<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0014</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0262/2025 - Rapporteur: Francisco Assis)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Jannar 2026 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni – rapport annwali 2025 (2025/2166(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 8, 21, 23 u 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 17 u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u trattati u strumenti rilevanti oħra tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju, adottata fid-9 ta’ Diċembru 1948,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar it-Trattament tal-Priġunieri tal-Gwerra, adottata fit-12 ta’ Awwissu 1949,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra tal-10 ta’ Diċembru 1984 u l-Protokoll Fakultattiv tagħha, adottat fit-18 ta’ Diċembru 2002,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-13 ta’ Settembru 2007,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà tat-12 ta’ Diċembru 2006 u l-Protokoll Fakultattiv tagħha, adottat fit-13 ta’ Diċembru 2006,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Intolleranza u ta’ Diskriminazzjoni bbażata fuq Reliġjon jew Twemmin, ipproklamata bir-Riżoluzzjoni 36/55 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-25 ta’ Novembru 1981,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni li jagħmlu parti minn Minoranzi Nazzjonali jew Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi tat-18 ta’ Diċembru 1992,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta’ Novembru 1989 u ż-żewġ Protokolli Fakultattivi għaliha, adottati fil-25 ta’ Mejju 2000,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Protokolli Nru 6 u Nru 13 tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta’ April 1983 dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali fir-rigward tal-Abolizzjoni tal-Piena tal-Mewt,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2025 dwar il-Prijoritajiet tal-UE fil-Fora tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fl-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024, adottat mill-Kunsill fis-17 ta’ Novembru 2020 u r-rieżami ta’ nofs it-terminu tiegħu, adottat fid-9 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1998/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/947/oj.</FIELD></FOOTNOTE><STRING BOLD="on">,</STRING>
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (COM(2021)0142),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-libertà tal-espressjoni online u offline, adottati mill-Kunsill fit-12 ta’ Mejju 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida riveduti tal-UE dwar il-politika tal-UE lejn pajjiżi terzi dwar it-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, adottati mill-Kunsill fis-16 ta’ Settembru 2019,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida riveduti tal-UE dwar it-tfal u l-kunflitti armati, approvati mill-Kunsill fl-24 ta’ Ġunju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-3 ta’ Mejju 2023 għal regolament tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi kontra atti serji ta’ korruzzjoni (JOIN(2023)0013),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali tas-17 ta’ Lulju 1998,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2019 dwar il-Linji Gwida tal-UE u l-mandat tal-Mibgħut Speċjali tal-UE dwar il-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 411, 27.11.2020, p. 30.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2021 dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 99, 1.3.2022, p. 152.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2024 dwar l-allinjament tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024 mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Għoti tas-Setgħa lin-Nisa fl-Azzjoni Esterna tal-UE 2021-2025 (GAP III),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottati mill-Kunsill fl-14 ta’ Ġunju 2004,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE 2024 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Premju Sakharov tiegħu għal-Libertà tal-Ħsieb, li fl-2025 ingħata lill-ġurnalist Belarussu Andrzej Poczobut u lill-ġurnalista Georgjana Mzia Amaglobeli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ April 2025 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni – rapport annwali 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4390, 9.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4390/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar rapporti annwali preċedenti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt (magħrufa bħala riżoluzzjonijiet ta’ urġenza), adottati f’konformità mal-Artikolu 150 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, b’mod partikolari dawk adottati fl-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0262/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-UE hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, kif stipulat fl-Artikoli 2 u 21 tat-TUE; billi l-azzjoni tal-UE madwar id-dinja trid tkun iggwidata mill-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u mill-fatt li l-protezzjoni u d-difiża effettivi tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija jinsabu fil-qalba tal-azzjoni esterna tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-konsistenza u l-koerenza fost il-politiki interni u esterni tal-UE huma essenzjali biex tinkiseb politika effettiva u kredibbli tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, u biex niddefendu u nappoġġjaw il-libertà u d-demokrazija;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi s-sistemi demokratiċi huma l-aktar adatti biex jiggarantixxu li kull persuna jkollha l-kapaċità tgawdi d-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali tagħha; billi dinja ta’ demokraziji, mifhuma bħala sistemi demokratiċi maturi, hija dinja għalkollox aktar sikura, minħabba s-sistema ta’ kontrokontrolli sinifikanti tagħhom biex jipprevjenu l-imġiba imprevedibbli tal-awtokraziji fix-xena internazzjonali; billi llum, 29 % biss tal-popolazzjoni tad-dinja tgħix f’demokraziji liberali, u dan huwa tnaqqis qawwi meta mqabbel ma’ 52 % fl-2009; billi ż-żieda fl-awtoritarjaniżmu, fl-illiberaliżmu u fil-populiżmu thedded l-ordni globali bbażat fuq ir-regoli, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja, kif ukoll il-valuri u l-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-UE; billi t-terroriżmu u l-estremiżmu qed jiżdiedu wkoll u qed jheddu dawn il-valuri u l-prinċipji;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-UE temmen bil-qawwa fil-multilateraliżmu, fl-ordni globali bbażat fuq ir-regoli u fis-sett ta’ valuri, prinċipji u normi universali li jiggwidaw lill-istati membri tan-NU li wegħdu li jirrispettawhom, u tappoġġjahom għalkollox, f’konformità mal-Karta tan-NU;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-rigress globali kontra l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet fundamentali, inklużi d-drittijiet tan-nisa, u ż-żieda fir-retorika kontra l-persuni LGBTIQ+, jimminaw id-drittijiet tal-aktar persuni vulnerabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-użu ħażin ta’ teknoloġiji tas-sorveljanza diġitali u tal-intelliġenza artifiċjali qed jhedded dejjem aktar il-privatezza, il-libertà tal-espressjoni, u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-leġittimità tal-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli, li l-UE tappoġġja bil-qawwa u tfittex li tissalvagwardja, tiddependi mill-konformità mal-ordnijiet tal-korpi internazzjonali, bħar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u l-ordnijiet u d-deċiżjonijiet maħruġa mill-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) u mill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); billi hemm dejjem aktar theddid globali bħal qatt qabel għall-konformità ma’ tali ordnijiet u deċiżjonijiet, kif ukoll, b’mod ġenerali, għall-konformità mad-dritt internazzjonali, mad-dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem u mad-dritt umanitarju internazzjonali f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt emerġenti u eżistenti; billi r-reġimi awtoritarji u illiberali jfixklu l-użu ta’ fora multilaterali biex javvanzaw aġenda reazzjonarja li tisfida d-drittijiet tal-bniedem u l-ordni multilaterali u bbażat fuq ir-regoli; billi l-iskreditar tal-organizzazzjonijiet multilaterali u l-attakki fuqhom għandu konsegwenzi serji, bħat-trawwim ta’ kultura ta’ impunità; billi l-istituzzjonijiet internazzjonali, l-uffiċjali tagħhom, u dawk li jikkooperaw magħhom qegħdin jiġu dejjem aktar soġġetti għal attakki u theddid; billi l-komunità internazzjonali, inkluża l-UE, għandha responsabbiltà li tirrispetta l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli billi tiżgura l-konformità universali, inkluż mis-sħab tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi t-tnaqqis enormi fil-finanzjament internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem, l-appoġġ għad-demokrazija, u l-media indipendenti biddel lill-UE f’wieħed mill-aħħar atturi globali ewlenin f’dan il-qasam;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi n-NU qed tiffaċċja sitwazzjoni finanzjarja inkwetanti u mwiegħra serjament, bi tnaqqis fil-persunal ta’ 20 % u l-baġit ġenerali tagħha qed jiffaċċja tnaqqis ta’ USD 500 miljun, flimkien ma’ aktar tnaqqis sinifikanti fl-aġenziji taż-żamma tal-paċi, umanitarji u tas-saħħa tagħha wara l-irtirar tal-appoġġ finanzjarju internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024 ġie estiż sal-2027 u għandha tibda l-ħidma fuq l-abbozzar ta’ pjan imtejjeb għall-2028-2034, flimkien mal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) l-ġdid, biex jiġu indirizzati l-isfidi l-ġodda li qed tiffaċċja d-dinja; billi l-istruttura riveduta proposta tal-QFP l-ġdid hija nieqsa minn programm iddedikat u minn allokazzjoni baġitarja speċifika għad-drittijiet tal-bniedem, għad-demokrazija, u għall-istat tad-dritt, u dan iqajjem tħassib dwar l-insuffiċjenza tal-finanzjament, in-nuqqas ta’ prevedibbiltà, u l-erożjoni tal-prijoritajiet tematiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (DDB), inklużi d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) huma sħab kruċjali fl-isforzi tal-UE biex tissalvagwardja u tavvanza d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt; billi l-gvernijiet u l-atturi mhux statali madwar id-dinja qed ikomplu jċekknu l-ispazju ċivili billi jiċċensuraw, isikktu u jiffastidjaw dejjem aktar lid-DDB, u lill-OSĊ, lill-ġurnalisti, lill-komunitajiet reliġjużi, lill-mexxejja tal-oppożizzjoni u lil gruppi vulnerabbli oħra fil-ħidma tagħhom, u b’hekk qed ikomplu jċekknu aktar l-ispazju ċivili;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-gvernijiet madwar id-dinja qegħdin dejjem aktar jiċċensuraw, isikktu u jiffastidjaw lid-DDB u lill-OSĊ fil-ħidma tagħhom; billi din l-imġiba fiha miżuri li jinkludu kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs), politiki restrittivi tal-gvern, kampanji ta’ malafama, diskriminazzjoni, intimidazzjoni u vjolenza, inklużi qtil ekstraġudizzjarju, ħtif, u arresti u detenzjoni arbitrarji; billi l-attakki fuq id-DDB qegħdin jiġu estiżi dejjem aktar għall-familji u l-komunitajiet tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-persekuzzjoni tal-minoranzi reliġjużi tikkostitwixxi ksur tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, wieħed mid-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fid-dritt internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-komunitajiet Insara fil-Lvant Nofsani, fost l-eqdem fid-dinja, għadhom jiffaċċjaw persekuzzjoni severa, diskriminazzjoni, spostament furzat u restrizzjonijiet fuq il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi d-Direttiva (UE) 2024/1712<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2024/1712 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li temenda d-Direttiva 2011/36/UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu (ĠU L, 2024/1712, 24.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1712/oj).</FIELD></FOOTNOTE> emendat id-Direttiva 2011/36/UE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2011/36/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex tinkludi l-isfruttament tal-maternità surrogata, iż-żwieġ furzat u l-adozzjoni illegali fost il-prattiki li jikkostitwixxu t-traffikar tal-bnedmin;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-Konvenzjoni ta’ Istanbul, li l-UE ssieħbet magħha reċentement minkejja li ġiet ratifikata biss minn xi Stati Membri, tafferma li l-kunflitti armati jirriżultaw fi ksur ripetut tad-drittijiet tal-bniedem li jaffettwa lill-popolazzjonijiet ċivili, speċjalment in-nisa, u li dawn in-nisa huma soġġetti għal stupru u vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra u jsofru intensifikazzjoni tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru matul u wara l-kunflitti, filwaqt li s-superstiti jitħallew mingħajr aċċess għall-ġustizzja jew għall-appoġġ mediku u psikoloġiku adegwat; billi l-Konvenzjoni msemmija qabel tiddefinixxi l-vjolenza kontra n-nisa bħala ksur tad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija valur ewlieni tal-UE, u d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u l-bniet, inklużi d-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom, għadhom qed jinkisru madwar id-dinja; billi n-nisa jesperjenzaw impatti uniċi u sproporzjonati mill-kunflitti, it-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni, inklużi riskji akbar ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, emarġinazzjoni ekonomika u ostakli biex jaċċessaw riżorsi; billi d-DDB u l-OSĊ ffukati fuq in-nisa qed ikomplu jesperjenzaw spazju li qed jiċċekken għall-ħidma kritika tagħhom, kif ukoll theddid ta’ vjolenza, fastidju u intimidazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw lill-persuni b’diżabbiltà u lill-familji tagħhom għandhom rwol essenzjali biex javvanzaw id-drittijiet tal-bniedem u jibnu soċjetajiet demokratiċi u inklużivi; billi l-persuni b’diżabbiltà, b’mod partikolari n-nisa u l-bniet, jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali f’kuntesti ta’ kunflitt, migrazzjoni u traffikar, u billi l-azzjoni esterna tal-UE trid tipproteġi l-inklużjoni sħiħa u l-aċċess ugwali tagħhom, f’konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-kriżi klimatika toħloq theddida għall-umanità kollha kemm hi u, fil-qalba tagħha, hija kriżi tad-drittijiet tal-bniedem, li timmina d-drittijiet għall-ħajja, għall-ikel, għall-ilma u għall-faċilitajiet sanitarji, għas-saħħa, għall-kultura, u lil hinn f’kull reġjun tad-dinja, kif rikonoxxut mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) u mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-appoġġ għad-demokrazija huwa fiċ-ċentru tal-azzjoni esterna tal-UE, bl-osservazzjoni elettorali bħala wieħed mill-istrumenti ewlenin tas-sett ta’ għodod tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi fl-2024, aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja marret tivvota f’elezzjoni, u ħafna minn dawn l-elezzjonijiet kienu kkaratterizzati minn manipulazzjoni, diżinformazzjoni u tentattivi ta’ ndħil minn ġewwa l-pajjiż jew barra minnu; billi qed jiġu osservati xejriet simili fl-2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2025 ta’ Reporters Mingħajr Fruntieri (RSF) jiżvela li aktar minn nofs il-popolazzjoni tad-dinja tgħix f’pajjiżi fejn il-libertà tal-istampa tinsab f’sitwazzjoni “gravi ħafna”, bl-istat globali tal-libertà tal-istampa issa kklassifikat bħala “sitwazzjoni diffiċli” għall-ewwel darba fl-istorja tal-Indiċi; billi mill-Ħamis 10 ta’ Settembru 2025, skont il-Barometru 2025 tal-RSF, inqatlu 51 ġurnalist u ħaddiem tal-media, 527 ġew detenuti, 25 ittieħdu ostaġġi, u 142 għebu sa mill-1 ta’ Jannar 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi s-sena li għaddiet kienet ikkaratterizzata minn aktar proliferazzjoni tal-influwenza barranija u ta’ liġijiet dwar “aġenti barranin”, inkluż f’pajjiżi bi status ta’ kandidati tal-UE, li għandhom fil-mira tagħhom l-OSĊ u l-organi tax-xandir u li jippruvaw iżommuhom milli jirċievu appoġġ finanzjarju minn barra l-pajjiż, inkluż mill-UE u l-Istati Membri tagħha, u b’hekk irawmu klima ta’ biża’ u awtoċensura;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi 272 miljun tifel u tifla u żgħażagħ qed jiġu mċaħħda mid-dritt fundamentali tagħhom għall-edukazzjoni u għadhom ma jmorrux l-iskola, u dan jirrappreżenta żieda konsiderevoli ta’ 21 miljun meta mqabbel mal-aħħar stima rrapportata ta’ 251 miljun skont ir-Rapport ta’ Monitoraġġ tal-Edukazzjoni Globali tal-2025 tal-UNESCO; billi l-bniet u n-nisa għadhom qed jiġu affettwati mhux biss mill-faqar iżda wkoll min-normi kulturali, mill-preġudizzji tal-ġeneru, miż-żwieġ tat-tfal u mill-vjolenza permezz ta’ politiki uffiċjali, diskriminatorji li jżommuhom milli jaċċessaw l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol, fejn waħda minn kull tliet tfajliet adolexxenti mill-ifqar unitajiet domestiċi qatt ma marret l-iskola skont l-UNICEF;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE – l-Att Magnitsky tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) tal-2020/1999 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L 410 I 7.12.2020, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1999/oj) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta’ Diċembru 2020.</FIELD></FOOTNOTE>, adottat f’Diċembru 2020, jippermetti lill-UE timponi miżuri restrittivi fuq individwi u entitajiet responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja; billi ċerti Stati Membri tal-UE adottaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom stess tat-tip Magnitsky;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi r-repressjoni tranżnazzjonali hija fenomenu dokumentat sew, li qiegħed iseħħ f’kuntest globali fejn qed jiddeterjoraw id-drittijiet tal-bniedem, qed jiċċekken l-ispazju ċiviku u fejn hemm prevalenza dejjem akbar ta’ reġimi awtoritarji dejjem aktar repressivi u assertivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ indipendenza ġudizzjarja jimmina s-separazzjoni tas-setgħat, idgħajjef l-istat tad-dritt u jikkontribwixxi għar-rigress demokratiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi t-territorji ta’ ċerti pajjiżi – inklużi tal-UE – baqgħu taħt okkupazzjoni militari minn setgħat barranin bi ksur tad-dritt internazzjonali u tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; billi l-ksur persistenti tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-proprjetà, il-libertà tal-moviment u ta’ qima, kif ukoll ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-wirt kulturali u reliġjuż u l-preservazzjoni tiegħu fiż-żoni okkupati, qed ikompli; billi l-kwistjoni tal-persuni nieqsa u d-dritt tal-familji għall-verità u għall-ġustizzja għadhom ma ssolvewx;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Theddid dejjem akbar u sfidi globali għad-drittijiet tal-bniedem u għad-demokrazija</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jafferma mill-ġdid il-pożizzjonijiet tiegħu espressi fir-rapport annwali tiegħu tal-2024 adottat fit-2 ta’ April 2025 dwar l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tad-dinjità inerenti tal-bnedmin kollha abbażi tal-valuri u l-prinċipji tal-UE li jiggwidaw l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali skont l-Artikolu 21 tat-TUE; itenni, b’mod partikolari, il-konklużjonijiet tiegħu dwar id-drittijiet tan-nisa, tat-tfal, tal-migranti u tar-rifuġjati, tal-minoranzi reliġjużi u etniċi, u ta’ dawk kollha li għadhom qed jiġu affettwati minn abbużi tad-drittijiet tal-bniedem b’modi partikolarment insidjużi minħabba r-razza, l-etniċità, ir-reliġjon, il-kasta, il-ġeneru, is-sesswalità, id-diżabbiltà jew l-istatus soċjoekonomiku tagħhom kif ukoll it-tħassib dwar il-ksur tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza jew tar-reliġjon, tal-espressjoni, tal-libertà tal-media, tad-dritt għall-informazzjoni u tal-parteċipazzjoni pubblika; itenni l-oppożizzjoni soda tiegħu għall-piena tal-mewt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinsisti li r-rispett u l-protezzjoni effettivi tad-drittijiet u l-libertajiet tal-bniedem iridu jkunu l-pedament tal-politika esterna tal-UE; jappella biex l-UE tkompli tiżviluppa sett ta’ għodod komprensiv biex issaħħaħ id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija globalment; jappella biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jkomplu jmexxu bl-eżempju, f’konformità mal-valuri, u biex jippromwovu u jirrispettaw b’mod strett id-drittijiet tal-bniedem u l-ġustizzja internazzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rigress demokratiku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna d-deterjorament tax-xenarju globali tad-drittijiet tal-bniedem u x-xejriet li b’mod ċar qed jaċċelleraw il-ksur u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u r-rigress demokratiku madwar id-dinja, bħall-ksur tad-drittijiet tan-nisa, l-eżekuzzjonijiet, il-qtil ekstraġudizzjarju, l-arresti u d-detenzjonijiet arbitrarji, it-tortura u t-trattament ħażin, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, it-trażżin tas-soċjetà ċivili, tal-avversarji politiċi, tal-gruppi emarġinati u vulnerabbli inklużi t-tfal u l-anzjani, l-migranti, r-rifuġjati u l-persuni li jfittxu ażil, u tal-minoranzi etniċi u reliġjużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li l-UE jeħtiġilha tkun imħejjija bis-sħiħ biex tiġġieled iż-żieda fl-awtoritarjaniżmu, it-totalitarjaniżmu u l-populiżmu, kif ukoll il-ksur dejjem aktar tal-prinċipji tal-universalità tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u d-dritt umanitarju internazzjonali; jinnota li d-dritt għall-parteċipazzjoni f’elezzjonijiet ħielsa u ġusti jinsab taħt attakk minn reġimi awtoritarji, totalitarji u illiberali; jiddeplora l-fatt li qiegħed ikun hemm dejjem aktar ostakli għat-tgawdija sħiħa ta’ tali drittijiet f’għadd ta’ demokraziji maturi; jenfasizza li r-reġimi msemmija qabel iwettqu elezzjonijiet foloz bl-għan li jilleġittimizzaw is-setgħa tagħhom, peress li ma għandhomx kundizzjonijiet reali għall-kontestazzjoni, il-leġittimità u l-pluraliżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li tiġi pprovduta edukazzjoni ta’ kwalità għall-bniet u li jiġu żgurati opportunitajiet ugwali bħala kundizzjonijiet essenzjali għall-għoti tas-setgħa lin-nisa u għall-eżerċitar sħiħ tad-drittijiet tagħhom; jisħaq li l-investiment fl-edukazzjoni tal-bniet globalment jagħti riżultati pożittivi għas-soċjetajiet għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin; itenni l-ħtieġa ta’ edukazzjoni komprensiva, xierqa għall-età u bbażata fuq l-evidenza dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet, kemm fl-UE kif ukoll lil hinn minnha, il-ħtieġa li jiġu eliminati l-istereotipi marbuta mal-ġeneru u n-normi dannużi tas-soċjetà li jixprunaw l-inugwaljanzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa kritika li jiġu protetti d-drittijiet tan-nisa tqal, filwaqt li jiġi żgurat appoġġ komprensiv għas-saħħa, is-sikurezza u d-dinjità tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ sfruttament sesswali tan-nisa, inkluż it-traffikar għall-iskop ta’ sfruttament sesswali; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu evitati u miġġielda l-legalizzazzjoni u n-normalizzazzjoni tal-prostituzzjoni, li jirriskjaw li jirrinfurzaw l-isfruttament, l-abbuż u l-kriminalità organizzata; jappella għal politiki effettivi ffukati fuq il-prevenzjoni, il-protezzjoni u l-appoġġ tal-vittmi, u l-prosekuzzjoni ta’ dawk li japprofittaw mill-isfruttament sesswali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Itenni li l-istupru jibqa’ wieħed mill-aktar ksur tad-drittijiet tal-bniedem mifrux u jfakkar li l-istupru, definit abbażi ta’ nuqqas ta’ kunsens, jeħtieġ li jiġi kriminalizzat fl-ambitu tad-dritt tal-UE skont il-bażi legali eżistenti; jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-użu tal-istupru u ta’ forom oħra ta’ vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra, u li dawn jintużaw biex jitterrorizzaw lill-popolazzjonijiet ċivili, irażżnu r-reżistenza u jeqirdu l-komunitajiet; ifakkar li tali atti jistgħu jikkostitwixxu delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità, jew atti li jikkontribwixxu għal ġenoċidju skont id-dritt internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jappella lill-UE u lill-atturi globali biex jiddenunzjaw prattiki bħall-mutilazzjoni ġenitali femminili, iż-żwieġ furzat u taħt l-età, u l-vjolenza u l-qtil ibbażati fuq l-“unur”; jappella għal azzjoni deċiżiva fl-UE kollha u globalment biex jiġi evitat it-traffikar tan-nisa u tal-bniet u jiġu appoġġjati l-vittmi ta’ vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq li l-attakki ċibernetiċi, id-diżinformazzjoni u l-miżinformazzjoni, spiss użati bħala għodod ta’ ndħil barrani, inkluż matul il-perjodi elettorali, jikkontribwixxu għal din ix-xejra ta’ tnaqqis fid-demokrazija; jisħaq fuq is-sinifikat kritiku ta’ sorsi ta’ informazzjoni affidabbli, indipendenti u diversi u ta’ ġurnaliżmu ta’ kwalità mhux biss għat-trasparenza u għall-obbligu ta’ rendikont iżda wkoll għar-reżiljenza tal-istituzzjonijiet demokratiċi u l-parteċipazzjoni infurmata taċ-ċittadini fil-ħajja pubblika; jinsab għalhekk imħasseb ħafna dwar l-isfidi multidimensjonali dejjem akbar iffaċċjati mill-media indipendenti, inklużi l-attakki dejjem aktar kontra l-ġurnalisti u t-tnaqqis fil-finanzjament disponibbli; itenni li l-libertà tal-kelma hija dritt tal-bniedem, essenzjali għall-iżvilupp ta’ soċjetà pluralistika u demokratika; jikkundanna ż-żieda fiċ-ċensura, fit-tiskit u fil-fastidju tal-ġurnalisti, tad-DDB u tal-OSĊ fil-ħidma tagħhom permezz tal-applikazzjoni tal-hekk imsejħa liġijiet dwar aġenti barranin, kif ukoll miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi oħra adottati minn reġimi awtoritarji u illiberali; jinnota li din l-imġiba fiha miżuri li jinkludu kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs), politiki restrittivi tal-gvern, repressjoni tranżnazzjonali, kampanji ta’ malafama, diskriminazzjoni, intimidazzjoni, detenzjoni arbitrarja u vjolenza, u din ikollha effett fit-tul fuq il-karriera u s-sikurezza tagħhom; jenfasizza f’dan ir-rigward, ir-rwol tal-verifikaturi tal-fatti fl-ambjent tal-media, li jiżguraw li l-pubbliku jista’ jafda l-informazzjoni li jirċievi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja r-rwol essenzjali li s-soċjetà ċivili taqdi f’demokrazija li tiffunzjona tajjeb; jinsab estremament imħasseb dwar ir-restrizzjoni kontinwa tal-ispazju tas-soċjetà ċivili, iż-żieda fit-theddid għall-ħidma tad-DDB u tal-membri tal-OSĊ, kif ukoll il-familji, il-komunitajiet u l-avukati tagħhom, u jqis li l-fatt li l-mezzi użati għall-persekuzzjoni tagħhom huma dejjem aktar sofistikati huwa partikolarment ta’ tħassib; jikkundanna bil-qawwa d-detenzjonijiet u l-qtil arbitrarji tagħhom; jiddeplora l-azzjonijiet meħuda mill-gvernijiet madwar id-dinja biex jiċċekken l-ispazju ċiviku, bħal permezz tal-introduzzjoni ta’ leġiżlazzjoni mfassla apposta li għandha l-għan li tirrestrinġi l-finanzjament għall-organizzazzjonijiet nongovernattivi, inkluż il-finanzjament minn sorsi barranin, l-adozzjoni tal-hekk imsejħa liġijiet dwar aġenti barranin u l-użu ħażin tal-liġijiet kontra t-terroriżmu jew kontra l-korruzzjoni sabiex titrażżan il-libertà ta’ għaqda u jitrażżnu d-DDB; jiddenunzja r-repressjoni fuq dimostranti paċifiċi u fuq protesti u organizzazzjonijiet immexxija miż-żgħażagħ u mill-istudenti fid-dinja b’każijiet ta’ tortura u ta’ trattament ħażin li wasslu għal imwiet u ksur serju ieħor;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jikkundanna l-ostruzzjoni tal-parteċipazzjoni indipendenti tas-soċjetà ċivili f’fora multilaterali, pereżempju permezz tal-istrumentalizzazzjoni ta’ NGOs affiljati mal-gvern u permezz ta’ intimidazzjoni u rappreżalji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza l-ħidma kruċjali tad-DDB biex javvanzaw id-drittijiet tal-bniedem; jiddeplora, madankollu, l-attakki dejjem aktar fuq id-DDB; jikkundanna l-impunità li biha l-awturi jwettqu ksur kontra d-DDB, kemm fl-oqsma pubbliċi kif ukoll fl-oqsma privati; jinsisti fuq it-theddid partikolari ffaċċjat mid-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem u n-nuqqas ta’ rfigħ tar-responsabbiltà għal tali atti; jinnota ż-żieda fis-sofistikazzjoni tal-metodi użati biex jippersegwitawhom f’pajjiżhom u barra minnu, inkluż permezz ta’ diversi forom ta’ repressjoni u theddid tranżnazzjonali , inkluż permezz ta’ mezzi finanzjarji, sorveljanza, intimidazzjoni, fastidju diġitali, u detenzjoni politikament motivata ta’ dissidenti u attivisti barra mill-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li r-reġimi awtokratiċi u illiberali qed jieħdu dejjem aktar vantaġġ illegali mil-leġiżlazzjonijiet internazzjonali dwar il-finanzi u ċ-ċibersigurtà, bħal-liġijiet dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu jew l-istandards tat-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja, biex jimmiraw lejn vuċijiet dissidenti u jiksbu data dwar l-imġiba tagħhom, anke fit-territorju tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jirrimarka li l-persuni LGBTIQ+ huma partikolarment vulnerabbli fi gwerra u fi spostamenti furzati, u jiffaċċjaw persekuzzjoni u vjolenza; jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jiżguraw li l-għajnuna esterna tal-UE tinkludi miżuri ta’ protezzjoni u ta’ salvagwardja f’dawn is-sitwazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq li matul kunflitt u spostamenti furzati, il-piż tal-indukrar jaqa’ b’mod sproporzjonat fuq in-nisa u l-bniet, u dan jillimita l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni, għall-impjiegi u għall-parteċipazzjoni politika; jappella biex l-għajnuna umanitarja tal-UE tinkludi miżuri li jappoġġjaw lill-indokraturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iqis li filwaqt li l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u emerġenti, bħall-intelliġenza artifiċjali (IA), għandu l-potenzjal li jtejjeb b’mod konsiderevoli l-benesseri tal-bniedem, l-applikazzjoni mingħajr restrizzjonijiet jew mingħajr distinzjoni tagħhom toħloq ukoll theddid serju għad-demokrazija u għad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jfakkar li din it-trasformazzjoni tista’ tissawwar minn data preġudikata u tkun iggwidata minn algoritmi li spiss jirrinfurzaw id-diskriminazzjoni; jikkundanna l-użu ħażin u l-abbuż dejjem aktar minn reġimi awtoritarji tat-teknoloġija tal-għarfien tal-wiċċ, tas-sorveljanza diġitali tal-massa, tad-deepfakes u tal-kampanji ta’ diżinformazzjoni, taċ-ċensura tal-kontenut online, u tas-soppressjoni tal-informazzjoni, tal-attakki ċibernetiċi, tal-ksur tad-data, tal-operazzjonijiet ta’ influwenza online sponsorjati mill-Istat u tal-għadd dejjem akbar ta’ każijiet ta’ għeluq tal-internet bħala strumenti koerċittivi b’saħħithom; jenfasizza li l-għeluq tal-internet spiss jintuża minn reġimi awtoritarji biex isikktu d-dissidenza politika u jrażżnu l-libertà politika; jinnota, fin-nuqqas ta’ salvagwardji minimi robusti tad-drittijiet tal-bniedem, li hemm riskju li t-teknoloġiji rilevanti jiġu esportati lejn sistemi awtokratiċi, u b’hekk jiġi ffaċilitat ukoll il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem f’pajjiżi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jikkundanna l-mewġa ta’ oppożizzjoni f’diversi partijiet tad-dinja għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa u tal-persuni LGBTIQ+; jisħaq li dawn ix-xejriet huma ta’ theddida għall-prinċipji fundamentali minquxa fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jikkundanna bl-aktar mod qawwi l-attakki dejjem aktar fuq is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati madwar id-dinja; jafferma mill-ġdid li ċ-ċaħda ta’ servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva komprensivi ta’ kwalità, inkluż l-abort sikur u legali, tikkostitwixxi forma ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-ksur tad-dritt għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tat-twemmin, u ż-żieda globali fl-intolleranza lejn atturi u komunitajiet reliġjużi lokali; jiddeplora l-istrumentalizzazzjoni politika tal-identitajiet reliġjużi u l-esklużjoni tal-minoranzi reliġjużi, inkluż mill-parteċipazzjoni politika, kif ukoll l-attakki fuq siti kulturali u storiċi; jisħaq li l-libertà li wieħed jagħżel ir-reliġjon jew it-twemmin tiegħu hija dritt tal-bniedem li ma jistax jiġi kkastigat; jikkundanna, għalhekk, l-eżistenza u l-implimentazzjoni tal-hekk imsejħa liġijiet tal-apostażija u l-liġijiet tal-blasfemija li jwasslu għal pieni ħorox, trattament degradanti u, f’xi każijiet, saħansitra għal kundanni għall-mewt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jikkundanna l-prattika tal-maternità surrogata kummerċjali, li tista’ tinvolvi l-isfruttament riproduttiv u l-użu tal-ġisem tan-nisa għal gwadann finanzjarju jew gwadann ieħor, b’mod partikolari fil-każ ta’ nisa partikolarment vulnerabbli f’pajjiżi mhux tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri biex tappoġġja l-indirizzar tal-prattika tal-maternità surrogata kummerċjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-multilateraliżmu </STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-kriżi globali persistenti tal-obbligu ta’ rendikont u jenfasizza l-ġlieda kontinwa biex tintemm l-impunità għall-ksur tad-drittijiet internazzjonali u fundamentali tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali fil-kunflitti madwar id-dinja; jafferma mill-ġdid in-newtralità essenzjali u r-rwol vitali tal-għajnuna umanitarja fis-sitwazzjonijiet kollha ta’ kunflitt u ta’ kriżi; jenfasizza r-riperkussjonijiet gravi meta l-organizzazzjonijiet multilaterali, inklużi n-NU, jiġu mminati u attakati, u dan joħloq riskju li jrawwem kultura ta’ impunità u jdgħajjef kemm il-fiduċja fis-sistema tan-NU kif ukoll l-effettività tagħha; jappella lill-UE biex tiddefendi l-qafas legali internazzjonali u timplimenta miżuri robusti biex tiżgura l-aderenza ma’ dawn il-liġijiet; jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li l-ħidma tal-istituzzjonijiet multilaterali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-ordni multilaterali bbażat fuq ir-regoli qed tiffaċċja theddid u attakki bħal qatt qabel; jiddeplora bil-qawwa d-deċiżjoni meħuda minn xi pajjiżi li jirtiraw mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u t-tħabbiriet tagħhom li ma kinux se jipparteċipaw fl-Eżami Perjodiku Universali; jikkundanna t-tentattivi kostanti biex jiġu mminati u skreditati n-NU, is-Segretarju Ġenerali tagħhom, ir-Rapporteurs Speċjali tagħhom, u l-aġenziji tagħhom inklużi dawk li qegħdin jipprovdu għajnuna umanitarja, kif ukoll l-attakki fuq il-missjonijiet tagħhom għaż-żamma tal-paċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha jitkellmu b’vuċi waħda fin-NU u f’fora multilaterali oħra sabiex jindirizzaw b’mod effettiv l-isfidi globali għad-drittijiet tal-bniedem u għad-demokrazija f’dawn il-fora u jappoġġjaw l-aktar lingwaġġ qawwi possibbli f’konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jisħaq li l-ordni multilaterali attwali jeħtieġ li jinkorpora bis-sħiħ fl-arkitettura tiegħu l-atturi globali li jiffukaw fuq id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem bħall-UE; jappella għalhekk lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jaħdmu u jiżguraw siġġu permanenti għall-UE fil-fora multilaterali, b’mod partikolari fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, flimkien mas-siġġijiet eżistenti tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-attakki li qed jeskalaw fuq l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli minn reġimi awtoritarji, totalitarji u illiberali, b’mod partikolari permezz tal-aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tagħhom kontra pajjiżi ġirien paċifiċi, kif ukoll permezz ta’ azzjonijiet immirati biex jimminaw il-funzjonament effettiv tal-korpi tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż l-użu ħażin tas-setgħa tal-veto fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lis-sħab tal-istess fehma jiżviluppaw strateġija robusta, jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex ireġġgħu lura din l-eskalazzjoni allarmanti u jibagħtu messaġġ ta’ appoġġ magħqud u qawwi lil dawk l-organizzazzjonijiet meta jiġu attakkati jew mhedda; iqis li n-NU, il-korpi kostitwenti tagħhom u organizzazzjonijiet multilaterali oħra jirrikjedu riforma biex jirreaġixxu b’mod effettiv għal dawn l-isfidi u t-theddid dejjem akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li din id-devjazzjoni minn approċċ multilaterali għall-ordni globali ma toħloqx biss theddida għar-riżoluzzjoni effettiva tal-kriżijiet attwali, iżda wkoll tagħmel it-tifqigħa ta’ kriżijiet ġodda aktar probabbli; jissottolinja li s-sistema multilaterali, bin-NU u fora multilaterali oħra fil-qalba tagħha, tibqa’ l-aktar mod effettiv biex jiġu avvanzati l-isforzi għall-paċi u s-sigurtà, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u biex jiġu indirizzati l-isfidi globali b’mod ġust, sostenibbli u bbażat fuq il-prinċipji; ifaħħar ir-rwol tan-NU fir-rigward tal-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u l-governanza globali, b’mod partikolari fiż-żoni ta’ kunflitt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza li d-diżrispett dejjem akbar għad-dritt internazzjonali u l-politiċizzazzjoni tad-dibattiti li jikkonċernaw l-istituzzjonijiet tal-ġustizzja internazzjonali, bħall-QIĠ u l-QKI, joħolqu theddida eżistenzjali għall-ordni globali bbażat fuq ir-regoli; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar iż-żieda fid-diżrispett għad-dritt umanitarju internazzjonali u għad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-polarizzazzjoni madwarhom; jiddeplora t-theddid bħal qatt qabel iffaċċjat mill-QKI, b’mod partikolari minħabba l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fuq l-imħallfin u l-persunal tagħha; ifakkar li d-dritt internazzjonali u l-awtoritajiet legali indipendenti kompetenti huma essenzjali biex tiġi rispettata l-ġustizzja internazzjonali, jiġi żgurat l-obbligu ta’ rendikont u l-ġlieda kontra l-impunità, li huma prekundizzjonijiet meħtieġa ta’ kwalunkwe proċess ta’ rikonċiljazzjoni u paċi sostnuta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jissottolinja li l-Istati Membri kollha tal-UE, bħala partijiet tal-Istatut ta’ Ruma, huma legalment obbligati jinfurzaw il-mandati ta’ arrest tal-QKI; billi kwalunkwe deċiżjoni li tinjora dawn l-obbligi jew li tirtira mill-QKI tikser l-acquis tal-UE u timmina l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Itenni l-appoġġ qawwi tal-UE għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; iħeġġeġ lill-Istati firmatarji kollha għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jirrispettaw bis-sħiħ id-deċiżjonijiet tal-Qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota bi tħassib li xi pajjiżi ripetutament ippruvaw jinkorporaw terminoloġiji u kunċetti fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem li fl-aħħar mill-aħħar iwasslu għar-relativizzazzjoni tal-obbligu ta’ rendikont; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jiżguraw li joġġezzjonaw b’mod sistematiku għal tali frażijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’territorji okkupati illegalment, inkluż fit-territorju tal-UE, u f’każijiet ta’ kunflitti fit-tul u kunflitti ffriżati u inviżibbli multipli, u jappella għal miżuri effettivi bl-għan li jiġu pprevenuti abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-post;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Valutazzjoni tas-sett ta’ għodod tal-UE għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2027</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-perjodu ta’ żmien tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija issa huwa allinjat maċ-ċiklu baġitarju tal-UE, u dan għandu jgħin biex jiġi żgurat finanzjament għall-prijoritajiet tal-pjan ta’ azzjoni; ifakkar, madankollu, li r-rieżami ta’ nofs it-terminu ma kellux parametri referenzjarji ċari għall-valutazzjoni u għalhekk naqas milli jipprovdi gwida ċara biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet; jemmen li rieżami sħiħ tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija ma għandux jiddewwem aktar u li l-ħidma għandha tibda immedjatament biex jiġu stabbiliti l-parametri għal pjan imtejjeb;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinsisti li l-Parlament jeħtieġlu jkun involut b’mod attiv fit-tħejjija tal-pjan ta’ azzjoni l-ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jissottolinja r-rwol tad-diplomazija pubblika, parlamentari u kulturali tal-UE, kif ukoll tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, biex jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u jappella lid-diviżjoni tal-Komunikazzjoni Strateġika u l-Prospettiva tas-SEAE biex iżżid l-isforzi tagħha f’dan ir-rigward, li għalihom għandha tingħata riżorsi xierqa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-finanzjament tal-azzjoni esterna għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija – l-istrument propost Ewropa Globali fil-QFP 2028-2034</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jilqa’ l-objettivi relatati mad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-pilastri kollha tal-istrument propost Ewropa Globali u ż-żieda proposta fil-finanzjament tal-UE għall-azzjoni esterna, speċjalment meta jitqies it-tnaqqis drammatiku minn kontributuri globali ewlenin oħra li għandu impatt dirett fuq l-aktar popolazzjonijiet vulnerabbli; jisħaq li l-UE ma tistax tagħlaq id-distakk waħedha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jiddeplora bil-qawwa, madankollu, it-tħassir tal-programm tematiku dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija bħala strument ewlieni tal-UE biex jippromwovi u jipproteġi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja, filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa li jiġi integrat approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem b’mod konsistenti fl-istrumenti ta’ azzjoni esterna tal-UE biex tiġi żgurata l-koerenza, u jiddeplora n-nuqqas ta’ baġit u allokazzjoni ddedikati; jissottolinja r-rwol tal-Parlament fil-proċess ta’ programmazzjoni tal-istrument u jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jikkondividu l-informazzjoni rilevanti kollha fil-ħin sabiex il-Parlament ikun jista’ jaqdi r-rwol tiegħu kif xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa għal miri perċentwali ċari, linji baġitarji delimitati, u traċċar trasparenti biex jiġi żgurat li l-fondi jindirizzaw l-isfidi globali b’mod effettiv u jappoġġjaw lill-popolazzjonijiet vulnerabbli; itenni l-projbizzjoni fuq l-allokazzjoni ta’ fondi tal-UE għal attivitajiet li jmorru kontra l-valuri fundamentali tal-UE, bħat-terroriżmu jew l-estremiżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jiddeplora n-nuqqas ta’ kundizzjonalità trasparenti u infurzabbli tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE, liema kundizzjonalità tkun għodda effettiva li tagħti effett tanġibbli lill-impenn tal-UE għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Ikompli jqis lir-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem bħala vuċi essenzjali tal-politika esterna tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, u jikkontribwixxi għall-viżibbiltà u għall-koerenza tagħha f’kooperazzjoni u f’koordinazzjoni mill-qrib mal-korpi kollha tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-Mibgħut Speċjali tal-UE għall-promozzjoni u għall-protezzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-UE</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinnota l-fatt li l-kariga ta’ Mibgħut Speċjali tal-UE għall-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra mill-UE baqgħet vakanti għal aktar minn sena; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem u mal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-ftehimiet kummerċjali u internazzjonali tal-UE ma’ pajjiżi mhux tal-UE</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-ftehimiet internazzjonali, inklużi l-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni u ta’ kummerċ, u ta’ strumenti bħall-iskema ġeneralizzata ta’ preferenzi (SĠP) u l-SĠP+ biex l-istandards dwar id-drittijiet tal-bniedem u dawk demokratiċi jitqiegħdu fil-qalba tar-relazzjonijiet tal-UE ma’ pajjiżi mhux tal-UE, biex titħeġġeġ u tiġi mmonitorjatà l-konformità ma’ tali standards u biex tiġi implimentata l-kundizzjonalità tad-drittijiet tal-bniedem fil-politika esterna tal-UE; itenni t-talba tiegħu li jiġu integrati l-valutazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u jiġu inklużi klawżoli robusti dwar id-drittijiet tal-bniedem fi ftehimiet rilevanti bejn l-UE u pajjiżi mhux tal-UE; jissottolinja l-importanza li tiġi indirizzata l-inugwaljanza bejn il-ġeneri u li jiġu promossi d-drittijiet tan-nisa permezz ta’ dawn il-ftehimiet, inkluż billi tiġi appoġġjata l-parteċipazzjoni tan-nisa fl-ekonomija u billi n-nisa jiġu protetti mid-diskriminazzjoni u mill-isfruttament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinsisti li d-drittijiet tal-popli indiġeni, kif iddikjarat fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, iridu jiġu rispettati b’mod konsistenti fil-ftehimiet tal-UE, fil-proġetti ta’ żvilupp, u fl-attivitajiet korporattivi li jaffettwaw l-artijiet jew ir-riżorsi tagħhom; jenfasizza l-importanza li jiġu rispettati d-drittijiet tal-popli indiġeni għall-iżvilupp sostenibbli, l-azzjoni klimatika u l-konservazzjoni tal-bijodiversità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Ifakkar fir-responsabbiltà tan-negozji li jiżguraw li l-operazzjonijiet u l-ktajjen tal-provvista tagħhom ma jkunux implikati f’abbużi tad-drittijiet tal-bniedem; jissottolinja l-ħtieġa li jingħalqu l-lakuni legali u regolatorji li jistgħu jiġu sfruttati min-negozji għad-detriment tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ambjent; itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għall-grupp ta’ ħidma intergovernattiv miftuħ tan-NU dwar il-korporazzjonijiet tranżnazzjonali u intrapriżi kummerċjali oħrajn fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem għal strument legalment vinkolanti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-djalogi tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota li ġew organizzati 35 djalogu u konsultazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-2024; iqis li dawn id-djalogi qed ikomplu jkunu strument importanti biex jiġu avvanzati d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, iżda jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li ħafna drabi, fir-relazzjonijiet ma’ pajjiżi u reġjuni mhux tal-UE, dawn jitqiesu bħala strumenti awtonomi aktar milli element ewlieni ta’ impenn sostnut dwar id-drittijiet tal-bniedem; jappella għal involviment imsaħħaħ u sinifikattiv tas-soċjetà ċivili fid-djalogi; jisħaq li l-OSĊ ġenwini ma jeħtiġilhomx jinżammu milli jipparteċipaw fid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u li kwalunkwe djalogu jrid jinkludihom mingħajr ebda limitazzjoni; iqis li hemm lok fejn jissaħħaħ b’mod aktar sistematiku r-rwol tal-Parlament fil-proċess ta’ djalogu; itenni l-ħtieġa li jitqajmu każijiet individwali, b’mod partikolari dawk enfasizzati mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet tiegħu, u li jiġi żgurat segwitu adegwat; jieħu nota tal-fatt li diversi djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem għadhom mhux qed jinżammu fil-kwartieri ġenerali tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">L-istrumenti u l-għodod tas-sanzjonijiet tal-UE, inkluż ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (GHRSR</STRING> – <STRING ITALIC="on">l-Att Magnitsky)</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu biex jiżdied l-użu tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (GHRSR), flimkien ma’ oqfsa oħra ta’ sanzjonijiet ad hoc, bħala għodda politika ewlenija tal-politika tal-UE li tippromwovi l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u li tikkomplementa strumenti ġudizzjarji oħra; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jespandu l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE), biex jinkludi atti ta’ korruzzjoni – kif diġà ntalab diversi drabi mill-Parlament – u elenkar sistematiku għall-awturi ta’ repressjoni tranżnazzjonali, inklużi dawk li jimmiraw lejn il-komunitajiet tad-dijaspora; ifakkar, madankollu, fil-limitazzjonijiet u fid-dewmien tas-sistema attwali tat-teħid ta’ deċiżjonijiet biex jiġu attivati dawn l-istrumenti u l-lakuni fil-mekkaniżmi ta’ infurzar li jippermettu ċ-ċirkomvenzjoni; itenni t-talba tiegħu biex tiġi introdotta votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għal deċiżjonijiet dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem; jappella għal infurzar ugwali, ibbażat fuq il-prinċipji u komplut, tas-sanzjonijiet u biex jiġu indirizzati ċ-ċirkomvenzjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">L-appoġġ tal-UE għad-DDB</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, fl-2024, il-Mekkaniżmu għad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, iffinanzjat fl-ambitu tal-programm tematiku tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, appoġġja 10 050 DDB meqjusa bħala ta’ riskju għoli, li 51 % minnhom kienu nisa, u li pprovda appoġġ lil aktar minn 700 ġurnalist f’riskju f’60 pajjiż matul l-istess perjodu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jiddispjaċih li xi mekkaniżmi għall-protezzjoni tad-DDB, bħal ProtectDefenders, ma għandhomx biżżejjed riżorsi biex jissodisfaw il-ħtieġa u jappella lill-UE u lill-Istati Membri biex isaħħu l-appoġġ baġitarju, filwaqt li jiżguraw finanzjament flessibbli, aċċessibbli u fit-tul biex id-DDB ikunu jistgħu jkomplu l-ħidma essenzjali tagħhom fost dejjem aktar repressjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jissottolinja r-rwol kritiku tad-delegazzjonijiet tal-UE u tar-rappreżentanzi tal-Istati Membri biex josservaw proċessi kriminali, jagħmlu żjarat waqt detenzjoni u jagħtu appoġġ lill-familji u lill-avukati ta’ DDB ippersegwitati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jilqa’ l-aġġornament tal-2024 tal-Manwal tal-Kodiċi tal-Viża tal-UE, li kellu l-għan li jiċċara, għall-Istati Membri, il-possibbiltajiet tat-trattament flessibbli tal-każijiet ta’ DDB biex jitħaffu l-applikazzjonijiet għal viża għal soġġorn qasir għal dawk f’riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jenfasizza r-rwol siewi tal-Komunità tal-Premju Sakharov, inkluż permezz tal-programm tal-Fellowship ta’ Sakharov, biex tikkontribwixxi għal fehim aħjar tal-fenomenu tar-ripressjoni kontra d-DDB, l-implikazzjonijiet varji tiegħu u modi possibbli biex dan jiġi indirizzat, inkluż fil-livell tranżnazzjonali; jappella biex il-Komunità tal-Premju Sakharov tkompli tissaħħaħ bħala pjattaforma għal esperjenza diretta fil-monitoraġġ tal-ksur, fis-sensibilizzazzjoni u fil-mobilizzazzjoni ta’ networks internazzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">L-azzjonijiet tal-UE fil-livell multilaterali biex tinżamm l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-UE biex tisponsorja jew tappoġġja riżoluzzjonijiet fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u fl-Assemblea Ġenerali tan-NU; jinsab imħasseb li d-deċiżjonijiet reċenti minn pajjiżi mhux tal-UE li jnaqqsu l-finanzjament għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u lis-sistema tan-NU b’mod ġenerali diġà għandhom implikazzjonijiet tanġibbli għall-kapaċità tagħhom li jwettqu l-missjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kunsill tal-Ewropa kien fuq quddiem nett biex jindirizza t-tħassib u javvanza li jiġu stabbiliti normi u standards globali f’diversi oqsma relatati mad-drittijiet tal-bniedem, bħall-vjolenza abbażi tal-ġeneru, il-libertà akkademika, il-protezzjoni tal-avukati u l-ġurnalisti, l-IA u d-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna li l-QKI, l-uffiċjali tagħha, u s-sħab li jikkooperaw magħha qed jiffaċċjaw theddid jew attakki; jafferma mill-ġdid l-appoġġ sod tiegħu għall-QIĠ u għall-QKI bħala korpi ġudizzjarji essenzjali, indipendenti u imparzjali; jilqa’ l-appoġġ finanzjarju kontinwu tal-UE lill-QKI fi żmien partikolarment diffiċli għall-ġustizzja internazzjonali; jiddeplora n-nuqqas persistenti li jiġi attivat l-istatut ta’ mblukkar tal-UE biex il-QKI tiġi protetta mill-effetti ekstraterritorjali tas-sanzjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">L-approċċ ta’ Tim Ewropa u l-appoġġ għad-demokrazija</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jirrikonoxxi l-valur tal-allinjament tal-approċċi għall-protezzjoni u għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-istituzzjonijiet, il-korpi u r-rappreżentanzi tal-Istati Membri kollha tal-UE involuti f’azzjoni esterna, l-ewwel u qabel kollox fl-ambaxxati tal-Istati Membri u fid-delegazzjonijiet tal-UE f’pajjiżi mhux tal-UE, iżda wkoll li jsir użu mill-potenzjal sħiħ tal-Parlament; jisħaq li approċċi flessibbli u kkoordinati għandhom jibqgħu inklużivi biex jippermettu li s-sistema ta’ kontrokontrolli istituzzjonali tal-UE topera bis-sħiħ; jenfasizza li l-Parlament għandu rwol qawwi biex jitħarsu l-valuri u d-drittijiet tal-bniedem tal-UE, pereżempju permezz tad-diplomazija parlamentari, djalogi u riżoluzzjonijiet interparlamentari, tiġi promossa l-medjazzjoni u tiġi mħeġġa kultura ta’ djalogu u kompromess, speċjalment fost il-mexxejja politiċi żgħażagħ, u tingħata s-setgħa lill-membri parlamentari nisa, lid-DDB u lir-rappreżentanti mis-soċjetà ċivili u mill-media indipendenti; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tkompli l-attivitajiet tagħha f’dawn l-oqsma u tespandihom billi żżid l-appoġġ għall-korpi tal-UE; jieħu nota tal-ħidma li għaddejja fuq l-inizjattiva dwar id-Demokrazija ta’ Tim Ewropa f’diversi pajjiżi; iqis li kollaborazzjoni msaħħa bejn il-Grupp għas-Sostenn għad-Demokrazija u Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet tal-Parlament, id-Direttorati Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni u s-SEAE tikkontribwixxi bil-kbir għall-attivitajiet ta’ appoġġ għad-demokrazija f’pajjiżi mhux tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jappella biex l-UE tuża l-għodod għad-dispożizzjoni tagħha biex tiġġieled l-isfidi dejjem akbar għall-multilateraliżmu bl-għan li tiżgura li l-ħidma tal-istituzzjonijiet internazzjonali tkompli tiġi rispettata; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-appoġġ tagħhom għall-ħidma tan-NU u tal-aġenziji kollha tagħhom, kemm politikament kif ukoll finanzjarjament, inkluż fir-riforma tagħhom, biex jiżguraw li tkun adattata għall-iskop tagħha, jikkumbattu l-influwenza tar-reġimi awtoritarji u totalitarji u jiżguraw il-kontinwazzjoni tal-multilateraliżmu bħala l-bażi tal-governanza globali; jappella lill-UE biex tespandi l-appoġġ u l-isforzi ta’ finanzjament tagħha stess bħala kontrobilanċ għall-pressjoni politikament motivata u bħala salvagwardja għal proċeduri indipendenti; itenni l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha jitkellmu b’vuċi waħda fil-fora multilaterali; jappella biex id-delegazzjonijiet tal-UE jkollhom rwol aktar qawwi fil-fora multilaterali, li għalihom għandu jkollhom riżorsi xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jappella biex il-ħidma tar-RSUE tiġi appoġġjata b’aktar riżorsi u koordinazzjoni aħjar mad-delegazzjonijiet tal-UE madwar id-dinja, u jenfasizza li t-trasparenza u l-viżibbiltà limitati – bħan-nuqqas ta’ rapportar pubbliku dwar iż-żjarat fil-pajjiżi, il-programm ta’ ħidma u l-prijoritajiet, jew in-nuqqas ta’ sit web iddedikat – jistgħu jxekklu l-iskrutinju u l-obbligu ta’ rendikont; jiddeplora, minkejja talbiet kontinwi, l-esklużjoni tal-Parlament mill-proċess tal-għażla tar-RSUE u jappella biex din il-prattika tiġi riveduta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-ħatra f’waqtha tal-Mibgħut Speċjali tal-UE għal-Libertà tar-Reliġjon jew tat-Twemmin; jissottolinja l-importanza li l-Mibgħut Speċjali jingħata kontinwità, riżorsi u viżibbiltà adegwati biex jippromwovi b’mod effettiv il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin madwar id-dinja; jisħaq li r-rapportar regolari lill-Parlament Ewropew ikompli jsaħħaħ it-trasparenza u l-kooperazzjoni f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jappella għall-abolizzjoni tal-liġijiet tal-apostażija u tal-liġijiet tal-blasfemija; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jintensifikaw l-isforzi bil-għan li jipproteġu l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon jew tat-twemmin, iqajmu l-kwistjoni fil-fora tan-NU, u jikkonsolidaw ir-rapporti mid-delegazzjonijiet tal-UE dwar il-kwistjoni; jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lis-SEAE u lill-Kummissjoni iqajmu b’mod sistematiku l-każ tal-persekuzzjoni tal-minoranzi reliġjużi fid-djalogi politiċi u dwar id-drittijiet tal-bniedem u jiżguraw rispett sħiħ għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon jew tat-twemmin; jistieden lill-Kunsill jagħmel użu mir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem kontra individwi u entitajiet responsabbli għall-ksur serju tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin; jitlob li s-SEAE jidentifika l-pajjiżi prijoritarji għal azzjoni tal-UE dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin u kull sena jirrapporta lill-Parlament dwar il-progress;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE, bħala Stati Partijiet għall-Karta tan-NU, l-Istatut ta’ Ruma u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, biex jirrispettaw bis-sħiħ id-deċiżjonijiet tal-qrati internazzjonali kompetenti, inkluża l-QEDB; jappella lill-UE tħeġġeġ lill-pajjiżi mhux tal-UE, inklużi s-sħab ewlenin tagħha u l-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali, biex jissieħbu mal-Istatut ta’ Ruma; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex ikomplu l-appoġġ tagħhom għall-QKI u jintensifikawh bil-mezzi meħtieġa, inklużi riżorsi u appoġġ politiku; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jirrispettaw u jiddefendu l-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-organi kollha tal-QKI, inkluż billi jinfurzaw il-mandati ta’ arrest tal-QKI; jesiġi l-protezzjoni tal-QKI, tal-uffiċjali tagħha u ta’ dawk li jikkooperaw magħha mit-theddid u mill-attakki u f’dak is-sens itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tattiva b’mod urġenti l-istatut ta’ mblukkar bl-għan li tipproteġi lill-QKI mill-konsegwenzi tas-sanzjonijiet u tippermetti l-operat kontinwu tagħha b’indipendenza sħiħa; jistieden lill-Istati Membri japplikaw ġuriżdizzjoni universali fil-ġlieda kontra l-impunità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jadottaw Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri wara l-2027 li se jindirizza l-ħtieġa ta’ aktar appoġġ għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u għad-drittijiet tan-nisa u li se jindirizza speċifikament il-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-ħtieġa ta’ approċċ sensittiv għall-ġeneru għall-għajnuna umanitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jipproponu l-inklużjoni tal-“apartheid tal-ġeneru” bħala delitt kontra l-umanità sabiex dawk responsabbli jerfgħu r-responsabbiltà għal għemilhom; jappella għal appoġġ qawwi għad-definizzjoni tal-apartheid tal-ġeneru proposta mill-grupp ta’ ħidma tan-NU dwar id-diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jappella għall-protezzjoni taċ-ċivili f’kull mument waqt kunflitti armati u għall-ħolqien ta’ kurituri umanitarji, meta jkun meħtieġ, sabiex iċ-ċivili jkunu jistgħu jaħarbu mill-kunflitti, u jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe attakk fuqhom; jappella għal protezzjoni aktar effettiva tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem waqt kunflitti armati, peress li huma partikolarment fil-mira minħabba l-ħidma tagħhom fejn jiddokumentaw l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-ommijiet u t-tfal jinsabu f’riskju akbar ta’ tbatija tal-ġuħ u tal-malnutrizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jappella biex il-parteċipazzjoni tan-nisa u tal-irġiel b’diżabbiltà titqies fit-tfassil ta’ infrastruttura sikura u aċċessibbli matul il-proċessi ta’ rikostruzzjoni wara kunflitti armati jew diżastri naturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jistabbilixxu indikaturi u skedi ta’ żmien ċari fil-pjan ta’ azzjoni tal-UE għal wara l-2027 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija biex jitkejjel is-suċċess, tissaħħaħ il-koerenza bejn l-azzjonijiet interni u esterni tal-UE u jiġu speċifikati konnessjonijiet aħjar bejn il-prijoritajiet kif iddikjarat fil-pjan ta’ azzjoni u parametri referenzjarji aktar stretti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jinvolvu lis-soċjetà ċivili b’mod aktar inklużiv u jqisu aħjar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet meta jiżviluppaw u jimplimentaw il-politika esterna tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-konsultazzjonijiet ma’ atturi lokali li jkunu l-eqreb għall-livell ta’ implimentazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jappella għal baġit allokat b’mod ċar għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-QFP futur, b’miri ċari għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri li jkollhom appoġġ ta’ finanzjament adegwat għall-iżvilupp ta’ strutturi demokratiċi u għat-tkabbir tal-media ħielsa, inkluż f’pajjiżi ġirien; jisħaq li l-baġit tal-UE jeħtieġ ukoll li jiġi protett fid-dimensjoni esterna tiegħu minħabba li jipprovdi ingranaġġ importanti biex tinkiseb konformità akbar mad-drittijiet tal-bniedem u mal-istandards demokratiċi mill-pajjiżi sħab; jappella, għalhekk, għal klawżoli infurzabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem u għal klawżoli robusti dwar id-demokrazija biex jiġu introdotti fl-istrument il-ġdid Ewropa Globali għall-finanzjament ta’ pajjiżi sħab mhux tal-UE; jappella għal qafas ta’ kundizzjonalità operazzjonali li japplika, fost l-oħrajn, għall-assistenza makrofinanzjarja, għall-preferenzi kummerċjali u għall-faċilitazzjoni tal-viżi, b’parametri referenzjarji ċari u mekkaniżmi legali infurzabbli biex tiġi żgurata l-konformità, inklużi klawżoli ta’ sospensjoni f’każijiet ta’ ksur persistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jinsisti li l-pajjiżi mhux tal-UE li jirċievu appoġġ mill-UE fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt, jew tal-iżvilupp tas-soċjetà ċivili jeħtiġilhom jistabbilixxu istituzzjonijiet nazzjonali indipendenti tad-drittijiet tal-bniedem, bħall-uffiċċji tal-ombudspersons, f’konformità mal-Prinċipji ta’ Pariġi; jisħaq li l-preżenza ta’ tali istituzzjonijiet għandha tkun prerekwiżit għall-eliġibbiltà għall-finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jistieden lis-sħab istituzzjonali tal-UE tiegħu jesploraw toroq ġodda biex itejbu t-teħid ta’ deċiżjonijiet, inkluża l-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata, u, meta jintużaw approċċi aktar flessibbli, bħall-approċċ ta’ Tim Ewropa, jiżguraw li d-drittijiet tal-bniedem ikunu garantiti biżżejjed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jappella biex jiġu rinfurzati d-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem permezz ta’ parametri referenzjarji u riżultati ċari sabiex il-progress ikun jista’ jitfassal u jiġi vvalutat b’mod ċar matul kull ċiklu rispettiv ta’ djalogu; jappella għall-involviment sistematiku u sinifikattiv tal-atturi tas-soċjetà ċivili fi djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u s-segwitu għalihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jappella biex tiżdied il-viżibbiltà ta’ dawn id-djalogi u l-eżiti tagħhom, inkluż il-pubblikazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet konġunti għall-istampa, u li dawn id-djalogi jkunu orjentati lejn ir-riżultati jew ibbażati fuq parametri referenzjarji ċari li jippermettu l-monitoraġġ effettiv, inkluża konsultazzjoni ex ante u ex post ma’ organizzazzjonijiet ġenwini tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jappella għal kollaborazzjoni msaħħa mal-Parlament fil-proċess ta’ deliberazzjoni li jwassal għad-djalogi; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa li l-UE tkompli tapplika pressjoni biex id-djalogi jinżammu fil-kwartieri ġenerali tal-UE; iqis li s-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem għandu jkollhom rwol distint fil-monitoraġġ tal-progress tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-miri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jappella lill-UE biex issegwi l-istabbiliment ta’ strumenti Ewropej u internazzjonali bil-għan li tiggarantixxi aċċess għall-ġustizzja u rimedji effettivi għall-persuni affettwati minn abbużi tad-drittijiet tal-bniedem mill-korporazzjonijiet; jappella għall-implimentazzjoni effettiva u bir-reqqa tar-regoli attwali tal-UE dwar imġiba korporattiva responsabbli fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, tax-xogħol u tal-ambjent bħal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar id-diliġenza dovuta; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti politiki u mekkaniżmi tal-UE li huma kapaċi jirrikkonċiljaw b’mod effettiv ir-rekwiżiti tat-tranżizzjoni sostenibbli mar-rispett għall-għajxien tal-komunitajiet lokali; jappella lill-UE biex tippromwovi u tipproteġi l-komunitajiet lokali u d-drittijiet tal-popli indiġeni fil-politika barranija tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jappella lill-UE biex timpenja ruħha b’mod sod għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi u ssaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali dwar il-klima; jisħaq fuq l-importanza li jiġu indirizzati l-implikazzjonijiet tat-tibdil fil-klima għall-paċi u s-sigurtà fl-ogħla livell;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jappella lill-UE biex tivvaluta l-effettività tas-sett ta’ għodod bil-għan li jiġu indirizzati l-kampanji ta’ diżinformazzjoni kontra l-UE, b’mod partikolari f’pajjiżi li jirċievu mill-UE assistenza sinifikanti umanitarja u għall-iżvilupp u f’pajjiżi kandidati għas-sħubija fl-UE; jappella b’mod urġenti lill-UE biex tappoġġja organi tax-xandir u tal-informazzjoni affidabbli li jippromwovu l-obbligu ta’ rendikont tal-awtoritajiet u jappoġġjaw tranżizzjonijiet demokratiċi, filwaqt li jisħaq fuq il-ħtieġa li jitħarsu l-prinċipji tal-pluraliżmu, tat-trasparenza u tal-indipendenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jilqa’ d-direttiva mfassla biex tipproteġi lill-ġurnalisti u lid-DDB minn azzjonijiet legali abbużivi u SLAPPs; iħeġġeġ lil min ifassal il-liġi fil-pajjiżi mhux tal-UE biex jiżviluppa leġiżlazzjoni bl-istess għan, bħala parti minn sforzi usa’ għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà u l-pluraliżmu tal-media; jitlob li l-attakki fuq il-libertà tal-media, kif ukoll it-tnawwir persistenti u sistematiku tad-dritt għall-informazzjoni, jitqiesu fil-monitoraġġ mill-UE tal-konformità tal-ftehimiet internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġu indirizzati d-diżinformazzjoni dwar il-ġeneri u l-fastidju online immirati lejn in-nisa attivi fil-politika, fil-ġurnaliżmu u fis-soċjetà ċivili, li għandhom l-għan li jsikktu d-dissens, jimminaw il-parteċipazzjoni demokratika u jxerrdu narrattivi kontra l-UE; jisħaq li l-istrument għandu jinkludi obbligi vinkolanti għall-prevenzjoni, għall-mitigazzjoni u għar-rimedju tal-impatti speċifiċi għall-ġeneru fuq id-drittijiet tal-bniedem; jappella għal kontromiżuri proporzjonati u effettivi u għodod ta’ monitoraġġ imtejba biex jipprevjenu, jesponu u jirreaġixxu għal tali fenomeni, filwaqt li jissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali u l-libertà tal-espressjoni; jappella għal miżuri ta’ appoġġ u protezzjoni ddedikati biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ġurnalisti, l-attivisti u l-politiċi nisa online u offline;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jappella għall-promozzjoni tal-libertà akkademika bħala komponent ewlieni ta’ soċjetajiet miftuħa u demokratiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu r-repressjoni tranżnazzjonali bħala theddida speċifika għad-drittijiet tal-bniedem, jistabbilixxu sistemi biex jintraċċawha, jiddokumentawha u jindirizzawha, jipprovdu taħriġ u riżorsi għall-infurzar tal-liġi, u jiżguraw li l-awturi jinżammu responsabbli għal għemilhom, inklużi l-uffiċjali u l-aġenti ta’ pajjiżi mhux tal-UE u l-faċilitaturi lokali; jisħaq li r-reazzjonijiet tal-UE għandhom jintegraw dawn ix-xejriet fil-linji gwida dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-kooperazzjoni internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jappoġġja lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu u jsaħħu l-appoġġ tagħhom għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jadottaw salvagwardji regolatorji adegwati fl-UE biex jiġġieldu r-repressjoni tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Ifakkar li l-pożizzjoni ewlenija tal-UE fir-rigward tal-IA u tad-diplomazija diġitali hija kruċjali biex jiġu promossi mudelli li jiżguraw standards għoljin tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll għar-rilevanza u r-reżiljenza tagħha; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-UE żżid id-diplomazija diġitali u tal-IA tagħha, tinforza l-Att dwar is-Servizzi Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2065/oj).</FIELD></FOOTNOTE> u tiżgura li l-kumpaniji tat-teknoloġija u l-pjattaformi tal-media soċjali jikkonformaw mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem u jindirizzaw ir-repressjoni tranżnazzjonali, inkluż kontra d-DDB; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jiżguraw li l-atturi li qed jippermettu r-repressjoni diġitali tranżnazzjonali, b’mod partikolari fis-settur tat-teknoloġija, jinżammu responsabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Itenni l-importanza tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE għall-evalwazzjoni indipendenti u imparzjali tal-proċessi elettorali li jimmonitorjaw, minħabba dejjem akbar indħil minn xi stati fl-elezzjonijiet ta’ pajjiżi oħra permezz ta’ tattiċi ibridi inkluż l-użu tal-intelliġenza artifiċjali; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni janalizzaw l-inizjattivi tagħhom u jirrapportaw dwarhom lill-Parlament biex jindirizzaw l-isfidi maħluqa mill-IA fil-proċessi elettorali; jappella għall-protezzjoni tal-osservaturi elettorali internazzjonali; jappella għal segwitu għall-adozzjoni u għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta’ dawn il-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali f’pajjiżi mhux tal-UE, u li dawn jiġu inklużi bħala element ewlieni fil-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiż mhux tal-UE inkwistjoni; jenfasizza l-kontribut tal-Parlament għal dawn il-missjonijiet bħala dimensjoni essenzjali tal-azzjoni esterna tiegħu, kif ukoll għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-metodoloġija tagħhom; jinnota li l-pajjiżi qed jirrifjutaw dejjem aktar li jistiednu lill-UE biex tosserva l-elezzjonijiet tagħhom u jistieden lis-SEAE jindirizza din is-sitwazzjoni; jilqa’ l-ħidma tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija u jtenni l-ħtieġa li jkomplu jissaħħu l-ħidma u r-riżorsi tiegħu; jappella għal aktar appoġġ finanzjarju mill-UE biex jiġu organizzati l-missjonijiet elettorali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jappella biex jissaħħu l-isforzi u tiġi garantita l-parteċipazzjoni pubblika tal-minoranzi, kif ukoll biex tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa u taż-żgħażagħ fil-proċessi elettorali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Itenni l-kundanna tiegħu tal-forom kollha ta’ razziżmu, intolleranza, antisemitiżmu, Iżlamofobija, persekuzzjoni tal-Insara, ksenofobija u diskriminazzjoni abbażi tar-razza, l-etniċità, in-nazzjonalità, il-klassi soċjali, id-diżabbiltà, il-kasta, ir-reliġjon, it-twemmin, l-età, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru; jappella biex jiġu adottati jew biex jissaħħu l-mekkaniżmi għar-rapportar ta’ mġiba diskriminatorja, kif ukoll biex jiġu aċċessati rimedji legali effettivi, sabiex tintemm l-impunità ta’ dawk li jkunu involuti f’tali atti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jiddispjaċih li, filwaqt li l-Kristjaneżmu għadu r-reliġjon l-aktar ippersegwitata fid-dinja llum, b’aktar minn 380 miljun persuna milquta, ma hemm l-ebda koordinatur Ewropew responsabbli għall-ġlieda kontra l-Kristjanofobija, minkejja li nħatar koordinatur għall-ġlieda kontra l-Iżlamofobija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Itenni l-istedina tiegħu lill-Kunsill biex jadotta mandat ambizzjuż mill-aktar fis possibbli biex l-UE tinvolvi ruħha fin-negozjati li għaddejjin dwar strument legalment vinkolanti tan-NU li jżomm lill-kumpaniji responsabbli għall-ksur tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem; jappella lill-UE tiżgura l-allinjament tal-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u ssaħħaħ il-kollaborazzjoni ma’ reġjuni u organizzazzjonijiet globali oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jappella għall-implimentazzjoni sistematika tal-valutazzjonijiet ex ante u ex post tad-drittijiet tal-bniedem u għall-inklużjoni ta’ klawżoli robusti u infurzabbli dwar id-drittijiet tal-bniedem fi ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi mhux tal-UE, liema klawżoli jkunu appoġġjati minn sett ċar ta’ parametri referenzjarji u proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’każ ta’ ksur; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jiżguraw li l-klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali attwali jiġu mmonitorjati b’mod attiv u infurzati b’mod effettiv, inkluż bis-sospensjoni, u li jtejbu l-komunikazzjoni tagħhom mal-Parlament dwar kunsiderazzjonijiet u deċiżjonijiet rigward dan l-infurzar; itenni li f’każ ta’ ksur persistenti tal-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem mill-pajjiżi sħab tal-UE, inkluż dawk fl-iskema tal-SĠP+, l-UE għandha tieħu azzjoni malajr u b’mod deċiżiv, anke billi tissospendi l-ftehimiet ikkonċernati jekk għażliet oħra jirriżultaw ineffettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jappella għall-ħolqien ta’ portal biex jiġu trattati l-ilmenti, fil-qafas tal-istrumenti kummerċjali u finanzjarji tal-UE, possibbilment permezz tal-adattament tal-Punt Uniku ta’ Servizz tal-Kummissjoni biex jippermetti li l-ilmenti rigward in-nuqqasijiet ta’ konformità mal-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem jiġu ppreżentati; jisħaq li dan il-portal għandu jkun aċċessibbli, faċli għaċ-ċittadini u trasparenti, u miftuħ għaċ-ċittadini tal-pajjiżi mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jinkoraġġixxi l-monitoraġġ u l-valutazzjoni bir-reqqa tal-kapaċità tad-delegazzjonijiet tal-UE li jiżguraw li kollha kemm huma għandhom punt ta’ kuntatt deżinjat għal każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b’riżorsi suffiċjenti biex jippermetti rispons effettiv u f’waqtu; jirrakkomanda wkoll li l-persunal tad-delegazzjoni tal-UE jitħarreġ regolarment dwar il-linji gwida eżistenti tal-UE relatati ma’ kwistjonijiet speċifiċi tad-drittijiet tal-bniedem; jesiġi li l-ambaxxati tal-Istati Membri jinvolvu ruħhom biex jiddefendu u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem billi jsemmgħu l-vuċi tagħhom f’pajjiżi mhux tal-UE, filwaqt li jappoġġjaw b’mod attiv ir-rwol tad-delegazzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jenfasizza li, f’ħafna reġjuni tad-dinja, l-intrapriżi mikro, żgħar u medji (MSMEs) spiss huma l-forza mexxejja tal-ekonomiji lokali, u qed jiżdied l-għadd ta’ nisa li jmexxuhom; jissottolinja li l-MSMEs jirrappreżentaw 90 % tan-negozji, 60 % sa 70 % tal-impjiegi u 50 % tal-prodott domestiku gross madwar id-dinja; jenfasizza l-importanza tal-MSMEs biex jikkontribwixxu għall-Aġenda 2030 u jiksbu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, jiġifieri dawk dwar il-qerda tal-faqar u l-kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għal kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu biex tingħata prijorità lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni bħala fattur li jiffaċilita l-attakki fuq id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; iħeġġeġ lill-Kunsill biex finalment jadotta reġim ta’ sanzjonijiet kontra l-korruzzjoni, u dan ilu prijorità tal-Parlament għal żmien twil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jappella lill-UE biex tintensifika l-impenn diplomatiku ma’ pajjiżi li għadhom jipprattikaw il-piena tal-mewt, li hija inkompatibbli mad-dritt għall-ħajja u mal-projbizzjoni tat-tortura, filwaqt li tħeġġeġ id-djalogu u l-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tipprovdi appoġġ għall-iżvilupp ta’ riformi ġudizzjarji li jistgħu jwasslu għall-abolizzjoni tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jappella lill-UE taġġorna l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Kontra t-Tortura<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2019/125 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra (ĠU L 30, 31.1.2019, p. 1). http://data.europa.eu/eli/reg/2019/125/oj).</FIELD></FOOTNOTE> biex jirrifletti l-bidliet fis-suq tas-sigurtà internazzjonali, il-bidliet fl-użu u l-użu ħażin tat-tagħmir tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll l-isfidi emerġenti, b’mod partikolari t-tortura mhux relatata mal-kustodja u t-trattament ħażin waqt ir-repressjoni ta’ protesti paċifiċi; jappella lill-UE biex tippromwovi l-konformità mal-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar il-Priġunieri tal-Gwerra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jappella biex jiġu rinfurzati l-inizjattivi tal-UE bil-għan li tiġġieled kontra t-traffikar tal-bnedmin b’enfasi fuq l-identifikazzjoni bikrija, il-protezzjoni ċċentrata fuq il-vittmi (inklużi t-tfal), u t-tfixkil finanzjarju tan-networks;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jissottolinja li biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-DDB hija meħtieġa implimentazzjoni rigoruża, kif ukoll reviżjoni komprensiva biex jiġi indirizzat il-livell dejjem aktar ta’ sofistikazzjoni fil-persekuzzjoni u l-fastidju tad-DDB, inklużi t-theddid diġitali u r-repressjoni tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jappella għall-użu estiż tal-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE – l-Att Magnitsky tal-UE biex jiġu ssanzjonati individwi li jippersegwitaw jew jagħtu fastidju lid-DDB, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-ambjent u tal-art;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-President tat-80 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-President tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>