<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0016</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-elezzjonijiet presidenzjali fil-Honduras, in-nonrikonoxximent tar-riżultat mill-amministrazzjoni preżenti u l-attakki fuq membri tal-oppożizzjoni tal-Assemblea Nazzjonali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0064, 0067, 0087, 0089 u 0090/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2026 dwar l-elezzjonijiet presidenzjali fil-Honduras, in-nonrikonoxximent tar-riżultat mill-amministrazzjoni preżenti u l-attakki fuq membri tal-oppożizzjoni tal-Assemblea Nazzjonali (2026/2571(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tat-12 ta’ Diċembru 2025, tal-25 ta’ Diċembru 2025 u tat-13 ta’ Jannar 2026 mill-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar il-proċess elettorali fil-Honduras,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 150(5) u 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-elezzjonijiet ġenerali fil-Honduras saru fit-30 ta’ Novembru 2025 fost livelli għoljin ta’ polarizzazzjoni politika, indħil barrani, tensjonijiet, fraġilità istituzzjonali u intimidazzjoni tal-media; billi fl-24 ta’ Diċembru 2025, il-Kunsill Elettorali Nazzjonali (CNE) tal-Honduras ipproklama uffiċjalment lil Nasry Asfura bħala President elett u ċċertifika r-riżultati tal-kungress u dawk muniċipali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi ntbagħtu osservaturi nazzjonali u internazzjonali, inklużi l-UE u l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS), u dawn iddikjaraw li r-riżultati jirriflettu r-rieda tal-poplu; billi r-riżultat kien rikonoxxut internazzjonalment, minkejja li sa ftit ilu l-president preżenti, Xiomara Castro, fost l-oħrajn, kienet irrifjutat li tirrikonoxxi r-rebħa ta’ Asfura;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-membri tas-CNE ffaċċjaw theddid u intimidazzjoni fil-kuntest tal-vjolenza politika u t-tensjonijiet relatati mal-proċess elettorali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fit-8 ta’ Jannar 2026, id-Deputat Gladys López, tal-Partit Nazzjonali fl-oppożizzjoni ndarbet minn apparat esplożiv fil-Kungress Nazzjonali; billi dan l-attakk seħħ fost l-intensifikazzjoni tat-tensjonijiet ta’ wara l-elezzjoni u jirrappreżenta eskalazzjoni tal-vjolenza politika, li tqajjem tħassib serju dwar il-pluraliżmu politiku, l-immunità parlamentari u s-sigurtà personali;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fl-10 ta’ Jannar 2026, il-president li l-mandat tagħha se jintemm, ordnat għadd mill-ġdid permezz ta’ digriet, u b’hekk evitat il-proċeduri kostituzzjonali; billi s-CNE ddikjarat li dan id-digriet mhuwiex kostituzzjonali u huwa tentattiv ta’ użurpazzjoni tal-awtorità elettorali;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi skont il-Kostituzzjoni, is-27 ta’ Jannar 2026 hija d-data tat-tranżizzjoni presidenzjali uffiċjali, li l-president preżenti impenjat ruħha għaliha;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jisħaq li r-rieda tal-poplu tal-Honduras trid tiġi rrispettata; jirrikonoxxi lil Nasry Asfura bħala l-President elett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-amministrazzjoni preżenti tirrispetta r-riżultati elettorali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jintemmu l-vjolenza u l-intimidazzjoni, b’mod partikolari kontra l-membri tal-oppożizzjoni u l-uffiċjali elettorali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Honduras jiggarantixxu s-sikurezza u s-sigurtà tal-istituzzjonijiet demokratiċi kollha, inkluż is-CNE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis li d-digriet li jordna l-għadd mill-ġdid mhuwiex kostituzzjonali u huwa attakk fuq id-demokrazija tal-Honduras;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-partijiet kollha jikkooperaw fl-iżgurar ta’ trasferiment paċifiku tal-poter, filwaqt li jevitaw ir-retorika xewwiexa u l-vjolenza politika, sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà demokratika u jiġu indirizzati l-faqar, l-inugwaljanza u l-insigurtà persistenti li qed jiffaċċja l-poplu tal-Honduras;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jikkundanna l-vjolenza kontra Gladys López; jitlob li ssir investigazzjoni trasparenti u indipendenti biex l-awturi tar-reat jitressqu quddiem il-ġustizzja; jistieden lill-President tal-Kungress li għadu kif intemm il-mandat tiegħu, Luis Redondo, biex joqgħod lura minn kwalunkwe tentattiv li jipprevjeni lill-Kungress li għadu kif ġie elett milli jassumi l-mandat tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifaħħar ir-rwol tal-UE u tal-OAS u japprova s-sejbiet tagħhom, li, fid-dikjarazzjonijiet preliminari tagħhom, jenfasizzaw il-fatt li l-elezzjonijiet saru f’ambjent mimli tensjoni u polarizzat, iżda li jum l-elezzjoni kien organizzat tajjeb u b’mod paċifiku; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Honduras jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti u futuri tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet attwali tal-Honduras jiggarantixxu trasferiment tal-poter ordnat u paċifiku, li jirrispetta r-riżultati pproklamati mis-CNE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li minkejja li għaddiet aktar minn sena, l-ambaxxatur tal-UE għall-Honduras ma ġiex mistieden jippreżenta l-kredenzjali tiegħu; jesprimi t-tama li dan ma jdumx ma jseħħ taħt l-amministrazzjoni li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, lill-Istati Membri u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Honduras.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>