<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0018</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sejbien ta’ ħtija u l-kundanna imminenti ta’ Jimmy Lai f’Hong Kong</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B10-0068, 0082, 0084, 0085 u 0086/2026)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2026 dwar is-sejbien ta’ ħtija u l-kundanna imminenti ta’ Jimmy Lai f’Hong Kong (2026/2573(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar Hong Kong u ċ-Ċina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 150(5) u l-Artikolu 136(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fil-15 ta’ Diċembru 2025, il-Qorti ta’ Hong Kong ikkundannat liċ-ċittadin Brittaniku u lill-attivist favur id-demokrazija Jimmy Lai għal kollużjoni ma’ forzi barranin skont il-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali (NSL) u sedizzjoni skont l-Ordinanza dwar id-Delitti tal-era kolonjali; billi attwalment qed jiffaċċja sentenza imminenti li tista’ tirriżulta f’għomor il-ħabs;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi Lai ilu detenut minn Diċembru 2020 fuq diversi akkużi politikament motivati; billi qatta’ aktar minn 1 800 jum f’reklużjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi s-sejbien ta’ ħtija ta’ Lai tirrappreżenta eskalazzjoni ulterjuri fiż-żarmar tal-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-media u l-indipendenza ġudizzjarja f’Hong Kong, wara l-impożizzjoni tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali fl-2020 u tal-Ordinanza dwar is-Salvagwardja tas-Sigurtà Nazzjonali (SNSO) fl-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi bl-impożizzjoni tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ordinanza dwar is-Salvagwardja tas-Sigurtà Nazzjonali, iċ-Ċina kisret l-obbligi legali internazzjonali tagħha, li ggarantixxew lil Hong Kong status speċjali sal-2047 skont id-Dikjarazzjoni Konġunta Sino-Brittanika, u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li għadu japplika għal Hong Kong;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi Lai, li għandu 78 sena, qed jiffaċċja piena twila ta’ ħabs jew għomor il-ħabs, minkejja li għandu d-dijabete u bħalissa qed jinżamm f’kundizzjonijiet ta’ theddida għall-ħajja;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna s-sejbien ta’ ħtija ta’ Jimmy Lai, bl-aktar mod qawwi, u jesprimi tħassib serju dwar is-sentenza imminenti tiegħu; iħeġġeġ lill-awtoritajiet ta’ Hong Kong jeħilsu, minnufih u mingħajr kundizzjonijiet, lil Lai u lill-individwi l-oħra kollha detenuti talli eżerċitaw il-libertajiet tagħhom, inklużi d-drittijiet reliġjużi u demokratiċi, iwaqqgħu l-akkużi kollha kontrihom u jiggarantixxu d-drittijiet fundamentali tagħhom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet ta’ Hong Kong jipprovdu aċċess immedjat għal kura medika speċjalizzata lil Lai u lil priġunieri politiċi oħra fil-bżonn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza li l-prosekuzzjoni arbitrarja ta’ Lai hija eżempju tal-użu sistematiku tal-liġijiet dwar is-sigurtà tal-istat biex jiġu eliminati l-media indipendenti, il-libertà tal-kelma u l-oppożizzjoni politika f’Hong Kong;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Itenni l-kundanna qawwija tiegħu tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ordinanza dwar is-Salvagwardja tas-Sigurtà Nazzjonali f’Hong Kong u l-implikazzjonijiet tranżnazzjonali tagħhom; jappella għat-tħassir tal-Liġi dwar is-Sigurtà Nazzjonali u l-Ordinanza dwar is-Salvagwardja tas-Sigurtà Nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jikkundanna r-repressjoni tranżnazzjonali dejjem akbar mill-awtoritajiet Ċiniżi u ta’ Hong Kong kontra ġurnalisti, attivisti u d-dijaspora, inkluż fl-UE; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jissospendu t-trattati ta’ estradizzjoni maċ-Ċina u ma’ Hong Kong u jipprovdu protezzjoni effettiva lill-individwi f’riskju ta’ persekuzzjoni politika; jistieden lill-Kummissjoni tibda s-sospensjoni tal-istatus ta’ Hong Kong fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iqis li huwa inaċċettabbli li Lai jintbagħat il-ħabs għal għomru, u li dan jġib miegħu konsegwenzi serji għar-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill jirrieżamina l-konklużjonijiet tiegħu tal-2020 dwar Hong Kong u jadotta sanzjonijiet skont ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem kontra l-Kap Eżekuttiv John Lee u l-uffiċjali kollha responsabbli għar-repressjoni tal-libertajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jitlob lid-Delegazzjoni tal-UE tintensifika l-impenn diplomatiku u l-monitoraġġ rigward is-sitwazzjoni ta’ Lai u każijiet relatati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, lir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u lir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Hong Kong.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>