<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0017</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-każ ta’ Joseph Figueira Martin fir-Repubblika Ċentru-Afrikana</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0066, 0088, 0091, 0093, 0094 u 0096/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2026 dwar il-każ ta’ Joseph Figueira Martin fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (2026/2572(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi Joseph Figueira Martin, ċittadin b’ċittadinanza doppja Belġjana u Portugiża u riċerkatur umanitarju li jaħdem għall-organizzazzjoni nongovernattiva FHI 360, inħataf fis-26 ta’ Mejju 2024 fir-Repubblika Ċentru-Afrikana mill-Grupp Wagner waqt li kien qed jaħdem fuq proġett ta’ żvilupp u aktar tard ingħata lill-awtoritajiet tar-RĊA;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi huwa nżamm f’iżolament fl-Uffiċċju Ċentrali għat-Trażżin tal-Brigantaġġ (OCRB) f’Bangui f’faċilità operata minn Wagner u ġie ttorturat; billi huwa baqa’ f’detenzjoni għal aktar minn sena f’kundizzjonijiet inumani mingħajr aċċess għall-kura medika u mingħajr proċess;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fl-4 ta’ Novembru 2025, qorti kriminali f’Bangui sabet lis-Sur Martin ħati ta’ reati inkluża l-kompliċità f’konfoffa kriminali u l-imminar tas-sigurtà tal-istat, ikkundannatu għal 10 sena ta’ xogħol furzat, u ordnatu jħallas 50 miljun frank tas-CFA f’danni u kumpens ċivili, abbażi ta’ akkużi infondati;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar li, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2025<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0162.</FIELD></FOOTNOTE>, il-Parlament talab il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tas-Sur Martin; jiddeplora n-nuqqas ta’ konformità kontinwu tal-awtoritajiet tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, li qed ikompli jaggrava s-sitwazzjoni tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jitlob li l-awtoritajiet tar-Repubblika Ċentru-Afrikana jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lis-Sur Martin; jisħaq li ċ-ċaħda kontinwa tal-libertà ta’ ċittadin tal-UE f’dawn iċ-ċirkostanzi għadha inaċċettabbli, fid-dawl ta’ tħassib serju dwar il-proċess ġust u n-natura ġusta tal-proċedimenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika Ċentru-Afrikana jawtorizzaw minnufih l-evakwazzjoni medika tas-Sur Martin, fid-dawl tad-deterjorament serju ta’ saħħtu u l-bidu ta’ vista batuta, u, sadanittant, jiggarantixxu aċċess immedjat u mingħajr xkiel għal kura medika speċjalizzata, inkluż minn tobba indipendenti, u għal konsulenza legali, assistenza konsulari u żjarat familjari, f’konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Viċi President u r-Rappreżentant Għoli u lill-Kunsill, f’koordinazzjoni mal-Belġju u l-Portugall, jimponu sanzjonijiet immirati, inklużi projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi, fuq l-individwi kollha responsabbli għad-detenzjoni arbitrarja, it-trattament ħażin u l-kundanna tas-Sur Martin, jekk l-awtoritajiet tar-RĊA jippersistu fil-ksur tad-drittijiet tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jitlob li ssir missjoni ad hoc mill-Parlament fir-Repubblika Ċentru-Afrikana biex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni tas-Sur Martin u tiżdied il-pressjoni għall-ħelsien tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinsisti li kwalunkwe proċediment ġudizzjarju, inkluż kwalunkwe proċediment tal-appell, jikkonforma strettament mal-garanziji ta’ proċess ġust minquxa fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-qafas legali nazzjonali tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, peress li l-ksur tagħhom jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jirreġistra l-Grupp Wagner fuq il-lista tal-organizzazzjonijiet terroristiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq fuq id-dmir tal-UE u tal-Istati Membri tagħha li jipproteġu lill-ħaddiema umanitarji u l-ħaddiema fil-qasam tal-iżvilupp fiċ-ċirkostanzi kollha, u jikkundanna l-arrest, id-detenzjoni jew il-prosekuzzjoni arbitrarji tagħhom; jissottolinja li tali atti jiksru d-dritt umanitarju internazzjonali u d-drittijiet tal-ħaddiema umanitarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Viċi President u r-Rappreżentant Għoli, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, lill-Unjoni Afrikana u lin-Nazzjonijiet Uniti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>