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea billi jużaw sett vast ta’ tattiċi ibridi, b’mod partikolari s-sabotaġġ tal-infrastruttura kritika u l-interferenza fil-funzjonament demokratiku tas-soċjetajiet tagħna kif ukoll theddid sħiħ għas-sigurtà bħall-inkursjonijiet bid-droni u l-attakki fuq in-networks ferrovjarji; billi l-indirizzar ta’ theddid bħal dan jifforma parti mill-PESK tal-UE, u jeħtieġ sistema kredibbli u diretta ta’ intelligence għall-informazzjoni dwar theddid estern li tikkontribwixxi għall-kapaċità tal-UE li tirrispondi malajr u b’mod effettiv, kif ukoll li tissalvagwardja l-interessi tagħha barra mill-fruntieri tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi t-tkabbir jirrappreżenta investiment ġeostrateġiku fil-paċi fit-tul, id-demokrazija, l-istabbiltà, is-sigurtà, il-protezzjoni tal-klima u l-prosperità madwar il-kontinent, b’mod partikolari fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna; billi t-tħejjija għat-tkabbir tirrikjedi riformi interni fl-UE u billi l-UE għandha tmexxi l-proċess ta’ tkabbir b’mod parallel mar-riformi istituzzjonali u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet meħtieġa biex tissalvagwardja l-kapaċità ta’ integrazzjoni tagħha; billi politika tat-tkabbir kredibbli ssaħħaħ l-influwenza ġeopolitika u r-reżiljenza tal-UE; billi l-konformità mal-prinċipji fundamentali tal-Unjoni u r-rispett għad-dritt internazzjonali huma prerekwiżit għall-adeżjoni mal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-UE tkompli tippromwovi d-diplomazija Ewropea awtonoma tagħha stess fl-oqsma kollha, inklużi d-diplomazija pubblika, kulturali, ekonomika, klimatika, artifiċjali, diġitali u ċibernetika; billi l-kisba ta’ servizz diplomatiku tal-UE msawwar minn kultura diplomatika komuni mrawma minn perspettiva fil-biċċa l-kbira tal-UE hija pass essenzjali f’dan ir-rigward; billi l-Akkademja Diplomatika Ewropea tikkontribwixxi għal dan l-objettiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-UE tagħti prijorità lis-sħubijiet ma’ demokraziji tal-istess fehma; billi l-konklużjoni ta’ sħubijiet globali ġodda hija bbażata fuq diliġenza dovuta politika sabiex jiġu evitati dipendenzi li jesponu lill-UE għall-koerċizzjoni u jiġi ggarantit li l-kooperazzjoni ma ddgħajjifx id-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli jew is-solidarjetà tal-UE; billi l-kooperazzjoni settorjali ma tistax tiġi segwita għad-detriment tal-valuri fundamentali tal-UE; billi d-diviżjonijiet fl-UE jew l-alleanza trans-Atlantika, kif ukoll mas-sħab strateġiċi tagħna, jagħmluna lkoll aktar dgħajfa, u huma ta’ benefiċċju għall-avversarji, ir-rivali u l-kompetituri tagħna;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi, meta mqabbla mal-verżjoni tal-2021, l-Istrateġija ta’ Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti (NSS) tal-4 ta’ Diċembru 2025 tirrifletti bidla radikali fl-enfasi, minħabba li din ma tagħmilx valutazzjoni sostantiva tal-isfidi maħluqa minn atturi bħar-Russja u ċ-Ċina, u tinkludi referenzi kritiċi għal allegati nuqqasijiet fid-demokrazija f’ċerti Stati Membri tal-UE; billi l-NSS tinkwadra l-iżviluppi globali fil-biċċa l-kbira f’termini ta’ interessi ekonomiċi u strateġiċi, u tiżvela approċċ aktar tranżazzjonali fil-konfront tal-alleati tradizzjonali u b’hekk tqiegħed f’diskussjoni l-prinċipji li ilhom għexieren ta’ snin jirfdu l-politika barranija tal-Istati Uniti; billi l-kelliem tal-Kremlin laqa’ pubblikament l-NSS u din l-affari qanqlet tħassib f’diversi bliet kapitali tal-UE, qajmet mistoqsijiet dwar l-impatt tagħha fuq l-għaqda trans-Atlantika u l-kredibbiltà tad-deterrenza kollettiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Pajjiżi u t-Territorji Ekstra-Ewropej (PTEE) assoċjati mal-UE jikkondividu rabtiet kostituzzjonali, storiċi u kulturali mill-qrib mal-Istati Membri; billi dawn jipprovdu lill-UE preżenza globali unika u vantaġġi ġeostrateġiċi, b’mod partikolari fl-Oċean Atlantiku, fl-Oċean Indjan u fl-Oċean Paċifiku, kif ukoll fl-Artiku u fl-Antartika; billi l-PESK għandha ssaħħaħ il-kooperazzjoni strutturata mal-PTEE f’oqsma bħas-sigurtà, ir-rotot kummerċjali strateġiċi, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, is-sigurtà marittima u l-materja prima kritika, u b’hekk tiżgura li l-PTEE jkunu integrati aktar mill-qrib fil-prijoritajiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-ispazju għas-soċjetà ċivili qed jiċkien madwar id-dinja u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili huma dejjem aktar f’riskju ta’ attakki u theddid minn atturi statali u mhux statali;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi soċjetajiet ċivili vibranti madwar id-dinja għandhom rwol essenzjali fl-avvanz tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-pluraliżmu, kif ukoll fil-promozzjoni ta’ governanza tajba u progress soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-Parlament reċentement esprima l-pożizzjoni inekwivoka tiegħu dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem f’Kuba u dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela; billi kkundanna ripetutament ir-reġim ta’ Daniel Ortega u Rosario Murillo fin-Nikaragwa;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi fl-10 ta’ Jannar 2025, Nicolás Maduro talab mandat ġdid u żamm il-ħakma tiegħu fuq il-poter b’mod illegali minkejja frodi elettorali mifruxa; billi rrikonoxxa lil Edmundo González Urrutia bħala l-President leġittimu u elett demokratikament tal-Venezwela u lil María Corina Machado bħala l-mexxejja tal-oppożizzjoni demokratika billi tathom il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2024; billi María Corina Machado kompliet tiġi onorata bħala r-rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi għall-2025; billi l-iżviluppi politiċi reċenti, inkluża t-tneħħija ta’ Nicolás Maduro mill-poter u l-bidu tal-ħelsien tal-priġunieri politiċi, jindikaw mument kritiku fit-tranżizzjoni demokratika tal-Venezwela; billi fl-istess ħin, is-sitwazzjoni għadha instabbli, u l-istrutturi ewlenin tal-poter tar-reġim preċedenti għadhom fis-seħħ u għad fadal sfidi sostanzjali għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-prinċipji tan-NU qed jiġu kkontestati sa ċertu punt li qatt ma rajna qabel; billi l-Parlament ripetutament stieden lill-komunità internazzjonali tiddefendi u ssaħħaħ in-NU;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-ordni dinji multilaterali ma adattax b’mod adegwat għar-realtajiet ġeopolitiċi attwali; billi l-Inizjattiva UN80 imnedija mis-Segretarju Ġenerali tan-NU hija parti indispensabbli mir-riforma tan-NU u timplika t-tmiem tas-sistema tal-veto fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; billi s-sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra tan-NU tqajjem tħassib serju; billi n-NU qed jiffaċċjaw tnaqqis fil-baġit ta’ USD 500 miljun u t-telf ta’ 20 % tal-persunal tagħhom; billi n-NU qed jiffaċċjaw aktar tnaqqis sinifikanti fl-aġenziji taż-żamma tal-paċi, umanitarji u tas-saħħa tagħha wara l-irtirar tal-appoġġ finanzjarju tal-Istati Uniti; billi l-proċess ta’ riforma tan-NU jeħtieġ biżżejjed riżorsi finanzjarji u appoġġ politiku biex jiġi sostnut il-multilateraliżmu bħala l-bażi għall-governanza globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-kriminalità organizzata, b’mod partikolari t-traffikar tad-droga, toħloq theddida serja għas-sigurtà tal-UE; billi mill-2020, l-UE saret l-akbar suq fid-dinja għall-konsum tal-kokaina; billi din il-kokaina ġejja l-aktar mill-Amerka Latina u tidħol fl-UE prinċipalment mill-portijiet Atlantiċi tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi r-reġimi awtoritarji, in-networks kriminali u l-gruppi terroristiċi jipperikolaw is-saħħa u s-sikurezza tal-Ewropej permezz tat-traffikar illeċitu tad-droga u tal-bnedmin, li jikkontribwixxi għall-instabbiltà reġjonali u, f’ċerti każijiet, huwa ekwivalenti għall-użu tal-migrazzjoni bħala arma;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna dgħajfet serjament is-sigurtà Ewropea u globali, u kkawżat inċertezza ekonomika, insigurtà tal-ikel u prezzijiet għoljin tal-enerġija filwaqt li ddestabbilizzat il-Viċinat tal-Lvant tal-UE; billi din l-aggressjoni hija parti minn strateġija usa’ li ssegwi aġenda imperjalistika u espansjonista, li bdiet bil-gwerra fil-Georgia fl-2008; billi l-Memorandum ta’ Budapest tal-1994 dwar l-Assigurazzjonijiet tas-Sigurtà, li skontu l-Ukrajna neħħiet l-armi nukleari kollha mit-territorju tagħha bi skambju għal assigurazzjonijiet tas-sigurtà, inkluż mir-Russja, ma waqqafx il-gwerra ta’ aggressjoni Russa;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi r-Russja qed tkompli tissakkeġġa l-wirt nazzjonali Ukren; billi l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kkawżat ħsara severa u dejjiema lill-ambjent fl-Ukrajna; billi l-Federazzjoni Russa qed twettaq attakki intensi u intenzjonati kontra l-infrastruttura tal-enerġija tal-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) ħarġet mandati ta’ arrest għal Vladimir Putin u Maria Lvova-Belova, il-Kummissarju Russu għad-Drittijiet tat-Tfal, għad-delitt tal-gwerra tad-deportazzjoni u t-trasferiment illegali ta’ tfal Ukreni;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi s-sentenza tad-9 ta’ Lulju 2025 tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-kawża <STRING ITALIC="on">L-Ukrajna u n-Netherlands</STRING> vs. <STRING ITALIC="on">Ir-Russja</STRING> timmarka pass sinifikanti ’l quddiem biex ir-Russja tinżamm responsabbli għall-gwerra tagħha ta’ aggressjoni u għall-atroċitajiet li wettqet fl-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-militarizzazzjoni aċċelerata taċ-Ċina kif ukoll is-sħubijiet strateġiċi tagħha mar-Russja, il-Korea ta’ Fuq u l-Iran, jistgħu jipperikolaw l-istabbiltà mhux biss tal-pajjiżi tar-reġjun Indo-Paċifiku, iżda wkoll tal-komunità internazzjonali kollha; billi f’dawn l-aħħar snin u bi ksur ċar tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, il-Korea ta’ Fuq ripetutament sparat missili ballistiċi bi frekwenza bla preċedent, filwaqt li saħħet il-kapaċitajiet nukleari tagħha kemm bħala kwalità kif ukoll bħala kwantità; billi l-pressjoni militari, politika u ekonomika assertiva ta’ dawn is-setgħat awtoritarji u dittatorjali, flimkien mal-attakki kontinwi u multidimensjonali tagħhom fuq l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli, jikkostitwixxu wħud mill-aktar theddidiet serji għas-sigurtà għall-Istati Membri tal-UE fl-istorja tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi fis-summit tan-NATO tal-2024 f’Washington DC, iċ-Ċina ssemmiet bħala faċilitatur deċiżiv tal-aggressjoni tar-Russja; billi ċ-Ċina qatt ma kkundannat formalment l-aggressjoni illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-invażjoni tagħha; billi r-Russja ddefiniet ir-relazzjonijiet strateġiċi tagħha maċ-Ċina bħala li jinsabu f’livell tajjeb bla preċedent; billi r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina hija s-sostenitur ewlieni tar-Russja fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha, billi tipprovdi l-biċċa l-kbira tal-oġġetti b’użu doppju li jservu bħala inputs għas-settur tad-difiża tar-Russja, kif ukoll appoġġ diplomatiku, politiku u ekonomiku, u b’hekk ittawwal u tippermetti l-gwerra; billi r-Russja tfittex li ddgħajjef l-istabbiltà reġjonali u l-aspirazzjonijiet Ewropej permezz ta’ azzjonijiet koerċittivi u militari, filwaqt li ċ-Ċina tuża dejjem aktar influwenza ekonomika u sħubijiet strateġiċi biex tinfluwenza l-iżviluppi fil-viċinati tal-UE flimkien ma’ atturi oħra li jikkontribwixxu għal tali destabbilizzazzjoni; billi permezz ta’ taħlita ta’ investiment dirett mill-Istat, akkwist ta’ infrastruttura strateġika, trasferiment tat-teknoloġija, u operazzjonijiet ta’ influwenza, iċ-Ċina tfittex li tespandi l-impronta tagħha fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-Ażerbajġan kompliet tmur għall-agħar matul is-sena li għaddiet; billi l-ordnijiet kollha maħruġa mill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja rigward in-Nagorno-Karabakh għandhom jiġu implimentati, inkluża l-ordni tas-17 ta’ Novembru 2023 li tindika miżuri proviżorji rigward ir-ritorn sikur, mingħajr xkiel u rapidu ta’ persuni li ħarbu mir-reġjun;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-azzjoni esterna tal-UE hija marbuta b’mod irrevokabbli mal-valuri u l-prinċipji minquxa fl-Artikoli 2, 3(5) u 21 tat-TUE, inklużi s-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tal-Istati Membri kollha, f’konformità mal-Karta tan-NU; billi dawn il-prinċipji japplikaw bl-istess mod għal Ċipru; billi l-politika barranija tat-Turkija għadha tmur kontra dik tal-UE; billi l-impenn kostruttiv tat-Turkija nnifisha huwa kruċjali biex it-taħditiet dwar is-soluzzjoni għal Ċipru jerġgħu jibdew u jsir progress fil-qafas tan-NU;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi l-okkupazzjoni militari tat-Turkija tat-territorju tal-UE f’Ċipru għadha għaddejja, kif ukoll it-theddida tal-forza kontra Stat Membru;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-vjolazzjonijiet mit-Turkija tal-ispazju tal-ajru Grieg u l-ksur tar-regolamenti tat-traffiku tal-ajru fir-Reġjun ta’ Informazzjoni dwar it-Titjir ta’ Ateni qed jiżdiedu; billi l-vjolazzjonijiet tal-ibħra territorjali Griegi qed jiżdiedu wkoll, filwaqt li qed jitwettqu attivitajiet sistematiċi ta’ sajd illegali minn bastimenti Torok fl-ibħra territorjali Griegi; billi t-tilwim dwar l-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ, kif ukoll dwar ir-responsabbiltajiet relatati man-NAVTEX, għadu jippersisti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-unika soluzzjoni vijabbli għall-kwistjoni Kurda fit-Turkija hija soluzzjoni ġusta, komprensiva u sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi l-Eġittu huwa pilastru rilevanti għall-istabbiltà fil-Lvant tal-Mediterran, u dan ġie enfasizzat mid-deċiżjoni tal-UE li tagħti EUR 4 biljun f’assistenza makrofinanzjarja lill-Eġittu għall-perjodu 2024-2027;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi fl-2024, l-UE u r-Repubblika Kirgiża ffirmaw Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni; billi d-drittijiet tal-bniedem jikkostitwixxu komponent essenzjali tal-ftehim; billi s-sitwazzjoni inkwetanti tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż tindika rigress serju f’dan ir-rigward, li żdied fil-kuntest tal-elezzjonijiet bikrin, kif muri, fost l-oħrajn, mid-detenzjoni reċenti ta’ Temirlan Sultanbekov u l-proposta li tiġi introdotta mill-ġdid il-piena tal-mewt fil-pajjiż; billi l-Gvern tal-Kirgistan jeħtieġlu jieħu passi konkreti biex jindirizza t-tħassib urġenti deskritt mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Settembru 2025; billi f’dawn l-aħħar snin, l-awtoritajiet fil-ħames pajjiżi kollha tal-Asja Ċentrali rażżnu d-dissens fi gradi differenti u ssikkaw il-kontrolli fuq il-libertà tal-espressjoni, bl-intimidazzjoni, il-fastidju u l-prosekuzzjoni ta’ attivisti kritiċi, ġurnalisti u membri tal-komunità LGBTIQ+ imorru għall-agħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi l-ewwel summit li qatt sar bejn l-UE u l-Asja Ċentrali mit-3 sal-4 ta’ April 2025 kien sinifikanti peress li mmarka punt ta’ bidla strateġika fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ reġjuni u l-bidu ta’ djalogu strutturat li jirrikonoxxi bis-sħiħ ir-rwol ewlieni tar-reġjun tal-Asja Ċentrali bħala salib it-toroq bejn l-Ewropa u l-Asja;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi fir-relazzjonijiet tagħha mal-Indja, l-UE għandha tirrikonoxxi l-impenn strateġiku kontinwu tal-pajjiż mar-Russja, inkluża l-parteċipazzjoni deplorevoli tiegħu fl-eżerċizzji militari konġunti ta’ Zapad-2025 mar-Russja u l-Belarussja, filwaqt li tqis l-isfidi ġeopolitiċi b’mod li jsaħħaħ l-interessi kondiviżi tal-UE mal-Indja, isaħħaħ is-sigurtà u jirrispetta d-dritt internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AK.</NO.P>billi laqa’ l-isforzi li saru minn ċerti Stati Għarab u Iżrael biex jinnormalizzaw ir-relazzjonijiet diplomatiċi skont il-Ftehimiet ta’ Abraham; billi jappoġġja l-inizjattivi li għandhom l-għan li jibnu l-appoġġ reġjonali u internazzjonali wiesa’ għal futur aħjar fir-relazzjonijiet Għarab u Iżraeljani;
</CONS><CONS>
<NO.P>AL.</NO.P>billi l-UE għandha opportunità storika biex tapprofondixxi l-alleanza tagħha mal-Amerka Latina; billi l-pilastru politiku u ta’ kooperazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Mercosur jirrikjedi l-approvazzjoni tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri; billi l-pilastru tal-kummerċ jirrikjedi l-approvazzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill biss; billi din l-approvazzjoni timmarka stadju ġeopolitiku importanti li jsaħħaħ il-preżenza globali tal-UE u l-ordni multilaterali bbażata fuq ir-regoli; billi l-ftehim se jistabbilixxi qafas istituzzjonali biex titrawwem il-kooperazzjoni f’oqsma bħad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli, l-ekonomija diġitali u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; billi l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-ftehim għandhom itejbu r-rabtiet interreġjonali, jimmaturaw id-dividendi ġeopolitiċi u javvanzaw l-interessi strateġiċi tal-UE; billi l-iffirmar u r-ratifika rapidi tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-UE u l-Mercosur u l-Ftehim Globali bejn l-UE u l-Messiku jirfdu l-impenn approfondit tal-UE fl-Amerka Latina u r-rabtiet politiċi msaħħa magħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>AM.</NO.P>billi l-politika tal-UE dwar l-Artiku għandha tħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, tappoġġja lill-popli indiġeni fil-preżervazzjoni tal-lingwa u l-kultura tagħhom, tiżgura l-protezzjoni tal-ekosistema tal-Artiku fid-dawl tal-kriżi klimatika u tippromwovi r-reżiljenza fid-dawl tal-isfidi ġeopolitiċi ppreżentati minn pajjiżi mhux tal-UE; billi din il-politika għandha tqis it-tħassib ġustifikat dwar iż-żieda fil-kooperazzjoni bejn iċ-Ċina u r-Russja fir-reġjun tal-Artiku; billi din il-politika jeħtieġ li tintegra bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tad-Dikjarazzjoni ta’ Kiruna, tappoġġja żieda fil-finanzjament għall-enerġija rinnovabbli u l-ġestjoni sostenibbli tal-iskart fil-komunitajiet tal-Artiku, u tibni l-kapaċità biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali, ekonomiċi u soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AN.</NO.P>billi l-vjolazzjonijiet ripetuti tas-sovranità u tal-integrità territorjali tal-Istati ġirien min-naħa tar-Russja, flimkien mal-ostruzzjoni għan-navigazzjoni fil-Baħar ta’ Azov, fil-Baħar l-Iswed u fil-Baħar Baltiku, iqajmu dubji serji dwar il-prospettivi biex tinżamm koeżistenza paċifika fl-Artiku; billi r-Russja qed issaħħaħ b’mod sinifikanti l-infrastruttura tal-Artiku u l-flotta tat-tkissir tas-silġ, filwaqt li tavvanza l-ambizzjonijiet strateġiċi tagħha fir-reġjun; billi l-Federazzjoni Russa qed issegwi strateġija biex tikkonsolida l-kontroll federali fuq ir-riżorsi naturali, issaħħaħ ir-rivendikazzjonijiet territorjali u tattira l-investiment permezz ta’ inċentivi għal żoni ekonomiċi speċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AO.</NO.P>billi objettiv ewlieni tal-PESK għar-reġjun tal-Artiku għandu jkun li tfittex b’mod attiv status ta’ osservatur sħiħ jew, meta jkun possibbli, status ta’ parteċipant għall-UE fil-korpi ta’ governanza rilevanti kollha tal-Artiku fejn għadha mhijiex rappreżentata; billi dan jirrikjedi wkoll interoperabbiltà msaħħa bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-alleati trans-Atlantiċi tagħha fis-sigurtà tal-Artiku, is-sorveljanza marittima, l-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ, u l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika;
</CONS><CONS>
<NO.P>AP.</NO.P>billi l-protezzjoni tal-libertà reliġjuża għandha tiġi integrata b’mod konsistenti fl-azzjoni esterna tal-UE; billi l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) u l-Kummissjoni għandhom jirrapportaw regolarment dwar il-libertà reliġjuża u l-persekuzzjoni tal-minoranzi reliġjużi madwar id-dinja; billi l-komunitajiet reliġjużi u l-organizzazzjonijiet ta’ ispirazzjoni reliġjuża jista’ jkollhom rwoli ewlenin fil-promozzjoni tal-paċi, id-djalogu interreliġjuż, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, l-assistenza umanitarja u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>AQ.</NO.P>billi l-persekuzzjoni dejjem akbar ibbażata fuq il-fidi tal-minoranzi reliġjużi madwar id-dinja, inkluża, iżda mhux limitata għall-persekuzzjoni tal-Insara fid-dinja kif ġie osservat reċentement fis-Sirja, fin-Niġerja, fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u fin-Nikaragwa, tenfasizza l-ħtieġa li tingħata attenzjoni akbar lill-persekuzzjoni tal-minoranzi reliġjużi; billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandu jaħdem mal-komunità internazzjonali biex ireġġa’ lura t-tendenza allarmanti lejn żieda fil-persekuzzjoni reliġjuża;
</CONS><CONS>
<NO.P>AR.</NO.P>billi l-inizjattiva Global Gateway trawwem sħubijiet mill-qrib ma’ pajjiżi tal-istess fehma bbażati fuq benefiċċji reċiproċi, żvilupp ekonomiku u ktajjen tal-provvista reżiljenti; billi l-użu effettiv tar-riżorsi huwa l-prijorità ewlenija, billi dawn jiġu kkonċentrati fuq għadd limitat ta’ inizjattivi strateġiċi, b’mod partikolari t-tisħiħ tal-infrastruttura, kif ukoll il-ġlieda kontra inizjattivi simultanji minn pajjiżi mhux tal-UE; billi l-valuri fundamentali tal-UE, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, id-demokrazija, it-trasparenza u s-sostenibbiltà ambjentali, għandhom dejjem jiggwidaw il-proġetti tal-Global Gateway; billi dawn il-proġetti jeħtieġ li jinvolvu b’mod sistematiku lis-soċjetà ċivili u lill-komunitajiet lokali fl-istadji kollha tat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-proġetti biex jiġi żgurat li jkunu reattivi għall-ħtiġijiet lokali, ikunu sensittivi għall-ġeneru u jiġġeneraw eżiti ta’ żvilupp sinifikattivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AS.</NO.P>billi l-baġit ta’ EUR 300 biljun allokat għal din l-inizjattiva huwa anqas minn terz tal-iskala ta’ proġetti li diġà għaddejjin fl-ambitu tal-Inizjattiva “Belt and Road” komparabbli taċ-Ċina ffukata fuq il-konnettività u l-infrastruttura; billi l-finanzjament attwali għas-SEAE u d-delegazzjonijiet tal-UE mhuwiex biżżejjed biex jissodisfa l-ħtiġijiet tagħhom minħabba l-iskala tal-isfidi tal-lum; billi t-tnaqqis fl-attivitajiet diplomatiċi ewlenin iżid ir-riskju tal-għeluq tal-missjonijiet, li jillimita l-kapaċità tal-UE li taġixxi bħala attur globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AT.</NO.P>billi d-diplomazija preventiva hija għodda ta’ politika esterna proattiva biex jiġi evitat il-kunflitt bejn il-partijiet u għall-medjazzjoni u l-appoġġ tagħhom biex jinstabu riżoluzzjonijiet paċifiċi, inklużi l-medjazzjoni u d-djalogu għall-paċi; billi l-isforzi ta’ atturi mhux tal-UE bi skopijiet malizzjużi naqqsu l-influwenza tal-UE madwar id-dinja; billi l-VP/RGħ, flimkien mas-SEAE, għandhom janalizzaw l-isforzi diplomatiċi Ewropej preċedenti u l-eżiti tagħhom; billi tali analiżi tirrikjedi fehim ċar, fost l-oħrajn, tal-kuntesti lokali, storiċi, kulturali u reliġjużi; billi jista’ jkun meħtieġ approċċ imġedded għad-diplomazija preventiva biex jiġi żgurat li l-UE titqies bħala sieħeb affidabbli fil-livelli kollha; billi l-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE għandhom rwol ċentrali fl-appoġġ tad-demokrazija madwar id-dinja; billi d-diplomazija parlamentari u r-relazzjonijiet interparlamentari huma għodod ewlenin biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika barranija tal-UE f’pajjiżi mhux tal-UE u jinħolqu rabtiet lil hinn mil-livell governattiv biss; billi fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, l-allokazzjoni baġitarja għall-appoġġ għad-demokrazija u l-osservazzjoni elettorali għandha tiżdied, b’mod partikolari bil-ħsieb li jintbagħtu missjonijiet bħal dawn lejn pajjiżi kandidati;
</CONS><CONS>
<NO.P>AU.</NO.P>billi t-tibdil fil-klima qed jaġixxi dejjem aktar bħala “multiplikatur tat-theddid”, li jwassal għal destabbilizzazzjoni ulterjuri ta’ pajjiżi u reġjuni vulnerabbli, kriżijiet umanitarji li jistgħu jiġu pprevenuti u pressjonijiet migratorji addizzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AV.</NO.P>billi l-25 anniversarju tar-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (WPS) jitlob li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-aġenda tad-WPS jinżammu bħala prinċipji ewlenin tal-PESK tal-UE; billi s-SEAE u l-Kummissjoni għandhom iżommu r-rwol ewlieni tal-UE fil-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa madwar id-dinja billi jimplimentaw bir-reqqa u b’mod ambizzjuż il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġeneru III; billi l-pilastru “Tmexxija bl-eżempju” fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġeneru III jirrikjedi li l-VP/RGħ ittejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija fis-SEAE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AW.</NO.P>billi f’dawn l-aħħar snin, gvernijiet awtoritarji u ripressivi, bħal fir-Russja, irduppjaw in-normi tradizzjonalisti tal-ġeneru bħala mezz ta’ leġittimizzazzjoni tal-istat u kontroll soċjopolitiku; billi n-networks reliġjużi tranżnazzjonali u l-movimenti politiċi tal-lemin estrem jippromwovu politiki kontra l-LGBTIQ+; billi dawn ix-xejriet inaqqsu d-drittijiet fundamentali u joħolqu sfida diretta għall-valuri minquxa fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jinkludu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jiffurmaw il-pedament tal-politika barranija tal-Unjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza li r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-PESK huma komponent ewlieni tal-kontribut tiegħu għat-tfassil tal-politika barranija tal-UE; jissottolinja li dawn ir-riżoluzzjonijiet juru l-implikazzjoni prattika tad-dritt imsaħħaħ ta’ skrutinju fil-qasam tal-politika barranija mogħti lill-Parlament bit-Trattat ta’ Liżbona; ifakkar li r-riżoluzzjoni tiegħu tal-2025 hija t-tieni waħda ta’ din ix-xorta f’din il-leġiżlatura u għandha l-għan li sservi ta’ gwida għall-eżekuttiv tal-UE meta jkun qed jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-politika barranija għal din il-leġiżlatura; jenfasizza l-fatt li f’ambjent internazzjonali dejjem aktar volatili, l-UE jeħtieġ li tindirizza simultanjament diversi sfidi tal-politika barranija li jaffettwawha direttament jew indirettament, inkluż il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja li għaddejja bħalissa kontra l-Ukrajna, il-kunflitti fil-Lvant Nofsani, il-kompetizzjoni dejjem tikber bejn il-potenzi l-kbar, it-tentattivi kostanti biex tiddgħajjef is-sistema internazzjonali multilaterali bbażata fuq ir-regoli u r-rabta dejjem tikber bejn il-kriżijiet barranin u dawk interni; jemmen bis-sħiħ li sabiex tibqa’ rilevanti fix-xena internazzjonali, l-UE jeħtieġ li ssegwi politika barranija determinata, dixxiplinata u assertiva li tissodisfa l-objettivi strateġiċi tagħha stess u tkompli tiddefinixxi, tasserixxi u tiddefendi l-interessi tagħha madwar id-dinja; ifakkar li l-azzjoni esterna tal-UE għandha tkun iggwidata mill-valuri u l-prinċipji mnaqqxa fl-Artikoli 2, 3(5) u 21 tat-TUE, li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tal-UE stess, inkluż fl-oqsma tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, u l-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà; jemmen ukoll li l-PESK għandha tiżgura l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkondividi bis-sħiħ it-tħassib imqajjem fir-rapport tal-VP/RGħ u jinsab allarmat dwar il-pass rapidu tal-instabbiltà ġeopolitika xprunata mill-pressjonijiet militari, politiċi u ekonomiċi assertivi ta’ setgħat awtoritarji u atturi unilaterali; jissottolinja li mill-Ukrajna sal-Kawkasu, mil-Lvant Nofsani sas-Saħel, l-Artiku u lil hinn minnu, ifforma ark ta’ instabbiltà madwar l-Ewropa, li juri l-inċertezza radikali li fiha qed topera l-UE; jisħaq li l-kuntest ġeopolitiku attwali huwa kkaratterizzat mill-erożjoni dejjem aktar mgħaġġla tan-normi demokratiċi; jinnota bi tħassib li l-organizzazzjonijiet multilaterali ddgħajfu ħafna u l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli ddgħajfet serjament, u dan wassal għal ambjent fejn il-kompetizzjoni u l-protezzjoniżmu qed jissostitwixxu l-kooperazzjoni u l-kummerċ ħieles, u fejn l-investiment, l-informazzjoni u l-flussi migratorji qed jiġu strumentalizzati dejjem aktar; iwissi li tali frammentazzjoni thedded l-interessi strateġiċi, is-sigurtà, il-prosperità u l-unità tagħna; ifakkar li l-UE ma tistax tingħalaq fiha nnifisha u jeħtiġilha tibqa’ miftuħa u impenjata fid-dinja biex tiddefendi l-valuri demokratiċi u l-interessi tagħha, u dan, min-naħa tiegħu, jeħtieġ il-mobilizzazzjoni tas-sħubijiet u l-alleanzi reġjonali u globali tagħna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jistieden, f’dan il-kuntest, lill-VP/RGħ tiżviluppa ulterjorment PESK li tħares ’il quddiem u aktar koerenti li:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>li tiddefendi l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>trawwem il-kooperazzjoni dwar interessi kondiviżi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>tirrispetta n-newtralità ta’ ċerti Stati Membri u tiżgura li l-azzjoni diplomatika ssir b’mod konsistenti mal-Karta tan-NU;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>tistabbilixxi limiti ċari u pożizzjonijiet mhux negozjabbli; kif ukoll</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>iżżid il-viżibbiltà u l-impatt tal-azzjoni tal-UE barra mill-fruntieri tagħha;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
u b’hekk issegwi l-objettivi ambizzjużi u tindirizza b’mod ċar l-isfidi ġeopolitiċi ewlenin deskritti fil-paragrafi li ġejjin;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Insawru l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli li niddefendu</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar li l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli tissalvagwardja s-sovranità tal-istat u l-integrità territorjali, tipproteġi l-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem, tippermetti riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim u tiżgura li l-poter ikun soġġett għal-liġi u mhux għall-forza; iqis allarmanti li l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli tinsab taħt pressjoni bla preċedent minn taħlita ta’ erożjoni interna u aggressjonijiet esterni; iwissi li t-tnaqqis fil-grad tagħha jwassal għal instabbiltà u kunflitti fid-dinja kollha, u b’hekk jiddgħajfu s-sigurtà u l-prosperità tagħna stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja li l-gwerra ta’ aggressjoni illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna tikkostitwixxi ksur sfaċċat tad-dritt internazzjonali u tal-Karta tan-NU, kif ukoll attakk bla preċedent fuq l-ordni tal-paċi Ewropew mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn; ifakkar li l-aggressjonijiet tar-Russja kontra l-Ukrajna bdew fl-2014; itenni t-twemmin sod tiegħu li fl-aħħar mill-aħħar l-aggressjoni tar-Russja trid tfalli u l-Ukrajna trid tipprevali, filwaqt li tiġi żgurata l-paċi permezz tas-saħħa, u b’hekk jingħata sinjal li l-forza qatt mhi se tipprevali fuq il-liġi sabiex pajjiżi oħrajn jiġu skoraġġuti milli jisfidaw il-fruntieri permezz ta’ mezzi militari; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti ta’ approċċ fit-tul u strateġiku fil-konfront ta’ Moska u l-alleati tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jonora l-kuraġġ u r-reżiljenza tal-poplu Ukren, li mhux biss qed jiddefendi s-sovranità u l-integrità territorjali tiegħu, iżda li qed jiddefendi wkoll il-valuri fundamentali Ewropej; jitlob waqfien mill-ġlied immedjat u mingħajr kundizzjonijiet, l-irtirar tar-Russja mit-territorju kollu rikonoxxut internazzjonalment tal-Ukrajna u r-ritorn tal-priġunieri tal-gwerra Ukreni kollha, iċ-ċivili kollha maħtufa u detenuti, u t-tfal kollha meħuda illegalment mir-Russja u mir-reġim ta’ Lukashenka; jappella, barra minn hekk, għar-ritorn tal-iġsma tas-suldati Ukreni kollha li mietu; iħeġġeġ lill-UE żżomm u ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għall-Ukrajna, inkluż permezz ta’ assistenza politika, ekonomika, finanzjarja u militari, sabiex l-Ukrajna tingħata s-setgħa; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2025 li jipprovdi lill-Ukrajna b’pakkett ta’ assistenza finanzjarja ta’ EUR 90 biljun fil-forma ta’ self appoġġjat mill-UE; jiddispjaċih, madankollu, li l-Kunsill ma setax jilħaq ftehim dwar struttura ta’ finanzjament aktar ambizzjuża abbażi tal-assi Russi ffriżati, li kieku tnaqqas il-piż tad-dejn dejjem akbar tal-Ukrajna; ifakkar, madankollu, li r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/2600 tat-12 ta’ Diċembru 2025 jimplimenta l-imblokk għal żmien indefinit tal-assi sovrani Russi; jisħaq li l-investimenti fid-difiża territorjali tal-Ukrajna u l-bażi industrijali tad-difiża tagħha huma meħtieġa u ta’ benefiċċju reċiproku għall-Ewropa, iżda ma jikkostitwux garanziji ta’ sigurtà bħala tali; jilqa’, f’dan il-kuntest, l-inizjattiva tal-Lista ta’ Rekwiżiti Prijoritizzati tal-Ukrajna (PURL) tan-NATO u jħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jkomplu l-kunsinna ta’ armi u munizzjon lill-Ukrajna, b’mod partikolari sistemi ta’ difiża tal-ajru u kapaċitajiet ta’ attakki fil-profond, filwaqt li fl-istess ħin jappoġġjaw soluzzjoni diplomatika għall-gwerra, f’konformità mad-dritt internazzjonali, bil-għan li tinkiseb paċi ġusta u dejjiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu biex jiġi żviluppat qafas legali tal-UE għad-deżinjazzjoni ta’ stati bħala sponsors tat-terroriżmu; jistieden lill-Kunsill iżid lill-Federazzjoni Russa ma’ tali lista tal-UE ta’ stati sponsor tat-terroriżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jikkundanna, bl-aktar mod qawwi, ir-reġim illeġittimu ta’ Lukashenka talli ppermetta li t-territorju Belarussu jintuża bħala bażi għall-operazzjonijiet militari Russi, u b’hekk dgħajjef is-sovranità tal-pajjiż u ħoloq theddida diretta għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, filwaqt li kompla jopprimi l-popolazzjoni tiegħu stess; itenni t-talba għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha u jħeġġeġ it-tisħiħ tal-miżuri restrittivi; jiddenunzja l-attakki ibridi orkestrati tal-Belarussja kontra l-Istati Membri tal-UE, pereżempju fuq il-Litwanja, permezz ta’ vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord u inkursjonijiet bil-blalen tal-arja, koerċizzjoni ekonomika, operazzjonijiet ta’ kuntrabandu, provokazzjonijiet militari, attakki ċibernetiċi u diżinformazzjoni sponsorjata mill-istat; jisħaq bi tħassib li r-reġimi fir-Russja u fil-Belarussja qed jistrumentalizzaw il-migrazzjoni bħala parti minn strateġija usa’ biex jiġu mminati l-UE, il-gvernijiet tal-Istati Membri u n-NATO; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-appoġġ politiku, finanzjarju u tekniku għall-media indipendenti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-inizjattivi tas-soċjetà ċivili li joperaw fil-Belarussja u barra minnha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-“koalizzjoni tal-partijiet disposti” li saret f’Pariġi fis-6 ta’ Jannar 2026, inklużi l-impenji politikament u legalment vinkolanti li jiddefinixxu approċċ komuni fl-appoġġ għall-Ukrajna, is-sostenn tal-kapaċitajiet militari fit-tul tagħha, u r-restawr tal-paċi u s-sigurtà f’każ ta’ attakk armat futur mir-Russja; jesprimi appoġġ għall-proposta biex tiġi stabbilita forza multinazzjonali għall-Ukrajna u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri kollha tal-UE biex b’mod xieraq iqisu kif jistgħu jappoġġjaw tali forza bl-aħjar mod; jilqa’ wkoll id-diskussjonijiet dwar mekkaniżmu mmexxi mill-Istati Uniti ta’ monitoraġġ u verifika tal-waqfien mill-ġlied; jisħaq li kwalunkwe ftehim ta’ paċi jrid jinkludi garanziji sodi u kredibbli ta’ sigurtà għall-Ukrajna, jiġi nnegozjat mill-mexxejja eletti tagħha u jkollu l-appoġġ tal-poplu tagħha; iwissi kontra l-proposti qarrieqa tar-Russja bit-tir li jtawlu l-gwerra, u jwissi li kwalunkwe soluzzjoni imposta mir-Russja jew li tippremja l-aggressjoni tagħha tqiegħed f’periklu gravi lis-sigurtà Ewropea; ifakkar li l-kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u l-Istati Uniti tibqa’ vitali biex tinkiseb u tiġi żgurata paċi ġusta u dejjiema fl-Ukrajna u għalhekk hija kruċjali għas-sigurtà tal-kontinent Ewropew, flimkien mal-isforzi tal-UE biex tieħu aktar responsabbiltà għas-sigurtà tagħha stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq li, fid-dawl tax-xenarju tas-sigurtà li qed jevolvi u t-theddida dejjem tikber mill-Federazzjoni Russa, inklużi inkursjonijiet ripetuti li jwasslu għall-vjolazzjoni tal-ispazju tal-ajru Ewropew, huwa imperattiv li l-Istati Membri tal-UE jsaħħu b’mod urġenti l-mekkaniżmi tal-protezzjoni ċivili tagħhom, li jirrikjedi rispons koordinat u reżiljenti madwar l-Unjoni, u b’hekk isaħħu l-preparatezza ċivili u jimmodernizzaw is-sistemi ta’ twissija bikrija; iqis li dawn l-atti aggressivi u imprudenti huma irresponsabbli u eskalazzjoni serja mir-Russja li thedded is-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE, l-istabbiltà reġjonali u l-paċi internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tesplora soluzzjonijiet, f’koordinazzjoni mill-qrib man-NATO, sabiex tali ksur jiġi skoraġġut fil-futur; jilqa’, f’dan ir-rigward, it-tħabbira tal-Kummissjoni tal-“Pjan Direzzjonali għall-2030 Inseddqu l-Paċi – Nippreparaw id-Difiża” tal-UE, inkluża l-“Inizjattiva għad-Difiża kontra d-Droni”; iħeġġeġ, barra minn hekk, l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE u l-kontropartijiet Ukreni rilevanti sabiex jiġu skambjati l-aħjar prattiki fil-ġlieda kontra l-gwerra ibrida u l-operazzjonijiet ta’ informazzjoni Russi, u b’hekk tissaħħaħ ir-reżiljenza reċiproka fid-dawl ta’ dan it-theddid li qed jevolvi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jikkundanna l-aggressjoni tar-Russja talli ddestabbilizzat severament il-Viċinat tal-Lvant tal-UE, ostakolat il-perkorsi għall-paċi u l-prosperità u kkawżat effetti konsegwenzjali fil-Balkani tal-Punent li jheddu li jnaqqsu r-ritmu tar-riformi u jalimentaw narrattivi kontra l-Ewropa; jinsab allarmat dwar il-fatt li l-media marbuta mal-Kremlin li topera fil-Balkani tal-Punent intensifikat l-attivitajiet tagħha wara li faqqgħet il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, inkluża l-interferenza aggressiva fil-proċessi elettorali u fl-ispazju tal-informazzjoni, bil-għan li tippromwovi sentimenti favur ir-Russja u żżid ir-retorika anti-Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni tirrispondi b’mod aktar konsistenti għall-użu tar-retorika anti-Ewropea fil-Balkani tal-Punent, b’mod partikolari fis-Serbja, billi jkollha djalogu attiv l-istati fir-reġjun u billi tieħu azzjoni deċiżiva biex tibni r-reżiljenza tas-soċjetà kontra t-theddid ibridu; jenfasizza li l-ġlieda kontra l-influwenza destabbilizzanti tar-Russja hija essenzjali għat-tisħiħ tar-rwol tal-Unjoni bħala garanti tal-istabbiltà, id-demokrazija u l-prosperità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja b’mod attiv il-mekkaniżmi tal-ġustizzja internazzjonali u tiżgura l-obbligu ta’ rendikont għad-delitti tal-gwerra u għad-delitti ta’ aggressjoni; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw l-istabbiliment ta’ tribunal speċjali għall-prosekuzzjoni tad-delitt ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; ifakkar li l-QKI ħarġet mandati ta’ arrest għal Vladimir Putin u l-Kummissarju Russu għad-Drittijiet tat-Tfal, Maria Lvova-Belova, għall-involviment tagħhom fil-ħtif ta’ tfal Ukreni u t-trasferiment tagħhom lejn ir-Russja; jesprimi appoġġ għall-attivitajiet kollha tal-QKI u tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja fil-prosekuzzjoni tad-delitti mwettqa fit-territorju Ukren; jappoġġja soluzzjonijiet innovattivi biex jiġu ffinanzjati l-isforzi tad-difiża tal-Ukrajna kif ukoll it-tneħħija tal-mini u r-rikostruzzjoni tagħha bl-użu ta’ assi barranin Russi immobilizzati, inklużi dawk tal-istat Russu, l-awtoritajiet lokali Russi, il-kumpaniji tal-Istat Russu, u ta’ individwi fil-lista tas-sanzjonijiet tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi mekkaniżmu addizzjonali ġuridikament u finanzjarjament sod, fil-forma ta’ self marbut mar-reparazzjonijiet, li jippermetti l-użu ta’ dawn l-assi immobilizzati, u lill-Istati Membri jaqblu dwar tali mekkaniżmu, b’hekk lill-Ukrajna tingħata viżibbiltà f’terminu itwal u jiġi żgurat li mbagħad tirċievi mir-Russja reparazzjonijiet ta’ gwerra, jew ammont ekwivalenti, kif previst mil-liġi internazzjonali; jisħaq li r-Russja, u mhux il-kontribwenti tal-UE, jeħtiġilha ġġarrab il-kostijiet tal-aggressjoni Russa; jistenna lill-Istati Membri jsaħħu s-sanzjonijiet tagħhom kontra r-Russja sakemm ikun meħtieġ biex jiżguraw paċi ġusta u dejjiema u sakemm ma tiġi ddeterminata r-responsabbiltà; jilqa' f'dan ir-rigward id-diskussjonijiet li għaddejjin bejn l-UE u l-G7 biex tiġi esplorata projbizzjoni fuq is-servizzi marittimi għall-esportazzjonijiet kollha taż-żejt Russu bħala alternattiva għal-limitu tal-prezz taż-żejt; jitlob, sadanittant, lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu l-effettività u l-impatt tal-pakketti ta’ sanzjonijiet li adottaw sal-lum u jaqblu dwar oħrajn ġodda malli jkun hemm il-bżonn; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħlqu l-lakuni finanzjarji li r-Russja tuża biex tevadi s-sanzjonijiet, u jimponu aktar miżuri restrittivi fuq pajjiżi mhux tal-UE li jippermettu l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kemm jekk permezz tal-faċilitazzjoni taċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet kif ukoll permezz tal-għoti ta’ assistenza militari diretta; jemmen li għandhom jiġu imposti wkoll penali fuq kumpaniji Ewropej li jkomplu jinvolvu ruħhom f’negozju pprojbit mal-Federazzjoni Russa; jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jippreżentaw strateġija għar-Russja madwar l-UE kollha li torbot id-deterrenza, il-konteniment, l-obbligu ta’ rendikont u l-appoġġ għal alternattivi demokratiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Itenni li l-UE u l-Istati Membri kollha tagħha jeħtiġilhom jagħtu l-eżempju lill-oħrajn billi jiddefendu l-primazija tad-dritt internazzjonali; jissottolinja li l-kredibbiltà u l-kapaċità tagħha li tipproteġi liċ-ċittadini tagħha u lill-interessi vitali tagħha jiddependu mill-impenn tagħha fil-konfront tal-prinċipji fundaturi tagħha, bħad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fin-nuqqas ta’ standards doppji jew konformità selettiva; jitlob, għalhekk, l-applikazzjoni stretta tal-mekkaniżmu tal-istat tad-dritt meta dawn il-prinċipji jiġu injorati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, fl-ambitu tar-relazzjonijiet u tal-politiki esterni tagħhom, isostnu u jippromwovu konsistentement il-liġi internazzjonali u jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw ir-rispett sħiħ tiegħu min-naħa tal-Istati kollha, mingħajr distinzjonijiet ibbażati fuq il-qawwa ekonomika jew militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi miġġielda l-impunità u li jissaħħu l-isforzi ta’ obbligu ta’ rendikont globalment, inkluż permezz tal-QKI; jesprimi l-akbar tħassib tiegħu dwar is-sanzjonijiet tal-Istati Uniti kontra l-QKI, il-prosekuturi, l-imħallfin u l-persunal tagħha, li jikkostitwixxu attakk serju fuq is-sistema ġudizzjarja internazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tattiva b’mod urġenti l-istatut ta’ mblukkar sabiex tipproteġi u tissalvagwardja l-QKI bħala pedament indispensabbli tas-sistema ġudizzjarja internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-impenn reċenti biex tintemm il-gwerra f’Gaża u jieħu nota tal-pjan ta’ paċi ta’ 20 punt propost mill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti u approvat fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2803, li issa jrid jiġi implimentat bis-sħiħ u protett minn kwalunkwe tentattiv min-naħa ta’ atturi reġjonali biex idgħajfuh; jilqa’ l-ħelsien tal-ostaġġi Iżraeljani kollha miżmuma mill-Ħamas u t-tkomplija tad-distribuzzjoni tal-għajnuna umanitarja f’Gaża; jissottolinja li filwaqt li l-pjan jikkostitwixxi l-ewwel pass kruċjali lejn it-tmiem tal-kunflitt, għad fadal diversi sfidi, b’mod partikolari fir-rigward tal-infurzar, il-governanza, l-obbligu ta’ rendikont u ż-żamma tal-fiduċja; jissottolinja li d-diżarm sħiħ tal-Ħamas, l-esklużjoni tiegħu minn kwalunkwe forma ta’ governanza f’Gaża, ir-riforma u l-emanċipazzjoni tal-Awtorità Palestinjana u l-irtirar tal-forzi Iżraeljani jibqgħu għanijiet ċentrali għal kwalunkwe pass ulterjuri; jistieden lill-UEtiżvolġi rwol attiv fit-tiswir tal-proċess ta’ paċi u rikostruzzjoni f’koordinazzjoni mill-qrib mal-atturi reġjonali ewlenin; jappoġġja l-isforzi ta’ stabbilizzazzjoni li jinsabu għaddejjin f’Gaża u jilqa’ t-tisħiħ tal-missjonijiet ċivili tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) tal-UE, tal-EUBAM Rafah u tal-EUPOL COPPS; itenni li l-objettiv għandu jkompli jkun soluzzjoni negozjata ta’ żewġ stati, f’konformità mad-dritt internazzjonali, bħala l-unika triq vijabbli lejn paċi ġusta u dejjiema fil-Lvant Nofsani bil-poplu Iżraeljan u dak Palestinjan jgħixu maġenb xulxin, fil-paċi u s-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota bi tħassib serju s-sitwazzjoni umanitarja persistenti u gravi f’Gaża, inklużi l-insigurtà tal-ikel u l-karestija mifruxa; jinnota bi tħassib serju l-ostakli persistenti għall-aċċess umanitarju u l-allarm li esprimiet il-VP/RGħ rigward id-deċiżjonijiet reċenti dwar il-ħruġ ta’ liċenzji li jillimitaw l-organizzazzjonijiet umanitarji li joperaw f’Gaża; jistieden lill-partijiet kollha jippermettu l-konsenja rapida tal-għajnuna umanitarja; jissottolinja li l-miżuri li jillimitaw indebitament lill-atturi umanitarji jirriskjaw li jżarmaw l-assistenza umanitarja essenzjali f’mument ta’ bżonn kritiku; jinsab imħasseb dwar il-konformità mal-liġi internazzjonali u mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU mill-partijiet kollha, u l-persistenza ta’ ċikli ta’ vjolenza u attakki terroristiċi fil-Lvant Nofsani; ifakkar fl-obbligu tal-partijiet kollha li jikkonformaw mal-liġi internazzjonali u r-riżoluzzjonijiet rilevanti tan-NU, inklużi dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni taċ-ċivili, tal-persunal umanitarju u tal-ġurnalisti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jenfasizza li l-kunflitt f’Gaża jiddestabbilizza l-Viċinat tan-Nofsinhar tal-UE u hemm riskju li jiskatta effetti konsegwenzjali usa’ fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta’ Fuq, inklużi r-radikalizzazzjoni, l-ispostament furzat, u tensjonijiet reġjonali akbar; jissottolinja li din id-dinamika taffettwa direttament is-sigurtà Ewropea u l-ġestjoni tal-migrazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jesprimi l-fatt li ma jaqbilx mar-rikonoxximent, min-naħa tal-Gvern Iżraeljan, tas-Somaliland bħala Stat indipendenti; jerġa’ jafferma l-importanza tar-rispett tal-għaqda, tas-sovranità u tal-integrità territorjali tar-Repubblika Federali tas‑Somalja f’konfomità mal-kostituzzjoni tagħha, mal-Karta tal-Organizzazzjoni tal-Unità Afrikana u mal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, inkwantu fundamentali għall-paċi u għall-istabbiltà fir-reġjun kollu tal-Qarn tal-Afrika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Iqis l-antisemitiżmu li qed jikber madwar id-dinja bħala konsegwenza inaċċettabbli tal-attakki terroristiċi brutali u indiskriminati tal-Ħamas madwar Iżrael u r-rispons militari sproporzjonat fuq skala kbira ta’ Iżrael fil-Palestina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli l-attakk terroristiku tas-7 ta’ Ottubru 2023 imwettaq mill-organizzazzjoni terroristika Ħamas kontra Iżrael;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn tal-UE favur l-eżistenza, is-sigurtà u d-dritt leġittimu għall-awtodifiża tal-Istat ta’ Iżrael kif ukoll għas-sigurtà u d-dinjità tal-Palestinjani; ifakkar li d-dritt ta’ Iżrael għall-awtodifiża huwa minqux fid-dritt internazzjonali u ristrett minnu u jrid jiġi eżerċitat b’rispett sħiħ għall-qrati internazzjonali; jinnota bi tħassib li l-gwerra f’Gaża kellha konsegwenzi umanitarji devastanti u wasslet għal tbatija inaċċettabbli għall-popolazzjoni ċivili, li ġiet iggravata b’mod partikolari mill-Ħamas permezz tal-abbuż intenzjonat tal-infrastruttura ċivili u l-użu tagħha tal-popolazzjoni ċivili ta’ Gaża bħala tarki umani, inklużi l-ostaġġi Iżraeljani li fadal; jesprimi s-solliev tiegħu rigward il-ħelsien tal-ostaġġi ħajjin kollha u jistieden lill-Ħamas biex il-kadavru tal-aħħar ostaġġ mejjet li għadu miżmum mill-Ħamas jiġi rritornat lill-familja tiegħu; jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu fejn jitlob waqfien mill-ġlied permanenti, aċċess umanitarju urġenti kif ukoll kurituri ta’ sokkors; jesprimi dispjaċir kbir għall-fraġilità tal-waqfien mill-ġlied f’Gaża, ċirkostanza li pperikolat wisq ħajjiet ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifakkar li l-konformità mal-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Iżrael<FOOTNOTE><FIELD> Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u l-Istat ta’ Iżrael mill-parti ’l oħra, (ĠU L 147, 21.6.2000, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2000/384/oj).</FIELD></FOOTNOTE> hija element kruċjali tas-sħubija u jitlob li jsiru monitoraġġ u valutazzjoni kontinwi tal-implimentazzjoni tiegħu min-naħa tal-Gvern Iżraeljan; ifakkar li, fil-kuntest tas-sitwazzjoni umanitarja f’Gaża, fl-10 ta’ Settembru 2025 il-President tal-Kummissjoni ħabbret proposti biex jiġu sospiżi ċerti dispożizzjonijiet kummerċjali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, u appoġġ għal miżuri mmirati kontra ministri Iżraeljani speċifiċi; jieħu nota tal-mandat ta’ arrest maħruġ mill-QKI fil-21 ta’ Novembru 2024; jissottolinja li kwalunkwe miżura bħal din għandha tiġi kkunsidrata bir-reqqa u tittieħed b’mod li jippreżerva l-kapaċità tal-UE li taġixxi bħala sieħeb kredibbli u li tavvanza l-prospetti ta’ soluzzjoni negozjata ta’ żewġ stati; jemmen li l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Iżrael jibqa’ forum essenzjali għal djalogu sinċier; jafferma mill-ġdid li l-impenn kostruttiv u d-djalogu sostnut jibqgħu l-aktar strumenti effettivi għall-promozzjoni tal-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà dejjiema fir-reġjun; jinsisti li l-pjan direzzjonali konkret għall-implimentazzjoni tas-soluzzjoni ta’ żewġ stati għandu jkun l-enfasi ċentrali tal-istrateġija tal-Kummissjoni għal-Lvant Nofsani, li hija ppjanata għall-2026; jesprimi dispjaċir għall-konsegwenzi għall-immaġni globali tal-UE kkawżati min-nuqqas ta’ rispons magħqud għas-sitwazzjoni katastrofika fl-Istrixxa ta’ Gaża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jissottolinja li l-paċi sostenibbli tirrikjedi proċess politiku kredibbli li jkollu l-għan li jikseb soluzzjoni ta’ żewġ stati abbażi tal-fruntieri tal-1967, b’żewġ stati sovrani u demokratiċi bħala ġirien paċifiċi u b’Ġerusalemm bħala belt kapitali komuni; jistieden lill-partijiet kollha jġeddu l-isforzi tagħhom biex ineħħu l-ostakli għal din is-soluzzjoni u jikkundanna l-espansjoni tal-insedjamenti Iżraeljani fix-Xatt tal-Punent, filwaqt li jfakkar fil-pożizzjoni li tant ilha tal-UE li dawn jibqgħu illegali taħt il-liġi internazzjonali u jikkostitwixxu miżura unilaterali li timmina l-fiduċja u l-prospetti għal soluzzjoni nnegozjata; jilqa’ s-sanzjonijiet adottati kontra l-abitanti estremisti Iżraeljani tal-insedjamenti; jenfasizza r-rwol tal-Awtorità Palestinjana bħala l-interlokutur ewlieni tal-UE fil-Palestina u jafferma mill-ġdid li kwalunkwe governanza futura f’Gaża trid teskludi l-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi u trid tiżgura d-demilitarizzazzjoni ta’ Gaża; itenni l-oppożizzjoni tiegħu għal kwalunkwe pjan ta’ annessjoni għal Gaża jew kwalunkwe territorju Palestinjan ieħor u kontra trasferimenti bil-forza tal-massa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinsisti li l-Kummissjoni jeħtiġilha tiggarantixxi li l-fondi tal-UE ma jiġu allokati jew marbuta mal-ebda forma ta’ terroriżmu u/jew radikalizzazzjoni reliġjuża u politika; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-kotba tal-iskejjel u l-materjali skolastiċi kollha appoġġjati mill-fondi tal-UE jridu jkunu konformi mal-istandards tal-Unesco ta’ paċi, tolleranza, koeżistenza u nonvjolenza; jinsab imħasseb dwar l-antisemitiżmu, id-diskors ta’ mibegħda, il-promozzjoni tal-ġiħad u l-inċitament għall-vjolenza mgħallma fil-kotba tal-iskejjel Palestinjani ffinanzjati mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Iħeġġeġ lin-NU, lil-Lega Għarbija, lis-sħab reġjonali u lill-UE jikkoordinaw l-appoġġ tad-donaturi, jiggarantixxu sorveljanza soda għall-finanzjament u jiżguraw li l-assistenza għar-rikostruzzjoni tappoġġja l-istituzzjonijiet ċiviċi u l-governanza effettiva; jesprimi, f’dan il-kuntest, tħassib serju dwar l-użu ħażin minn gruppi terroristiċi ta’ għajnuna umanitarja diretta lejn it-territorji Palestinjani; jitlob li jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ kontroll għad-distribuzzjoni tal-fondi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi li saru minn ċerti Stati Għarab u Iżrael biex jinnormalizzaw ir-relazzjonijiet diplomatiċi skont il-Ftehimiet ta’ Abraham; jistieden lill-UE tappoġġja inizjattivi mmirati lejn il-bini ta’ appoġġ reġjonali u internazzjonali wiesa’ għal futur aħjar fir-relazzjonijiet Għarab u Iżraeljani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota li dgħufija sinifikanti tal-Iran u l-alleati tiegħu – inkluż il-waqgħa tar-reġim ta’ Assad u t-telfa tal-proxies ta’ Tehran bħall-Hezbollah, il-Ħamas, l-Houthis u milizzji oħra – toffri tama għall-paċi u għat-tkomplija tan-normalizzazzjoni reġjonali fl-ispirtu tal-Ftehimiet ta’ Abraham; jinsab imħasseb ħafna dwar l-appoġġ sinifikanti tal-Hezbollah għall-operazzjonijiet militari tar-Russja fl-Ukrajna u l-koordinazzjoni tiegħu ma’ milizzji oħra appoġġjati mill-Iran;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-bidliet pożittivi fil-Libanu sa mill-bidu tal-2025, riflessi fil-konklużjonijiet tad-disa’ kunsill ta’ assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Libanu, b’mod partikolari r-rieda li s-settur tas-sigurtà Libaniż jiġi appoġġjat aktar permezz tal-użu sħiħ tal-għodod tal-UE, inklużi l-Faċilità Ewropea għall-Paċi u l-programmi taħt l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali, u li tiġi eżaminata l-possibbiltà ta’ impenn futur fil-qafas tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni; jibqa’ mħasseb dwar l-impatt tal-milizzji armati u tal-organizzazzjonijiet terroristiċi, u jiddispjaċih, b’mod partikolari, dwar in-nuqqas ta’ progress fid-diżarm imwiegħed tal-Hezbollah u ta’ gruppi armati oħra, li jirrappreżenta prerekwiżit għall-istabbiltà reġjonali; itenni l-importanza ta’ “Patt għall-Mediterran” ambizzjuż u l-implimentazzjoni effettiva tiegħu, b’appoġġ tekniku u finanzjarju suffiċjenti għal-Libanu, li jiffoka fuq il-bini tal-kapaċitajiet, l-infrastruttura tal-enerġija u l-appoġġ soċjali; iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jappoġġjaw lill-Gvern Libaniż fl-aġenda ta’ riforma tiegħu u fil-pjan tiegħu li jistabbilixxi mill-ġdid monopolju fuq l-armi; itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għas-sovranità, l-awtorità statali, l-integrità territorjali, l-indipendenza politika, u l-istabbiltà tal-Libanu, f’konformità mar-Riżoluzzjoni 1701 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jappoġġja s-soċjetà ta’ diversità reliġjuża u etnika tas-Sirja, li sofriet għal aktar minn għaxar snin f’idejn l-Iran u r-reġim imsaħħaħ mir-Russja ta’ Assad u gruppi terroristiċi; jappoġġja proċess politiku inklużiv immexxi mis-Sirja u bi sjieda Sirjana li jinkorpora l-integrità territorjali, il-ġustizzja tranżizzjonali u r-rikonċiljazzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Sirjani jintensifikaw l-isforzi biex jinkludu l-komponenti kollha tas-soċjetà Sirjana fit-teħid tad-deċiżjonijiet, il-progress fl-implimentazzjoni tal-ftehim mal-Forzi Demokratiċi Sirjani fil-Grigal u jkomplu jiffaċilitaw investigazzjonijiet rapidi, trasparenti u indipendenti dwar atti mmirati lejn komunitajiet reliġjużi u etniċi, kif ukoll jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex irażżnu l-vjolenza settarja u jiġġieldu l-impunità; jesprimi dispjaċir, f’dan il-kuntest, għall-persekuzzjoni kontinwa u l-ispostament furzat tal-komunitajiet reliġjużi, kif ukoll id-diskriminazzjoni u l-attakki kontrihom, bħall-Insara, u jtenni l-ħtieġa li l-UE tipproteġi l-identità multikulturali rikka tas-Sirja; jirrikonoxxi l-lakuni enormi fir-riżorsi finanzjarji u umani għar-rikostruzzjoni tal-pajjiż u jappoġġja d-deċiżjoni tal-UE li tneħħi s-sanzjonijiet settorjali, f’konformità mal-Istati Uniti u r-Renju Unit, u tipprovdi assistenza sinifikanti għall-iżvilupp, flimkien mal-għajnuna umanitarja, kif imħabbar fl-ewwel parti tal-Konferenza ta’ Brussell tal-2025 għas-Sirja; jilqa’ ż-żjara fis-Sirja fit-8 ta’ Jannar 2026 mill-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, u l-President tal-Kunsill Ewropew, António Costa, bl-għan li jissaħħu r-rabtiet politiċi u l-impenn ekonomiku; jieħu nota pożittiva tal-ftehim bejn is-Sirja u Iżrael tas-6 ta’ Jannar 2026, li jistabbilixxi ċellola ta’ komunikazzjoni ddedikata biex tikkoordina d-dieskalazzjoni militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-ġlied li għaddej f'żoni bħal Aleppo u l-Grigal tas-Sirja, li qed jirriżulta f'aktar spostament u għadd kbir ta' vittmi ta' popolazzjoni ċivili u qed joħloq riskju serju għas-sigurtà, b'mod partikolari minħabba l-ħarba ta' ġellieda tad-Da'esh detenuti fil-Grigal tas-Sirja; jistieden lill-koalizzjoni internazzjonali, inklużi l-Istati Uniti, tieħu l-miżuri kollha meħtieġa u immedjati biex ittaffi dan ir-riskju għas-sigurtà mingħajr dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jafferma r-rwol ewlieni tal-organizzazzjonijiet multilaterali, b’mod partikolari n-NU, flimkien ma’ Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li tiffunzjona, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa u fora reġjonali, bħala pjattaformi indispensabbli għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti u l-governanza globali; iwissi li l-formati “minilaterali” jirriskjaw li jifframmentaw dejjem aktar in-normi globali, u jirrikjedu lill-UE tagħti prijorità lil konċezzjoni wiesgħa u inklużiva ta’ multilateraliżmu, f’kooperazzjoni stretta mas-sħab tagħha tal-istess fehma; jistieden lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ ikunu pijunieri fit-tmexxija globali tal-inizjattivi multilaterali; jikkonferma l-impenn tiegħu li javvanza riformi komprensivi biex jissaħħu r-rwol, l-effiċjenza u r-rappreżentanza demokratika tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-VP/RGħ tevalwa mill-ġdid l-approċċ tal-UE lejn il-grupp BRICS u s-sħab tiegħu u tiżviluppa politika separata tal-UE lejn il-BRICS +; jisħaq li l-BRICS+ jipprovdi lir-Russja l-mezzi biex tevita miżuri maħsuba biex jiżolaw lill-pajjiż politikament u tippermetti liċ-Ċina tkompli testendi l-influwenza tagħha permezz tal-<STRING ITALIC="on">modus operandi</STRING> tagħha tal-finanzjament ta’ proġetti ta’ infrastruttura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-VP/RGħ taġixxi b’mod konsistenti u tippromwovi narrattiva demokratika effettiva u robusta, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, biex tiġġieled il-pressjonijiet awtokratiċi li għandhom l-għan li jdgħajfu l-kontrolli fuq l-abbuż tal-poter, iċekknu l-ispazju ċiviku u jnaqqsu d-drittijiet tal-bniedem; jappella għall-ħolqien ta’ valutazzjoni tad-demokrazija Ewropea li tippermetti l-identifikazzjoni bikrija ta’ sinjali ta’ tendenzi awtoritarji, kif ukoll sett ta’ għodod għal azzjoni ċċentrat fuq l-appoġġ għad-demokrazija u l-ġlieda kontra narrattivi awtoritarji, b’mod partikolari fid-dawl tal-għeluq deplorevoli tal-operazzjonijiet tal-Aġenzija tal-Istati Uniti għall-Iżvilupp Internazzjonali (USAID); iħeġġeġ, f’dan il-kuntest, investiment akbar fil-komunikazzjoni strateġika u l-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin (FIMI); huwa tal-fehma li l-isforzi tal-UE biex tiġġieled din it-theddida għandhom jibnu fuq l-għarfien espert diġà eżistenti żviluppat fis-SEAE u jappella għal koerenza akbar bejn ir-regolamenti u l-isforzi eżistenti u futuri tal-UE; jappella għal aktar sforzi biex jiġi operazzjonalizzat bis-sħiħ is-sett ta’ għodod tal-FIMI żviluppat mis-SEAE; jemmen li l-UE għandha tidentifika b’mod ċar l-isfera diġitali bħala qasam ta’ azzjoni u tirrikonoxxi d-diplomazija diġitali bħala interess strateġiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa s-sanzjonijiet immirati kontra l-leġiżlaturi responsabbli mill-Att dwar is-Servizzi Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u ta’ regolamentazzjonijiet diġitali oħra, b’mod partikolari kontra ex Kummissarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinkoraġġixxi li jsiru rieżamijiet strateġiċi annwali tat-theddid għall-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli, f’koordinament mas-SEAE u segwiti minn miżuri attivi maħsuba biex jipprevjenu ulterjorment l-erożjoni tan-normi multilaterali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Inrawmu l-kooperazzjoni bbażata fuq l-interessi li naqsmu bejnietna</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jerġa’ jafferma l-fatt li l-azzjoni esterna tal-UE tirrikjedi impenn kredibbli bbażat fuq il-valuri; jinsisti, madankollu, li mhuwiex biżżejjed li nserrħu biss fuq il-poter u l-prinċipji normattivi; jinkoraġġixxi tiftix b’mod aktar assertiv tal-objettivi strateġiċi tal-UE, filwaqt li nużaw is-sħubijiet u l-alleanzi bbażati fuq interessi kondiviżi; jissottolinja li l-ingranaġġ b’suċċess tas-sħubijiet u l-alleanzi, inkluż fit-tul, jeħtieġ li jkun ibbażat fuq kundizzjonijiet ekwi fost is-sħab; jenfasizza li l-appoġġ tal-UE għandu jkun kontinġenti fuq ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi fundamentali u l-istat tad-dritt; jafferma mill-ġdid, f’dan il-kuntest, li l-leġiżlazzjoni tal-UE mhijiex kwistjoni ta’ negozjati ma’ pajjiżi mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Iħeġġeġ, f’dan il-kuntest, lill-VP/RGħ tfittex politiki mfassla apposta li jindirizzaw l-aspettattivi tal-Istati Membri u tal-pajjiżi sħab u li jwasslu malajr għal ftehimiet politiċi, u b’hekk l-UE tiġi stabbilita bħala ankra strateġika affidabbli, speċjalment fi żmien meta l-kunflitti qed jipproliferaw u l-użu tal-forza qed jiġi dejjem aktar normalizzat bħala mezz biex jintlaħqu l-objettivi politiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li sħubija trans-Atlantika b’saħħitha mal-Istati Uniti u mal-Kanada fi ħdan in-NATO tifforma l-fulkru tal-arkitettura tas-sigurtà Ewropea; jesprimi, f’dan il-kuntest, tħassib dwar il-fatt li ċerti elementi tal-Istrateġija l-ġdida ta’ Sigurtà Nazzjonali tal-Istati Uniti jonqsu b’mod sinifikanti milli jindirizzaw b’mod adegwat it-theddida li tippreżenta r-Russja, b’mod partikolari għas-sigurtà Ewropea u għaldaqstant għas-sigurtà tal-Istati Uniti wkoll; jiddispjaċih, barra minn hekk, dwar il-valutazzjoni impreċiża mill-Istrateġija għas-Sigurtà Nazzjonali tal-UE bħala sistema politika, inklużi deskrizzjonijiet inadegwati tas-sitwazzjonijiet politiċi domestiċi fl-Istati Membri tal-UE; jafferma mill-ġdid l-appoġġ fit-tul tal-Parlament għall-valuri ewlenin tal-UE tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem; iqis li l-Istrateġija għas-Sigurtà Nazzjonali tkompli ssaħħaħ l-imperattiv għall-Ewropa biex tavvanza l-awtonomija strateġika tagħha, tnaqqas id-dipendenzi tagħha, u tiddiversifika s-sħubijiet tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tas-7 ta’ Jannar 2026 mill-President tal-Istati Uniti li jirtira minn għadd sinifikanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi bosta korpi tan-NU, kif ukoll li jissospendi l-parteċipazzjoni fihom jew itemm l-involviment magħhom; jesprimi t-tħassib serju tiegħu għall-fatt li tali mossa tista’ timmina s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistema tan-NU, iddgħajjef il-kooperazzjoni multilaterali fi żmien meta hija l-aktar meħtieġa u tinkoraġġixxi lill-atturi awtoritarji u reviżjonisti, li storikament fittxu li jisfruttaw kwalunkwe rtirar jew diżimpenn tal-potenzi tal-Punent mill-organizzazzjonijiet internazzjonali; iħeġġeġ lill-amministrazzjoni tal-Istati Uniti tirrifletti fuq din id-deċiżjoni tagħha u tafferma mill-ġdid l-impenn tagħha favur in-NU u l-kooperazzjoni multilaterali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jirrifjuta bil-qawwa kwalunkwe tentattiv biex jiġu mminati s-sovranità u l-integrità territorjali tar-Renju tad-Danimarka, inkluża Greenland; ifakkar, f’dan il-kuntest, li Greenland hija parti awtonoma tar-Renju tad-Danimarka u għandha l-awtorità li tiddeċiedi dwar l-iżvilupp ekonomiku u s-sħubijiet internazzjonali tagħha kif ukoll dwar il-politika tagħha rigward il-materja prima; itenni li l-poplu ta’ Greenland biss jista’ jiddeċiedi dwar il-futur tiegħu; iwissi, fl-istess ħin, li tali proċessi politiċi ma jridux jiġu strumentalizzati jew influwenzati minn atturi esterni; jenfasizza b’mod partikolari l-interess strateġiku taċ-Ċina fl-Artiku u l-użu tagħha ta’ ingranaġġ ekonomiku biex tikseb influwenza politika; jieħu nota tal-fatt li l-interess tal-Istati Uniti huwa xprunat minn tħassib dwar is-sigurtà marbut mal-ambjent strateġiku li qed jevolvi fl-Artiku iżda jemmen li l-ftehim dwar id-difiża tal-1951 bejn ir-Renju tad-Danimarka u l-Istati Uniti joffri bosta opportunitajiet għal preżenza akbar tal-Istati Uniti fi Greenland; ifakkar li d-Danimarka, inkluża Greenland, hija membru tan-NATO u għalhekk hija koperta bis-sħiħ mill-garanziji tas-sigurtà kollettiva tal-alleanza; jilqa’ d-dikjarazzjoni tas-6 ta’ Jannar 2026 ta’ seba’ mexxejja Ewropej u jissottolinja li s-sigurtà fl-Artiku tista’ tinkiseb biss b’mod kollettiv, flimkien man-NATO; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill Ewropew jiddefinixxu appoġġ konkret għal Greenland u għad-Danimarka f’konformità mal-prinċipji tal-UE, mal-liġi internazzjonali, u mal-Karta tan-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jiddispjaċih li l-Istati Uniti issa jsegwu approċċ aktar tranżazzjonali għall-politika estera, ikkaratterizzat minn impenn imnaqqas għall-multilateraliżmu u għas-sigurtà Ewropea; jenfasizza l-importanza għall-UE li tislet tagħlimiet mill-vulnerabbiltajiet tal-UE u li tieħu l-miżuri xierqa fil-livell tal-UE biex tevita li tkun f’pożizzjoni fejn ikollha mnejn tiġi sfurzata fil-futur; iqis li huwa aktar kruċjali minn qatt qabel li jitkompla d-djalogu mal-kontropartijiet tal-Istati Uniti fil-livell federali u statali, billi tiġi żgurata koordinazzjoni sostnuta f’oqsma bħas-sigurtà, it-teknoloġija u r-reżiljenza ekonomika, filwaqt li jintwerew l-għaqda u l-impenn favur pożizzjoni komuni tal-UE; jappoġġja bis-sħiħ l-approfondiment tal-kooperazzjoni fil-qafas tad-Djalogu Trans-Atlantiku bejn il-Leġiżlaturi tal-UE u tal-Istati Uniti u li s-summits bejn l-UE u l-Istati Uniti jsiru fuq bażi regolari biex jipprovdu impetu tal-ogħla livell għall-kooperazzjoni futura; jappella għall-approfondiment tad-Djalogu bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar is-Sigurtà u d-Difiża, li l-potenzjal tiegħu għadu mhux sfruttat; ifakkar li, biex tkun sieħeb trans-Atlantiku b’saħħtu, l-Ewropa jeħtiġilha tiżgura d-difiża u s-sigurtà tagħha stess; itenni, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa immedjata li l-UE u l-Istati Membri tagħha l-kunċett ta’ awtonomija strateġika u prontezza tad-difiża jġibuh operattiv bis-sħiħ u, għal dan l-għan, jagħmlu investimenti kollettivi u koordinati tajjeb fil-kapaċitajiet ta’ difiża meħtieġa; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li l-UE u l-Istati Membri tagħha jsiru aktar affidabbli u aktar awtosuffiċjenti fl-oqsma tas-sigurtà, id-difiża u t-teknoloġija, bl-objettiv li jissaħħaħ il-pilastru Ewropew fi ħdan in-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jikkonferma s-solidarjetà sħiħa u soda tiegħu ma’ Greenland, bħala parti mir-Renju tad-Danimarka; jiddenunzja l-użu ta' theddid kummerċjali unilaterali u intimidazzjoni ekonomika kontra d-Danimarka u Stati Membri oħra tal-UE bħala forma ta' koerċizzjoni inkompatibbli mal-liġi internazzjonali u l-prinċipji ewlenin tal-kooperazzjoni bejn l-alleati tan-NATO; iwissi kontra tentattivi biex jiġi strumentalizzat it-tħassib dwar is-sigurtà fl-Artiku biex tiġi eżerċitata pressjoni territorjali jew politika, jappoġġja bis-sħiħ il-pożizzjoni tar-Renju tad-Danimarka, inkluża Greenland, li Greenland mhijiex għall-bejgħ; jenfasizza li Greenland m'għandhiex tintuża bħala għodda biex taqsam l-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Unjoni tirrispondi b'mod sod, kollettiv u deċiżiv u tirreżisti kwalunkwe azzjoni bħal din;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jilqa’ s-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża bejn l-UE u l-Kanada, iffirmata fis-Summit bejn l-UE u l-Kanada tal-2025, bħala l-ewwel ftehim bħal dan ma’ sieħeb fil-Kontinent Amerikan; jappella għall-operazzjonalizzazzjoni rapida tagħha, inkluża l-parteċipazzjoni Kanadiża f’missjonijiet u operazzjonijiet tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK); jappoġġja n-negozjar ta’ direttiva li tippermetti lill-entitajiet Kanadiżi jipparteċipaw fl-akkwist konġunt tal-UE fl-ambitu tal-Istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Ifaħħar is-sħubija b’saħħitha u kostruttiva mar-Renju Unit; jilqa’ d-dikjarazzjoni konġunta tal-mexxejja tar-Renju Unit u tal-UE tad-19 ta’ Mejju 2025 wara s-Summit bejn ir-Renju Unit u l-UE tal-2025, b’mod partikolari l-istabbiliment tas-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża komprensiva; jappella għall-implimentazzjoni rapida u sħiħa tagħha, inkluż permezz ta’ (i) djalogi strateġiċi regolari biannwali dwar l-affarijiet barranin u s-sigurtà fil-livell ministerjali bejn is-Segretarji tal-Affarijiet Barranin u tad-Difiża tar-Renju Unit u l-VP/RGħ biex jikkoordinaw ir-rispons għall-kriżijiet u jallinjaw il-prijoritajiet strateġiċi, (ii) il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-missjonijiet ċivili u militari ta’ ġestjoni tal-kriżijiet tal-PSDK tal-UE, meta jkun legalment possibbli, (iii) kooperazzjoni msaħħa dwar ir-reżiljenza ċibernetika, il-ġlieda kontra t-theddid ibridu, is-salvagwardja tal-infrastruttura kritika, u l-indirizzar tal-finanzjament illeċitu, (iv) koordinazzjoni msaħħa dwar l-infurzar tas-sanzjonijiet u (v) azzjonijiet konġunti biex tiġi miġġielda l-flotta mistura tar-Russja, u jilqa’ l-impenn konġunt biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-Balkani tal-Punent, speċjalment sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipju tal-kondiviżjoni tas-setgħat tal-Ftehim ta’ Paċi ta’ Dayton u Pariġi; jieħu nota tal-ftehim politiku dwar l-aspetti ewlenin tal-ftehim futur bejn l-UE u r-Renju Unit fir-rigward ta’ Ġibiltà, imħabbar mill-partijiet fil-11 ta’ Ġunju 2025; jistenna l-pubblikazzjoni tat-test legali sħiħ għall-eżami;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Ifaħħar ir-relazzjoni stretta mal-pajjiżi tal-Ewropa tal-Punent li ma jagħmlux parti mill-UE u l-kooperazzjoni b’saħħitha tagħhom mal-UE fl-azzjoni esterna; jilqa’ f’dan il-kuntest il-konklużjoni tan-negozjati dwar pakkett wiesa’ ta’ miżuri għar-relazzjonijiet futuri bejn l-UE u l-Iżvizzera, u l-applikazzjoni proviżorja tiegħu, li jikkostitwixxu stadju importanti sinifikanti fl-avvanz u fl-approfondiment tar-relazzjoni diġà stretta; jinkoraġġixxi r-ratifika rapida tiegħu; jenfasizza s-sinifikat tas-sħubija għad-difiża u s-sigurtà man-Norveġja u jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni ta’ relazzjonijiet aktar b’saħħithom man-Norveġja fid-dawl tar-rwol kruċjali tal-pajjiż għas-sigurtà tal-enerġija tal-UE; jappella għal kooperazzjoni msaħħa dwar ir-reżiljenza tal-enerġija u d-diversifikazzjoni tal-provvista bħala strumenti ewlenin għall-avvanz tal-awtonomija strateġika tal-Unjoni; jilqa’ l-appoġġ pubbliku dejjem jikber għall-adeżjoni mal-UE fl-Iżlanda u l-intenzjoni espressa mill-awtoritajiet Iżlandiżi li jorganizzaw referendum dwar it-tkomplija tan-negozjati tal-adeżjoni mal-UE sal-2027; jitlob, sadanittant, impenn proattiv mal-Gvern Iżlandiż biex tiġi approfondita l-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà u jiġu promossi l-benefiċċji tas-sħubija fl-UE; jitlob ir-ratifika rapida tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni tal-UE ma’ Andorra u San Marino;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jenfasizza l-importanza strateġika tal-Balkani tal-Punent u jsostni kooperazzjoni politika u ta’ sigurtà kredibbli fil-perkors ibbażat fuq il-mertu tagħhom lejn l-integrazzjoni fl-UE; jemmen li l-futur tal-Balkani tal-Punent, l-Ukrajna u l-Moldova jinsab fl-UE, f’konformità mal-aspirazzjonijiet tal-poplu tagħhom; jikkundanna l-interferenza Russa fil-proċessi demokratiċi tal-pajjiżi kandidati tal-UE, b’mod partikolari l-Moldova; jieħu nota tar-riżultati tal-elezzjonijiet parlamentari li saru fil-Kosovo fit-28 ta’ Diċembru 2025; jitlob li jiġu ffurmati malajr assemblea Kosovara ġdida u gvern Kosovar ġdid, bil-għan li jiġu indirizzati r-riformi relatati mal-UE li tant hemm bżonn, b’mod partikolari dawk li jikkonċernaw il-Pjan ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, u li jiġu indirizzati l-obbligi rigward in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Kosovo u s-Serbja; jilqa’ t-tneħħija parzjali tal-miżuri tal-UE imposti fuq il-Kosovo; itenni li n-negozjati tal-adeżjoni tal-UE mas-Serbja għandhom javvanzaw biss abbażi ta’ progress li jista’ jitkejjel u sostenibbli fir-raggruppament tal-element fundamentali, inkluż allinjament sħiħ mal-PESK tal-UE, b’mod partikolari s-sanzjonijiet kontra r-Russja; jilqa’ l-issoktar pożittiv tad-djalogu tal-PESK bejn l-UE u s-sħab tagħha fil-Balkani tal-Punent u jissottolinja l-importanza ta’ dawn is-sħubijiet għall-paċi u s-sigurtà; ifakkar li t-tkabbir tal-UE jikkostitwixxi investiment ġeostrateġiku fis-sigurtà u l-istabbiltà reġjonali, li jirrikjedi impenn kemm mill-Unjoni kif ukoll mill-pajjiżi kandidati u jistieden, f’dan il-kuntest, lill-UE tagħmel il-proċess ta’ tkabbir aktar prevedibbli u politikament viżibbli għaċ-ċittadini tar-reġjun; jemmen li, għal dan l-għan, l-UE jeħtiġilha żżomm il-momentum tat-tkabbir u tipprovdi lill-pajjiżi kandidati assistenza teknika u finanzjarja suffiċjenti u appoġġ politiku konsistenti fi triqithom lejn sħubija sħiħa; jisħaq, madankollu, fuq il-ħtieġa li tkompli tittejjeb il-kundizzjonalità tal-istat tad-dritt u li jiġi żgurat li l-finanzjament kollu tal-UE għall-pajjiżi tal-adeżjoni jkun kompletament konformi mal-għanijiet u l-interessi strateġiċi tal-UE stess; jisħaq, fl-istess ħin, li l-progress fit-triq tal-adeżjoni tagħhom mal-UE huwa bbażat fuq il-mertu u jiddependi mir-rispett sħiħ għad-dritt internazzjonali u l-acquis tal-UE, kif ukoll l-allinjament tagħhom mal-PESK, inkluża l-aderenza mas-sanzjonijiet u l-politika tal-UE dwar il-viżi; ifakkar li l-proċess ta’ tkabbir għandu jipproċedi b’mod parallel mar-riformi istituzzjonali u tat-teħid ta’ deċiżjonijiet li għandhom l-għan li jissalvagwardjaw il-kapaċità ta’ integrazzjoni tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-pajjiżi kandidati tal-UE jappoġġjaw u jikkollaboraw b’mod attiv mat-tribunali u l-mekkaniżmi tal-ġustizzja internazzjonali biex jiżguraw li jkunu jistgħu jwettqu xogħolhom kif suppost, u jibdew proċedimenti u jiżguraw l-obbligu ta’ rendikont għad-delitti tal-gwerra, id-delitti kontra l-umanità, il-ġenoċidju u d-delitti ta’ aggressjoni mwettqa madwar id-dinja kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jissottolinja li waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-PESK u tal-PSDK fir-rigward tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant trid tkun l-appoġġ sod għas-sovranità u l-integrità territorjali tagħhom fi ħdan il-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment; jistieden lill-Federazzjoni Russa tirtira t-truppi kollha tagħha mir-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova, mir-reġjuni Georgjani ta’ Abkażja u Tskhinvali/l-Ossezja tan-Nofsinhar, u mill-partijiet okkupati illegalment tal-Ukrajna, b’rispett sħiħ għal-liġi internazzjonali u l-Karta tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu għall-Komunità Politika Ewropea bħala pjattaforma għal diskussjoni, djalogu u kooperazzjoni ma’ sħab Ewropej dwar il-politika barranija u l-isfidi ta’ sigurtà li qed niffaċċjaw, bil-għan li jissaħħu s-sigurtà u l-istabbiltà fl-Ewropa u li tiġi segwita kooperazzjoni politika u ta’ sigurtà bbażata fuq interessi komuni; jitlob l-involviment mill-qrib tal-Parlament fil-kjarifika tal-ambitu u l-ħidma futura ta’ din il-komunità; jissottolinja li, għas-suċċess u l-koerenza futuri ta’ dan il-format, xi livell ta’ allinjament mal-valuri u l-prinċipji demokratiċi huwa essenzjali; itenni li l-Komunità Politika Ewropea ma tista’ fl-ebda ċirkostanza ssir skuża għal dewmien fl-adeżjoni mal-UE tal-pajjiżi tat-tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jissottolinja li r-rwol strateġiku tat-Turkija bħala membru tan-NATO u l-kooperazzjoni tagħha mal-UE, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-UE għall-ġestjoni tal-kriżijiet, huma importanti għall-istabbiltà u s-sigurtà Ewropej; jemmen fl-importanza li tiġi żviluppata relazzjoni kooperattiva u ta’ benefiċċju reċiproku mat-Turkija b’mod gradwali, proporzjonat u riversibbli, b’kundizzjonalità stretta dwar ir-rispett għall-istat tad-dritt, id-drittijiet fundamentali, id-dritt internazzjonali u r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat; jesprimi dispjaċir, f’dan il-kuntest, għall-fatt li t-Turkija qed tkompli tikkontesta s-sovranità ta’ Stat Membru tal-UE u jisħaq fuq il-fatt li t-Turkija qed tagħmel sforz inadegwat fl-allinjament mal-PESK tal-UE; itenni l-fehma tiegħu li l-memorandum ta’ qbil bejn it-Turkija u l-Libja dwar id-delimitazzjoni ta’ ġuriżdizzjonijiet marittimi fil-Mediterran jikser id-drittijiet sovrani ta’ stati terzi, mhuwiex konformi mal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar u ma jista’ jipproduċi l-ebda effett legali fil-konfront ta’ stati terzi; ifakkar, f’dan il-kuntest, fl-iffirmar u l-evokazzjoni tal-memoranda ta’ qbil bejn it-Turkija u l-Libja dwar is-sigurtà komprensiva u l-kooperazzjoni militari u dwar id-delimitazzjoni taż-żoni marittimi; jiddeplora, barra minn hekk, ir-rifjut tat-Turkija li tiddeżinja lill-Ħamas bħala organizzazzjoni terroristika; jissottolinja wkoll l-inkompatibbiltà bejn il-kandidatura tat-Turkija għall-BRICS+ u l-PESK tal-UE; jistieden lit-Turkija tallinja ruħha bis-sħiħ mas-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja; jesprimi, barra minn hekk, tħassib dwar l-istat tal-libertajiet fundamentali u r-rigress demokratiku fit-Turkija; iħeġġeġ il-ħelsien immedjat tal-mexxej tal-oppożizzjoni Ekrem İmamoğlu, Selahattin Demirtaş, Osman Kavala, u tal-priġunieri politiċi l-oħra kollha, u jitlob li jintemmu l-attakki sostnuti u l-fastidju ġudizzjarju kontra l-oppożizzjoni politika, il-membri tal-istampa u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili; jappoġġja n-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Armenja u t-Turkija fl-interessi tar-rikonċiljazzjoni, ir-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, l-istabbiltà u s-sigurtà reġjonali, u l-iżvilupp soċjoekonomiku, u jilqa’ l-progress miksub sa issa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jesprimi t-tħassib serju tiegħu li t-Turkija qed tkompli żżomm it-theddida ta’ <STRING ITALIC="on">casus belli</STRING> kontra l-Greċja u jikkundanna l-okkupazzjoni illegali ta’ parti mit-territorju tar-Repubblika ta’ Ċipru mill-forzi militari Torok; jesprimi dispjaċir għall-fatt li t-Turkija naqset milli timplimenta l-obbligi assunti fil-konfront tal-UE skont il-Qafas ta’ Negozjar ta’ Ottubru 2005; ifakkar li l-konformità sħiħa mal-kriterji ta’ Copenhagen u n-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Istati Membri kollha tal-UE, inkluża r-Repubblika ta’ Ċipru, huma komponent meħtieġ tal-proċess ta’ adeżjoni; jemmen li, bħala konsegwenza ta’ dan ta’ hawn fuq, il-proċess ta’ adeżjoni tat-Turkija mal-UE ma jistax jitkompla fiċ-ċirkostanzi attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jitlob li jerġgħu jibdew malajr it-taħditiet ta’ soluzzjoni għal Ċipru fil-qafas maqbul min-NU, u jitlob li ma tiġi adottata l-ebda azzjoni unilaterali li tkun inkonsistenti ma’ soluzzjoni paċifika; jitlob li jiġi rrispettat l-istatus taż-żona buffer u l-mandat tal-Forza tan-Nazzjonijiet Uniti għaż-Żamma tal-Paċi f’Ċipru; jiġbed l-attenzjoni għad-deżinjazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ta’ Johannes Hahn bħala Mibgħut Speċjali għal Ċipru, li tissottolinja l-impenn tal-UE favur soluzzjoni komprensiva fuq il-bażi maqbula u r-rieda tagħha li tikkontribwixxi għall-proċess ta’ soluzzjoni fil-qafas tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota li s-Sħubija tal-Lvant (SL) daħlet f’fażi ġeopolitika ġdida, bi sħab fi triq tal-adeżjoni, oħrajn isegwu kooperazzjoni mfassla apposta, u l-aggressjoni tar-Russja li żżarma l-bilanċ reġjonali preċedenti; billi l-UE jeħtiġilha għalhekk tiddefinixxi mill-ġdid l-iskop strateġiku tas-Sħubija tal-Lvant, billi tankrah fir-reżiljenza, fit-trasformazzjoni demokratika u fis-sigurtà; jirrikonoxxi l-Assemblea Parlamentari Euronest bħala d-dimensjoni parlamentari tas-SL; jistieden lill-Kunsill, lis-SEAE u lill-Kummissjoni jintegraw id-deliberazzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari tal-Euronest fl-ippjanar tal-politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jilqa’ l-approċċ strateġiku fit-tul tal-UE għall-Baħar l-Iswed u l-Aġenda tal-Konnettività tiegħu bħala pedament għall-prosperità reġjonali, li jgħaqqad l-Ewropa mal-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-Asja Ċentrali; jappella għall-implimentazzjoni rapida u effettiva tal-istrateġija f’kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi sħab, filwaqt li jitqies li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt trid tibqa’ ċentrali għall-involviment tal-UE fir-reġjun; jissottolinja l-importanza strateġika tat-tlestija ta’ proġetti infrastrutturali ewlenin f’konformità man-Networks Trans-Ewropej estiżi; jenfasizza r-rwol tal-Assemblea Parlamentari Euronest f’dan il-kuntest;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jenfasizza l-importanza strateġika tal-Kawkasu tan-Nofsinhar u jħeġġeġ lill-UE tiżviluppa viżjoni fit-tul għall-impenn tagħha mar-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jikkundanna t-tendenzi awtoritarji tal-Partit Ħolma Georgjana u l-pożizzjoni tiegħu li xxaqleb favur l-interessi Russi, minkejja l-okkupazzjoni fit-tul tal-Abkażja u r-Reġjun ta’ Tskhinvali/l-Ossezja tan-Nofsinhar mir-Russja; jirrifjuta kwalunkwe rikonoxximent tal-elezzjonijiet parlamentari u jqis lill-Georgia bħala stat maqbud mir-reġim illeġittimu tal-Ħolma Georgjana; iħeġġeġ lill-Parlament tal-Georgia jħassar il-liġijiet dwar l-“influwenza barranija” u l-“valuri tal-familja”; jitlob li tintemm minnufih il-persekuzzjoni politikament motivata tal-oppożizzjoni politika, tas-soċjetà ċivili u tal-media indipendenti u li jinħelsu mingħajr kundizzjonijiet il-priġunieri politiċi kollha; iħeġġeġ lill-UE finalment tirrispondi b’mod adegwat u deċiżiv għal din il-kriżi demokratika f’pajjiż kandidat billi tingrana l-mezzi kollha disponibbli u jtenni t-talba ripetuta tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jimponu sanzjonijiet immirati kontra l-mexxejja u l-uffiċjali tal-Ħolma Georgjana responsabbli għar-rigress demokratiku u t-theddid għall-pluraliżmu politiku u kontra persuni magħrufa li jippromwovu narrattivi appoġġjati mir-Russja u jistigaw il-proċessi politiċi; jitlob lill-Georgia terġa’ lura fit-triq Ewropea f’konformità mal-għażla ċara tal-poplu tagħha; ifakkar li, fl-istess ħin, il-Georgia għandha tallinja ruħha mal-PESK, inkluża l-konformità mas-sanzjonijiet kontra r-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jappoġġja l-ftehim ta’ paċi ta’ Awwissu 2025 bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan u jitlob l-implimentazzjoni tiegħu <STRING ITALIC="on">bona fide</STRING>, b’rispett sħiħ għall-integrità territorjali Armena, kif ukoll biex it-trattat ta’ paċi li jakkumpanjah jiġi formalizzat u ratifikat, bl-irtirar tal-Ażerbajġan mit-territorju li jokkupa fl-Armenja bħala punt ta’ bidu; jistieden lill-UE tibqa’ involuta b’mod kostruttiv fin-normalizzazzjoni ulterjuri tar-relazzjonijiet bilaterali bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan; itenni t-talba tiegħu lill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan biex jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet it-23 ostaġġ Armen kollha detenuti wara l-attakk kontra r-reġjun tan-Nagorno-Karabakh; itenni t-talba tiegħu għal investigazzjonijiet indipendenti dwar l-abbużi mwettqa mill-forzi tal-Ażerbajġan fin-Nagorno-Karabakh u jistieden lill-awtoritajiet tal-Ażerbajġan jippermettu r-ritorn sikur tal-popolazzjoni Armena lejn in-Nagorno-Karabakh, jinvolvu ruħhom ġenwinament fi djalogu komprensiv u trasparenti magħhom, u jipprovdu garanziji robusti għall-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom; jitlob ir-rispett tal-integrità territorjali tal-Armenja u jinkoraġġixxi l-ġustizzja tranżizzjonali, kif ukoll proċessi ta’ ritorn sostenibbli; jesprimi dispjaċir għad-deterjorament ulterjuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali fl-Ażerbajġan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jilqa’ l-momentum pożittiv fir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u l-Armenja, li huwa appoġġjat bil-qawwa mill-awtoritajiet ta’ Yerevan; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri japprovaw b’mod attiv ix-xewqa tal-Armenja ta’ aktar kooperazzjoni mal-UE; jesprimi l-appoġġ qawwi tiegħu għall-attivitajiet tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA) u jenfasizza r-rwol importanti li għandha; jistieden lill-EUMA tkompli ssegwi mill-qrib is-sitwazzjoni tas-sigurtà fuq il-post li qed tevolvi, tipprovdi rapportar trasparenti lill-Parlament u tikkontribwixxi b’mod attiv għall-isforzi favur ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti; ifaħħar l-estensjoni tal-mandat tal-EUMA u ż-żieda fid-daqs tiegħu; jistieden lill-Kunsill, lis-SEAE u lill-Kummissjoni jesploraw modi oħra biex jappoġġjaw lill-Armenja, b’mod partikolari, iżda mhux esklużivament, fil-qasam tar-reżiljenza demokratika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-pressjoni eżerċitata mir-Russja u miċ-Ċina fl-Asja Ċentrali u jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tiżdied il-preżenza politika u ekonomika tal-UE fir-reġjun; jilqa’ r-riżultati tal-ewwel Summit bejn l-UE u l-Asja Ċentrali ta’ April 2025, anke bil-ħsieb li tittejjeb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun; jenfasizza l-eżitazzjoni tal-istati tal-Asja Ċentrali biex jagħtu appoġġ lill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja minħabba l-effett li l-gwerra qed ikollha fuq ir-reġjun; jistieden lill-awtoritajiet tal-istati tal-Asja Ċentrali, b’mod partikolari l-Każakistan, il-Kirgistan u l-Użbekistan, jikkooperaw mill-qrib mal-UE, b’mod partikolari mal-Mibgħut tas-Sanzjonijiet tagħha; jissottolinja l-interess tal-UE li żżid ir-relazzjonijiet ekonomiċi, tintensifika r-rabtiet politiċi u ssaħħaħ il-kooperazzjoni dwar l-infrastruttura tal-enerġija mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali, parzjalment biex tindirizza ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet kontra r-Russja u l-Belarussja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jippromwovu r-riformi politiċi u ekonomiċi u l-iżvilupp sostenibbli, u jsaħħu l-istat tad-dritt, id-demokrazija, il-governanza tajba u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ implimentazzjoni effettiva tal-istrateġija tal-UE dwar il-Golf permezz ta’ sħubijiet multilaterali mfassla apposta mal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) u ma’ kull pajjiż fir-reġjun; jissottolinja li l-kooperazzjoni msaħħa għandha tagħti prijorità lill-migrazzjoni, it-trasformazzjoni diġitali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tranżizzjoni ekoloġika, l-enerġija, is-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu; jilqa’ l-konklużjoni b’suċċess tal-ewwel Summit bejn l-UE u l-GCC bħala mument kruċjali fl-avvanz ta’ sħubija komprensiva għas-sigurtà u l-prosperità globali u reġjonali; jilqa’ r-rwol diplomatiku dejjem jikber tal-pajjiżi tal-Golf fil-kontribut għall-istabbiltà internazzjonali u l-medjazzjoni tal-kunflitti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, 30 sena wara t-tnedija tal-hekk imsejjaħ Proċess ta’ Barċellona, ma ntlaħaqx spazju kondiviż ta’ prosperità, stabbiltà u libertà mal-pajjiżi tal-Mediterran; jirrikonoxxi l-importanza strateġika ta’ djalogu msaħħaħ mal-pajjiżi fir-reġjun tal-Mediterran bil-għan li jittejbu d-drittijiet tal-bniedem u l-istandards demokratiċi, iżda wkoll minħabba r-rwol tagħhom fid-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija tal-Unjoni u fil-ġestjoni tal-flussi migratorji mill-pajjiżi ta’ oriġini jew ta’ tranżitu; japprova l-Patt il-ġdid għall-Mediterran bħala qafas komprensiv biex javvanza reġjun tal-Mediterran aktar sigur, stabbli u prosperu; jinkoraġġixxi impenn sostnut, investimenti mmirati u assistenza teknika biex jiġu indirizzati sfidi kondiviżi bħall-migrazzjoni, it-tibdil fil-klima u t-theddid għas-sigurtà; jisħaq, barra minn hekk, fuq ir-rwol li l-Unjoni għall-Mediterran jista’ jkollha bħala forum biex tintensifika l-programmi ta’ kooperazzjoni bejn il-pajjiżi Ewropej u dawk fuq il-kosta tal-Mediterran;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jikkundanna r-rwol destabbilizzanti tal-Iran fil-Lvant Nofsani, b’mod partikolari l-appoġġ militari tiegħu għal diversi atturi mhux statali, bħall-Ħamas u l-Hezbollah, kif ukoll għall-Houthi, li jdgħajjef is-sigurtà reġjonali; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jiddeżenja l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika bħala organizzazzjoni terroristika u jestendi s-sanzjonijiet tal-UE għall-membri kollha tiegħu, kif ukoll għal dawk responsabbli għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran; jesprimi s-solidarjetà soda tiegħu mal-poplu Iranjan fl-isforzi kontinwi tiegħu favur id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; jikkundanna l-użu sistematiku u sproporzjonat tal-forza mill-forzi tas-sigurtà Iranjani kontra dimostranti paċifiċi, li rriżulta f’telf ta’ ħajjiet u korrimenti serji; jikkundanna t-tentattivi tar-reġim Iranjan li jiċċensura l-protesti billi jaqta’ l-aċċess għall-internet u n-networks tat-telefown madwar il-pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jwaqqfu minnufih l-użu tal-vjolenza kontra l-assemblej paċifiċi, u jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet għal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda paċifika; jopponi bil-qawwa d-diplomazija tal-Iran dwar l-ostaġġi u jitlob li ċ-ċittadini Ewropej kollha miżmuma fl-Iran jinħelsu u jitħallew jitilqu mill-pajjiż; jesprimi tħassib serju dwar il-progress tal-programm nukleari tal-Iran lil hinn minn kull ġustifikazzjoni ċivili kredibbli; jindika l-fatt li r-reġim f’Tehran irrifjuta b’mod ċar tnedija mill-ġdid tal-Pjan ta’ Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK) u rrifjuta li jikkoopera fit-tilwima tiegħu li tinsab għaddejja mal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika; jesprimi dispjaċir għall-fatt li bħalissa ma hemm l-ebda strateġija stabbilita intiża li tipperswadi lill-Iran jastjeni milli jibni kapaċità nukleari militari, u lanqas pjan ta’ azzjoni fl-eventwalità li l-Iran jaqbeż is-soll nukleari; jistieden lill-VP/RGħ tressaq strateġija riveduta fil-konfront tal-Iran li tħejji għal kull eventwalità; jappoġġja l-impożizzjoni mill-ġdid tas-sanzjonijiet u r-restrizzjonijiet kollha relatati ma’ kwistjonijiet nukleari tan-NU u tal-UE li tneħħew qabel kontra l-Iran minħabba n-nuqqas ta’ konformità tiegħu mal-impenji tiegħu fl-ambitu tal-PAKK u jitlob azzjoni immedjata u deċiżiva fid-dawl tar-repressjoni stabbilita, sistematika u brutali tar-reġim fil-konfront tal-poplu Iranjan, inklużi detenzjonijiet arbitrarji tal-massa, tortura, u l-eżekuzzjoni ta’ dissidenti politiċi; jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-kampanja ta’ vjolenza mġedda u li qed teskala min-naħa tar-reġim kontra d-dimostranti, li rriżultat fil-qtil ta’ eluf ta’ dimostranti, inkluż permezz tal-użu intenzjonat ta’ munizzjon attiv u eżekuzzjonijiet sanzjonati mill-istat u atti li jammontaw għal delitti kontra l-umanità skont id-dritt internazzjonali, filwaqt li r-reġim ikompli jiċħad il-libertajiet fundamentali lil popolazzjoni li persistentement titlob id-dinjità, il-libertà u d-dritt li tgħix f’pajjiż ħieles u demokratiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-attakki destabbilizzanti mill-Houthi kontra bastimenti kemm kummerċjali kif ukoll militari li jgħaddu mill-Baħar l-Aħmar; jisħaq li dawn ikkawżaw tfixkil sinifikanti fil-kummerċ globali, peress li l-kumpaniji tat-tbaħħir huma mġiegħla jirridirezzjonaw ir-rotta ta’ ħafna mit-traffiku tal-Baħar l-Aħmar għal madwar il-ponta tan-Nofsinhar tal-Afrika; jappella għal azzjoni kollettiva u jinkoraġġixxi impenn u kooperazzjoni internazzjonali msaħħa tal-UE; iħeġġeġ bil-qawwa azzjoni kontinwa biex tiġi żgurata l-libertà tan-navigazzjoni f’wieħed mill-aktar passaġġi fuq l-ilma kritiċi tad-dinja; jitlob il-waqfien immedjat ta’ dawn l-attakki illegali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ appoġġ kontinwu u akbar tal-UE għall-poplu Afgan, speċjalment in-nisa u l-bniet, u dawk kollha li d-drittijiet tagħhom jinkisru b’mod persistenti mit-Talibani; jinsisti li jinżamm impenn strettament kundizzjonali mat-Taliban abbażi tal-ħames parametri referenzjarji stabbiliti mill-Kunsill u mir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Itenni li reġjun Indo-Paċifiku li jkun paċifiku, stabbli u bbażat fuq ir-regoli huwa ta’ interess Ewropew vitali, mhux biss għas-sigurtà reġjonali, iżda wkoll għas-salvagwardja tar-rotot kummerċjali globali, il-protezzjoni tal-libertà tan-navigazzjoni u l-iżgurar tar-reżiljenza kontra l-koerċizzjoni ekonomika; jinsab imħasseb li l-intensifikazzjoni tal-kompetizzjoni bejn il-potenzi l-kbar fir-reġjun, b’mod partikolari bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, qed timponi dejjem aktar restrizzjonijiet fuq il-kapaċità tal-UE li ssegwi l-aġenda tagħha stess li tippromwovi l-multilateraliżmu u s-soluzzjonijiet kooperattivi fir-reġjun; jirrimarka, f’dan il-kuntest, li l-Laqgħa bejn l-Asja u l-Ewropa għadha mxekkla minħabba t-tensjonijiet ġeopolitiċi mar-Russja; jinkoraġġixxi, għal dan l-għan, koordinazzjoni aktar mill-qrib dwar il-politika estera, ta’ sigurtà u ta’ difiża ma’ sħab tal-istess fehma, b’mod partikolari l-Awstralja, New Zealand, il-Korea t’Isfel, il-Ġappun, it-Tajwan u l-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN); jafferma mill-ġdid li l-Istrett tat-Tajwan huwa ilmijiet internazzjonali, u jappoġġja d-dritt għal-libertà tan-navigazzjoni mid-demokraziji Ewropej u s-sħab tagħhom tal-istess fehma, li jenfasizza li l-paċi u l-istabbiltà fl-Istrett tat-Tajwan huma essenzjali għas-sigurtà u l-prosperità globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Ifakkar, f’dan il-kuntest, fis-sħubija strateġika li l-UE għandha mal-Ġappun, li għandha sservi ta’ mudell għal relazzjoni bilaterali produttiva li tippermetti t-tfassil effettiv tal-politika f’fora multilaterali; jilqa’ d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija Strateġika (SPA) bejn l-UE u l-Ġappun fl-1 ta’ Jannar 2025, flimkien mal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika eżistenti, u jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-SPA għal kooperazzjoni msaħħa fis-sigurtà u d-difiża, inkluż it-tnedija ta’ Djalogu regolari bejn il-Ġappun u l-UE dwar is-Sigurtà u d-Difiża, il-kollaborazzjoni dwar kwistjonijiet ta’ difiża relatati mal-industrija, l-esplorazzjoni tal-involviment reċiproku f’inizjattivi ta’ difiża u l-ħidma li għaddejja dwar ftehim dwar is-sigurtà tal-informazzjoni; jilqa’ l-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni f’oqsma bħas-sigurtà marittima, iċ-ċibersigurtà, l-ispazju u n-nonproliferazzjoni, kif ukoll attività konġunta konkreta fl-ambitu tas-Sħubija Diġitali u d-Djalogu dwar l-Enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza strateġika tal-Korea t’Isfel bħala sieħeb demokratiku ewlieni fl-Asja tal-Lvant, li magħha l-UE stabbiliet sħubija komprensiva li tinkludi d-djalogu politiku, il-kummerċ u l-kooperazzjoni fis-sigurtà; ifakkar li l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Korea t’Isfel, l-ewwel tat-tip tiegħu ma’ sieħeb Asjatiku, approfondixxa b’mod sinifikanti l-integrazzjoni ekonomika, filwaqt li l-kollaborazzjoni kontinwa testendi għan-nonproliferazzjoni, iċ-ċibersigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ġestjoni tal-kriżijiet; jenfasizza r-rwol ċentrali tal-Korea t’Isfel fl-istabbiltà reġjonali, b’mod partikolari fl-indirizzar tal-isfidi tas-sigurtà fil-Peniżola Koreana, u jappella għal koordinazzjoni msaħħa f’fora multilaterali biex tinżamm il-paċi, jiġu skoraġġuti l-provokazzjonijiet u tiġi promossa d-denuklearizzazzjoni; jilqa’, f’dan il-kuntest, l-istabbiliment tas-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża; jenfasizza li s-Sħubija tipprovdi qafas strutturat għad-djalogu u l-kooperazzjoni fl-ispettru sħiħ ta’ kwistjonijiet ta’ sigurtà u difiża, inklużi Djalogi Strateġiċi annwali fil-livell ministerjali; jappoġġja l-ambizzjoni li tiġi approfondita l-kooperazzjoni prattika f’oqsma bħas-sigurtà marittima, filwaqt li operazzjonijiet konġunti, inkluż bħal Atalanta, jintużaw bħala bażi u jiġu esplorati impenji ġodda fl-ambitu tal-inizjattiva tal-UE dwar il-Preżenzi Marittimi Koordinati; jissottolinja, fl-aħħar nett, li l-istituzzjonalizzazzjoni ta’ din is-Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża tikkonsolida l-pożizzjoni tal-Korea t’Isfel bħala wieħed mill-aktar sħab sinifikanti tal-UE fir-reġjun Indo-Paċifiku u tipprovdi bażi b’saħħitha għal azzjoni konġunta fit-tul biex jiġu indirizzati l-isfidi ġeopolitiċi komuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jisħaq fuq il-valur tal-approfondiment tar-rabtiet ma’ New Zealand, sieħeb għal ħafna snin u li jikkondividi affinitajiet politiċi, kulturali u normattivi b’saħħithom mal-UE; jirrimarka li New Zealand wera tmexxija konsistenti fid-diplomazija multilaterali, id-diżarm nukleari, u l-azzjoni klimatika, u b’hekk sar alleat indispensabbli fl-avvanz tal-objettivi globali komuni; jilqa’ l-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE u New Zealand bħala pass importanti fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni ekonomika, filwaqt li jirrikonoxxi wkoll il-potenzjal li tiġi estiża l-ħidma konġunta fis-sigurtà u l-konnettività;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni strateġika mal-Awstralja, li hija sieħeb tal-istess fehma li jikkondividi l-impenn tal-UE għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, id-dritt internazzjonali u ordni globali bbażata fuq ir-regoli; jissottolinja li l-pożizzjoni ġeografika u r-rwol attiv tal-Awstralja fis-sigurtà reġjonali jagħmluha attur ċentrali fis-salvagwardja tal-istabbiltà fir-reġjun Indo-Paċifiku; jilqa’, f’dan ir-rigward, it-tħabbira li saret fis-Summit tal-Mexxejja tal-G7 f’Alberta mill-President tal-Kunsill Ewropew António Costa, il-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen, u l-Prim Ministru Awstraljan Anthony Albanese biex iniedu negozjati dwar Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża; jisħaq li din l-inizjattiva tirrifletti rikonoxximent dejjem jikber tal-interkonnettività tas-sigurtà tal-Ewropa u tar-reġjun Indo-Paċifiku, u tipprovdi opportunità biex tiġi estiża l-azzjoni konġunta dwar l-isfidi tas-sigurtà globali; jenfasizza li dawn in-negozjati, flimkien ma’ impenn imġedded biex jiġi konkluż ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-Awstralja u l-UE, juru momentum qawwi fir-relazzjoni bilaterali, filwaqt li jsaħħu mhux biss ir-rabtiet ekonomiċi u teknoloġiċi iżda wkoll ir-reżiljenza kollettiva u l-fiduċja strateġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jindika l-importanza politika u ġeostrateġika akbar tal-pajjiżi fl-Oċeanja, kif ukoll ta’ organizzazzjonijiet bħall-Forum tal-Gżejjer tal-Paċifiku; ifakkar li, filwaqt li fost il-pajjiżi l-aktar esposti għal sfidi globali u pressjonijiet ġeopolitiċi, in-nazzjonijiet tal-Paċifiku għandhom rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-multilateraliżmu u jibqgħu sħab ewlenin fl-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-involviment diplomatiku tagħhom fir-reġjun, meta jkun possibbli f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awstralja u ma’ New Zealand;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Huwa tal-fehma li r-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina se jkunu fattur determinanti għall-prosperità ekonomika futura tagħna u għas-sigurtà internazzjonali; iqis, f’dan il-kuntest, li l-militarizzazzjoni dejjem aktar mgħaġġla taċ-Ċina, il-preżenza militari u l-imġiba aggressiva dejjem akbar tagħha fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar u l-provokazzjonijiet militari mhux ġustifikati tagħha kontra l-ġirien tagħha, kif ukoll is-sħubijiet militari u politiċi tagħha mar-Russja, il-Korea ta’ Fuq u l-Iran, jikkostitwixxu sfida ġeopolitika ewlenija tas-seklu 21; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-bidla possibbli fil-politika barranija taċ-Ċina minn waħda assertiva ħafna għal waħda totalment aggressiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jiddeplora s-sħubija “bla limiti” bejn ir-Russja u ċ-Ċina, b’mod partikolari l-impenn imġedded li jsaħħu r-rabtiet militari tagħhom u b’hekk ikomplu jappoġġjaw il-magna tal-gwerra tar-Russja, inkluż permezz tal-esportazzjoni ta’ materjali b’użu doppju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Ifakkar fl-impenn tal-UE favur il-politika tagħha ta’ “Ċina Waħda” bħala wieħed mill-prinċipji tar-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina; jikkundanna l-intimidazzjonijiet u t-theddid taċ-Ċina għall-paċi u l-istabbiltà fl-Istrett tat-Tajwan u fl-ilmijiet internazzjonali tal-madwar, inklużi manuvri tal-ajru u tal-baħar fuq skala kbira bħall-“Missjoni ta’ Ġustizzja 2025” u l-eżerċizzji “Strait Thunder-2025A” f’April 2025 li jipperikolaw l-istabbiltà fir-reġjun; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw, permezz ta’ sinjali ċari u konsistenti, li kwalunkwe tentattiv li jinsab għaddej biex jibdel unilateralment l-i<STRING ITALIC="on">status quo</STRING> fl-Istrett tat-Tajwan, b’mod partikolari permezz tal-forza jew il-koerċizzjoni, ma jistax jiġi aċċettat u se jkollu konsegwenzi kbar; jenfasizza li t-Tajwan huwa sieħeb demokratiku ewlieni għall-UE fir-reġjun Indo-Paċifiku u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni msaħħa mat-Tajwan sabiex ikomplu jagħtu spinta lir-rabtiet ekonomiċi, kummerċjali u ta’ investiment; jappella, barra minn hekk, għal skambji regolari bejn l-UE u l-kontropartijiet Tajwaniżi tagħha dwar kwistjonijiet rilevanti ta’ sigurtà; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw il-parteċipazzjoni sinifikattiva tat-Tajwan f’organizzazzjonijiet multilaterali, bħall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima; ifakkar li l-White Paper għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030 tesprimi tħassib dwar il-koerċizzjoni taċ-Ċina kontra t-Tajwan permezz tal-intensifikazzjoni ta’ miżuri politiċi, ekonomiċi, militari, ċibernetiċi u konjittivi; jenfasizza li r-rivendikazzjonijiet territorjali taċ-Ċina fuq it-Tajwan ma għandhom l-ebda bażi fid-dritt internazzjonali, li l-ebda naħa mhija subordinata għall-oħra u li l-Gvern elett demokratikament tat-Tajwan biss jista’ jirrappreżenta lill-poplu Tajwaniż; jopponi d-distorsjoni kostanti mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tar-Riżoluzzjoni 2758 tan-NU u l-isforzi tagħha biex timblokka l-parteċipazzjoni tat-Tajwan f’organizzazzjonijiet multilaterali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jiddenunzja s-sistema mmexxija mill-gvern ta’ xogħol furzat u l-ksur persistenti tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari r-repressjoni sistematika tal-Ujguri fil-Provinċja ta’ Xinjiang; josserva bi tħassib ir-repressjoni intensa fuq il-minoranzi etniċi fit-Tibet, f’Hong Kong u fil-Macau u r-repressjoni tranżnazzjonali tad-dissidenti Ċiniżi; jistieden liċ-Ċina tikkonforma mal-konvenzjonijiet obbligatorji kollha tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Itenni l-kundanna qawwija tiegħu tal-ksur miċ-Ċina tal-impenji internazzjonali tagħha u l-ksur tagħha tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti Sino-Brittaniċi u Sino-Portugiżi, il-prinċipju ta’ “pajjiż wieħed, żewġ sistemi” u l-Liġi Bażika ta’ Hong Kong; jistieden liċ-Ċina tirrispetta u tiggarantixxi l-awtonomija ta’ Hong Kong u tirratifika l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jirrieżaminaw l-istatus tal-Uffiċċju Ekonomiku u Kummerċjali ta’ Hong Kong fi Brussell, kif ukoll l-istatus awtonomu ta’ Hong Kong u tal-Macau, fid-dawl tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-ksur mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina tal-impenji internazzjonali tagħha; jinsab imħasseb dwar ir-rwol ta’ Hong Kong fl-assistenza lir-Russja biex tevita s-sanzjonijiet fis-seħħ u takkwista komponenti kritiċi għall-produzzjoni tal-armi; jiddeplora, barra minn hekk, ir-repressjoni tal-awtonomija u l-personalitajiet tal-oppożizzjoni tar-reġjun amministrattiv speċjali, inklużi l-membri tas-soċjetà ċivili u l-membri tal-familja tagħhom; jistieden lis-SEAE jimmonitorja mill-qrib il-proċessi tal-priġunieri politiċi f’Hong Kong u jitlob il-ħelsien tal-priġunieri politiċi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar il-penetrazzjoni ekonomika dejjem tikber tal-kumpaniji Ċiniżi fl-UE, inkluż f’setturi strateġiċi bħall-manifattura tal-batteriji; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li titkompla l-politika ta’ tneħħija tar-riskji billi tkompli titnaqqas id-dipendenza ekonomika f’setturi kritiċi, f’konformità mal-istrateġija tas-sigurtà ekonomika tal-UE; jissottolinja li tali dipendenzi jirrestrinġu l-kapaċità tal-politika barranija tal-UE u jżidu l-vulnerabbiltà tagħha għall-koerċizzjoni politika u ekonomika; jappella, għalhekk, għal miżuri effettivi ta’ tneħħija tar-riskji, diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-provvista u l-istabbiliment ta’ sħubijiet ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE trawwem djalogu bbażat fuq il-prinċipji u kooperazzjoni ta’ benefiċċju reċiproku maċ-Ċina biex jiġu indirizzati għadd ta’ sfidi globali, mill-multilateraliżmu u t-tibdil fil-klima għas-saħħa globali u l-iżvilupp internazzjonali; jissottolinja, fil-kuntest ta’ dan ta’ hawn fuq, li l-UE jeħtiġilha tadotta strateġija multidimensjonali li tgħaqqad id-diplomazija bbażata fuq il-prinċipji mmirata lejn ir-rispett tad-dritt internazzjonali mal-impenn ekonomiku li jissalvagwardja kundizzjonijiet ekwi u b’hekk jiżgura l-interessi tal-UE, u li se tirrikjedi t-tneħħija tar-riskji fil-konfront taċ-Ċina; jikkonferma li l-fatt li ċ-Ċina titqies simultanjament bħala sieħeb, kompetitur ekonomiku u rivali sistemiku jibqa’ qafas analitiku utli, iżda jisħaq li dan mhuwiex biżżejjed bħala orjentazzjoni strateġika fit-tul; jitlob dibattitu strutturat fost l-Istati Membri dwar il-futur tar-relazzjonijiet tal-UE maċ-Ċina sabiex jiġu definiti l-objettivi strateġiċi tal-Unjoni; jissottolinja li huwa biss bl-istabbiliment ta’ viżjoni fit-tul għar-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina li l-Unjoni tista’ tfassal politika li tkun konsistenti, kredibbli u effettiva, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jippreżentaw proposti għal dan l-għan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Josserva li l-isfidi ġeopolitiċi saħħu l-interess kondiviżi tal-UE u tal-Indja; jappoġġja s-summit bejn l-UE u l-Indja biex tiġi varata aġenda strateġika ġdida; jilqa’ d-Djalogu Strateġiku dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà li nbeda f’Ġunju 2025 u jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ Sħubija għas-Sigurtà u d-Difiża bejn l-UE u l-Indja, inklużi eżerċizzji navali konġunti regolari fl-Oċean Indjan u kooperazzjoni operattiva bejn il-Flotta Navali Indjana u l-missjonijiet navali tal-UE; jissottolinja l-objettiv li jiġi konkluż Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni mal-Indja sal-2026; jisħaq fuq l-opportunità strateġika li titnaqqas id-dipendenza tal-Indja mill-importazzjonijiet tal-armi Russi billi jiġu appoġġjati l-kooperazzjoni tal-industrija tad-difiża u t-trasferiment tat-teknoloġija mas-sħab Ewropej, u jistieden lill-Indja tieħu pożizzjoni ċara kontra l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u ssaħħaħ il-miżuri effettivi biex tipprevjeni ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE; jilqa’ l-Kuritur Ekonomiku bejn l-Indja, il-Lvant Nofsani u l-Ewropa u jissottolinja li dan il-proġett jista’ jaċċelera l-kummerċ bejn l-Ewropa u l-Indja; iħeġġeġ lill-UE u lill-Indja jżidu l-investimenti fl-ambitu tal-Global Gateway, filwaqt li jibnu fuq il-portafoll attwali ta’ Tim Ewropa ta’ EUR 15-il biljun, bi proġetti prijoritarji fl-enerġija rinnovabbli, it-trasport sostenibbli, l-infrastruttura diġitali u s-sigurtà tas-saħħa; jitlob li jiġi stabbilit Forum tan-Negozju bejn l-UE u l-Indja biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni tas-settur privat u tiġi żgurata l-adozzjoni tal-inizjattivi mis-suq; jappoġġja l-ħolqien ta’ Ċentri ta’ Innovazzjoni bejn l-UE u l-Indja u Sħubijiet għal Start-ups biex jippromwovu l-kooperazzjoni fis-semikondutturi, l-intelliġenza artifiċjali u l-idroġenu ekoloġiku, inkluża r-riċerka konġunta fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa; itenni l-importanza ta’ djalogi ministerjali regolari u impenn parlamentari biex tiġi pprovduta sorveljanza u jiġi żgurat it-twettiq tal-impenji konġunti; jistieden lill-Gvern Indjan itejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa u tal-minoranzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jilqa’ l-10 Djalogu Politiku bejn l-UE u l-Pakistan li sar fi Brussell fis-17 ta’ Lulju 2025, u jissottolinja l-importanza li jiġi implimentat bis-sħiħ il-Pjan ta’ Impenn Strateġiku bħala l-qafas għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fi kwistjonijiet politiċi, ekonomiċi, ta’ sigurtà u ta’ żvilupp; jistieden lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jibnu fuq il-progress li sar fil-qafas tal-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi Plus (SĠP+) u d-Djalogu komprensiv dwar il-Migrazzjoni u l-Mobbiltà; jinkoraġġixxi kooperazzjoni kontinwa dwar il-migrazzjoni, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-ġlieda kontra d-droga;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jesprimi l-appoġġ u s-simpatija tiegħu għall-movimenti favur id-demokrazija fl-Asja t’Isfel, b’mod partikolari fil-Bangladesh, fis-Sri Lanka u fin-Nepal, u jissottolinja li dawn l-ambizzjonijiet demokratiċi tal-popolazzjoni jridu jiġu ssodisfati b’riformi konkreti u progress mit-tmexxija politika; ifakkar fl-appoġġ fit-tul tal-UE għad-demokrazija u s-soċjetà ċivili fl-Asja t’Isfel u jissottolinja li l-UE għandha tfittex sħubija aktar mill-qrib mal-pajjiżi kollha fir-reġjun biex tipprovdi mudell alternattiv ta’ impenn liċ-Ċina, li qed iżżid il-preżenza tagħha fir-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-elezzjonijiet ġenerali farsa li għamlet il-ġunta militari fil-Myanmar/Burma fit-28 ta’ Diċembru 2025, li ma għandhom l-ebda leġittimità demokratika u saru f’kuntest ta’ intimidazzjoni, vjolenza u koerċizzjoni sistematiċi; jenfasizza li x-xoljiment furzat tal-partiti tal-oppożizzjoni u d-detenzjoni kontinwa tal-mexxejja politiċi fil-Myanmar/Burma jirrendu null il-proċess elettorali; jirrifjuta kwalunkwe tentattiv min-naħa tal-ġunta li tuża dawn is-sondaġġi frawdolenti biex tikseb ir-rikonoxximent internazzjonali; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jżidu l-pressjoni fuq ir-reġim militari permezz ta’ sanzjonijiet immirati, u jkomplu jappoġġjaw l-aspirazzjonijiet demokratiċi tal-poplu tal-Myanmar/Burma u l-isforzi tiegħu favur tranżizzjoni awtentika u inklużiva lejn gvern ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jikkonċentraw fuq l-iżvilupp ta’ sħubijiet bilaterali aktar b’saħħithom ma’ demokraziji tal-istess fehma fl-Afrika, ibbażati fuq l-ugwaljanza, ir-rispett u l-benefiċċju reċiproku, kif ukoll fuq il-prinċipju “aktar għal aktar”, filwaqt li jiddefendu l-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija; jisħaq li kemm l-UE kif ukoll l-Afrika qed jiffaċċjaw l-istess sfidi globali; jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-kontinenti u jilqa’ d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-seba’ Summit bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana (UA)<FOOTNOTE><FIELD> Dikjarazzjoni Konġunta – Is-7 Summit bejn l-Unjoni Afrikana (UA) u l-Unjoni Ewropea (UE), il-25 ta’ Novembru 2025.</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja l-importanza li d-dimensjoni parlamentari tas-summits futuri UE-UA tiġi istituzzjonalizzata bħala komponent integrali tal-qafas tagħhom b’tali mod li jiġu żgurati r-rappreżentanza taċ-ċittadini, is-sorveljanza pubblika u l-kontribut demokratiku għad-deliberazzjonijiet u l-eżiti tas-sħubija; itenni l-valur miżjud li l-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (OACP) tista’ ġġib u jilqa’ ż-żieda fil-kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-OACP permezz tal-Ftehim ta’ Samoa<FOOTNOTE><FIELD> Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Membri tal-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (ĠU L, 2023/2862, 28.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2023/2862/oj).</FIELD></FOOTNOTE>; jitlob li jinħoloq patt iddedikat għall-industrijalizzazzjoni bejn l-UE u l-Afrika taħt l-awspiċji konġunti tal-UA, l-UE u l-banek tal-iżvilupp reġjonali, biex jiġi mobilizzat il-kapital pubbliku u privat, li jiżgura li l-Afrika ma tkunx biss sors ta’ materja prima, iżda ċentru għall-ipproċessar, il-manifattura u l-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jibqa’ mħasseb ħafna dwar il-vjolenza kontinwa u l-kriżijiet umanitarji f’diversi partijiet tal-Afrika; jinsab partikolarment allarmat dwar il-vjolenza u n-nuqqas ta’ sigurtà kontinwi fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, prinċipalment fil-Provinċji ta’ Kivu ta’ Fuq u ta’ Ituri; jitlob li l-UE tiżvolġi rwol attiv u koordinat biex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-proċess ta’ paċi, b’enfasi fuq it-tisħiħ tal-inklużività u l-parteċipazzjoni tan-nisa, l-aċċess umanitarju u l-protezzjoni tal-persuni ċivili; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jissospendu minnufih il-memorandum ta’ qbil bejn l-UE u r-Rwanda dwar il-ktajjen tal-valur sostenibbli tal-materja prima sakemm ir-Rwanda twaqqaf l-interferenza tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-kunflitt devastanti fis-Sudan li wassal għal diversi vittmi ċivili, spostament u ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem; jikkundanna bil-qawwa d-delitti tal-gwerra u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem kollha, u jappella għal aċċess umanitarju mingħajr xkiel, obbligu ta’ rendikont sħiħ, infurzar tal-embargi kollha fuq l-armi, u sanzjonijiet immirati kontra l-individwi kollha li jwettqu dawn l-atroċitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jinnota bi tħassib l-isfidi elettorali reċenti f’partijiet tal-kontinent Afrikan, inkluż fit-Tanzanija, il-Kamerun u l-Kosta tal-Avorju, u jirrikonoxxi l-involviment pubbliku u d-dimostrazzjonijiet li segwew; jinkoraġġixxi rieżami trasparenti u bir-reqqa ta’ kwalunkwe tħassib elettorali rrapportat u jistieden lill-awtoritajiet rispettivi jissalvagwardjaw ir-rieda espressa tal-poplu u jiddefendu d-drittijiet tal-atturi politiċi kollha; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza li jiġi żgurat li l-parteċipazzjoni politika u l-attivitajiet tal-oppożizzjoni jkunu jistgħu jsiru liberament u mingħajr restrizzjonijiet bla bżonn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għar-rigress demokratiku u ż-żieda fil-kolpi ta’ stat militari, b’mod partikolari fis-Saħel, bħal fin-Niġer, fil-Burkina Faso u fil-Mali, li kollha jheddu l-istabbiltà reġjonali; jikkundanna ż-żieda fit-tentattivi minn atturi esterni biex idgħajfu s-sovranità tal-istat u jalimentaw narrattivi kontra l-Ewropa permezz tal-użu ta’ gruppi merċenarji u kampanji ta’ diżinformazzjoni mmirati, li huwa ggravat mir-rwol li għandhom ir-Russja u ċ-Ċina fir-reġjun; ifakkar li dan għandu riperkussjonijiet diretti fuq is-sigurtà u l-prosperità tal-Ewropa u għalhekk jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jissaħħu l-kontributi pożittivi tal-UE għall-paċi, is-sigurtà u l-iżvilupp; jissottolinja l-ħtieġa li l-inizjattiva Global Gateway tintuża bħala għodda ewlenija biex jiġu offruti sħubijiet pożittivi f’oqsma bħall-infrastruttura, is-saħħa u t-trasformazzjoni diġitali, u b’hekk tgħin biex tittejjeb il-ħajja tal-popolazzjonijiet lokali u tiġi miġġielda l-preżenza dejjem tikber ta’ setgħat awtoritarji fil-kontinent; jappella għal investiment sostnut tal-UE fil-governanza tajba, il-bini tal-kapaċitajiet u s-sħubija mmirati lejn il-prevenzjoni tal-kollass tal-istat, ir-riperkussjonijiet tal-migrazzjoni u t-traffikar illeċitu, u lejn il-ġlieda kontra t-terroriżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Ifakkar fit-theddida li jirrappreżenta t-terroriżmu Iżlamiku fl-Afrika, b’mod partikolari għall-komunitajiet reliġjużi, fosthom l-Insara, u jieħu nota tal-kooperazzjoni msaħħa f’dik li hi l-ġlieda kontra t-terroriżmu bejn l-Istati Uniti u n-Niġerja, inklużi l-azzjonijiet meħuda dan l-aħħar kontra gruppi affiljati mal-Istat Iżlamiku; iwissi kontra l-konsegwenzi mhux mixtieqa tal-azzjonijiet militari esterni, inkluż ir-riskju li jitkebbsu narrattivi estremisti, perċezzjonijiet ta’ intervent barrani u lmenti lokali li jaf jikkompromettu l-istabbiltà u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti; jissottolinja li l-UE u l-Istati Uniti għandhom jintensifikaw l-isforzi konġunti biex jappoġġjaw il-kapaċitajiet ta’ governanza u ta’ sigurtà, jipprevjenu r-radikalizzazzjoni, jiġġieldu t-terroriżmu u jipproteġu lill-komunitajiet reliġjużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jenfasizza li l-pajjiżi tal-UE, tal-Amerka Latina u tal-Karibew għandhom l-istess fehma u jikkondividu valuri, lingwi, storja, kultura u reliġjon, li għandhom jagħmluhom sħab naturali fil-kuntest ġeopolitiku tal-lum; jinnota li l-involviment tal-UE fir-reġjun naqas f’dawn l-aħħar deċennji, u dan ħoloq vakwu għall-influwenza li qed tikber miċ-Ċina u mir-Russja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jiżguraw li s-sħubija mal-Amerka Latina u l-Karibew tgħaddi mill-kliem għall-azzjoni billi tipprovdi pjan direzzjonali li jsaħħaħ il-kapaċità taż-żewġ reġjuni li jaġixxu f’ordni globali kkontestat; jilqa’ d-Dikjarazzjoni Konġunta<FOOTNOTE><FIELD> Joint Declaration of the CELAC-EU Summit 2025 (Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit CELAC-UE 2025), Santa Marta, il-Kolombja, id-9 ta’ Novembru 2025.</FIELD></FOOTNOTE> adottata fis-Summit ta’ Santa Marta f’Novembru 2025; jisħaq li din l-aġenda mġedda trid tirrispondi għall-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini billi tavvanza t-tkabbir inklużiv, telimina l-lakuni fl-inugwaljanza u tappoġġja l-integrazzjoni reġjonali, pereżempju billi tiżgura li l-Global Gateway tiġġenera benefiċċji tanġibbli għall-komunitajiet lokali permezz ta’ investiment trasparenti; ifakkar li l-kredibbiltà tal-UE bħala sieħeb tiddependi mill-offerta ta’ mudell ta’ kooperazzjoni f’kuntrast ċar mal-approċċi ta’ sfruttament ta’ atturi globali u korporazzjonijiet multinazzjonali oħra xprunati minn prattiki kummerċjali mhux sostenibbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ, fl-ispirtu tat-tisħiħ tal-influwenza ġeopolitika tal-UE fir-reġjun, isaħħu r-relazzjonijiet u jżidu l-azzjoni diplomatika internazzjonali b’rispons għaż-żieda fir-reġimi awtoritarji; jilqa’ s-summit reċenti UE-CELAC f’dan ir-rigward; itenni t-talba tiegħu li tiżdied b’mod sostanzjali l-kooperazzjoni bilaterali fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, b’mod partikolari t-traffikar tad-droga;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar it-tattiki użati minn reġimi awtoritarji f’Kuba u fin-Nikaragwa, b’mod partikolari r-repressjonijiet fuq personalitajiet tal-oppożizzjoni, ir-restrizzjonijiet fuq il-media indipendenti u l-ispazji ċiviċi li qed jiċkienu; jenfasizza, b’mod partikolari, ir-repressjoni tal-Knisja Kattolika fin-Nikaragwa; jistieden lill-pajjiżi kollha tal-Amerka Latina u lill-komunità internazzjonali jevitaw il-kunflitti u jikkooperaw biex jagħmlu pressjoni diplomatika fuq dawn ir-reġimi; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jużaw l-istrumenti disponibbli kollha meħtieġa, mingħajr l-esklużjoni ta’ kwalunkwe strument, biex jiżguraw il-konformità mal-klawżoli demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ dawn il-pajjiżi, li jistgħu jinvolvu r-reviżjoni tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward ta’ Kuba, li hija barra minn hekk sieħeb mill-qrib tar-reġimi f’Moska u Minsk, filwaqt li tipprovdilhom appoġġ politiku u tikkontribwixxi b’mod negattiv għas-sigurtà Ewropea, fost l-oħrajn billi tiffaċilita l-involviment ta’ mijiet ta’ merċenarji Kubani fl-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jissottolinja li tali reġimi ma jistgħux ikomplu jibbenefikaw minn kooperazzjoni privileġġata mal-UE, pereżempju fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni; jesprimi tħassib serju dwar l-erożjoni tal-prinċipji demokratiċi u ċ-ċirkomvenzjoni intenzjonata tas-salvagwardji kostituzzjonali f’El Salvador, b’mod partikolari fir-rigward tan-nuqqas ta’ indipendenza tal-ġudikatura u n-nuqqas ta’ trasparenza fl-azzjonijiet governattivi, l-użu eċċessiv tal-forza, il-militarizzazzjoni bla bżonn, u r-restrizzjonijiet dejjem jikbru fuq il-libertajiet tal-għaqda u tal-istampa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-pożizzjonijiet preċedenti adottati mill-Parlament u mill-Kunsill dwar il-kriżi politika fil-Venezwela; ifakkar li l-UE stqarret konsistentement li Nicolás Maduro ma kienx igawdi mil-leġittimità ta’ president elett demokratikament u għaldaqstant ma kienx ġie rikonoxxut bħala tali; jistenna li l-iżviluppi ta’ dan l-aħħar joħolqu opportunitajiet ta’ progress demokratiku għall-poplu u għas-soċjetà ċivili tal-Venezwela; jisħaq, madankollu, fuq il-fatt li l-mod li bih isseħħ il-bidla politika għandu importanza fundamentali u josserva, bi tħassib gravi, li l-azzjoni militari unilaterali li ħadu l-Istati Uniti barra mill-oqfsa multilaterali leġittimi tqajjem mistoqsijiet sinifikanti fl-ambitu tad-dritt internazzjonali u tirriskja li tikkomprometti l-leġittimità u s-sostenibbiltà ta’ tranżizzjoni demokratika awtentika, inklużiva u paċifika; jenfasizza li, f’kull ċirkostanza, il-prinċipji tad-dritt internazzjonali u tal-Karta tan-NU, inklużi r-rispett tas-sovranità u tal-integrità territorjali kif ukoll il-projbizzjoni tal-użu tal-forza, iridu jiġu rispettati, u jinnota li l-membri permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU għandhom responsabbiltà partikolari f’dan ir-rigward; jappoġġja tranżizzjoni rapida, paċifika u mmexxija mill-Venezwelani lejn id-demokrazija bil-għan li l-pajjiż jiġi stabbilizzat u li l-popolazzjoni eżiljata tkun tista’ terġa’ lura; jilqa’ l-fatt li beda r-rilaxx tal-priġunieri politiċi, li huwa sinjal pożittiv; ifakkar li dawn kienu miżmuma intortament f’detenzjoni f’kundizzjonijiet diżumani u krudili; jitlob li jiġu rilaxxati mingħajr kundizzjonijiet il-priġunieri politiċi kollha u dawk kollha miżmuma arbitrarjament f’detenzjoni; jissottolinja li l-UE tikkondividi l-prijorità li tiġġieled kontra l-kriminalità organizzata tranżnazzjonali u t-traffikar tad-droga, li jirrappreżentaw sfidi sinifikanti mil-lat tas-sigurtà, iżda jisħaq li dawn l-isfidi jridu jiġu indirizzati permezz ta’ kooperazzjoni kostanti fir-rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali; jissottolinja li ż-żejt u r-riżorsi naturali tal-Venezwela għandhom jintużaw b’mod amministrat sewwa minn gvern Venezwelan ġdid elett demokratikament, b’mod li jkun ta’ ġid għall-poplu Venezwelan u biex jinħareġ mill-qagħda ta’ faqar u li jrawwem l-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jissottolinja li l-poplu Venezwelan jeħtieġlu jiddetermina l-futur tiegħu permezz ta’ elezzjonijiet liberi u ġusti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jilqa' t-telefonati pożittivi bejn il-President Trump u l-President Petro, u l-President Trump u l-President Sheinbaum, bħala mezz lejn kooperazzjoni kostruttiva u diplomatika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jissottolinja ż-żieda fir-rilevanza ġeostrateġika tal-Artiku u jtenni l-bżonn ta’ politika tal-UE dwar l-Artiku li tkun koerenti u aġġornata; jesprimi tħassib akbar dwar iż-żieda fil-preżenza militari tar-Russja fl-Artiku u r-restrizzjonijiet illegali fuq il-libertà ta’ navigazzjoni fir-Rotta Marittima Artika; jinnota bi tħassib dejjem jikber l-interess kbir taċ-Ċina fl-Artiku u jissottolinja li l-UE jeħtiġilha tfittex rispons xieraq għal dan; jisħaq li l-Artiku jeħtieġlu jibqa’ żona ta’ paċi, stabbiltà u kooperazzjoni kostruttiva; jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu d-djalogu u l-koordinazzjoni reġjonali mas-sħab tal-Artiku tagħna, inklużi n-Norveġja, l-Istati Uniti u l-Kanada, sabiex jiġu żgurati s-sigurtà, l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u r-reżiljenza għall-isfidi ġeopolitiċi u dawk relatati mal-klima; jenfasizza l-importanza li l-projezzjonijiet tal-Artiku dwar it-tibdil fil-klima jiġu integrati fl-ippjanar tal-UE dwar l-affarijiet barranin, is-sigurtà u l-protezzjoni ċivili; jitlob li l-mandat u r-riżorsi tal-Mibgħut Speċjali tal-UE għall-Kwistjonijiet tal-Artiku jissaħħu biex tiġi kkoordinata aħjar il-politika, jiġu mmonitorjati l-iżviluppi u jkun hemm djalogu mas-sħab tal-Artiku; jitlob li l-attivitajiet tal-UE u tal-Istati Membri fl-Artiku jikkontribwixxu għall-benesseri u d-drittijiet tal-komunitajiet indiġeni u ma jagħmlulhomx ħsara, skont id-Dikjarazzjoni ta’ Ottawa tal-1996; jilqa’ kwalunkwe inizjattiva potenzjali mill-Gvern ta’ Greenland biex isaħħaħ ir-rabtiet politiċi, istituzzjonali u ekonomiċi tiegħu mal-UE; jitlob li jiġi implimentat il-Memorandum ta’ Qbil UE-Greenland iffirmat fl-2023, bil-għan li tissaħħaħ aktar sħubija ekwa u reċiprokament vantaġġuża; jenfasizza li din il-kooperazzjoni għandha tkun sostnuta minn investimenti sostanzjali tal-UE fi proġetti ta’ infrastruttura sostenibbli tul il-katina tal-valur tal-materja prima, kif ukoll f’oqsma oħra bħall-edukazzjoni, billi jinħoloq valur fit-tul kemm għall-UE kif ukoll għal Greenland, filwaqt li jiġu appoġġjati l-prijoritajiet ta’ Greenland, l-iżvilupp ekonomiku tiegħu u l-benesseri tal-popolazzjoni tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jintensifikaw l-impenn strutturat mal-organizzazzjonijiet reġjonali, inklużi l-ASEAN, l-UA, is-CELAC u l-GCC, biex jiżviluppaw arkitetturi ta’ sigurtà reġjonali inklużivi u jikkoordinaw reazzjonijiet ta’ politika multilaterali bħal:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>sħubijiet trażversali dwar is-sigurtà tas-saħħa;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>diversifikazzjoni konġunta u ktajjen tal-valur reżiljenti ma’ sħab fdati;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>kooperazzjoni msaħħa dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità, u l-protezzjoni tad-dritt għall-ażil;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>kooperazzjoni msaħħa dwar l-indirizzar tal-implikazzjonijiet tat-tibdil fil-klima fuq il-paċi u s-sigurtà; jenfasizza li t-tibdil fil-klima joħloq waħda mill-isfidi sinifikanti għall-PESK tal-UE; jistieden lill-UE tittratta l-protezzjoni tal-klima u d-diplomazija dwar il-klima bħala parti sinifikanti mill-politika barranija tagħha;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>rivitalizzazzjoni rapida tal-isforzi globali lejn l-ilħuq tas-17-il Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli sal-2030;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>id-difiża tad-drittijiet tan-nisa madwar id-dinja hekk kif qed naraw rigress globali fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(g)</SYMBOL>l-għoti ta’ appoġġ kollettiv lin-NU, b’mod partikolari lill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħra kollha vitali għaż-żamma tal-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli;</ITEM></LIST>
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Nistabbilixxu pożizzjonijiet mhux negozjabbli li nqisu invjolabbli</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Itenni li l-UE hija ggwidata fl-azzjoni esterna tagħha mill-valuri u l-prinċipji minquxa fl-Artikoli 2, 3(5) u 21 tat-TUE, li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tal-UE stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Ifakkar li l-kredibbiltà tal-UE tiddependi mill-kapaċità tagħha li taġixxi b’mod koerenti, b’mod partikolari fir-rigward tar-rappreżentanza esterna tagħha, kif ukoll il-kapaċità tagħha li taġixxi b’mod deċiżiv meta tipproteġi liċ-ċittadini tagħha u tissalvagwardja l-interessi tagħha; jenfasizza li l-limitu għal azzjoni deċiżiva għandu jiġi kkomunikat b’mod konsistenti u jrid jinkludi risponsi mhux ambigwi għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, għal repressjoni sistematika, inkluż kontra l-membri parlamentari u l-oppożizzjoni politika, u għal korruzzjoni severa, kif ukoll għall-kleptokrazija; jappoġġja t-twessigħ tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (reġim ta’ sanzjonijiet tal-UE tat-tip Magnitsky fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem) biex jinkludi r-repressjoni sistemika u l-korruzzjoni; jissottolinja li l-korruzzjoni tippermetti u tiggrava l-ksur u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u l-erożjoni tal-prinċipji demokratiċi u l-istat tad-dritt; jistieden lill-UE tiżviluppa leġiżlazzjoni ekwivalenti għall-Foreign Corrupt Practices Act tal-Istati Uniti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jinkoraġġixxi koordinazzjoni aktar fil-fond mal-G7 u mas-sħab demokratiċi l-oħra, inkluż fil-G20, biex jiġu allinjati r-risponsi għall-ksur tan-normi globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat li l-PESK tal-UE tkun iggwidata minn prinċipji li jappoġġjaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-aġenda dwar id-WPS; iħeġġeġ li dawn jinżammu bħala prinċipji ewlenin tal-PESK tal-UE; iħeġġeġ lis-SEAE u l-Kummissjoni jżommu r-rwol ewlieni tal-UE fil-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa madwar id-dinja billi jimplimentaw bir-reqqa u b’mod ambizzjuż il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġeneru III; jesprimi tħassib serju dwar ir-rigress dejjem jikber kontra d-drittijiet tal-LGBTIQ+ f’diversi partijiet tad-dinja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jappella għal approċċ li jqis is-sitwazzjoni tat-tfal fil-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE u jenfasizza l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni msaħħa bejn l-UA, l-UE u n-NU biex jiġu protetti t-tfal u l-adolexxenti affettwati mill-gwerra, l-ispostament u/jew il-kriżijiet umanitarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Iħeġġeġ li tingħata aktar attenzjoni lill-persekuzzjoni tal-minoranzi kollha, inklużi minoranzi reliġjużi bħall-Insara; jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza kollha kontra l-minoranzi reliġjużi u jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-vittmi u l-familji tagħhom; itenni li l-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin hija inseparabbli minn drittijiet fundamentali oħra u għandha tiġi promossa b’mod li jsaħħaħ lil xulxin; jitlob li l-protezzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, u tad-diversità jiġu integrati fl-azzjoni esterna tal-UE; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni terġa’ taħtar il-pożizzjoni ta’ Mibgħut Speċjali għall-promozzjoni tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin barra mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi appoġġjata d-difiża tal-libertà tal-espressjoni madwar id-dinja, inkluż online, kif ukoll il-pluraliżmu tal-media u l-ġurnaliżmu bbażat fuq il-valuri, b’mod partikolari l-ġurnaliżmu investigattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jiżviluppaw punti ta’ riferiment ċari u trasparenti biex jivvalutaw l-effettività u l-impatt ġenerali tas-sanzjonijiet tal-UE u jaġġornaw regolarment lill-Parlament f’dan ir-rigward; jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħaħ l-infurzar tas-sanzjonijiet u jtenni l-importanza li jiġu kkomunikati l-iskop u l-effetti tas-sanzjonijiet kemm liċ-ċittadini tal-UE kif ukoll lill-pajjiżi sħab sabiex jinżammu l-fiduċja pubblika u l-kredibbiltà internazzjonali; ifakkar li l-applikazzjoni konsistenti u uniformi ta’ miżuri restrittivi fl-Istati Membri kollha hija meħtieġa għall-effettività u l-kredibbiltà tal-azzjoni esterna tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ risponsi f’waqthom u koordinati fil-kriżijiet, filwaqt li jenfasizza li l-ġestjoni effettiva tal-kriżijiet tibbaża fuq it-teħid rapidu ta’ deċiżjonijiet, l-użu rapidu tar-riżorsi u l-kapaċità ta’ adattament għal sitwazzjonijiet li qed jevolvu, aktar milli fuq l-ippjanar jew in-narrattivi waħedhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-rekwiżit tal-unanimità jġiegħel lill-Istati Membri jaħdmu bla heda biex jiksbu kompromess u unità, li jikkostitwixxi sors ewlieni tal-ingranaġġ politiku tal-UE fix-xena globali; jirrimarka, madankollu, li l-kompromess bejn l-ideal tal-unità u l-kostijiet sostanzjali tal-unanimità għandu jiġi vvalutat bir-reqqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, fil-prattika, l-Istati Membri individwali xi drabi użaw id-dritt ta’ veto tagħhom biex idgħajfu l-ftehimiet, idewmu t-teħid tad-deċiżjonijiet jew jostakolaw il-politiki komuni; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-potenzjal ta’ azzjoni barranija, ta’ sigurtà u ta’ difiża malajr, effiċjenti u effettiva, kif previst, fost l-oħrajn, mill-klawżoli “passerelle” tat-TUE, baqa’ mhux sfruttat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex gradwalment jgħaddi għal votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għal deċiżjonijiet f’oqsma tal-PESK li ma għandhomx implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża, speċifikament fil-kuntest tar-reġim tas-sanzjonijiet tagħna; jirrikonoxxi t-tħassib ta’ xi Stati Membri dwar il-perċezzjoni ta’ tnaqqis fl-influwenza tagħhom fuq il-politika estera u ta’ sigurtà fil-livell tal-UE; ifakkar li l-VP/RGħ għandha l-kompitu, kif stabbilit fl-ittra ta’ missjoni tagħha, li tiskatta l-użu tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jippermettu votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għall-PESK u, għaldaqstant, jistenna li l-VP/RGħ tinvolvi ruħha fi djalogu kostruttiv mal-Istati Membri għal dak l-għan; jinkoraġġixxi l-użu sħiħ tal-possibbiltajiet kollha li jeżistu bħalissa biex tissaħħaħ id-determinazzjoni f’dan ir-rigward u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu akbar u aktar trasparenti mill-astensjoni kostruttiva f’konformità mal-Artikolu 31(1) tat-TUE f’każijiet li fihom ma jkunux jistgħu japprovaw deċiżjoni iżda ma jkunux jixtiequ jimblukkaw l-azzjoni kollettiva tal-Unjoni; jisħaq li dan l-approċċ isaħħaħ il-kapaċità tal-UE li tirrispondi malajr u b’mod koerenti għall-kriżijiet internazzjonali, filwaqt li jirrispetta s-sovranità nazzjonali, u juri li effettività akbar fil-PESK diġà hija possibbli mingħajr bidla fit-Trattat; jirrikonoxxi li l-progress lejn l-applikazzjoni tal-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata jista’ jkun gradwali biss, filwaqt li jibni fuq il-formazzjoni ta’ kultura strateġika Ewropea;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Inżidu l-impatt tal-azzjoni esterna tal-UE li nwettqu</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-viżibbiltà globali u l-influwenza politika tal-UE spiss huma iċken mill-impronta ekonomika, finanzjarja u diplomatika tagħha; jesprimi dispjaċir għall-fatt li dan in-nuqqas ta’ viżibbiltà xi drabi huwa r-riżultat ta’ nuqqas ta’ ċarezza fir-rappreżentanza esterna tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu ddefiniti b’mod ċar il-kompetenzi tal-VP/RGħ, tal-President tal-Kummissjoni u tal-President tal-Kunsill Ewropew fir-rigward tal-azzjoni esterna u tar-rappreżentanza tal-UE sabiex il-vuċi tal-UE tkun koerenti u pperċepita bħala tali mis-sħab tagħha; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-koordinazzjoni tagħha mas-SEAE fl-azzjoni esterna, inkluż billi tiżgura konformità sħiħa mal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tas-SEAE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/427/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, li jista’ jkun meħtieġ li tiġi aġġornata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jitkellmu b’vuċi waħda; jinnota li jista’ jsir xi progress dwar il-PESK bl-użu tad-dispożizzjonijiet fit-Trattati eżistenti, bħall-“klawżola passerelle”; jisħaq li t-Trattati għandhom jipprevedu speċifikament il-possibbiltà li tiġi stabbilita Unjoni Ewropea tad-Difiża, u li l-VP/RGħ għandha tiġi appoġġjata fl-isforzi tagħha biex issir ir-rappreżentant estern ewlieni tal-UE f’fora internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Ifaħħar l-isforzi tal-Akkademja Diplomatika Ewropea biex tikkontribwixxi għal korp diplomatiku u kultura tal-UE; jitlob li l-Akkademja tinkludi ċittadini Ewropej li mhumiex biss diplomatiċi tal-Istati Membri; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat li jiġu allokati biżżejjed riżorsi, inklużi riżorsi umani, lill-Akkademja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jistieden lill-VP/RGħ toħroġ malajr bi proposti għall-istruttura operattiva futura tal-azzjoni esterna tal-UE u għal dak l-għan, tqis bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament tal-15 ta’ Marzu 2023 li tinkludi rendikont tal-funzjonament tas-SEAE u favur UE aktar b’saħħitha fid-dinja<FOOTNOTE><FIELD> Ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Marzu 2023 lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà li tinkludi rendikont tal-funzjonament tas-SEAE u favur UE aktar b’saħħitha fid-dinja, ĠU C, C/2023/410, 23.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/410/oj).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Jistieden lill-VP/RGħ tipproponi strateġija ta’ komunikazzjoni koerenti u strateġika li tenfasizza l-benefiċċji tal-azzjoni esterna tal-UE u tirfed l-objettivi tal-UE filwaqt li tiġġieled il-kampanji ta’ diżinformazzjoni orkestrati minn pajjiżi mhux tal-UE; iħeġġeġ lis-SEAE jsaħħaħ il-preżenza politika tal-UE fil-pajjiżi sħab tagħna u jagħmel l-azzjoni esterna tagħna aktar aċċessibbli għall-udjenzi f’dawk il-pajjiżi, inkluż permezz ta’ kampanji multilingwi, diplomazija kulturali u djalogu mal-partijiet ikkonċernati lokali u l-media; jappoġġja l-inklużjoni tal-komunikazzjoni bħala kriterju ta’ prestazzjoni fl-ipprogrammar tas-SEAE; jisħaq li din l-istrateġija għandha ssaħħaħ ukoll il-viżibbiltà tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni b’sinjali ċari inklużi l-kliem “Unjoni Ewropea” u l-bandiera tal-UE, b’mod partikolari fil-pajjiżi kandidati, sabiex jiġi miġġieled kwalunkwe tentattiv li jiddgħajfu l-inizjattivi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Jirrakkomanda preżenza aktar prominenti tal-UE fis-summits globali, fil-fora reġjonali u fil-pjattaformi ta’ medjazzjoni tal-kunflitti, mhux biss permezz tal-Istati Membri iżda wkoll taħt bandiera viżibbli tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>113.</NO.P>Jitlob li jkun hemm konverġenza msaħħa bejn is-servizzi diplomatiċi tal-UE u tal-Istati Membri bil-għan li jitjiebu s-sinerġiji bejn il-“marka nazzjonali” u l-messaġġi tal-UE, bi qbil mal-approċċ tat-“Tim Ewropa”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>114.</NO.P>Jissottolinja li r-restrizzjonijiet baġitarji jirrappreżentaw ostaklu gravi biex jiżdiedu l-viżibbiltà u l-impatt tal-azzjoni esterna tal-UE; jisħaq li mingħajr prijoritizzazzjoni ġeografika u tematika ċara, hemm ir-riskju li r-riżorsi limitati jinfirxu wisq biex ikollhom impatt strateġiku; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jagħmlu eżerċizzju reali ta’ definizzjoni tal-prijoritajiet, bil-għan li jidentifikaw l-oqsma li fihom l-azzjoni esterna tal-UE tista’ tipproduċi l-aqwa riżultati f’termini politiċi u strateġiċi; ifakkar, f’dan il-kuntest, li l-Kummissjoni jeħtiġilha tkun tista’ tiżgura li l-fondi verament ikunu ta’ benefiċċju għar-riċevitur maħsub u ma jintużawx ħażin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>115.</NO.P>Jitlob li s-SEAE – kemm is-sede ċentrali kif ukoll id-Delegazzjonijiet tal-UE – jissaħħaħ billi jingħata riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex l-UE tkun tista’ tkun ippreparata aħjar għall-isfidi globali attwali u emerġenti; jitlob li s-SEAE jkun jista’ jagħżel u jirrekluta l-persunal diplomatiku permanenti tiegħu tal-UE, inklużi dawk li jiggradwaw mill-Akkademja Diplomatika Ewropea, u jiżgura bilanċ ġeografiku u bejn il-ġeneri aktar ġust fost l-Istati Membri fil-livelli kollha fis-SEAE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>116.</NO.P>Jenfasizza l-potenzjal strateġiku tal-inizjattiva Global Gateway li sservi mhux biss bħala pjattaforma ta’ investiment, iżda wkoll bħala għodda biex jissaħħu l-preżenza u l-viżibbiltà tal-UE madwar id-dinja; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni tat prijorità lill-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Global Gateway; jinsab imħasseb dwar rapporti li għadd ta’ proġetti tal-Global Gateway qed jiġu implimentati minn kumpaniji Ċiniżi bi ksur dirett tal-objettivi tal-inizjattiva li tippreżenta alternattiva għall-Inizjattiva “Belt and Road” taċ-Ċina u li toħloq valur nazzjonali ġenwin fil-pajjiżi sħab; jitlob, għalhekk, li ssir investigazzjoni immedjata u li jitneħħew il-kumpaniji Ċiniżi kollha involuti fil-Global Gateway; itenni li l-Global Gateway għandha tikkontribwixxi għall-istabbiltà u s-sigurtà globali, filwaqt li ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-Ewropa; jisħaq, barra minn hekk, li biex jiġu allinjati l-impenn politiku u l-ambizzjonijiet ġeopolitiċi, huma meħtieġa impenn imġedded għat-twettiq f’waqtu, sjieda lokali aktar b’saħħitha fl-identifikazzjoni tal-proġetti, u involviment definit sew tas-settur privat; jistieden lill-Kummissjoni taċċelera t-twettiq tal-proġetti u tissimplifika l-għadd ta’ proġetti ewlenin bil-għan li timmassimizza l-impatt tal-inizjattiva; jemmen, barra minn hekk, li l-proġetti tal-Global Gateway jirrikjedu komunikazzjoni pubblika aħjar, b’mod partikolari fil-każ ta’ ġestjoni indiretta mas-sħab inkarigati ta’ implimentazzjoni, bħal operazzjonijiet ta’ finanzjament imħallat fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus li jinvolvu diversi partijiet ikkonċernati; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jsaħħu b’mod sistematiku l-komunikazzjoni dwar l-azzjonijiet iffinanzjati mill-UE, filwaqt li jiżguraw messaġġi koerenti, attribuzzjoni ċara u viżibbiltà effettiva tat-tmexxija u l-valur miżjud tal-Unjoni; jindika l-fatt li l-baġit ta’ EUR 300 biljun allokat għal din l-inizjattiva huwa anqas minn terz tal-iskala ta’ proġetti li diġà għaddejjin taħt l-Inizjattiva “Belt and Road” komparabbli taċ-Ċina ffukata fuq il-konnettività u l-infrastruttura; jirrakkomanda t-tisħiħ tar-rwol ta’ sorveljanza tal-Parlament biex jiġu żgurati obbligu ta’ rendikont u trasparenza akbar fil-proċess ta’ finanzjament għall-proġetti tal-Global Gateway, inkluż rapportar regolari mill-Kummissjoni u s-SEAE, skrutinju parlamentari msaħħaħ tal-għażla u l-implimentazzjoni tal-proġetti, u evalwazzjoni sistematika tar-riżultati u l-impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>117.</NO.P>Jerġa’ jafferma r-rwol tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE (RSUE), li jippromwovu l-politiki u l-interessi tal-UE f’reġjuni u f’pajjiżi speċifiċi u jiżvolġu rwol importanti fl-iżvilupp ta’ PESK aktar b’saħħitha u effettiva billi lill-UE jagħtuha preżenza politika attiva fil-pajjiżi u fir-reġjuni kruċjali u jagħmluha ta’ “vuċi” u “wiċċ” għall-UE; jisħaq fuq l-importanza li r-RSUE jkollhom mandat wiesa’ u flessibbli, kapaċi jadatta għaċ-ċirkostanzi ġeopolitiċi li qed jevolvu sabiex jippromwovu l-politiki u l-interessi tal-UE f’reġjuni u pajjiżi speċifiċi; jinsisti li l-ħatra ta’ RSUE ġodda għandha ssir biss b’segwitu għal seduta ta’ smigħ fil-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>118.</NO.P>Jappella għal approċċ imġedded għad-diplomazija preventiva bħala għodda ta’ politika esterna proattiva biex jiġi antiċipat, medjat u solvut b’mod paċifiku l-kunflitt bejn il-partijiet; jistieden lis-SEAE jintegra l-għodod ta’ diplomazija preventiva tal-UE f’mekkaniżmi u azzjonijiet ta’ prevenzjoni strutturali, bħal ftehimiet politiċi fost atturi differenti involuti fil-kunflitti, djalogi nazzjonali għar-rikonċiljazzjoni, it-tiswir tal-paċi u l-ġustizzja tranżizzjonali, kif ukoll kummissjonijiet għall-verità u r-rikonċiljazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>119.</NO.P>Ifakkar li l-eżerċizzju tal-Parlament tal-funzjoni baġitarja tiegħu huwa marbut b’mod inseparabbli mal-funzjoni tiegħu relatata mal-iskrutinju demokratiku u mal-konsultazzjoni; jissottolinja li fil-PESK, li tinkludi l-PSDK, il-Parlament jeżerċita l-funzjoni baġitarja tiegħu b’mod konġunt mal-Kunsill; ifakkar li l-Parlament jeżerċita wkoll il-funzjoni ta’ kontroll politiku u ta’ konsultazzjoni rigward dawk il-politiki, kif imsemmi fl-Artikolu 36 tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>120.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa ta’ nomenklatura baġitarja aktar dettaljata fil-baġit tal-PESK, kif ukoll għall-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni, li tippermetti lill-awtorità baġitarja tiffissa l-prijoritajiet politiċi u ġeografiċi fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>121.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu biex jiġi promoss l-istabbiliment ta’ sistema ta’ fluss awtomatiku u kontinwu ta’ intelligence mill-Istati Membri għas-SEAE dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà u ta’ politika barranija li jseħħu barra mill-Unjoni; jitlob, f’dan ir-rigward, li ċ-Ċentru tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-UE, iċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE u ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea jissaħħu billi jittejbu l-persunal u r-riżorsi finanzjarji tagħhom, kif ukoll il-kapaċitajiet; jinkoraġġixxi t-titjib tal-protokolli tas-sigurtà tas-servizzi li jaħdmu fuq l-intelligence u/jew b’informazzjoni sensittiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>122.</NO.P>Ifakkar li l-Parlament għandu rwol ferm definit x’jiżvolġi meta jiġi biex jikkomplementa l-viżibbiltà u l-impatt tal-azzjoni esterna tal-UE, u b’hekk jikkomplementa l-isforzi tas-servizzi diplomatiċi tal-UE u tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>123.</NO.P>Jemmen li hemm bżonn ta’ sorveljanza parlamentari aktar b’saħħitha tal-azzjoni esterna tal-UE, inkluż aċċess regolari u f’waqtu, iżda sigur, għal informazzjoni kunfidenzjali u djalogi strutturati f’konformità mal-Artikolu 36 tat-TUE; jenfasizza l-ħtieġa ta’ aktar feedback mill-VP/RGħ u mis-SEAE dwar l-azzjonijiet meħuda u l-effetti miksuba sabiex jiġu ssodisfati r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament deskritti fir-riżoluzzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ affarijiet barranin; jisħaq li s-sorveljanza demokratika ma tistax tkun effettiva mingħajr aċċess ġenwin għal informazzjoni u valutazzjonijiet klassifikati, u jinkoraġġixxi titjib fil-Ftehim Interistituzzjonali tal-2002 biex dan isir adattat għar-realtajiet attwali tas-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>124.</NO.P>Jissottolinja li kull talba li tqajmet qabel tirrikjedi risposta xierqa u bil-miktub min-naħa tal-VP/RGħ; jistieden lill-VP/RGħ tirrispondi malajr u bil-miktub lit-talbiet, lir-rikjesti u lit-tħassib tal-Parlament; iqis li d-dikjarazzjonijiet orali fil-kumitati jew fil-plenarja jistgħu jikkostitwixxu rispons suffiċjenti f’każijiet eċċezzjonali jew urġenti biss; jisħaq fuq il-fatt li, fil-kuntest ġeopolitiku diffiċli tal-lum, kooperazzjoni stretta u sħubija bejn il-Parlament u l-VP/RGħ għandhom importanza strateġika; jissottolinja li d-deċiżjonijiet tal-PESK u tal-PSDK li jinvolvu nefqa dejjem jikkostitwixxu għażliet bażiċi għal dawn il-politiki u jridu jkunu soġġetti għal sorveljanza parlamentari; jistenna skambji aktar sistematiċi qabel l-adozzjoni ta’ mandati u strateġiji PESK u fluss imtejjeb ta’ informazzjoni dwar in-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali, kif ukoll tal-memoranda ta’ qbil;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>125.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>