<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0015</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-indirizzar tal-impunità permezz ta’ sanzjonijiet tal-UE, inkluż ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-hekk imsejjaħ ‘Att Magnitsky tal-UE’)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0266/2025 - Rapporteur: Antonio López-Istúriz White)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Jannar 2026 dwar l-indirizzar tal-impunità permezz ta’ sanzjonijiet tal-UE, inkluż ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-hekk imsejjaħ “Att Magnitsky tal-UE”) (2025/2049(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta’ Diċembru 1948,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali tal-4 ta’ Novembru 1950,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta’ Diċembru 1966,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra tal-10 ta’ Diċembru 1984,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 2, 3(5), 21, 23, 29 u 31(2) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonċerna l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi u gruppi jew entitajiet mhux Statali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni 25 annessa mat-Trattat ta’ Liżbona, li tikkonċerna l-ħtieġa li jiġu protetti u osservati d-drittijiet ta’ proċess ġust tal-individwi jew l-entitajiet ikkonċernati mill-miżuri restrittivi tal-UE jew mill-miżuri tal-UE kontra t-terroriżmu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt (magħrufa bħala “riżoluzzjonijiet ta’ urġenza”), adottati f’konformità mal-Artikolu 150 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/1999/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/1998/oj.</FIELD></FOOTNOTE> tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/371 tat-2 ta’ Marzu 2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 71 I, 02.03.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/371/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u (UE) 2021/478 tat-22 ta’ Marzu 2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 99 I, 22.03.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/478/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u (UE) 2025/1111 tat-28 ta’ Mejju 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/1111, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1111/oj.</FIELD></FOOTNOTE> li jimplimentaw ir-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tal-Kunsill li jemendaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999, inklużi d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2021/372 tat-2 ta’ Marzu 2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 71 I, 2.3.2021, P. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/372/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, (PESK) 2021/481 tat-22 ta’ Marzu 2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 99 I, 22.3.2021, P. 25, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/481/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, (PESK) 2021/2197 tat-13 ta’ Diċembru 2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 445 I, 13.12.2021, P. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/2197/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, (PESK) 2023/1504 tal-20 ta’ Lulju 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 183 I, 20.7.2023, p. 60, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1504/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, (PESK) 2023/1716 tat-8 ta’ Settembru 2023<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 221 I, 8.9.2023, p. 6, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1716/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, (PESK) 2024/1025 tal-4 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1025, 5.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1025/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, (PESK) 2024/1074 tal-4 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1074, 12.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1074/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, (PESK) 2024/1175 tad-19 ta’ April 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1175, 19.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1175/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, (PESK) 2024/1967 tal-15 ta’ Lulju 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1967, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1967/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, (PESK) 2024/3004 tat-2 ta’ Diċembru 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/3004, 3.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3004/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, (PESK) 2025/346 tat-18 ta’ Frar 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/346, 19.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/346/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u (PESK) 2025/1110 tas-27 ta’ Mejju 2025<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/1110, 28.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1110/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2021 dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 99, 1.3.2022, p. 152.</FIELD></FOOTNOTE> u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta’ April 2025 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni – rapport annwali 2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2025/4390, 9.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4390/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2020 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024, li ġie mġedded sal-2027,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2721 tal-4 ta’ Diċembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-ksur u l-abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2023/2721, 5.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2721/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li estendiet ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (EUGHRSR – l-Att Magnitsky tal-UE) għal 3 snin, sat-8 ta’ Diċembru 2026,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A10-0266/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Artikolu 21 tat-TUE jistipula li l-azzjoni tal-Unjoni “għandha tkun gwidata ... [mid]-demokrazija, l-Istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali”;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE), adottat f’Diċembru 2020, jippermetti lill-UE timponi miżuri restrittivi fuq individwi u entitajiet responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja; billi ċerti Stati Membri tal-UE adottaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom stess tat-tip Magnitsky u dawn huma għodod importanti biex jikkomplementaw is-sanzjonijiet tal-UE; billi l-Istati Uniti, il-Kanada, ir-Renju Unit, l-Awstralja u pajjiżi oħra tal-istess fehma adottaw reġimi ta’ sanzjonijiet simili; billi l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn il-pajjiżi tal-istess fehma fir-rigward tas-sanzjonijiet iżidu l-effettività tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, f’sentenza unanima ta’ seba’ mħallfin fil-kawża <STRING ITALIC="on">Magnitsky u Oħrajn vs ir-Russja</STRING> (applikazzjoni Nri 32631/09 u 53799/12) fis-27 ta’ Awwissu 2019, iddeċidiet li r-Russja kienet responsabbli għall-mewt ta’ Sergei Magnitsky fil-ħabs u li kien ġie soġġett għal atti intenzjonali ta’ vjolenza li jammontaw għal trattament inuman u degradanti; billi, minkejja l-investigazzjonijiet dwar id-detenzjoni, it-tortura, il-prosekuzzjoni illegali wara mewtu u l-mewt tiegħu, ħadd ma nżamm kriminalment responsabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2021 dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE), il-Parlament laqa’ l-adozzjoni tar-reġim ta’ sanzjonijiet bħala żieda essenzjali mas-sett ta’ għodod tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-politika estera;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) japplika għal firxa wiesgħa ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-persuni u l-entitajiet inklużi fil-lista jistgħu jinkludu awturi, faċilitaturi u partijiet terzi li jipprovdu materjal jew assistenza teknika għar-repressjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem għandu fil-mira awturi u entitajiet individwali, minflok setturi ekonomiċi wesgħin, li jnaqqas il-ħsara kollaterali lill-popolazzjoni ġenerali u jevita li jagħmel ħsara lill-aċċess għall-ikel, għall-mediċina jew għas-servizzi pubbliċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem ikopri wkoll ksur jew abbużi mifruxa u tħassib sistematiku jew serju fir-rigward tal-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-TUE, bħat-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, l-iskjavitù, l-eżekuzzjonijiet u l-qtil extraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji, l-għajbien furzat ta’ persuni, l-arresti jew id-detenzjonijiet arbitrarji, it-traffikar tal-bnedmin, il-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, il-ksur jew l-abbużi tal-libertà ta’ għaqda paċifika u ta’ assoċjazzjoni, il-ksur jew l-abbużi tal-libertà ta’ opinjoni u ta’ espressjoni, u l-ksur jew l-abbużi tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-inklużjonijiet fil-lista tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem huma forma ta’ rikonoxximent internazzjonali għall-vittmi ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi r-repressjoni tranżnazzjonali għadha ma ġietx inkluża fil-lista ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li jiskatta sanzjonijiet skont ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE);
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi bosta riżoluzzjonijiet tal-Parlament talbu li l-istrumenti ta’ sanzjonijiet jintużaw b’mod aktar flessibbli u aktar ta’ spiss f’każijiet ta’ reati kriminali internazzjonali l-aktar serji jew ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi sal-4 ta’ Novembru 2025, kienu saru 168 inklużjoni fil-lista tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) (131 individwu u 37 entità); billi l-lista ta’ deżinjazzjonijiet ta’ dan ir-reġim kibret, u ftit li xejn huwa magħruf dwar l-impatt u l-effettività tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi minkejja l-progress, għad hemm lakuni sostanzjali fil-kopertura ġeografika u tematika tal-inklużjonijiet tranżnazzjonali fil-lista u fl-istabbiliment ta’ parametri referenzjarji allinjati mal-objettivi tas-sanzjonijiet; billi, minkejja diversi talbiet mill-Parlament, il-korruzzjoni għadha mhijiex meqjusa bħala reat skont ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE);
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-inklużjonijiet fil-lista ffokaw primarjament fuq il-ksur tal-integrità fiżika u d-drittijiet ċivili-politiċi, b’mod partikolari dawk immirati lejn avversarji politiċi u attivisti, b’mod predominanti rġiel, f’reġimi awtoritarji, aktar milli fuq id-delitti internazzjonali l-aktar serji, bħall-ġenoċidju u delitti kontra l-umanità, u ksur sistemiku tad-drittijiet soċjoekonomiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-inklużjonijiet fil-lista, f’konformità mar-relazzjonijiet strateġiċi u l-interessi ġeopolitiċi tal-UE, kienu fil-biċċa l-kbira kkonċentrati ġeografikament, u dan ħalla oqsma u kuntesti oħra mhux indirizzati biżżejjed;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-kunfidenzjalità dwar l-inklużjoni fil-lista jew it-tneħħija potenzjali mil-lista hija kruċjali biex tiġi żgurata l-effettività tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE); billi l-Parlament għandu jkollu rwol f’dan il-proċess;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-iskrutinju parlamentari tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) huwa meħtieġ sabiex tissaħħaħ il-leġittimità tiegħu; billi r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament li fihom rakkomandazzjonijiet għal inklużjonijiet addizzjonali fil-lista għadhom mhumiex ikkunsidrati biżżejjed mill-Kunsill;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) bħalissa jipprevedi biss l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet tal-viża;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi r-reġim attwali tal-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet tal-viża jista’ jiġi kkomplementat minn miżuri addizzjonali, bħal restrizzjonijiet fuq is-servizzi finanzjarji, l-akkwist pubbliku u l-parteċipazzjoni fi proġetti ffinanzjati mill-UE, u l-ambitu tiegħu għandu jiġi estiż biex ikopri l-membri tal-familja immedjata ta’ dawk li jiksru d-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-gwida mill-Kummissjoni għadha mhijiex biżżejjed biex tiċċara l-ambitu tal-projbizzjonijiet fuq l-għoti ta’ kwalunkwe tip ta’ appoġġ, inkluż appoġġ tekniku u materjali lil persuni u entitajiet sanzjonati;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi xi lakuni fl-implimentazzjoni, bħal klawżoli ta’ deroga li jippermettu kuntratti li kienu ġew konklużi qabel ma ġie inkluż individwu jew ġiet inkluża entità, joħolqu opportunitajiet għal ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet u jnaqqsu l-effettività tas-sanzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi r-reġimi eżistenti ta’ sanzjonijiet ġeografiċi tal-UE jinkludu restrizzjonijiet usa’ li jistgħu jikkomplementaw ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) permezz ta’ inklużjoni komuni fir-reġimi differenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) iffoka l-aktar fuq uffiċjali u funzjonarji ta’ livell aktar baxx, filwaqt li dawk li għandhom setgħa politika u militari reali spiss baqgħu lil hinn mill-ambitu tad-deżinjazzjonijiet tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-inklużjoni fil-lista tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) sal-lum ma kellha fil-mira l-ebda attur responsabbli għat-twettiq ta’ wħud mid-delitti internazzjonali l-aktar serji rikonoxxuti fl-Istatut ta’ Ruma;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-atturi tas-soċjetà ċivili jkomplu jinvolvu ruħhom b’mod informali mal-istituzzjonijiet tal-UE biex jipproponu ismijiet għall-inklużjoni fil-lista, fin-nuqqas ta’ mekkaniżmu strutturat għall-kontribut tagħhom; billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) ma għandux ir-riżorsi biex jivvaluta, jinvestiga u jwieġeb għall-informazzjoni li jirċievi;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi trasparenza mtejba, koordinazzjoni ma’ mekkaniżmi ta’ obbligu ta’ rendikont, koordinazzjoni ma’ atturi internazzjonali u pajjiżi tal-istess fehma u l-adozzjoni tal-inklużjonijiet fil-lista fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti jsaħħu l-effettività tar-reġim ta’ sanzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi xi Stati Membri naqsu milli jikkonformaw mas-sanzjonijiet tal-UE billi ħallew lil individwi sanzjonati jidħlu fit-territorju tal-UE; billi tali nuqqas ta’ konformità mas-sanzjonijiet jagħmel ħsara konsiderevoli lill-kredibbiltà tal-UE u jimmina l-effettività tar-reġimi ta’ sanzjonijiet tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-implimentazzjoni titwettaq fil-biċċa l-kbira fil-livell nazzjonali u kull Stat Membru huwa responsabbli għall-infurzar tas-sanzjonijiet fit-territorju tiegħu; billi dan joħloq riskju ta’ rabtiet dgħajfa fejn individwi jew kumpaniji jistgħu jippruvaw jevitaw is-sanzjonijiet billi jittrasferixxu flus jew attivitajiet lejn Stati Membri b’implimentazzjoni aktar bil-mod jew anqas stretta; billi l-istituzzjonijiet tal-UE saħqu ripetutament fuq il-ħtieġa ta’ applikazzjoni aktar uniformi u kkoordinata biex is-sanzjonijiet isiru verament effettivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-Parlament talab, f’bosta riżoluzzjonijiet, l-introduzzjoni ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għall-adozzjoni ta’ sanzjonijiet skont ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE);
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-estensjoni tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) sa Diċembru 2026 tipprovdi opportunità biex ir-reġim jiġi rieżaminat;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu għar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) bħala għodda indispensabbli tal-politika barranija għat-titjib tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja u għat-tisħiħ tas-sett ta’ għodod tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari minħabba l-kapaċità tagħha li tikkontribwixxi għat-tibdil fl-imġiba ta’ persuni u entitajiet fil-mira u għall-isforzi biex l-awturi diretti, il-faċilitaturi, l-instigaturi u s-sostenituri indiretti ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jinżammu responsabbli, kif ukoll dawk li jibbenefikaw direttament jew indirettament minn tali ksur, inklużi l-membri immedjati tal-familja tagħhom; jenfasizza li l-istrument huwa mfassal b’tali mod li ma jaffettwax it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem mill-popolazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn sod tiegħu li jiġġieled l-impunità għal ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja permezz tal-użu effettiv ta’ strumenti u għodod ta’ sanzjonijiet eżistenti tal-UE, inkluż ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE); jafferma mill-ġdid l-impenn sod tiegħu għas-sistema ġudizzjarja internazzjonali, li qed tiffaċċja sfidi bla preċedent, inklużi sanzjonijiet bla bażi kontra l-imħallfin u l-persunal tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, li wħud minnhom huma ċittadini tal-UE; iħeġġeġ lill-UE, f’dak ir-rigward, tattiva l-Istatut ta’ Mblukkar<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2271/96 tat-22 ta’ Novembru 1996 li jipproteġi kontra l-effetti tal-applikazzjoni estraterritorjali tal-leġiżlazzjoni adottata minn pajjiż terz, u l-azzjonijiet ibbażati fuqha jew li jirriżultaw minnha (ĠU L 309, 29.11.1996, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/2271/oj).</FIELD></FOOTNOTE> tagħha biex trażżan l-impatt ta’ dawk is-sanzjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-koerenza tal-politika u l-effettività strateġika</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob valutazzjoni tal-impatt komprensiva tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) u l-interazzjonijiet tiegħu mas-sanzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-UE u l-miżuri restrittivi orizzontali l-oħra tal-UE sabiex tiġi evalwata l-koerenza, il-proporzjonalità u l-effettività tiegħu, inkluż fit-tibdil tal-imġiba ta’ dawk inklużi, biex jiġu identifikati lakuni operazzjonali u biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti u strateġika madwar id-dinja, u jitlob li r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) jiġi rieżaminat f’konformità mas-sejbiet ta’ din il-valutazzjoni tal-impatt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob li l-inklużjoni fil-lista mfassla skont ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) tiġi rieżaminata kontinwament u sistematikament, mill-anqas darba kull 12-il xahar, sabiex jiġu żgurati l-konsistenza, il-proporzjonalità u l-konformità tagħha mal-aħħar informazzjoni u deċiżjonijiet ġudizzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iqis li aktar informazzjoni dwar il-kriterji ta’ tneħħija mil-lista għandha tkun disponibbli sabiex jissaħħu ċ-ċarezza legali, il-proċess dovut, it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni li huwa importanti li r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) ikun konsistenti mal-miżuri restrittivi speċifiċi għall-pajjiż u orizzontali tal-UE, il-miżuri settorjali u l-embargos fuq l-armi, kif ukoll l-oqfsa ta’ sanzjonijiet internazzjonali eżistenti, u jikkomplementahom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill ifittex li jallinja l-inklużjonijiet fil-lista taħt ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) mal-listi tas-sanzjonijiet ta’ sħab tal-istess fehma, b’mod partikolari dawk fil-G7, u tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, fejn politikament u legalment fattibbli, sabiex jissaħħu l-leġittimità u l-effettività globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu s-sinerġiji bejn ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) u l-mekkaniżmi internazzjonali ta’ responsabbiltà, bħan-NU, il-Qorti Kriminali Internazzjonali u l-qrati reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem, biex itejbu l-effettività tal-azzjonijiet tal-UE kontra ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja li huwa importanti li l-pajjiżi kandidati tal-UE u l-pajjiżi kandidati potenzjali jallinjaw ruħhom mar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE), f’konformità mal-allinjament usa’ tagħhom mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jappoġġja bis-sħiħ l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet immirati kontra l-korruzzjoni fi ħdan il-qafas tal-UE, li ilha prijorità tal-Parlament, kemm jekk permezz tal-inklużjoni tagħha fir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) jew fl-ambitu ta’ reġim differenti; jirrakkomanda li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-reġim jiġi estiż biex ikopri każijiet ta’ korruzzjoni fuq skala kbira u abbuż ta’ kuntratti ta’ akkwist statali li jsostnu direttament reġimi awtoritarji, u b’hekk l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jintrabtu ma’ prattiki kleptokratiċi; jisħaq, barra minn hekk, li s-sanzjonijiet kontra l-korruzzjoni għandhom iqisu l-kuntest sistemiku usa’ u jkunu marbuta mill-qrib ma’ strateġiji komprensivi lejn l-atturi rispettivi; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni ressqet proposta għal reġim ta’ sanzjonijiet kontra l-korruzzjoni; jiddispjaċih li l-fajl ġie mblukkat fil-Kunsill minn xi Stati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq li r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) għandu jindirizza wkoll il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem permess permezz ta’ sorveljanza diġitali, esportazzjonijiet ta’ software ta’ spjunaġġ u teknoloġiji oħra użati għar-repressjoni, u atti intenzjonati ta’ qerda ambjentali b’intenzjoni ċara li ssir ħsara lill-popolazzjoni ċivili; jappella għal inklużjoni espliċita fil-lista ta’ individwi involuti f’tali abbużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jilqa’ l-użu reċenti tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) kontra atturi responsabbli għar-repressjoni tranżnazzjonali tad-dissidenti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u jappella għal aktar inklużjoni fil-listi biex tiġi riflessa din ix-xejra globali li qed tikber u biex jiġu vvalutati b’mod sistematiku l-atti ta’ repressjoni tranżnazzjonali, inklużi s-sorveljanza diġitali, il-fastidju tal-eżiljati, u l-intimidazzjoni transfruntiera, id-diżinformazzjoni u l-abbuż legali; jistieden lill-Kunsill jadotta definizzjoni operattiva ta’ repressjoni tranżnazzjonali biex jiżgura sanzjonar konsistenti, inkluż ta’ prokuri mhux statali bħal kumpaniji tas-sigurtà privati u organizzazzjonijiet tad-dijaspora; jistieden lill-UE żżid l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet kontra individwi u entitajiet iddokumentati b’mod kredibbli bħala responsabbli għal atti ta’ repressjoni tranżnazzjonali kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-fastidju ta’ qraba, l-attakki diġitali u l-intimidazzjoni barra mill-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jżommu lura minn azzjonijiet politiċi jew diplomatiċi bilaterali li jimminaw l-impenn tagħhom għall-mekkaniżmi tal-ġustizzja kriminali internazzjonali, inkluż l-Istatut ta’ Ruma, u d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, jew li jikkontradixxu l-pożizzjoni unifikata tal-UE dwar is-sanzjonijiet; jagħti istruzzjonijiet lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, jekk din ir-rakkomandazzjoni ma titqiesx, biex tistieden lill-Istati Membri kkonċernati jallinjaw l-azzjonijiet tagħhom u jżommu l-unità tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-koordinazzjoni u jagħmlu użu mill-istrumenti tagħhom stess, bħall-ġuriżdizzjoni universali u s-sanzjonijiet nazzjonali, dment li dawn jiġu applikati b’mod koordinat b’appoġġ għall-objettivi komuni tal-UE, sabiex iġibu bidla sinifikanti u jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tas-sanzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jikkundanna l-fatt li xi Stati Membri naqsu milli jikkonformaw mas-sanzjonijiet tal-UE billi ħallew lil individwi sanzjonati jidħlu fit-territorju tal-UE u b’hekk affettwaw b’mod negattiv il-kredibbiltà u l-effettività tas-sanzjonijiet; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha tal-UE jikkonformaw bis-sħiħ u mingħajr kundizzjonijiet mas-sanzjonijiet tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, tiżgura li l-Istati Membri tal-UE jikkonformaw mas-sanzjonijiet u tindirizza b’mod rigoruż u mingħajr diskriminazzjoni kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mill-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq li l-miżuri restrittivi tal-UE jistgħu jkunu effettivi bis-sħiħ biss jekk jiġu interpretati, infurzati u implimentati b’mod konsistenti, rapidu u uniformi mill-Istati Membri kollha; jinnota d-differenzi bejn l-Istati Membri f’termini ta’ oqfsa legali, strutturi amministrattivi u riżorsi operattivi għall-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw applikazzjoni aktar armonizzata u koordinata, inkluż billi jsaħħu l-kapaċità għall-iffriżar tal-assi, itejbu l-iskambju ta’ informazzjoni u jiżviluppaw mekkaniżmi komuni ta’ monitoraġġ u infurzar fil-livell tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iħeġġeġ lill-SEAE jiddefinixxi perkorsi legali għall-mobilizzazzjoni tal-imgħax akkumulat mill-assi ffriżati ta’ individwi sanzjonati skont ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) sabiex ikun jista’ jintuża għall-benefiċċju tal-vittmi tal-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li għalih huma responsabbli l-individwi sanzjonati; iħeġġeġ lill-UE, barra minn hekk, tesplora l-possibbiltà li tistabbilixxi proċedura speċifika rigward qligħ illeċitu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jilqa’ bil-qawwa l-adozzjoni mill-Kunsill ta’ pakketti ta’ sanzjonijiet tematiċi skont ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE); iħeġġeġ lill-Kunsill jadotta b’mod sistematiku u proattiv miżuri mmirati simili biex jindirizza ksur speċifiku u serju ieħor tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi t-tortura, l-għajbien furzat, id-detenzjoni arbitrarja, u r-repressjoni tad-difensuri tas-soċjetà ċivili u tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex gradwalment jaqleb għal votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għal deċiżjonijiet fl-oqsma tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni li ma għandhomx implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża, bħal sanzjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-impunità</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jitlob li r-reġim ta’ sanzjonijiet tal-UE jkun konsistenti mad-dritt kriminali internazzjonali, mad-dritt umanitarju internazzjonali, u mal-politiki tal-UE relatati mal-istat tad-dritt u l-libertajiet fundamentali, u jikkomplementahom, bl-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-impunità madwar id-dinja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE tallinja b’mod strateġiku l-inklużjoni fil-lista tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) mal-isforzi nazzjonali u internazzjonali tal-ġustizzja kriminali, inkluż billi tinkludi individwi akkużati minn qrati internazzjonali, bħall-Qorti Kriminali Internazzjonali, u awturi ta’ delitti internazzjonali l-aktar serji u atturi oħra li jiffrustraw tali proċessi ta’ obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jissottolinja li s-sanzjonijiet għandhom iservu wkoll l-għan li jiżguraw li l-awturi ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u korruzzjoni ma jibqgħux anonimi, u b’hekk jesponu lil dawk responsabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill jiżgura li r-reġjuni kollha tad-dinja jiġu ttrattati bi skrutinju u impenn ugwali, u jikkoreġi l-iżbilanċi ġeografiċi u tematiċi attwali fl-inklużjoni fil-lista tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) billi jestendi l-inklużjonijiet fil-lista lil hinn mill-konċentrazzjoni ġeografika attwali għall-persuni u l-entitajiet kollha responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, irrispettivament mill-pajjiż ta’ oriġini tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill jagħti attenzjoni partikolari lill-ksur bħall-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, il-politiki diskriminatorji, u l-persekuzzjoni tal-mexxejja, tal-ġurnalisti u tal-attivisti nisa, sabiex dawn il-kategoriji jiġu riflessi b’mod adegwat fl-inklużjoni futura fil-lista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li, s’issa, proporzjon sinifikanti ta’ individwi sanzjonati skont ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) kienu involuti fl-apparat repressiv tal-istat, iżda ma ħadux deċiżjonijiet, filwaqt li minoranza biss ta’ dawk inklużi fil-lista għandhom pożizzjonijiet ta’ tmexxija politika jew militari; iħeġġeġ lill-Kunsill jestendi d-deżinjazzjonijiet lil hinn mid-deżinjazzjonijiet ta’ livell baxx biex jinkludu mexxejja politiċi u militari, filwaqt li jissanzjona lil dawk responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li wasslu għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jappella għal komunikazzjoni akbar u aktar effettiva dwar is-sanzjonijiet imposti biex tiġi mtennija l-pożizzjoni globali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra l-impunità, peress li f’xi każijiet, individwi sanzjonati qed jintwerew bħala eroj mill-propaganda nazzjonali u saħansitra jiġu ppremjati minn reġimi repressivi; jinnota li l-element ta’ deterrent tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) jaħdem bl-aktar mod effettiv kontra individwi u entitajiet bi proprjetà fl-UE, jew b’mezzi biex jivvjaġġaw lejha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jikkundanna kwalunkwe kontrosanzjoni imposta fuq l-UE jew l-istituzzjonijiet, l-Istati Membri, il-korpi jew iċ-ċittadini tagħha unikament għall-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt permezz tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE);
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont u r-rwol tas-soċjetà ċivili</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jirrakkomanda trasparenza msaħħa u linji gwida ċari fil-proċess tas-sanzjonijiet, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet tal-individwi inklużi fil-lista għal rieżami ġudizzjarju effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jirrakkomanda li tibdil fl-imġiba sostnut, li jista’ jintwera, reali u dejjiemi minn individwi u entitajiet inklużi fil-lista, bħall-kooperazzjoni kontinwa mal-mekkaniżmi tal-ġustizzja internazzjonali, jiġi rikonoxxut formalment bħala kriterju ta’ tneħħija mil-lista biex jiġu inċentivati l-obbligu ta’ rendikont u l-konformità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jipproponi li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni strutturat u trasparenti għar-rapportar u l-involviment tas-soċjetà ċivili fil-proċess tas-sanzjonijiet, b’miżuri protettivi għall-informaturi, inkluż l-istabbiliment ta’ punt ta’ kuntatt iddedikat tal-SEAE; jirrakkomanda li tiġi introdotta tieqa baġitarja biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-SEAE li jivvaluta, jinvestiga, jirreaġixxi għal u jipproċessa b’mod sistematiku l-informazzjoni u l-proposti mis-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jipprevedu rwol komplementari għall-Parlament fil-ġbir u l-proposta ta’ każijiet ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li għandhom jiġu kkunsidrati skont ir-reġim ta’ sanzjonijiet, u jipprovdu lill-Parlament rapporti annwali dwar deċiżjonijiet dwar sanzjonijiet skont ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE), inkluż fiċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet; jitlob li r-rakkomandazzjonijiet għall-inklużjoni fil-lista li jinsabu fir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament jiġu kkunsidrati bir-reqqa mill-Kunsill;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-prevenzjoni taċ-ċirkomvenzjoni u t-tisħiħ tal-għodod ta’ infurzar</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jitlob li r-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) jiġi rieżaminat biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet billi tinħareġ gwida espliċita u aġġornata dwar il-projbizzjoni li jiġu pprovduti riżorsi ekonomiċi u appoġġ tekniku u materjali lil individwi u entitajiet inklużi fil-lista, filwaqt li jiġi ċċarat li l-projbizzjoni fuq l-għoti ta’ appoġġ tekniku u materjali tinkludi assistenza mhux finanzjarja bħall-infrastruttura tal-ICT, is-software, il-faċilitazzjoni legali u l-għodod ċibernetiċi użati għar-repressjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ ir-reġim ta’ sanzjonijiet tal-UE billi jitwessa’ u jiġi diversifikat l-użu ta’ sanzjonijiet sekondarji bil-ħsieb li jiġu mmirati uffiċjali tal-gvern, entitajiet, negozji u individwi involuti fil-faċilitazzjoni tal-ksur jew iċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet, li jippermetti lir-reġimi awtoritarji jkomplu l-ksur serju tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Awtorità Bankarja Ewropea, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq, l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-unitajiet nazzjonali tal-intelligence finanzjarja sabiex tidentifika b’mod sistematiku jekk humiex qed jintużaw prodotti finanzjarji, kriptoassi u strutturi offshore opaki biex jiġu evitati s-sanzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Iħeġġeġ li entitajiet jiġu inklużi kemm taħt ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE) kif ukoll taħt ir-reġimi ta’ sanzjonijiet ġeografiċi fejn xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jirrevedi l-klawżoli ta’ deroga biex jiżgura li l-kuntratti konklużi qabel ma persuna tiġi inkluża fil-lista ma jkunux ta’ benefiċċju għall-membri tal-familja jew għall-assoċjati tagħhom, jew għal kwalunkwe entità kkontrollata mill-persuna sanzjonata;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>