<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0020</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-droni u s-sistemi ġodda ta’ gwerra - il-ħtieġa tal-UE li tadatta biex tkun lesta għall-isfidi tal-lum fir-rigward tas-sigurtà</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0270/2025 - Rapporteur: Reinis Pozņaks)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2026 dwar id-droni u s-sistemi ġodda ta’ gwerra – il-ħtieġa tal-UE li tadatta biex tkun lesta għall-isfidi tal-lum fir-rigward tas-sigurtà (2025/2088(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 42(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 222 tat-TFUE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2028 sal-2034 (COM(2025)0571),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività (“FEK”), inkluż il-programm speċifiku għal attivitajiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni fil-qasam tad-difiża, li jħassar ir-Regolamenti (UE) 2021/522, (UE) 2021/694, (UE) 2021/697, (UE) 2021/783, li jħassar id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE) 2021/696, (UE) 2023/588, u li jemenda r-Regolament (UE) (COM(2025)0555), li tinkludi komponenti dwar id-difiża u l-ispazju biex tissaħħaħ il-bażi industrijali tad-difiża, inklużi d-droni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Summit tan-NATO tal-2025 f’The Hague u s-sħubija strateġika approfondita bejn l-UE u n-NATO, b’mod partikolari dwar l-integrazzjoni tad-droni, l-innovazzjoni u l-kapaċitajiet ta’ sistemi kontra l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (C-UAS), inklużi l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Adozzjoni Rapida tan-NATO u l-Pjan Direzzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Innovazzjoni NATO-Ukrajna, imfassal biex jipprovdi appoġġ lill-Ukrajna u jsaħħaħ il-protezzjoni tal-ispazju tal-ajru alleat u l-infrastruttura kritika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Prontezza, imniedi fis-Summit tan-NATO tal-2014 f’Wales b’reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea mir-Russja, u l-evoluzzjoni tiegħu f’qafas ta’ bażi għad-deterrenza u l-pożizzjonament tad-difiża tan-NATO, li laħaq il-qofol tiegħu fil-Mudell tal-Forza tan-NATO tal-2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sħubijiet imfassla apposta tal-UE għas-sigurtà u d-difiża man-Norveġja, il-Moldova, il-Ġappun, il-Korea t’Isfel, l-Albanija, il-Maċedonja ta’ Fuq u r-Renju Unit, kull waħda minnhom intiżi li jsaħħu l-kooperazzjoni f’oqsma bħall-ġestjoni tal-kriżijiet, is-settur marittimu u ċ-ċibersigurtà, il-mobbiltà militari u l-kollaborazzjoni fl-industrija tad-difiża,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2025 dwar l-Ukrajna, il-Lvant Nofsani, id-difiża u s-sigurtà Ewropea, l-UE fid-dinja, il-kompetittività, il-migrazzjoni, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Balkani tal-Punent, is-sigurtà interna, il-preparatezza, l-attivitajiet ibridi u punti oħra, u l-prontezza industrijali u l-objettivi tal-Pjan ReArm Europe/Prontezza 2030, ir-rapport <STRING ITALIC="on">interim</STRING> tal-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) u l-Programm Ewropew għall-Industrija tad-Difiża (EDIP),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tad-9 ta’ Ottubru 2025 dwar rispons magħqud għall-vjolazzjonijiet reċenti mir-Russja tal-ispazju tal-ajru u l-infrastruttura kritika tal-Istati Membri tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0230.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-21 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar is-Sigurtà tal-Kejbils” (JOIN(2025)0009),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2025 dwar il-white paper dwar il-futur tad-difiża Ewropea (2025/2565(RSP))<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0034.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Strateġija 2.0 tad-Droni għal Ekosistema Intelliġenti u Sostenibbli tal-Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord fl-Ewropa” (COM(2022)0652),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-5 ta’ Marzu 2024 bit-titolu “Strateġija Ewropea ġdida għall-Industrija tad-Difiża: Il-kisba ta’ tħejjija tal-UE permezz ta’ Industrija Ewropea tad-Difiża reattiva u reżiljenti” (JOIN(2024)0010),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Laqgħa informali tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern f’Copenhagen tal-1 ta’ Ottubru 2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Difiża Integrata Kontra Attakki mill-Ajru u l-Missili (IAMD tan-NATO), imfassla biex tindirizza t-tipi kollha ta’ theddid mill-ajru u mill-missili mid-direzzjonijiet strateġiċi kollha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2557/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Briefing tal-2025 tad-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari bit-titolu “Military drone systems in the EU and global context: Types, capabilities and regulatory frameworks” (Sistemi ta’ droni militari fl-UE u fil-kuntest globali: Tipi, kapaċitajiet u oqfsa regolatorji), li jirreferi għall-appoġġ ta’ finanzjament tal-UE għall-programm Eurodrone, inklużi EUR 98 miljun fl-2020 u EUR 100 miljun fl-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istandard tan-NATO STANAG 4748 (Sinjalazzjoni Diġitali Taħt l-Ilma),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 04/2025 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Il‑mobbiltà militari tal‑UE – Ma nkisbitx il-ħeffa massima minħabba dgħufijiet fit-tfassil u ostakli tul ir-rotta”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 396, 18.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1907/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament REACH),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-27 ta’ Ġunju 2025 mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) bit-titolu “Common Foreign and Security Policy Report - Our priorities in 2025” (Rapport dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni - Il-prijoritajiet tagħna fl-2025),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Settembru 2024 dwar l-appoġġ finanzjarju u militari kontinwu lill-Ukrajna mill-Istati Membri tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/7214, 10.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7214/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-19 ta’ Marzu 2025 bit-titolu “White Paper konġunta għall-Prontezza tad-Difiża Ewropea 2030”, li tirreferi għall-Faċilità Ewropea għall-Paċi u l-appoġġ tagħha għat-twassil tal-kapaċità relatata mad-droni fl-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa, inkluża l-Azzjoni tas-Sigurtà tal-Ewropa u l-Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad fi strumenti ta’ Emerġenza, bħala faċilitaturi kritiċi biex jiżdiedu l-innovazzjoni b’użu doppju u r-reżiljenza industrijali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/695<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 170, 12.5.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/695/oj.</FIELD></FOOTNOTE> tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/2085 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jistabbilixxi l-Impriżi Konġunti fil-qafas ta’ Orizzont Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 219/2007, (UE) Nru 557/2014, (UE) Nru 558/2014, (UE) Nru 559/2014, (UE) Nru 560/2014, (UE) Nru 561/2014 u (UE) Nru 642/2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 427, 30.11.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/2085/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, li jistabbilixxi l-qafas għar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew, li jfittex li jippermetti l-integrazzjoni tad-droni militari fi spazju tal-ajru komuni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Settembru 2024 ta’ Mario Draghi bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) u l-Kapitolu 4 tiegħu dwar iż-żieda tas-sigurtà u t-tnaqqis tad-dipendenzi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi tat-18 ta’ Lulju 2024 għall-Kummissjoni Ewropea 2024-2029 minn Ursula von der Leyen, dak iż-żmien kandidata għall-President tal-Kummissjoni Ewropea, bit-titolu “L-Għażla Quddiem l-Ewropa”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Lulju 2024 dwar il-ħtieġa tal-appoġġ kontinwu tal-UE għall-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6129, 22.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6129/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Marzu 2024 dwar il-finanzjament tal-istrument għat-tisħiħ tal-industrija Ewropea tad-difiża permezz tal-akkwist komuni (EDIRPA) stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/2418 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2024-2025 (C(2024)1702),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Frar 2024 dwar il-ħtieġa ta’ appoġġ sod tal-UE lill-Ukrajna, wara sentejn ta’ gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/6745, 26.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6745/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni – rapport annwali 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 214, 16.6.2023, p. 5.</FIELD></FOOTNOTE>, li tenfasizza l-urġenza li jiġu żviluppati kapaċitajiet tad-droni u ta’ kontra d-droni fil-missjonijiet tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Versailles tal-10 u l-11 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta’ Jannar 2022 dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà Ewropea u tat-22 ta’ Jannar 2018 dwar l-Approċċ Integrat għall-Kunflitti u l-Kriżijiet Esterni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża dwar is-Sistemi Awtonomi (APAS), approvat fil-11 ta’ Jannar 2024, li jistabbilixxi qafas komprensiv u gradwali biex jiġu aċċelerati l-iżvilupp, l-interoperabbiltà, ir-regolamentazzjoni, l-istandardizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni, u l-iskjerament trażversali ta’ sistemi awtonomi fl-operazzjonijiet fuq l-art, bl-ajru, marittimi u ibridi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali strutturat tal-APAS għall-perjodu 2024-2038, inklużi proġetti ewlenin immirati lejn ġemgħat awtonomi trażversali u timijiet bl-ekwipaġġ u mingħajr ekwipaġġ, appoġġjati mill-Komunità ta’ Interess tas-Sistemi Awtonomi u mill-Grupp ta’ Ħidma <STRING ITALIC="on">Ad Hoc</STRING> biex jikkoordinaw l-implimentazzjoni u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-duttrini u l-linji gwida rilevanti tan-NATO dwar Sistemi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAS), inklużi STANAG 4671 (rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà tas-sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord), STANAG 4703 (C2), u l-Istrateġija Konġunta tan-NATO għall-Poter tal-Ajru,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rekwiżit tal-Ajrunavigabbiltà Militari Ewropew (EMAR) tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża tat-18 ta’ April 2024, li jipprovdi Mezzi Aċċettabbli ta’ Konformità (AMC) u Materjal ta’ Gwida (GM) biex jappoġġjaw u jinterpretaw ir-Rekwiżiti tal-Ajrunavigabbiltà Militari Ewropej dwar l-ajrunavigabbiltà kontinwa (EMAR M), u l-qafas tal-EMAR M u tal-AMC u l-GM tiegħu bħala għodod essenzjali għall-allinjament tal-prattiki tal-ajrunavigabbiltà militari mal-aktar standards regolatorji reċenti u għall-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva tagħhom fl-ambjent tal-avjazzjoni militari,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-10 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari 2.0” (JOIN(2022)0048), li tespandi u tiddiġitalizza l-infrastruttura tal-mobbiltà militari u l-proċessi amministrattivi biex tissimplifika l-movimenti transfruntiera tat-truppi u tat-tagħmir,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/675 tal-4 ta’ April 2025 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1302/2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema tal-Vetturi ferrovjarji — lokomottivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/665/UE dwar ir-reġistru Ewropew tat-tipi ta’ vetturi ferrovjarji awtorizzati<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2025/675, 7.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/675/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u l-adozzjoni mid-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni ta’ sistemi awtomatizzati għall-awtorizzazzjoni ta’ vaguni tal-persunal f’ferroviji tal-merkanzija militari, bħala parti minn sforz usa’ biex jiġu mmodernizzati u aċċelerati l-proċeduri loġistiċi fin-network trans-Ewropew tat-trasport kollu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Organizzazzjoni Konġunta għall-Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Armamenti u tal-Istati Membri (Franza, il-Ġermanja, l-Italja u Spanja) li jitnieda l-programm Eurodrone MALE RPAS, formalizzat mill-kuntratt ta’ EUR 7,1 biljun iffirmat fi Frar 2022 biex jiġu żviluppati u prodotti 60 dron, u l-evoluzzjoni tiegħu permezz tar-rieżami preliminari tad-disinn tal-2024 u r-rieżami kritiku futur tad-disinn fl-2025, l-appoġġ għall-finanzjament tal-UE (ta’ EUR 100 miljun fl-2024) u l-adeżjoni tal-Indja bħala osservatur fil-bidu tal-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju tan-NU għall-Affarijiet ta’ Diżarm dwar sistemi ta’ armi awtonomi letali u r-rapporti tan-NU dwar l-użu ta’ droni armati skont id-dritt internazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-oqfsa nazzjonali u l-pubblikazzjonijiet dottrinali dwar id-droni militari,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/697/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1835 tat-12 ta’ Ottubru 2015 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 266, 13.10.2015, p. 55, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1835/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2024/1252 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1252, 3.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1252/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Att dwar il-Materja Prima Kritika),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sigurtà u d-Difiża (A10‑0270/2025),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Gwerra bid-droni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-proliferazzjoni tal-massa tal-mezz ta’ attakk bi preċiżjoni biddlet b’mod permanenti l-kamp tal-battalja modern, il-ħtiġijiet tad-difiża tal-UE u r-rekwiżiti ta’ reżiljenza għall-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-inċidenti u l-inkursjonijiet ostili reċenti tad-droni mmirati lejn l-Istati Membri tal-UE, b’mod partikolari fin-naħa tal-Lvant tal-Unjoni, urew il-ħtieġa urġenti li jintużaw difiżi b’diversi saffi li jintegraw C-UAS kinetiċi u mhux kinetiċi biex tiġi protetta l-infrastruttura kritika u tissaħħaħ ir-reżiljenza; billi d-droni issa jaqdu diversi skopijiet inklużi r-rikonjizzjoni, l-operazzjonijiet ta’ distrazzjoni, l-akkwist tal-bersalli u l-attakki bi preċiżjoni, filwaqt li l-użu mifrux u ppruvat fil-gwerra tagħhom fl-Ukrajna u f’teatri attivi oħra sawwar mill-ġdid ir-rekwiżiti tad-difiża tal-ajru u d-duttrini operazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>C.</NO.P>billi dawn saru karatteristika li tiddefinixxi l-gwerra moderna u l-kunflitti ibridi, billi jaġixxu bħala multiplikaturi tal-forza li jipprovdu intelligence f’ħin reali u jaċċeleraw it-teħid tad-deċiżjonijiet; billi d-dominji mingħajr bdot abbord relatati (UGS, USV u UUV) qed jespandu u jridu jiġu riflessi fl-ippjanar tad-difiża futur; billi l-Ewropa jeħtiġilha tadatta l-kunċetti tagħha tal-operazzjonijiet tal-ajru u konġunti u tiżgura li l-użu militari kollu tad-droni jikkonforma bis-sħiħ mad-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt li jirrigwarda d-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-iżvilupp rapidu tal-kapaċità tal-manifattura tad-droni mill-avversarji, appoġġjata minn sħab esterni, flimkien mad-dominanza ta’ ċerti fornituri ta’ pajjiżi terzi ta’ komponenti ewlenin bħal sensuri, batteriji, semikondutturi u materjali tal-art rari, iżidu d-dipendenzi strateġiċi u jissottolinja l-urġenza li jissaħħu l-bażi tal-innovazzjoni b’użu doppju tal-Ewropa u l-ktajjen tal-provvista siguri; billi r-Russja qed tkompli żżid il-produzzjoni tad-droni, u qiegħda tipproduċi diversi miljuni fis-sena, biex b’hekk qed tisboq lill-Istati Uniti u lill-Ewropa flimkien, bil-feġġ ta’ droni kamikażi żviluppati mir-Russja u prototipi ta’ sistemi itqal; billi l-kapaċitajiet tal-industrija tad-droni tar-Russja qed jiġu appoġġjati mill-Iran u miċ-Ċina u wasslu għal proliferazzjoni massiva ta’ droni dejjem aktar letali u sofistikati b’kapaċità ta’ attakk bi preċiżjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-impatt li qed ikollha n-natura dejjem tevolvi tal-gwerra bid-droni fuq il-forzi armati tal-Istati Membri u fuq il-qafas tas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni Ewropea</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>E.</NO.P>billi d-droni saru karatteristika li tiddefinixxi l-gwerra moderna, kif muri fl-Ukrajna, fejn ikkawżaw aktar vittmi minn kwalunkwe arma oħra; billi l-użu tagħhom issa nfirex għal diversi kunflitti madwar id-dinja, inklużi dawk f’Gaża, Iżrael, il-Libanu, l-Iran, il-Jemen, is-Sudan, il-Myanmar, u l-gwerra tal-Ażerbajġan kontra l-Armenja, kif ukoll f’attakki fuq bastimenti internazzjonali fil-Baħar l-Aħmar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-ekosistema Ewropea tad-droni hija magħmula l-aktar minn SMEs u start-ups li jmexxu l-innovazzjoni teknoloġika, il-flessibbiltà u l-kompetittività filwaqt li l-użu strateġiku tal-UAS jista’ jtejjeb b’mod sinifikanti l-għarfien tas-sitwazzjoni f’żoni tal-fruntiera remoti, fraġli jew suxxettibbli għall-kunflitti, jiġbor data f’ħin reali u jgħin b’mod sinifikanti d-detezzjoni u d-deterrenza kontra firxa ta’ theddid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-użu estensiv tal-UAS fl-Ukrajna wera r-rwol deċiżiv tagħhom mhux biss bħala għodod ta’ rikonjizzjoni u ta’ attakk iżda wkoll bħala mezz biex jinżammu l-linji difensivi, ta’ evakwazzjoni medika u ta’ twassil tal-provvisti, ta’ intelligence tal-gwerra elettronika tas-sinjali, ta’ trażmissjoni tal-komunikazzjoni, ta’ detezzjoni u newtralizzazzjoni ta’ mini u apparat splussiv improvviżat (IEDs), ta’ mmappjar u sorveljanza f’ħin reali, ta’ operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ, ta’ protezzjoni tal-konvojs, ta’ droni kamikażi u attakki bi preċiżjoni, ta’ missjonijiet ta’ distrazzjoni u qerq, ta’ monitoraġġ CBRN, u ta’ dokumentazzjoni ta’ delitti tal-gwerra; billi l-UAS qed jevolvu biex mhux biss ikunu għodod ta’ appoġġ iżda faċilitaturi ewlenin tal-ġlied, li kapaċi jiffunzjonaw taħt “disturbazzjoni fuq bosta frekwenzi” intensiva; billi d-droni tal-baħar ħolqu paradigma ġdida għas-sigurtà marittima, mid-detezzjoni tal-mini sal-attakki fuq miri militari, kif muri fil-Baħar l-Iswed u fil-Baħar Baltiku, u se joħolqu sfida ġdida għas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea f’teatri navali kbar bħall-Baħar Mediterran;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-integrazzjoni tal-assi bbażati fl-ispazju f’immaġnijiet miġbura mid-droni tista’ tipprovdi għarfien tas-sitwazzjoni kontinwu, kontrovalidat u sigur għat-twissija bikrija, il-ġestjoni tal-kriżijiet, u d-detezzjoni tat-theddid ibridu, il-monitoraġġ tal-movimenti terroristiċi, tar-rotot tat-traffikar u taż-żoni tal-fruntiera;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>I.</NO.P>billi 60 % tal-komponenti tad-droni joriġinaw mill-Istati Uniti u miċ-Ċina, li toħloq vulnerabbiltà kritika għall-Prontezza tad-Difiża tal-UE 2030; billi l-kumpaniji Ċiniżi jimmanifatturaw il-maġġoranza tal-komponenti meħtieġa għall-assemblaġġ tad-droni, bħas-semikondutturi, it-tranżisters tal-enerġija, il-kalamiti, il-batteriji u ċ-ċipep tan-navigazzjoni; billi l-kooperazzjoni strateġika għandha tindirizza wkoll il-kompetizzjoni teknoloġika emerġenti mir-Russja u ċ-Ċina u tissalvagwardja l-aċċess Ewropew għall-innovazzjoni u għall-materjali meħtieġa għal kapaċitajiet sostenibbli tad-droni u kontra d-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>J.</NO.P>billi ċ-Ċina ħarġet bħala mexxejja fil-qasam tad-droni, u tipproduċi firxa wiesgħa ta’ sistemi ta’ ġlied u rikonjizzjoni, filwaqt li tinvesti wkoll fid-droni navali u f’ġemgħat ta’ minidroni awtonomi; billi d-droni armati tagħha ġew esportati fuq skala kbira u użati minn pajjiżi terzi f’diversi teatri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-kumpanija Ċiniża DJI għandha sehem stmat ta’ 74 % tas-suq tad-droni kummerċjali, u l-kumpaniji Ċiniżi jimmanifatturaw il-maġġoranza tal-komponenti meħtieġa biex jiġu assemblati, bħas-semikondutturi, it-tranżisters tal-enerġija, il-kalamiti, il-batteriji u ċ-ċipep tan-navigazzjoni; billi 9 minn kull 10 sensuri jew sistemi ottiċi meħtieġa biex jidentifikaw u jattakkaw il-miri huma magħmula fiċ-Ċina; billi Beijing tikkontrolla 85 % tal-kapaċità globali tal-batteriji tal-litju u 98 % tar-raffinar tal-materjali tal-art rari, il-pedament kemm tal-elettronika għall-konsumatur kif ukoll tal-armi moderni, li tirriżulta fid-dipendenza tal-Ewropa mill-provvista taċ-Ċina; billi ċ-Ċina bdiet tirrestrinġi l-esportazzjonijiet ta’ komponenti u materjali tad-droni għall-Ukrajna u għax-xerrejja mill-Punent; billi ċ-Ċina, billi effettivament tikkontrolla l-aċċess għall-materjali meħtieġa – li jvarjaw minn materja prima sa batteriji u software – u żżid il-konsenji tagħha lejn ir-Russja, għandha impatt deċiżiv fuq in-natura tal-gwerra bid-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>L.</NO.P>billi fid-9 ta’ Ottubru 2025, iċ-Ċina introduċiet kontrolli estensivi fuq l-esportazzjoni ta’ elementi tal-materjali tal-art rari u teknoloġiji tal-ipproċessar relatati, filwaqt li ċċitat tħassib dwar is-sigurtà nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>M.</NO.P>billi dawn ir-regoli l-ġodda jkopru virtwalment l-elementi tal-materjali tal-art rari kollha li huma essenzjali għall-manifattura tad-droni u għall-kapaċitajiet kontra d-droni u jirrikjedu li l-fornituri Ċiniżi jiksbu liċenzji tal-esportazzjoni mill-Ministeru għall-Kummerċ, u b’hekk l-industrija kollha tad-droni tal-UE hija soġġetta b’mod effettiv għall-approvazzjoni tal-esportazzjoni miċ-Ċina, u dan juri l-ħtieġa imperattiva strateġika li tinbena katina tal-provvista downstream reżiljenti u awtonoma għall-industrija tad-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>N.</NO.P>billi r-restrizzjonijiet Ċiniżi l-ġodda fuq l-esportazzjoni mħabbra u implimentati parzjalment fid-9 ta’ Ottubru 2025 jirrikjedu liċenzji tal-esportazzjoni għal prodotti li fihom anke ammonti traċċi (aktar minn 0,1 %) ta’ metalli tal-art rari estratti jew ipproċessati fiċ-Ċina, b’Beijing tiddikjara b’mod espliċitu li mhux se jingħataw liċenzji lil entitajiet barranin tas-settur tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-UE jeħtiġilha tiżviluppa b’mod urġenti sorsi alternattivi, kapaċità ta’ riċiklaġġ u estrazzjoni sovrana ta’ materja prima kritika biex tnaqqas il-vulnerabbiltajiet maħluqa mir-restrizzjonijiet Ċiniżi fuq l-esportazzjoni u l-konċentrazzjoni tal-katina tal-provvista globali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkwist u finanzjament</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-produzzjoni, l-akkwist u l-finanzjament ta’ droni u ta’ kapaċitajiet ta’ C-UAS jistgħu jitqiesu bħala servizz, li jirrikjedi persunal kwalifikat, investimenti intelliġenti, proċeduri simplifikati, aċċess għal finanzjament pubbliku u privat, ċentri ta’ produzzjoni reġjonali u kooperazzjoni mill-qrib ma’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), mal-kumpaniji tat-teknoloġija u mal-akkademja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Allinjament tad-duttrina</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-Istati Membri jeħtiġilhom jaħdmu biex jallinjaw id-duttrini, il-faċilitajiet ta’ taħriġ, il-proċeduri ta’ ċertifikazzjoni, il-linji ta’ assemblaġġ, il-koordinazzjoni tal-kamp tal-battalja, l-immirar f’ħin reali, it-taħriġ, is-C2 reżiljenti u l-integrazzjoni sħiħa ta’ dan kollu ta’ hawn fuq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>R.</NO.P>billi dan l-allinjament għandu jinkludi wkoll liġijiet u regolamenti rilevanti dwar l-użu u l-produzzjoni tad-droni, jiżgura kompatibbiltà sħiħa mad-duttrini tan-NATO u mal-istandards STANAG; u jippromwovi taħriġ konġunt mal-Ukrajna biex tiġi aċċelerata l-prontezza operazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għandu jkollhom l-għan li jkunu minn ta’ quddiem nett fil-qasam tad-droni billi japprofondixxu l-kooperazzjoni dwar it-taħriġ, iċ-ċertifikazzjoni, l-assemblaġġ industrijali u l-koordinazzjoni operazzjonali, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ is-sovranità nazzjonali kif affermata mill-ġdid fl-Artikoli 4(2) u 42(2) tat-TUE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sħubijiet strateġiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>T.</NO.P>billi s-sħubijiet strateġiċi huma essenzjali biex jinkiseb il-vantaġġ tal-massa u kwalitattiv meħtieġ biex jintlaħqu l-limiti operazzjonali u l-aċċess għall-għarfien espert u l-materja prima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>U.</NO.P>billi tali sħubijiet iridu jsaħħu l-kapaċitajiet Ewropej tas-sigurtà u tad-difiża, jibqgħu reċiproċi, trasparenti u konsistenti filwaqt li jevitaw dipendenzi kritiċi minn pajjiżi terzi fit-teknoloġiji tad-difiża, il-komponenti, is-software u l-materja prima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-kooperazzjoni ma’ sħab ewlenin bħall-Ukrajna għandha importanza partikolari, minħabba l-esperjenza mingħajr paragun tagħha fil-kamp tal-battalja, iċ-ċikli rapidi ta’ innovazzjoni u adattament, l-integrazzjoni ta’ ekosistemi tal-innovazzjoni ċivili u militari u l-kapaċità tal-produzzjoni tad-droni fuq skala kbira, li jipprovdu għarfien uniku għat-tisħiħ tal-Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-kondiviżjoni tat-tagħlimiet meħuda mas-sħab esperjenzati fis-C-UAS li jiżviluppaw sistemi avvanzati ta’ difiża kontra d-droni hija kritika għar-reżiljenza tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>X.</NO.P>billi s-sħubijiet fil-Balkani tal-Punent u fil-viċinat immedjati tal-UE huma essenzjali wkoll għall-istabbiltà reġjonali u għar-reżiljenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-Balkani tal-Punent, li għandhom aktar minn 2 500 km ta’ fruntieri tal-art mal-Unjoni Ewropea u jiffurmaw l-eqreb reġjun ġar tagħha, huma ta’ importanza strateġika diretta għas-sigurtà, l-istabbiltà u l-prosperità tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Gwerer bid-droni tul il-periferija</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-viċinat immedjat tal-UE jesperjenza diversi kunflitti b’użu intensiv tad-droni, b’diversi Stati Membri jiffaċċjaw inkursjonijiet ostili tad-droni fl-ispazju tal-ajru tagħhom; billi r-riflessjoni fuq id-droni trid tqis il-protezzjoni tan-naħat kollha tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>AA.</NO.P>billi r-reġjuni li jmissu mal-Istati Membri, kemm bl-art kif ukoll bil-baħar, jiżvolġu rwol kruċjali fl-iżvilupp u l-ittestjar tad-droni u t-teknoloġiji tad-difiża, minħabba r-rekwiżiti speċifiċi li jirriżultaw mill-ġeografija u l-pożizzjoni ġeopolitika tagħhom fix-xenarju tas-sigurtà Ewropew; jirrikonoxxi li r-reġjuni tal-Balkani tal-Punent, tal-Mediterran u tal-Baħar l-Iswed huma kollha esposti għal influwenza barranija malizzjuża, theddid ibridu, diżinformazzjoni u interferenza politika li jfittxu li jimminaw is-sigurtà Ewropea; billi dawn ir-reġjuni huma vulnerabbli għal attività ostili tad-droni u s-sħab f’dawn ir-reġjuni huma essenzjali bħala l-ewwel linja ta’ difiża fil-ħarsien tas-sigurtà kollettiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>AB.</NO.P>billi t-teknoloġija tad-droni qed tintuża minn organizzazzjonijiet terroristiċi biex iwettqu attakki fuq personalitajiet politiċi, jippenetraw il-faċilitajiet penitenzjarji tal-UE, u jittrasportaw l-isplussivi u l-armi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>AC.</NO.P>billi d-droni navali jirrappreżentaw theddida sinifikanti kemm għall-bastimenti kummerċjali kif ukoll għal dawk militari, u għal rotot kummerċjali importanti, li jagħmlu l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tad-difiża neċessità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>AD.</NO.P>billi l-Ukrajna tipproduċi aktar minn 4,5 miljun dron kull sena waqt li qiegħda tiġi attakkata kuljum minn ġemgħat tad-droni Russi dejjem aktar sofistikati u wriet, minn mindu bdiet l-aggressjoni brutali mir-Russja fi Frar 2022, li l-industrija tad-droni tista’ tittejjeb u tiġi modernizzata malajr, u b’hekk jiġi ddemokratizzat l-aċċess għal teknoloġiji ewlenin u ssir possibbli awtodifiża effettiva;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Skalar biex tiġi indirizzata t-theddida Russa</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-innovazzjoni fil-kamp tal-battalja tal-Ukrajna u l-kapaċità tal-produzzjoni li qed tikber għandhom jiġu integrati progressivament fl-EDTIB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>AF.</NO.P>billi r-Russja u ċ-Ċina jmexxu l-iżvilupp tal-massa u l-proliferazzjoni tat-teknoloġija tad-droni, filwaqt li joperaw fuq ċiklu ta’ innovazzjoni minn 3 xhur sa 6 xhur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>AG.</NO.P>billi d-dipendenza tal-istati Ewropej mill-pajjiżi terzi f’dan is-settur hija vulnerabbiltà strateġika inaċċettabbli; billi għalhekk huwa essenzjali li l-infiq Ewropew kollu fid-difiża jaġixxi bħala lieva biex l-istati Ewropej isiru kompletament awtonomi fi kwistjonijiet ta’ difiża;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Soluzzjonijiet kosteffettivi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>AH.</NO.P>billi l-Istati Membri jeħtiġilhom jużaw diversi inizjattivi u strumenti ġodda ta’ nfiq fid-difiża tal-UE biex ifasslu soluzzjonijiet kosteffettivi għall-gwerra bid-droni; billi dawn is-soluzzjonijiet għandhom jagħtu prijorità lir-reżiljenza industrijali fl-Ewropa, inaqqsu d-dipendenzi tagħna minn pajjiżi terzi, jappoġġjaw lill-SMEs fis-settur tad-difiża, u jiżguraw li l-investimenti jissarrfu f’kapaċitajiet konkreti li jkunu jistgħu jiġu skjerati malajr biex jappoġġjaw lill-Ukrajna u d-difiża tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>AI.</NO.P>billi l-UAS intrinsikament għandhom użu doppju, billi ġabu trasformazzjoni kbira fil-mobbiltà, fil-loġistika u fil-ġestjoni tal-emerġenzi filwaqt li l-effettività tal-iskjerament tad-droni u tal-operazzjonijiet kontra d-droni tibbaża fuq infrastruttura transfruntiera reżiljenti li tippermetti t-trasport rapidu ta’ sistemi tal-illanċjar mobbli, vetturi ta’ kmand, u unitajiet ta’ manutenzjoni; billi huma meħtieġa standards armonizzati tal-infrastruttura tat-trasport li jippermettu lid-droni użati għal-loġistika, għas-sorveljanza u għall-intelligence joperaw b’mod sikur fl-ispazju tal-ajru komuni u fil-kurituri tat-trasport;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Użu doppju għar-reżiljenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi l-potenzjal tal-użu doppju tad-droni għall-protezzjoni ċivili, għar-rispons għad-diżastri, u għall-ġestjoni tal-fruntieri huwa ta’ importanza dejjem akbar madwar l-UE, fejn il-kriżijiet tas-sigurtà u tal-migrazzjoni li għaddejjin, kif ukoll it-theddid ibridu, jenfasizzaw il-ħtieġa urġenti ta’ għarfien tas-sitwazzjoni u ta’ kapaċitajiet ta’ reazzjoni rapida; billi ħafna teknoloġiji kritiċi tad-droni għad-difiża joriġinaw mill-qasam ċivili u jużaw komponenti kritiċi b’użu doppju, u s-settur tad-droni kollu kemm hu jista’ jagħti kontribut importanti għall-kapaċitajiet operazzjonali tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>AK.</NO.P>billi l-iżvilupp tad-droni u tas-sistemi kontra d-droni għandu jkun akkumpanjat minn salvagwardji robusti għall-protezzjoni ċivili, ir-reżiljenza soċjali, u l-użu doppju responsabbli tat-teknoloġija, filwaqt li jiġi żgurat li l-investimenti fid-difiża jsaħħu wkoll il-kapaċitajiet tas-saħħa, tal-loġistika umanitarja u tal-protezzjoni ċivili; billi hemm valur strateġiku fl-innovazzjoni transsettorjali u ta’ użu doppju, b’mod partikolari fl-integrazzjoni ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord u ta’ sistemi marittimi u tal-art awtonomi ma’ teknoloġiji ċivili;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Gwerra bid-droni fil-kamp tal-battalja modern</STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Adattament tal-operazzjonijiet għall-gwerra bid-droni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li l-UAS u s-C-UAS jiġu integrati fil-livelli tattiċi u operazzjonali, billi jirrikonoxxi li biex il-forzi armati joperaw b’mod effettiv fil-kamp tal-battalja modern li qed jevolvi malajr, is-suldati jeħtiġilhom ikunu kapaċi joħolqu “ħitan kontra d-droni” f’ħin reali li jintegraw ir-radar, is-sensuri akustiċi, is-sensuri tal-frekwenza tar-radju, il-kameras, is-sensuri elettroottiċi u infraħomor u s-soluzzjonijiet “hard-kill” ibbażati fuq il-laser biex jiġu żgurati l-kapaċità ta’ sopravivenza, il-mobbiltà, il-letalità, l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-kapaċitajiet ta’ operazzjoni kinetika tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu żgurati l-adattabbiltà teknoloġika, il-modernizzazzjoni regolari u ċ-ċikli ta’ titjib biex tiġi pprevenuta l-obsolexxenza, u li tiġi promossa l-integrazzjoni kontinwa ta’ sistemi innovattivi fl-oqsma operazzjonali kollha, inklużi l-art, l-ajru, il-baħar u taħt l-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li l-iżvilupp u l-varar ta’ tali teknoloġiji jeħtieġu investiment fir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż), il-faċilitazzjoni ta’ sħubijiet ta’ riċerka ċivili-militari, u appoġġ għall-istart-ups u l-SMEs li jaħdmu fis-settur industrijali tad-difiża ta’ teknoloġija avvanzata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jintegraw l-inġenji tal-ajru multifunzjonali u tat-trasport (bħall-pjattaformi A400M u AEW&C) bħala nodi fl-ajru tat-trażmissjoni tal-kmand, il-kontroll u l-komunikazzjoni (C3), tal-ġestjoni tal-battalji u tat-trasport tad-droni biex isostnu l-konnettività u l-firxa operazzjonali; iħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) u l-industrija Ewropea biex jiġu żviluppati ekosistemi C3 interoperabbli u b’arkitettura miftuħa li jgħaqqdu l-assi awtonomi tattiċi u ta’ altitudni għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ katina tat-trasport bl-ajru militari robusta u sovrana biex jiġu ttrasportati, skjerati u appoġġjati sistemi tad-droni modulari, filwaqt li jiġu żgurati projezzjoni rapida tal-forza, loġistika reżiljenti, u kontroll Ewropew sħiħ fuq id-data, in-networks u l-awtonomija tal-missjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jivvalutaw l-implikazzjonijiet fit-tul ta’ din il-bidla għall-istruttura u t-taħriġ tal-forza, u l-istandards etiċi fil-gwerra;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Sfidi fuq il-front u ħtiġijiet tat-tagħmir</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isfida tar-rikonoxximent tad-droni li jiffaċċjaw is-suldati fuq il-front u jirrakkomanda l-integrazzjoni ta’ azzarini kontra d-droni, missili, droni tal-interċettazzjoni, tagħmir li jaqbad id-droni, sistemi ta’ armi għal medda qasira bbażati fuq l-armi tan-nar, azzarini tad-disturbazzjoni tad-droni u intelligence tas-sinjali, kapaċitajiet tal-gwerra elettronika (EW) u C2 reżiljenti fil-forzi tal-infanterija permezz tat-taħriġ u l-integrazzjoni tal-unitajiet tal-gwerra elettronika sabiex il-forzi tal-infanterija jkunu jistgħu joperaw b’mod effettiv fl-ewwel linja, jimmassimizzaw il-kapaċità tagħhom ta’ protezzjoni u tiswija, u jiżguraw l-identifikazzjoni u l-interċettazzjoni korretti tad-droni tal-għedewwa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iwissi li n-nuqqas ta’ UAS fil-livell tal-unitajiet joħloq lakuna fil-kapaċità li għaliha l-ħin huwa kritiku fil-fażi inizjali tal-ġlieda li jistgħu jisfruttawha l-avversarji, li twassal għal aktar vittmi u għal tnaqqis fil-libertà operazzjonali, u jappella għal miżuri urġenti biex din il-lakuna timtela permezz tat-taħriġ u tal-adattament tad-duttrina;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Ħtieġa ta’ kapaċitajiet ta’ C-UAS bi prezz baxx</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq fuq l-isfida maħluqa mill-kost li bħalissa huwa għoli b’mod li mhux sostenibbli tal-interċettazzjonijiet tad-droni u jappella għal programmi konġunti u inizjattivi mmexxija mis-suq biex jiġi promoss l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet kosteffettivi tas-C-UAS bħall-EW, il-laser, is-sistemi tad-detezzjoni akustiċi u l-interċettazzjoni ggwidata mill-IA biex jitnaqqas il-kost għal kull interċettazzjoni u jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-fattibbiltà tal-użu tal-għodod industrijali tad-difiża attwali biex tappoġġja l-għan li jitnaqqas il-kost għal kull interċettazzjoni tad-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jitlob li jissaħħu l-produzzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku tas-sistemi eżistenti kontra l-inġenji tal-ajru, fuq l-eżempju tal-Ukrajna, fejn sa issa wrew li huma l-aktar miżura effettiva, mobbli u kosteffiċjenti kontra l-UAS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jitlob enfasi fuq l-iżvilupp ta’ sistemi sempliċi u bi prezz baxx kontra l-UAS li jistgħu jiġu prodotti u skjerati malajr biex tiġi żgurata prontezza operazzjonali immedjata;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Adattament tad-duttrina tal-ġlied għad-droni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Iħeġġeġ lill-forzi armati jintegraw u jallinjaw id-droni fid-duttrini kollha tal-ġlied bħala saff fl-ippjanar operazzjonali b’enfasi fuq xenarji ta’ gwerra ibrida, filwaqt li jiżguraw l-interoperabbiltà mas-sistemi C2 tan-NATO, mas-sistemi tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru ċivili, u mal-qafas U-Space tal-UE għall-integrazzjoni tad-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jitlob li jiġu aġġornati l-miri u l-ippjanar tal-kapaċitajiet bejn il-forzi armati tal-Istati Membri biex jiġi żgurat li t-tagħlimiet meħuda fl-Ukrajna jiġu integrati fid-duttrina tal-ġlied;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jisħaq li l-kapaċitajiet kontra d-droni jridu jiġu integrati mhux biss fl-unitajiet tal-infanterija iżda wkoll fil-pjattaformi militari ewlenin kollha, inklużi l-bastimenti navali, it-tankijiet, il-vetturi armati għall-persunal u l-vetturi loġistiċi; jistieden lill-Istati Membri u lill-EDA jiżguraw li l-programmi futuri ta’ akkwist u modernizzazzjoni jinkludu b’mod sistematiku moduli tas-C-UAS adattati għall-ambjent operazzjonali ta’ kull pjattaforma; jissottolinja li tali integrazzjoni se żżid il-protezzjoni tal-forza, ittejjeb il-kapaċità ta’ sopravivenza ta’ assi ta’ valur għoli, u ssaħħaħ l-interoperabbiltà bejn id-dominji tal-art, tal-ajru u marittimi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jirrakkomanda li l-kurituri kollha tad-droni u l-infrastruttura ta’ appoġġ kofinanzjata mill-UE jinkludu saffi inkorporati ta’ reżiljenza ċibernetika u ta’ ridondanza, f’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) biex jissaħħaħ il-Pilastru III (“Reżiljenza u Preparatezza”) tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari 2.0;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jappella għal finanzjament sostnut fl-istrumenti tal-UE u l-programmi nazzjonali għall-modifika retroattiva tal-flotot eżistenti u għall-iżgurar tal-prontezza permanenti permezz ta’ ċikli ta’ taħriġ u manutenzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iħeġġeġ l-istabbiliment ta’ stazzjonijiet mobbli ta’ manutenzjoni tad-droni u ta’ trażmissjoni ta’ kollegamenti tad-data tul kurituri tal-mobbiltà militari mtejba biex jiġu żgurati kapaċitajiet sostnuti ta’ C2 u ta’ tiswija anke f’ambjenti ta’ komunikazzjoni degradati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jirrakkomanda l-integrazzjoni tad-droni ta’ sorveljanza mill-ajru fis-sistemi Ewropej eżistenti ta’ monitoraġġ tal-infrastruttura tat-trasport (għall-pontijiet, il-mini u l-imtajar), filwaqt li jissaħħu kemm il-protezzjoni ċivili kif ukoll ir-reazzjoni rapida tad-difiża; jitlob li tingħata prijorità lill-mudelli ta’ finanzjament b’użu doppju għas-sistemi tad-droni li jallinjaw mal-miri tal-kompetittività;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw malajr pjan gradwali għal unitajiet tal-UAS interoperabbli, bi stadji importanti, riżultati tanġibbli u obbligi ta’ rendikont ċari u jirrakkomanda li l-kurituri kollha tad-droni u l-infrastruttura ta’ appoġġ kofinanzjata mill-UE jinkludu saffi inkorporati ta’ reżiljenza ċibernetika u ta’ ridondanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jitlob li jiġu stabbiliti kurituri pilota fl-ambitu tal-Inizjattiva tal-UE għad-Difiża kontra d-Droni, li jiffukaw fuq il-protezzjoni tal-infrastruttura tal-portijiet u tal-enerġija, li jservu biex jivvalidaw il-playbooks operazzjonali tas-C-UAS u jipprovdu lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju b’opportunitajiet ta’ skjerament fid-dinja reali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-regoli tal-parteċipazzjoni għad-droni mhumiex ċari u jħeġġeġ lill-Istati Membri jirrieżaminaw, f’koordinazzjoni man-NATO, ir-regoli tal-involviment għat-tipi kollha ta’ theddid relatat mad-droni biex jiżguraw li jkunu adegwati ħalli jirreaġixxu għat-theddid l-aktar innovattiv;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Taħriġ u ċertifikazzjoni tal-bdoti tad-droni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Ukrajna jħarrġu u jiċċertifikaw b’mod konġunt lill-bdoti tad-droni bi standards ekwivalenti għall-operaturi tal-artillerija jew tal-vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord, jinvestu f’sistemi kontra d-droni – kemm dawk “hard kill” kif ukoll dawk “soft kill” – f’kull livell, jivvalutaw mill-ġdid il-kapaċità ta’ sopravivenza tal-armi, jiżguraw li t-tankijiet u l-vetturi armati għall-persunal jiġu mmodifikati biex jiġġieldu l-vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord; jespandu l-unitajiet tal-EW biex jiżguraw li l-battaljuni kollha jkollhom kapaċitajiet ta’ disturbazzjoni u jistabbilixxu żoni ta’ difiża kontra d-droni madwar l-infrastruttura kritika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ żvilupp iterattiv u ttestjar tas-sistemi tad-droni biex jiġu żgurati l-adattabbiltà u l-kapaċità ta’ rispons tagħhom għat-theddid emerġenti, minħabba l-pass rapidu tal-avvanzi teknoloġiċi f’dan il-qasam; jissottolinja l-importanza ta’ sistemi definiti mis-software li jistgħu jiġu modifikati u aġġornati malajr biex jindirizzaw il-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-kamp tal-battalja, u b’hekk jippermettu lill-forzi armati jibqgħu fuq quddiem ta’ avversarji potenzjali u jżommu vantaġġ kompetittiv f’dan il-qasam;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Theddida dejjem akbar ta’ attakki fil-profond tal-massa bid-droni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jissottolinja l-użu dejjem akbar ta’ droni f’attakki ibridi u terroristiċi kontra l-infrastruttura kritika u l-vantaġġi asimmetriċi li tali attakki jistgħu jiġġeneraw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Ifakkar fl-inkursjonijiet minn droni ta’ oriġini mhux magħrufa li jfixklu l-infrastruttura kritika fid-Danimarka, fin-Norveġja, fil-Ġermanja u fil-Belġju, inklużi l-ajruporti internazzjonali u l-bażijiet militari u l-Operazzjoni “Spider web”, it-tentattiv ta’ sabotaġġ tal-2023 fuq il-grilja tal-enerġija tal-Moldova, u l-attakki ripetuti bid-droni Houthi li jfixklu t-tbaħħir fil-Baħar l-Aħmar; jisħaq li każijiet bħal dawn juru kif is-sistemi bi prezz baxx jippermettu t-tfixkil; iħeġġeġ lill-Istati Membri jintegraw protokolli ta’ rispons speċifiċi għad-droni fil-pjanijiet nazzjonali tar-reżiljenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa s-sensiela reċenti ta’ inkursjonijiet bid-droni Russi u s-suspettati titjiriet ostili li għaddew minn diversi Stati Membri tal-UE, inklużi l-Polonja, ir-Rumanija u l-Istati Baltiċi, immirati lejn żoni tal-fruntiera, faċilitajiet tal-enerġija u ċentri loġistiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Iwissi li dawn l-inċidenti juru l-kapaċità dejjem tiżdied ta’ atturi statali u mhux statali li jużaw sistemi awtonomi bi prezz baxx biex jheddu s-sikurezza pubblika, ifixklu l-ktajjen tal-provvista u jittestjaw il-prontezza difensiva tal-UE u tan-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq li każijiet bħal dawn juru kif is-sistemi bi prezz baxx jippermettu t-tfixkil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza li d-droni jistgħu joħolqu mhux biss riskji militari iżda wkoll riskji usa’ għas-sikurezza pubblika, inkluż l-użu ħażin potenzjali tagħhom f’kuntesti li jaffettwaw is-saħħa pubblika, il-protezzjoni ambjentali u l-infrastruttura ċivili; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jintegraw dawn l-aspetti fil-valutazzjonijiet tar-riskju u fl-istrateġiji tal-prontezza nazzjonali u fil-livell tal-UE u jinkludu protokolli ta’ rispons speċifiċi għad-droni fil-pjanijiet tar-reżiljenza nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-“Operazzjoni Spider Web”, l-“Operazzjoni Rising Lion” u l-użu tal-flotta mistura Russa wrew il-kapaċità li jsiru attakki fil-profond minn ġewwa stat avversarju kontra assi strateġiċi u jħeġġeġ lil dawk li jippjanaw id-difiża ċivili tal-Istati Membri jipproteġu kontra xenarji bħal dawn fid-duttrina tal-ippjanar ta’ emerġenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jirrikonoxxi li d-droni sawru mill-ġdid l-ambjent strateġiku u operazzjonali tal-gwerra moderna, mir-rikonjizzjoni tattika u l-immirar fil-kamp tal-battalja sal-attakki strateġiċi fil-profond u l-operazzjonijiet iffaċilitati miċ-ċibernetika, u li jintroduċu asimmetriji li jistgħu kemm isaħħu kif ukoll jiddestabbilizzaw il-pożizzjonamenti tad-difiża tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jenfasizza r-riskju ta’ attakki ta’ saturazzjoni taż-“żona griża” fuq l-infrastruttura tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu protetti n-networks tal-enerġija, it-toroq, il-ferroviji, iċ-ċentri tat-trasport u l-infrastruttura diġitali tal-Ewropa bħala miri ta’ prijorità tal-gwerra ibrida u s-sinerġija meħtieġa bejn il-militar, l-infurzar tal-liġi, il-persuni tal-ewwel rispons, il-kontroll tal-fruntieri u s-soċjetà ċivili għall-implimentazzjoni effettiva tad-duttrina tal-ippjanar ta’ emerġenza; jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ pjattaforma għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet li jimmaniġġjaw l-infrastruttura strateġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti ta’ sorveljanza marittima msaħħa fir-reġjun tal-Baħar Baltiku, tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Baħar l-Iswed, fejn l-attivitajiet tad-droni Russi joħolqu theddid partikolari; jisħaq fuq l-importanza li tiġi indirizzata l-flotta mistura Russa minħabba s-suspetti tal-involviment tagħha fl-inkursjonijiet tad-droni fl-ispazju tal-ajru Ewropew; jemmen li d-dimensjoni operazzjonali l-ġdida tal-gwerra ibrida tirrikjedi l-integrazzjoni tal-istrateġiji tas-sigurtà marittima u ta’ kontra l-vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAV); jilqa’ t-tnedija ta’ operazzjonijiet immexxija min-NATO, bħal Baltic Sentry;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Reżiljenza u spazji protettivi</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jirrakkomanda l-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali komprensivi ta’ difiża ċivili kontra l-attakki bid-droni, li jiżguraw il-preparatezza fil-livelli nazzjonali, reġjonali, muniċipali, tal-komunità u tal-unitajiet domestiċi u jenfasizza s-sistemi ta’ twissija bikrija għall-popolazzjonijiet lokali, struzzjonijiet ċari dwar ir-rispons li għandu jingħata, u spazji protetti (kenn) għall-popolazzjoni u l-infrastruttura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa ta’ linji gwida komuni dwar kif għandhom jissawru l-istrateġiji nazzjonali tas-C-UAS, b’rispett sħiħ tas-sovranità tal-Istati Membri u skont l-ispeċifiċitajiet tat-teatri li fihom jeħtieġ li joperaw dawn l-istrateġiji tas-C-UAS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jappella għall-aġġornament regolari tal-Manwali eżistenti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka dwar il-“Protezzjoni kontra Sistemi ta’ Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord” sabiex jiġi żgurat li l-kontromiżuri kontra din it-theddida li qed tevolvi b’mod kostanti jibqgħu effiċjenti f’termini ta’ teknoloġija, duttrini u prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw il-protezzjoni tal-infrastrutturi u l-entitajiet kritiċi tal-UE kontra attakki possibbli bid-droni, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2557;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu awditu u valutazzjoni komprensivi tal-infrastruttura ta’ kenn eżistenti u jappoġġja l-ħolqien ta’ żoni permanenti ta’ divjet ta’ titjiriet u kontra l-UAS madwar l-infrastruttura kritika tal-UE, ikkoordinati mill-awtoritajiet nazzjonali u l-Frontex, u appoġġjati minn pjattaformi tas-C2 komuni; jirrakkomanda li dawn iż-żoni jiġu mgħammra b’sistemi ta’ detezzjoni u mitigazzjoni b’saffi, iffinanzjati mill-Fond għas-Sigurtà Interna, il-pakkett tal-EDF kontra l-UAS, u strumenti rilevanti oħra tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jiġi implimentat pjan imsaħħaħ ta’ protezzjoni kontra d-droni madwar l-infrastruttura kritika tal-enerġija u jħeġġeġ lill-Istati Membri jesploraw il-potenzjal li jinvolvu atturi volontarji tad-difiża nazzjonali bħala parti mill-isforzi tal-protezzjoni ċivili u tal-bini tar-reżiljenza; jinnota li tali atturi jistgħu jiżvolġu rwol kruċjali fit-tisħiħ tal-preparatezza, is-sensibilizzazzjoni u l-kapaċità ta’ appoġġ lokali f’sitwazzjonijiet ibridi u ta’ kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrevedu d-duttrini nazzjonali u l-kunċetti operazzjonali għall-ġestjoni tal-emerġenzi tal-attakki bil-UAS biex jinkludu l-analiżi tar-riskju u l-immappjar tat-theddid, l-iżvilupp ta’ standards effettivi ta’ kenn u l-protezzjoni tal-infrastruttura strateġika, it-taħriġ għas-servizzi ta’ emerġenza, l-awtoritajiet lokali, u l-komunitajiet, l-integrazzjoni teknoloġika, inklużi s-sistemi C4I u l-analiżi tat-theddid xprunata mill-IA, u l-istabbiliment ta’ ċentru nazzjonali għall-ġestjoni tal-emerġenzi (NEMC) li jistabbilixxi u jimplimenta programmi ta’ taħriġ pluriennali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jirrakkomanda wkoll li jintużaw aktar ir-riżorsi volontarji tad-difiża nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE bħala parti mill-oqfsa tal-protezzjoni ċivili, b’mod partikolari biex jissaħħu l-preparatezza tal-komunità lokali u l-kapaċitajiet ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, u jqis li huwa essenzjali li l-Istati Membri jiżguraw sistemi effettivi ta’ twissija bikrija u protokolli ċari ta’ komunikazzjoni biex tinżamm il-fiduċja tal-pubbliku, jitnaqqas il-paniku u tiġi żgurata l-konformità matul l-emerġenzi; jirrakkomanda li dawn l-istrateġiji jinkludu dispożizzjonijiet għal servizzi ta’ appoġġ psikoloġiku u soċjali għall-popolazzjonijiet affettwati u għal taħriġ fid-difiża ċivili għall-komunitajiet lokali biex tissaħħaħ ir-reżiljenza kumplessiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jitlob li l-programmi ffinanzjati mill-UE jrawmu l-kollaborazzjoni bejn is-setturi tad-difiża, tal-ispazju, tal-protezzjoni ċivili u tat-trasport biex jaċċeleraw l-iżvilupp ta’ sistemi interoperabbli mingħajr bdot abbord u kontra dawk mingħajr bdot abbord ta’ diversi oqsma; iqis li l-finanzjament għar-riċerka fil-qasam tad-droni għandu jikkontribwixxi wkoll għat-titjib tal-użi ċivili tad-droni, pereżempju biex jiġu miġġielda n-nirien forestali jew f’operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ; iħeġġeġ l-iffaċilitar tal-iskambji bejn is-settur ċivili u dak tad-difiża, li jwasslu għal riċerka xierqa dwar l-użu doppju, f’konformità mal-Istrateġija tad-Droni 2.0 tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ kampanji komprensivi ta’ informazzjoni pubblika u ta’ inizjattivi edukattivi għas-sensibilizzazzjoni tas-soċjetà dwar is-sigurtà tad-droni, ikkomplementati minn miżuri msaħħa għall-monitoraġġ u għall-ġlieda kontra l-attivitajiet ta’ diżinformazzjoni fil-qasam tas-sistemi awtonomi, b’mod partikolari dawk li għandhom l-għan li jeżerċitaw influwenza psikoloġika fuq il-popolazzjonijiet ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Iqis li l-ħtieġa ta’ strateġija komprensiva għad-difiża ċivili hija ta’ importanza kbira; jirrakkomanda li tinkludi dan li ġej:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>a.</SYMBOL>id-definizzjoni tal-metodoloġija għall-valutazzjoni tat-theddid u l-ħtiġijiet;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>b.</SYMBOL>it-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ kunċett operazzjonali li jiżgura teħid ta’ deċiżjonijiet ċar, koordinazzjoni bejn l-aġenziji, u fluss ta’ informazzjoni f’ħin reali fil-livelli kollha;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>c.</SYMBOL>preparatezza u twissija bikrija li tistabbilixxi mekkaniżmi għal tħejjija bikrija, twissijiet f’waqthom, u struzzjonijiet ċari lill-popolazzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>d.</SYMBOL>l-ewwel rispons bi rwoli definiti b’mod ċar u koordinazzjoni bejn dawk li jagħtu l-ewwel rispons, is-servizzi mediċi, id-difiża ċivili, il-forzi militari u l-voluntiera, appoġġjati minn sistemi ta’ komunikazzjoni avvanzati;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>e.</SYMBOL>il-protezzjoni fiżika u l-kontinwità b’livelli ta’ protezzjoni definiti għall-popolazzjoni u l-infrastruttura kritika biex jitnaqqas it-telf u jiġu żgurati operazzjonijiet mingħajr interruzzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>f.</SYMBOL>ir-reżiljenza tal-infrastruttura kritika li għandha l-għan li tiggarantixxi l-kapaċità ta’ sopravivenza u l-funzjonalità kontinwa tas-servizzi essenzjali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>g.</SYMBOL>id-difiża tal-fruntieri li tintegra s-soluzzjonijiet teknoloġiċi biex tipprevjeni l-infiltrazzjoni, appoġġjata minn kapaċitajiet ta’ intelligence u reazzjoni rapida;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>h.</SYMBOL>it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-komunità billi tiġi appoġġjata t-tmexxija nazzjonali u lokali, jiġu integrati l-voluntiera, jiġu appoġġjati l-popolazzjonijiet vulnerabbli, u tiġi pprovduta gwida komunitarja f’ħin reali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>i.</SYMBOL>l-appoġġ għal kampanji pubbliċi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni li jagħtu pariri dwar strateġiji ta’ komunikazzjoni kredibbli permezz ta’ kanali uffiċjali u l-media soċjali biex jinżammu l-fiduċja u s-sensibilizzazzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>j.</SYMBOL>l-iżvilupp tar-reżiljenza ekonomika billi tiġi appoġġjata l-koordinazzjoni tal-ħażniet u tar-riżorsi ta’ emerġenza, u l-kontinwità tas-servizzi essenzjali fil-livelli kollha;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>k.</SYMBOL>taħriġ u eżerċizzji mwettqa b’mod konġunt, b’simulazzjonijiet li jiffukaw fuq l-iżgurar tal-preparatezza u l-ġestjoni effettiva tal-kriżijiet;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jirrakkomanda l-iżvilupp u l-akkwist konġunt ta’ sistemi ta’ difiża b’diversi saffi u preparatezza domestika robusta li tenfasizza s-sistemi ta’ twissija ċivili, il-postijiet ta’ kenn protetti u l-kampanji edukattivi pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jenfasizza li s-sistemi awtonomi huma partikolarment vulnerabbli għall-attakki ċibernetiċi u l-infiltrazzjoni tal-intelligence; jistieden lill-Istati Membri u lill-aġenziji rilevanti tal-UE jsaħħu s-sigurtà ġenerali tat-teknoloġiji tad-droni, inklużi r-reżiljenza ċibernetika, l-istandards tal-kriptaġġ, il-kontroll tas-sjieda, u r-reżistenza għal attivitajiet ta’ spjunaġġ u ta’ intelligence ostili, filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta’ tali sistemi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Skjerabbiltà rapida</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jisħaq fuq l-isfidi ppreżentati mill-UAS lill-Istati Membri minħabba l-immirar dinamiku tagħhom f’ambjenti urbani u moħbija, il-flessibbiltà tattika, il-preċiżjoni kirurġika, il-vantaġġ asimmetriku u l-kapaċità ta’ skjerament bil-massa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isfidi ppreżentati mill-adozzjoni min-naħa tar-Russja ta’ operazzjonijiet b’bosta saffi bid-droni li jikkombinaw droni ta’ intelligence, sorveljanza u rikonjizzjoni (ISR) li jipprovdu data f’ħin reali, segwiti immedjatament minn droni ta’ attakk, li jagħtu lill-forzi tad-difiża nazzjonali żmien limitat biex isaħħu d-difiżi u jorganizzaw il-kapaċitajiet ta’ rispons;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa s-sensiela reċenti ta’ inkursjonijiet bid-droni Russi u suspetti ta’ titjiriet ostili li għaddew minn fuq diversi Stati Membri tal-UE, immirati lejn żoni tal-fruntiera, faċilitajiet tal-enerġija, siti militari u ċentri loġistiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Iwissi li dawn l-inċidenti juru l-kapaċità dejjem tiżdied ta’ atturi statali u mhux statali li jużaw sistemi awtonomi bi prezz baxx biex jheddu s-sikurezza pubblika, ifixklu l-ktajjen tal-provvista u jittestjaw il-prontezza difensiva tal-UE u tan-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-użu mir-Russja ta’ droni kkonsenjati mis-sħab tagħha kemm fuq it-territorju Ukren kif ukoll bi vjolazzjoni tal-ispazju tal-ajru tal-Istati Membri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jappella għal sanzjonijiet imsaħħa mmirati lejn il-ktajjen tal-provvista u l-komponenti tal-manifattura Russi, kif ukoll it-trasferimenti teknoloġiċi Russi li jippermettu lil pajjiżi oħra jfornu lir-Russja teknoloġija tad-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri neċessarji biex tipprevjeni tali azzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jisħaq li strateġiji nazzjonali effettivi tad-difiża ċivili kontra l-attakki bid-droni jridu jkunu appoġġjati minn infrastruttura modernizzata tat-trasport u tal-komunikazzjoni b’użu doppju li tippermetti l-moviment rapidu tal-unitajiet kontra l-UAS, tal-assi tar-radar mobbli u tat-timijiet ta’ tiswija, filwaqt li jiġi żgurat li l-pjanijiet ta’ reżiljenza jissarrfu f’mobbiltà operazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Iqis l-adozzjoni mill-Ukrajna ta’ unitajiet deċentralizzati tad-droni b’kontroll fil-livell tal-platun bħala metodoloġija siewja li jistħoqqilha tiġi emulata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jirrakkomanda li t-timijiet tal-attakki bid-droni b’ċikli ta’ deċiżjonijiet awtonomi jiġu integrati fil-brigati tal-forzi armati tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, flimkien man-NATO, iniedu proġett pilota ta’ 6 xhur bejn l-UE u n-NATO biex jiffurmaw, jiċċertifikaw u jivvalidaw unitajiet inizjali tad-droni tal-ġlied fil-livell tal-kumpaniji għall-iskjerament ma’ brigati alleati, b’rekwiżit li jiġu ppubblikati r-rapport ta’ validazzjoni tal-proġett pilota u l-azzjonijiet ta’ segwitu rakkomandati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-effettività tas-sistemi tal-UAS tiddependi primarjament mill-preċiżjoni tan-navigazzjoni waqt li joperaw f’ambjenti intensi tal-EW;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jirrakkomanda li antenni b’mudell ta’ riċezzjoni kkontrollat (CRPAs) u l-użu ta’ sinjali affidabbli tas-sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita (GNSS) bħas-Servizz Pubbliku Regolat ta’ Galileo jiġu adottati mill-operaturi tad-droni tal-forzi armati biex jipprovdu referenza preċiża tal-ħin u jnaqqsu l-iżball fin-navigazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li l-investimenti offensivi tal-UAS jiġu kkomplementati b’sistemi kontra l-UAS, b’miżuri ta’ protezzjoni elettronika u b’reżiljenza tal-GNSS biex tiġi minimizzata l-vulnerabbiltà għad-disturbazzjoni u għall-interferenza mill-għadu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jitlob finanzjament immedjat u implimentazzjoni rapida tal-unitajiet tad-droni tal-ġlied, kemm kontra t-tankijiet kif ukoll kontra l-persunal, fil-forzi armati tan-NATO u tal-UE fil-livelli tal-kumpaniji, tal-battaljuni u tal-brigati, u li dawn jiġu inkorporati b’mod organiku fl-unitajiet tal-ġlied madwar l-Ewropa; jitlob li l-Ukrajna tiġi inkluża bħala sieħeb operazzjonali u dottrinali sħiħ fil-proċess ta’ żvilupp, taħriġ u ċertifikazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli jfasslu programm aċċelerat ta’ sentejn għall-akkwist, it-taħriġ, is-sostenn u ċ-ċertifikazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Istati Membri jiżviluppaw, abbażi tal-istrateġiji ta’ difiża nazzjonali tagħhom, rispons konġunt għall-attakki bil-UAS, inkluż billi jiżviluppaw u jakkwistaw b’mod konġunt soluzzjonijiet teknoloġiċi li jistgħu jiġu varati b’mod konġunt u li huma kompletament interoperabbli mas-sistemi C2 tan-NATO u integrati mingħajr xkiel fis-sistemi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru ċivili u l-qafas U-Space tal-UE għall-integrazzjoni tad-droni biex jiġu indirizzati xenarji ta’ gwerra ibrida;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jisħaq fuq il-potenzjal u l-benefiċċji tad-droni ċivili u t-trasformazzjoni kbira li ġabu fil-mobbiltà, il-loġistika, il-ġestjoni tal-emerġenzi u l-kartografija, fost ħafna oqsma oħra, u jinnota li dawn diġà jirrappreżentaw progress sinifikanti fl-indirizzar tal-isfidi tas-sigurtà u tad-difiża tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on">Il-provvista, il-finanzjament u l-akkwist ta’ droni u kapaċitajiet C-UAS</STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Bejjiegħa approvati minn qabel</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet tal-akkwist u dawk kontraenti fil-livell nazzjonali u internazzjonali, inklużi, fost l-oħrajn, il-Kummissjoni u l-EDA, jistabbilixxu listi ta’ bejjiegħa u ordnijiet ta’ prijorità miftuħa u trasparenti approvati minn qabel għal komponenti u pjattaformi kritiċi tad-droni, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u filwaqt li jiżguraw aċċess ugwali għall-SMEs madwar l-Unjoni, biex ikun possibbli kuntrattar aktar rapidu matul il-kriżijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jisħaq li tali listi għandhom ikunu bbażati fuq proċessi tal-għażla trasparenti u kompetittivi li jiġu aġġornati regolarment biex jirriflettu l-feedback operazzjonali (inkluż mill-Ukrajna), u għandhom jevitaw li joħolqu favuri tas-suq fit-tul li jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni; jappella għall-espansjoni tal-aċċess għall-istrumenti finanzjarji tal-UE u għall-proċeduri ta’ akkwist li jinkludu start-ups u istituzzjonijiet ta’ riċerka fuq termini ugwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jitlob lill-UE tistabbilixxi roster ġestit mill-EDA ta’ bejjiegħa approvati minn qabel għas-subassemblaġġi kritiċi tad-droni, u jinnota l-importanza li l-SMEs jitħallew jikkwalifikaw permezz ta’ awditi fuq il-post aktar milli billi tintwera prestazzjoni sħiħa fil-passat, sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tagħhom fil-bażi industrijali tad-difiża Ewropea;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Appoġġ għall-SMEs</STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Rigward iċ-ċentri reġjonali u l-istrumenti ta’ finanzjament</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-EDA jissimplifikaw l-istandards taċ-ċertifikazzjoni u tal-ajrunavigabbiltà biex titħaffef l-integrazzjoni u titnaqqas id-duplikazzjoni fl-ittestjar u fl-għoti tal-kredenzjali; iħeġġeġ lill-EDIP u lil strumenti finanzjarji oħra jagħtu prijorità lill-finanzjament ta’ ċentri reġjonali tal-manifattura tad-droni u ta’ innovazzjoni fis-C-UAS b’infrastruttura kondiviża u b’aċċelerazzjoni regolatorja, b’mod partikolari fost l-istati tal-ewwel linja; jenfasizza l-importanza li jiġu promossi l-prattiki tax-xogħol ġusti, il-protezzjoni soċjali u l-iżvilupp tal-ħiliet għal forza tax-xogħol ta’ kwalità għolja, filwaqt li jiġu appoġġjati wkoll il-komunitajiet lokali u l-SMEs, b’enfasi fuq il-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ impjieg sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jitlob appoġġ dedikat għall-SMEs biex jaċċessaw dawn l-istrumenti finanzjarji, inklużi proċeduri ta’ applikazzjoni simplifikati u kriterji tal-għoti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Rigward l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament u l-akkwist</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jinnota li l-SMEs jiffaċċjaw ostakli sinifikanti biex jaċċessaw il-fondi tad-difiża tal-UE u spiss jiġu esklużi minn akkwist fuq skala kbira ddominat minn kuntratturi storiċi; iħeġġeġ, għalhekk, il-ħolqien ta’ mekkaniżmi speċifiċi biex jappoġġjaw l-onboarding tal-SMEs billi jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, jiġu introdotti strumenti ta’ finanzjament dirett b’tolleranza għall-falliment, u jiġu pprovduti opportunitajiet għal għotjiet żgħar u għodod ta’ finanzjament rapidu li huma essenzjali għall-SMEs, filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ġusti permezz ta’ rekwiżiti proporzjonati tal-konsorzju, garanziji raġonevoli u termini ta’ pagament flessibbli; iħeġġeġ l-inklużjoni tal-istart-ups u tal-organizzazzjonijiet ta’ riċerka fil-proċessi ta’ akkwist;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jirrikonoxxi li 80 % tal-industrija Ewropea involuta fl-iżvilupp, il-manifattura u t-tħaddim ta’ droni ħfief tikkonsisti minn SMEs, li huma essenzjali għar-R&Ż u l-innovazzjoni fit-teknoloġija tad-droni u għal rispons rapidu għal bidliet mhux mistennija fl-industrija, kif muri fl-Ukrajna, u li dawn il-kumpaniji jiffaċċjaw diffikultajiet biex jiksbu finanzjament għall-proġetti tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi punt uniku ta’ kuntatt biex jinforma u jassisti lill-SMEs tal-UE li jimmanifatturaw id-droni ħalli jiksbu u jaċċessaw il-finanzjament, peress li l-istruttura tan-negozju tagħhom tagħmilha diffiċli għalihom li jġorru l-piż burokratiku assoċjat ma’ dawn il-proċessi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattivi eżistenti tal-Kummissjoni, b’mod partikolari permezz tal-Iskema tal-UE għall-Innovazzjoni fid-Difiża (EUDIS) tal-EDF, biex tappoġġja lill-SMEs u lill-istart-ups tal-UE fil-qasam tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jistieden lill-EDA u lill-Kummissjoni jibnu fuq dawn l-isforzi billi jesploraw miżuri addizzjonali biex iħaffu l-użu mill-SMEs tad-droni Ewropej ta’ sistemi ta’ difiża b’impatt għoli b’mod li jippermetti lil dawn l-SMEs isegwu opportunitajiet ta’ esportazzjoni lil hinn mill-Ewropa – biex jiżguraw il-vijabbiltà kummerċjali tagħhom – filwaqt li fl-istess ħin jiżviluppaw il-kapaċitajiet ta’ difiża Ewropej u jiffaċilitaw l-integrazzjoni mal-Forzi Armati Ukreni (UAF) u jippromwovu sforzi konġunti frekwenti ta’ innovazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Rigward it-tkabbir, l-iskalar u l-integrazzjoni industrijali tal-SMEs</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-maġġoranza tad-ditti tal-industrija tad-droni huma SMEs u start-ups, u li għalhekk huwa essenzjali li jiġu ssimplifikati l-proċeduri u l-miżuri ta’ appoġġ għall-SMEs, bħall-għotjiet, l-appoġġ regolatorju, l-integrazzjoni u l-iskalar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jitlob li jiġu stabbiliti raggruppamenti reġjonali tal-innovazzjoni tad-droni li jgħaqqdu lill-SMEs, liċ-ċentri tar-riċerka u lill-integraturi tad-difiża akbar biex jippromwovu t-trasferiment tat-teknoloġija u s-sinerġiji industrijali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jirrikonoxxi l-potenzjal tal-EDF li jgħin fl-iżvilupp tal-SMEs f’fornituri ewlenin u jinkoraġġixxi programmi li jgħinu l-kapaċità tal-SMEs li jiksbu komponenti, jiżviluppaw inġinerija tal-manifattura u jappoġġjaw livelli għoljin ta’ awtomatizzazzjoni biex tiżdied il-produzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Iħeġġeġ lill-programmi tal-EDF jippermettu skalar aktar rapidu tal-SMEs permezz ta’ sensiela ta’ ċikli ta’ finanzjament li jappoġġjaw it-tkabbir bikri u l-aċċess għall-kapital, l-iżvilupp tal-prodotti, l-ittestjar u l-evalwazzjoni, filwaqt li jibnu fuq l-inizjattiva BraveTech EU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinċentiva impriżi konġunti bejn primi Ewropej ewlenin tad-difiża u innovaturi tad-droni SMEs biex iżidu l-produzzjoni; jirrakkomanda l-inklużjoni tal-industrija tal-Ukrajna f’dan ir-rigward;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Rigward l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u s-simplifikazzjoni regolatorja</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jirrikonoxxi l-perjodu twil bejn l-ittestjar u l-validazzjoni tad-droni u jħeġġeġ lill-Istati Membri jħassru r-restrizzjonijiet tal-akkwist li jikkawżaw ostaklu għall-ittestjar mill-SMEs tal-kapaċitajiet ewlenin;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Bażi Industrijali u Teknoloġika tad-Difiża Ewropea (EDTIB)</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kunsill jintegraw it-teknoloġiji tad-droni tal-ġenerazzjoni li jmiss bħall-IA edge, l-awtonomija tal-ġemgħat u l-kollegamenti imsaħħa tas-C2 fl-EDTIB, filwaqt li jfittxu l-integrazzjoni gradwali u ta’ benefiċċju reċiproku tat-teknoloġija tal-bażi tad-difiża u industrijali tal-Ukrajna u jagħmlu użu minn pjanijiet direzzjonali industrijali fit-tul, raggruppamenti ewlenin tal-EDF u jħaffu l-istrumenti tal-EDIP biex jiżguraw adattament f’waqtu u jippreżervaw il-vantaġġ teknoloġiku tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jitlob li d-droni jitqiesu bħala kapaċitajiet kritiċi mill-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jsir investiment fl-EDTIB biex tkun tista’ ssir il-produzzjoni bil-massa ta’ droni affordabbli, u jissottolinja l-ħtieġa ta’ sistemi kosteffettivi li jistgħu jiġu varati fuq skala kbira u li jiġi żgurat li l-UE ssir awtonoma fir-rigward tal-kapaċitajiet tad-droni; iqis li l-iżvilupp ta’ tali kapaċitajiet irid jitwettaq f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Ukrajna u jisħaq fuq l-importanza li aktar investimenti tal-UE fid-difiża jiġu diretti lejn l-akkwist konġunt, bl-appoġġ tal-EDA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jistieden lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha jaħdmu b’mod urġenti fuq proġetti konkreti maħsuba biex jimlew il-lakuni fil-kapaċitajiet fil-qasam tad-difiża integrata tal-ajru u tal-missili, b’mod partikolari dawk relatati mal-gwerra bid-droni u kontra d-droni, sabiex tinħoloq żona profonda b’diversi saffi ta’ sistemi teknoloġikament avvanzati b’kapaċitajiet interoperabbli kontra d-droni għad-detezzjoni, it-traċċar u n-newtralizzazzjoni; jissottolinja l-importanza ugwali tas-superjorità fl-ajru, bħall-proġett tas-Sistema Futura ta’ Ġlieda fl-Ajru (FCAS); jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw li jużaw il-qafas tal-Proġetti Ewropej għad-Difiża ta’ Interess Komuni biex jistabbilixxu l-proġetti; jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ kollaborazzjoni transsettorjali bejn il-komunitajiet tad-difiża, taċ-ċibersigurtà u tar-riċerka sabiex jiġu żviluppati strateġiji olistiċi li jintegraw l-aħħar teknoloġiji diġitali u taċ-ċiberdifiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li tali kapaċitajiet jiġu estiżi biex ikopru l-Istati Membri kollha, b’mod partikolari ż-żoni madwar l-infrastruttura kritika u ż-żoni popolati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jisħaq, madankollu, li dawn il-programmi konġunti jridu jkunu strutturati wkoll biex jiżguraw ċikli ta’ żvilupp rapidi u jippermettu b’mod attiv il-parteċipazzjoni ta’ SMEs innovattivi; jissottolinja li tali kumpaniji spiss ikunu ferm aktar aġli u inventivi mill-kuntratturi ewlenin tradizzjonali, u li l-isfruttar tal-kreattività u tal-veloċità tagħhom huwa essenzjali biex jinżamm il-pass mal-ambjent ta’ theddid li qed jevolvi u jiġu implimentati malajr soluzzjonijiet kosteffettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-pass tal-evoluzzjoni teknoloġika fil-qasam tas-sistemi awtonomi u ta’ kontra s-sistemi awtonomi huwa bla preċedent u jistieden lill-Kummissjoni, lill-EDA u lill-Istati Membri jadottaw ċikli ta’ innovazzjoni u akkwist aktar rapidi, li jippermettu l-użu rapidu ta’ teknoloġiji ġodda tad-droni u tas-C-UAS; jisħaq li hemm riskju li l-proċessi twal ta’ ċertifikazzjoni, akkwist u ttestjar jagħmlu l-kapaċitajiet tal-UE obsoleti sa meta jiġu varati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Ħajt Ewropew kontra d-droni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jappoġġja sistema ta’ sorveljanza u difiża kontra d-droni (“ħajt Ewropew kontra d-droni”) proposta mill-President tal-Kummissjoni, b’sistema robusta u minn tarf sa tarf li tinkludi kapaċitajiet avvanzati ta’ detezzjoni, ta’ C2 reżiljenti, u ta’ interċettazzjoni kosteffettiva u jitlob li jiġi żviluppat pjan direzzjonali tekniku f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Ukrajna; jinsisti li l-proposti tal-Kummissjoni jridu jibbażaw b’mod sostanzjali fuq l-esperjenza tal-Ukrajna fuq il-front, li turi li l-effettività tiddependi mhux biss mit-teknoloġija tal-pjattaformi iżda fuq kmand u kontroll integrati, persunal imħarreġ, u ekosistema tal-gwerra reżiljenti, inklużi manifatturi, operaturi, innovaturi u fornituri tad-data/analitika lokalizzati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Simplifikazzjoni taċ-ċertifikazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) u lill-EDA jissimplifikaw l-istandards taċ-ċertifikazzjoni u tal-ajrunavigabbiltà biex titħaffef l-integrazzjoni u titnaqqas id-duplikazzjoni fl-ittestjar u fl-għoti tal-kredenzjali; jinnota li l-adozzjoni tal-EMARs u ċ-ċertifikazzjoni trażversali huma obbligatorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jistieden lill-EASA tħaffef l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal “permessi għat-titjir” u tiddefinixxi kriterji ta’ ċertifikazzjoni ċari għas-sistemi tal-klassi HALE/MALE flimkien man-NATO; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jinħatru għadd suffiċjenti ta’ awdituri u li jiġu ssimplifikati l-proċeduri biex jiġi evitat dewmien bla bżonn fl-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jappella għall-adozzjoni ta’ qafas Ewropew għall-awtorizzazzjoni rapida tal-qsim tal-fruntieri u tat-tranżitu tat-tagħmir tal-UAS/tad-droni fost l-Istati Membri fil-kuntest tal-mobbiltà militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tarmonizza l-azzjoni regolatorja tad-droni orjentata lejn id-difiża biex toħloq qafas regolatorju vinkolanti tal-UE għall-operazzjonijiet militari tad-droni (b’mod parallel mar-regoli ċivili tal-EASA); jisħaq li għandha tiċċara r-regoli tal-parteċipazzjoni, ċertifikazzjoni, użu militari tal-ispazju tal-ajru u salvagwardji etiċi għall-missjonijiet tal-PSDK u l-ippjanar tad-difiża nazzjonali sabiex tiġi ffaċilitata l-interoperabbiltà u jitħaffu l-operazzjonijiet konġunti fl-ambitu tal-missjonijiet tal-PSDK jew tan-NATO;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Trasferimenti intra-UE</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika r-regoli dwar it-trasferiment intra-UE għat-teknoloġija relatata mad-droni u kontra d-droni u toħloq sinerġiji bejn id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 146, 10.6.2009, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> u t-teknoloġija relatata u r-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/821/oj.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jitlob li jitneħħew l-ostakli burokratiċi u l-burokrazija żejda li jdewmu l-prontezza operazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li l-investimenti offensivi tal-UAS jiġu kkomplementati b’sistemi kontra l-UAS, b’miżuri ta’ protezzjoni elettronika u b’reżiljenza tal-GNSS biex tiġi minimizzata l-vulnerabbiltà għad-disturbazzjoni u għall-interferenza mill-għadu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Konformità mal-kriterji tal-oriġini tal-UE</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jappella għar-rilokalizzazzjoni tal-manifattura biex tiġi evitata dipendenza sproporzjonata minn pajjiżi terzi, b’mod partikolari ċ-Ċina, għall-produzzjoni ta’ sistemi tad-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-EDA jindirizzaw b’mod urġenti d-dipendenza kritika tal-UE mill-metalli tal-art rari Ċiniżi essenzjali għall-industrija tad-difiża, inkluż fil-qasam tal-manifattura tad-droni u kontra d-droni; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti sorsi alternattivi u sostenibbli ta’ estrazzjoni u pproċessar ta’ materjali tal-art rari, li jsir investiment fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tar-riċiklaġġ u tat-teknoloġiji tas-sostituzzjoni, u li dawn il-prijoritajiet jiġu inklużi fil-programmi futuri tal-EDF u tal-EDIP li għandhom l-għan li jsaħħu r-reżiljenza industrijali strateġika tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-pjattaformi kollha tad-droni ffinanzjati minn programmi u/jew strumenti finanzjarji Ewropej jikkonformaw mal-kriterji ta’ eliġibbiltà rispettivi ta’ oriġini mill-UE għas-subkomponenti ewlenin u tieħu azzjoni biex tiżgura li l-provvista ta’ tali subkomponenti tkun affidabbli u garantita;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jitlob ukoll li s-sottokuntratturi jkunu soġġetti għall-istess kriterji; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat kontroll Ewropew sħiħ u dirett fuq l-interfaċċi bniedem-magna u software ieħor relatat mad-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-pjattaformi kollha tad-droni ffinanzjati mill-baġit tal-UE jikkonformaw mal-kriterji tal-oriġini tal-UE u jkunu ħielsa minn restrizzjonijiet minn pajjiżi terzi dwar id-definizzjoni, l-adattament u l-evoluzzjoni tad-disinn tal-prodott, inkluża l-awtorità legali li jiġu sostitwiti jew iddiżintegrati l-komponenti soġġetti għal tali restrizzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jappella għal inċentivi biex jiġi żgurat li l-pjattaformi tad-droni ffinanzjati permezz tal-EDA jissodisfaw il-kriterji għall-oriġini mill-UE, jew joriġinaw minn pajjiżi sħab bħall-Ukrajna, in-Norveġja u r-Renju Unit, b’mod partikolari fir-rigward tal-komponenti ewlenin;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Struttura tal-għotjiet tal-EDF u kriterji tal-għoti</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="ARAB"><INT.LI LEVEL="0">Jirrakkomanda li jiġu inċentivati l-għotjiet tal-EDF biex jiġi żgurat:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(1)</SYMBOL>li l-kompetizzjonijiet jagħtu lill-bejjiegħa punti addizzjonali għall-kumpaniji li jakkwistaw il-komponenti mill-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(2)</SYMBOL>li l-offerti jkunu miftuħa biex jintgħażlu pajjiżi terzi bħall-Ukrajna u pajjiżi terzi bi Ftehimiet ta’ Sħubija Strateġika mal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(3)</SYMBOL>skambji bejn il-persunal dwar l-akkwist ta’ komponenti;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jistieden lill-EDA tivvaluta l-impatt operazzjonali u l-kosteffiċjenza tal-bejjiegħa fl-ikkompletar tal-objettivi tal-missjonijiet aktar milli tiffoka biss fuq il-prezz unitarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippermettu l-użu kundizzjonali ta’ sistemi li għadhom mhumiex kompletament iċċertifikati u l-esperimentazzjoni bihom għal użu operazzjonali urġenti b’evalwazzjoni f’ħin reali f’ambjenti kontrollati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Iħeġġeġ lill-EDIP u lil strumenti finanzjarji oħra jagħtu prijorità lill-finanzjament ta’ ċentri reġjonali tal-manifattura tad-droni b’infrastruttura kondiviża u b’aċċelerazzjoni regolatorja, b’mod partikolari fost l-istati fuq il-front;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Ċentri ta’ Manifattura Reġjonali</STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">C-UAS u ċentri ta’ manifattura reġjonali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jaċċeleraw b’mod urġenti l-espansjoni tal-kapaċitajiet Ewropej ta’ żvilupp u produzzjoni tad-droni u kontra d-droni, inkluż permezz tal-istrument ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tal-Ewropa (SAFE);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi pakkett tal-UE dwar id-droni li jiffoka fuq is-sistemi tad-droni u kontra d-droni u l-kapaċitajiet awżiljarji, li għandu jkun fih strateġija biex jintużaw l-istrumenti eżistenti ħalli jiġu stimulati r-riċerka u l-iżvilupp u l-lokalizzazzjoni tal-ktajjen tal-provvista kritiċi u regolament dwar l-użu tad-droni f’kuntesti ċivili u militari li huwa adatt għax-xenarju ta’ theddid attwali; jappella għal aktar investimenti li jiffukaw fuq l-integrazzjoni tat-teknoloġiji diġitali tal-ġenerazzjoni li jmiss fis-sistemi tad-difiża mid-droni u kontra d-droni biex jissaħħu r-reżiljenza, l-iskalabbiltà u l-effiċjenza tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jappella għall-istabbiliment ta’ ċentri nazzjonali għall-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-interoperabbiltà tad-droni madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jenfasizza li tali ċentri jiffaċilitaw l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi UAV u C-UAS f’konformità mal-istandards tal-UE u tan-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ ttestjar, produzzjoni u taħriġ għad-droni u s-C-UAS, bl-għan li jissaħħu l-fruntieri esterni u li tiġi skoraġġuta l-aggressjoni ibrida;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jisħaq li ċ-ċentri reġjonali tal-manifattura tad-droni għandhom ikunu kolokalizzati ma’ nodi loġistiċi b’użu doppju konnessi mat-TEN-T, biex jippermettu l-moviment bla xkiel ta’ assi, spare parts u operaturi tad-droni militari u ċivili bejn il-fruntieri b’mod integrat madwar l-UE u f’konformità ma’ kwalunkwe kunċett futur ta’ “ħajt Ewropew kontra d-droni”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Jappoġġja l-ħolqien ta’ ċentri ta’ manutenzjoni kolokalizzati ma’ faċilitajiet tan-NATO b’tagħmir tekniku xieraq li jippermetti s-servizzjar rapidu tal-assi tas-C-UAS;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Manifatturi kwalifikati, kompetizzjoni leali u ekosistemi reġjonali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Jenfasizza li s-suq Ewropew tad-droni għandu jiżviluppa skont il-prinċipji tal-kompetizzjoni leali, l-innovazzjoni, u l-aċċess miftuħ għall-manifatturi kwalifikati; jinnota li l-istabbiltà tad-domanda u perspettivi ċari fit-tul huma essenzjali għas-sostenibbiltà tal-produtturi Ewropej tad-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>113.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li tiżdied il-kapaċità industrijali lokali biex jiġu żgurati l-kompetittività, ir-reżiljenza u l-vijabbiltà fit-tul tas-setturi tas-sistemi awtonomi Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>114.</NO.P>Jisħaq li l-benefiċċji tal-innovazzjoni u l-manifattura relatati mad-droni għandhom ikunu ġeografikament ibbilanċjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>115.</NO.P>Jappella għall-ħolqien ta’ kurituri tal-innovazzjoni u siti tal-ittestjar fir-reġjuni kollha tal-Unjoni, sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-finanzjament u jiġu stimulati l-ekosistemi lokali tal-istart-ups, l-SMEs u l-istituti tar-riċerka li jikkontribwixxu għas-sovranità teknoloġika tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>116.</NO.P>Jinnota li l-azzjonijiet relatati mal-kapaċitajiet tad-droni u kontra d-droni ma għandhomx prattiki stabbiliti minn qabel li ilhom jeżistu u jħeġġeġ għalhekk lill-Unjoni u lill-Istati Membri tagħha jieħdu vantaġġ minn dan il-fatt billi jiżguraw mill-bidu nett li l-ippjanar, ir-riċerka, l-iżvilupp, l-akkwist u l-ġestjoni ta’ tali kapaċitajiet isiru dejjem aktar minn perspettiva Ewropea u li jkun hemm aċċess għal teknoloġiji sovrani kritiċi relatati mal-gwerra bid-droni u kontra d-droni fl-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>117.</NO.P>Jitlob li jiġi żgurat li l-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-EDF jiġu aġġustati biex jiġi żgurat punteġġ ogħla għall-akkwisti konġunti b’rappreżentanza ġeografika aktar ekwa tal-Istati Membri, filwaqt li jiġi żgurat li l-konsorzji li qed jinbnew ikunu f’pożizzjoni li jżidu l-produzzjoni industrijali tad-difiża tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Innovazzjoni, raggruppamenti tar-R&Ż u manifattura tal-komponenti kritiċi</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>118.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tadatta l-istrumenti tad-difiża u tal-politika industrijali tad-difiża tagħha biex tiżgura li jkunu adattati għall-iskop tagħhom biex jappoġġjaw l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tad-droni u kontra d-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>119.</NO.P>Jitlob li l-finanzjament tal-UE jappoġġja l-ħolqien ta’ ċentru avvanzat tal-manifattura tal-komponenti tad-droni, b’mod partikolari f’reġjuni b’setturi tal-inġinerija u tal-IT b’saħħithom billi jikkontribwixxi kemm għall-iżvilupp reġjonali kif ukoll għall-awtonomija strateġika tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>120.</NO.P>Jistieden lill-EDF jiffinanzja raggruppamenti multinazzjonali tar-R&Ż iffukati fuq il-propulsjoni tad-droni, l-awtonomija tal-IA u l-konnessjonijiet C2 imsaħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>121.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li l-investimenti strateġiċi jiġu diretti lejn ċentri industrijali u teknoloġiċi rilevanti madwar l-UE u li jiġu appoġġjati l-ipproċessar tal-materja prima, il-produzzjoni tas-semikondutturi, il-manifattura tal-batteriji, l-assemblaġġ tad-droni u l-integrazzjoni tas-C2, filwaqt li jiġi żgurat li investimenti bħal dawn isaħħu wkoll il-bażi industrijali tad-difiża Ewropea usa’;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Użu rapidu</STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Aċċeleratur u esperimentazzjoni tal-innovazzjoni tad-droni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>122.</NO.P>Jilqa’ l-ewwel kampanja ta’ Esperimentazzjoni Operazzjonali tal-Innovazzjoni fil-Qasam Ewropew tad-Difiża (OPEX) imnedija mill-EDA u jistieden lill-EDA tittrasformaha f’aċċeleratur permanenti tal-innovazzjoni tad-droni u tas-C-UAS għall-użu rapidu u tivvalida l-feedback minn fuq il-front, taċċelera l-prototipar, u tħaffef l-introduzzjoni permezz ta’ sejħiet kompetittivi qosra sabiex tippermetti l-progress u l-innovazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Flessibbiltà tal-akkwist u akkwist aċċelerat</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>123.</NO.P>Jistieden lill-EDA tippermetti kuntratti ta’ Kunsinna Indefinita/Kwantità Indefinita (IDIQ) biex jiġi żgurat li tiġi ssodisfata provvista bażi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>124.</NO.P>Jistieden lill-EDA u lil aġenziji oħra tal-offerti jistabbilixxu perkors dedikat tal-akkwist għall-UAS għall-akkwist kummerċjalment disponibbli ta’ UAS avvanzati biex jiġu evitati l-proċessi konvenzjonali ta’ akkwist u kuntratti ta’ servizz pluriennali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>125.</NO.P>Jitlob li jiġi żgurat li l-proġetti tal-FEŻ u inizjattivi oħra ta’ akkwist konġunt tal-UE fid-difiża jkollhom ordnijiet ikklassifikati bħala prijorità li jgħinu biex ikun hemm proċessi ta’ akkwist rapidi u jnaqqsu l-kumplikazzjonijiet fl-akkwisti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Inklużjoni tal-SMEs u tal-bejjiegħa mhux tradizzjonali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>126.</NO.P>Iħeġġeġ l-iżvilupp tal-industriji tad-difiża nazzjonali u l-appoġġ għas-sħubijiet pubbliċi-privati lokali mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ kwalità, sikurezza u sigurtà applikabbli għat-teknoloġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>127.</NO.P>Iħeġġeġ it-tneħħija tal-ostakli aktar baxxi għad-dħul għall-bejjiegħa mhux tradizzjonali billi jitneħħew ir-rekwiżiti ta’ sigurtà mhux kritiċi fl-ittestjar bikri u fl-implimentazzjoni biex l-SMEs u l-bejjiegħa mhux tradizzjonali jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-innovazzjoni tad-difiża;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Pjan ta’ azzjoni għall-manifattura ta’ komponenti kritiċi tad-droni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>128.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tabbozza flimkien man-NATO pjan ta’ azzjoni għall-manifattura tal-komponenti kritiċi tad-droni li jipprovdi sussidji mmirati għall-komponenti kritiċi, speċjalment għal muturi b’kurrent dirett mingħajr brushes, batteriji tal-litju, sensuri u manifattura addittiva fl-UE; jappella għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ teknoloġiji u materjali essenzjali u emerġenti fl-UE, inklużi l-ottika, il-moduli ta’ komunikazzjoni u l-manifattura addittiva; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu żgurati r-reżiljenza u l-awtosuffiċjenza tal-UE fil-produzzjoni tad-droni, bi kriterji stretti ta’ eliġibbiltà biex tiġi żgurata r-reżiljenza tal-katina tal-provvista, u li jitqies l-għan fit-tul li tinkiseb awtonomija strateġika billi jiġu żviluppati teknoloġiji indiġeni Ewropej tad-droni bbażati fuq komponenti essenzjali tal-UE, appoġġjati minn ktajjen tal-provvista reżiljenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>129.</NO.P>Jenfasizza li pjan ta’ azzjoni bħal dan irid jiżgura l-kooperazzjoni mal-SMEs Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>130.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu inklużi l-mikroċipep, is-software avvanzat u r-reżiljenza ċibernetika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Ambjent regolatorju/ESG</STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Simplifikazzjoni u armonizzazzjoni regolatorja</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>131.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitneħħew il-piżijiet regolatorji u amministrattivi bla bżonn, b’mod partikolari għall-SMEs, għall-industrija tad-droni u għall-fornituri tagħha, u li jiġi stabbilit Indiċi Ewropew tas-Sovranità tad-Droni biex iservi bħala għodda ta’ awditjar fl-UE kollha ħalli jiġi vvalutat il-perċentwal ta’ dipendenzi mhux tal-UE ta’ kull pjattaforma, li jista’ jintuża biex tingħata prijorità lill-finanzjament favur pjattaformi u programmi bl-ogħla perċentwal ta’ komponenti bbażati fl-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>132.</NO.P>Jitlob derogi rapidi għal-liċenzji intra-UE biex jiġi ffaċilitat il-kummerċ intern filwaqt li jissaħħu l-kontrolli esterni tal-esportazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>133.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jitlob li tissaħħaħ l-armonizzazzjoni regolatorja u tal-kontroll tal-esportazzjoni billi:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>a.</SYMBOL>jiġu żviluppati perkorsi tal-għoti tal-liċenzji tal-esportazzjoni pan-UE u tal-komponenti konformi mar-Regolament (UE) 2021/821 biex id-droni Ewropej isiru aktar kompetittivi f’pajjiżi mhux tal-UE filwaqt li jiġu rispettati r-regoli tal-UE u dawk nazzjonali dwar l-esportazzjoni biex id-droni Ewropej isiru aktar kompetittivi f’pajjiżi mhux tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>b.</SYMBOL>ir-regolamenti ċivili dwar id-droni (eż. l-istandards tal-EASA) jiġu allinjati mal-ħtiġijiet tal-akkwist militari biex titħaffef l-innovazzjoni b’użu doppju;</ITEM></LIST>
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Awtonomija industrijali, kundizzjonalità tal-ESG u effiċjenza operazzjonali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>134.</NO.P>Jisħaq li l-allokazzjoni tal-fondi għall-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ droni u ta’ C-UAS għandha tkun ibbażata esklużivament fuq kriterji ta’ effiċjenza, sigurtà, reżiljenza u prestazzjoni operazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>135.</NO.P>Jappella għall-prijoritizzazzjoni tal-ispare parts, il-possibbiltà ta’ tiswija modulari, u l-kapaċitajiet ta’ sostituzzjoni rapida tal-magni sabiex jiġi żgurat li l-unitajiet jibqgħu operazzjonali f’kundizzjonijiet ta’ ġlied; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ politika industrijali u tal-katina tal-provvista koerenti li tipprovdi lill-industrija Ewropea inċentivi biex tipproduċi sistemi skalabbli u li jistgħu jissewwew faċilment, filwaqt li żżomm riżervi adegwati ta’ komponenti kritiċi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jneħħu l-konġestjonijiet fl-akkwist li jfixklu l-produzzjoni u l-użu f’waqthom ta’ tagħmir essenzjali tad-difiża;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Sigurtà tal-produzzjoni u r-regolamentazzjoni ġenerali tal-UE dwar id-droni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>136.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lit-tisħiħ u l-protezzjoni tad-ditti tal-armi tal-UE u tal-faċilitajiet tal-industrija tad-difiża Ewropea, sabiex itaffu t-theddid ibridu jew dirett potenzjali mid-droni għal-linji ta’ produzzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>137.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi Pakkett tal-UE dwar id-Droni li jiffoka fuq is-sistemi tad-droni u kontra d-droni u l-kapaċitajiet awżiljarji, li jkun fih strateġija biex jintużaw l-istrumenti eżistenti ħalli jiġu stimulati r-R&Ż u l-lokalizzazzjoni tal-ktajjen tal-provvista kritiċi u regolament dwar l-użu tad-droni f’kuntesti ċivili u militari li huwa adatt għax-xenarju ta’ theddid attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>138.</NO.P>Jappella għal aktar investimenti li jiffukaw fuq l-integrazzjoni tat-teknoloġiji diġitali tal-ġenerazzjoni li jmiss fis-sistemi tad-difiża mid-droni u kontra d-droni biex jissaħħu r-reżiljenza, l-iskalabbiltà u l-effiċjenza tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>139.</NO.P>Jappella għall-armonizzazzjoni tar-regoli tal-parteċipazzjoni għall-użu offensiv tal-UAS fl-Istati Membri kollha, inklużi l-kontrolli tal-esportazzjoni u l-oqfsa legali, filwaqt li tiġi żgurata konformità sħiħa mad-dritt umanitarju internazzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Pjan ta’ ħidma għall-materjali ewlenin</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>140.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tabbozza pjan ta’ ħidma biex jiġu żviluppati r-riżervi strateġiċi u r-riżervi ta’ komponenti kritiċi, inklużi splussivi, propellanti, primers, oqfsa tal-karbonju, elettronika, muturi, mikroċipep u materjali ewlenin oħra għall-iżvilupp tal-UAS, l-USV u l-UUV, biex jitnaqqsu d-dipendenzi minn pajjiżi terzi u tiżdied ir-reżiljenza tal-EDTIB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>141.</NO.P>Jenfasizza li dawn ir-riżervi għandhom jiġu ġestiti b’koordinazzjoni man-NATO biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà u tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-riżervi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>142.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ teknoloġija ġdida ta’ gwida bil-fili għad-droni mfassla biex tiġġieled l-interferenza u l-EW;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>143.</NO.P>Jistieden lill-kumpaniji Ewropej jimmanifatturaw dawn il-kejbils konnessi bil-fibra ottika fl-UE jew f’pajjiż membru tan-NATO sabiex jiġu evitati teknoloġiji mhux trasparenti u tissaħħaħ is-sigurtà tal-komponenti teknoloġiċi tad-droni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Pakketti finanzjarji tal-UE – il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP), SAFE, ReArm, eċċ.</STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Finanzjament strateġiku u pakketti finanzjarji tal-UE</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>144.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat, permezz tal-istrumenti attwali u tal-QFP li jmiss, l-iżvilupp sostnut ta’ innovazzjoni, ħiliet, standards ta’ ċertifikazzjoni, u ta’ infrastruttura ta’ ttestjar u taħriġ fil-qasam tad-difiża relatati mad-droni madwar l-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>145.</NO.P>Jitlob li l-aċċess tal-Ukrajna għall-mekkaniżmu SAFE jintuża biex jiġi inkluż l-investiment fl-iżvilupp tal-kapaċità tal-UAS tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>146.</NO.P>Jappella għall-adozzjoni rapida tal-pakkett Omnibus dwar id-Difiża ppreżentat mill-Kummissjoni f’Ġunju 2025, li għandu l-għan li jnaqqas il-piżijiet amministrattivi u burokratiċi (eż. il-ħruġ tal-permessi) u l-konġestjonijiet (eż. l-aċċess għall-finanzi) għall-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet tad-difiża u għall-Istati Membri, u b’hekk jiffaċilita l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet u produzzjoni tad-droni innovattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>147.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu minn programmi ta’ finanzjament bħal SAFE biex tenfasizza l-ħtieġa li l-pajjiżi tal-UE jiżviluppaw l-industrija tad-droni tagħhom, u jirrakkomanda li l-Istati Membri jagħtu lil din il-ħtieġa l-attenzjoni u l-prijorità li jistħoqqilha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Allinjament tal-istrumenti tad-difiża u tal-oqfsa ta’ investiment</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>148.</NO.P>Jissottolinja l-vitalità tal-kapaċitajiet teknoloġiċi tas-C-UAS; jistieden lill-Istati Membri jinvestu kif xieraq fil-kapaċitajiet kemm tad-droni kif ukoll tas-C-UAS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>149.</NO.P>Ifakkar li l-investimenti relatati mad-droni għandhom ikunu allinjati mal-istrumenti tal-Unjoni li jappoġġjaw il-bażi industrijali tad-difiża, inkluż, meta rilevanti, l-Att dwar il-Materja Prima Kritika, l-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2023/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/694 (l-Att dwar iċ-Ċipep) (ĠU L 229, 18.9.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1781/oj).</FIELD></FOOTNOTE>, il-pjattaforma tat-teknoloġiji strateġiċi għall-Ewropa (STEP) u oqfsa oħra, biex jiġi żgurat li l-innovazzjoni b’użu doppju tikkontribwixxi b’mod sinifikattiv għall-prontezza operazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>150.</NO.P>Jistieden lill-EDA tinkludi għanijiet speċifiċi ta’ kapaċità tad-droni fis-CDP tal-UE li jmiss, immonitorjati permezz tas-CARD u appoġġjati minn proġetti fl-ambitu tal-qafas tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>151.</NO.P>Jilqa’ l-użu ta’ SAFE u l-Faċilità tal-Ekwità tad-Difiża biex tiżdied il-produzzjoni, jiġu żgurati l-ktajjen tal-provvista u tiġi appoġġjata l-parteċipazzjoni tal-SMEs fis-settur tas-sistemi awtonomi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>152.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-inċentivi tal-għoti ta’ punteġġi tal-EDF li jiffavorixxu konsorzji multinazzjonali, pjattaformi kondiviżi u kontenut għoli ta’ oriġini mill-UE; jisħaq li tali miżuri huma essenzjali biex tiġi kkonsolidata d-domanda, tingħata spinta lir-reżiljenza u jiżdiedu l-kapaċitajiet awtonomi tad-droni tal-Ewropa; jappoġġja l-iżvilupp ta’ indiċi tas-sovranità biex jitkejjel u jiġi inċentivat it-tnaqqis tad-dipendenzi minn sorsi mhux tal-UE tul il-katina tal-valur tad-droni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Governanza u sussidjarjetà fil-ġestjoni tal-fondi</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>153.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvolvu lill-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali fil-ġestjoni tal-proġetti tad-difiża tal-UE, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Tisħiħ tal-ktajjen tal-provvista</STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Rilokalizzazzjoni u lokalizzazzjoni industrijali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>154.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu prijorità lir-rilokazzjoni ta’ komponenti kritiċi billi:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>a.</SYMBOL>jikkofinanzjaw il-faċilitajiet tal-produzzjoni fl-Istati Membri għal muturi DC mingħajr brushes, batteriji tal-joni tal-litju, semikondutturi, u sensuri elettroottiċi permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>b.</SYMBOL>joffru sussidji appoġġjati mill-Istati Membri u inċentivi fiskali għal ditti li lesti jillokalizzaw il-produzzjoni fl-UE u jiżguraw li dan jiġi kkoordinat fil-livell tal-UE biex tiġi żgurata effiċjenza massima u jittaffew id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq intern;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>c.</SYMBOL>jisfruttaw l-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep biex tingħata prijorità lill-applikazzjonijiet tad-difiża fl-allokazzjoni tal-finanzjament strateġiku tas-semikondutturi;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>155.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa ta’ sforz trażversali/tal-UE biex jiġi żgurat aċċess affidabbli għal materja prima kritika, bħal-litju, il-kalamiti tal-materjali tal-art rari u s-semikondutturi, u li jsir investiment f’batteriji, sensuri u kollegamenti tad-data siguri u ta’ prestazzjoni għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>156.</NO.P>Jappella għall-espansjoni tal-ftehimiet konġunti dwar is-sigurtà ma’ sħab strateġiċi biex jissaħħu r-reżiljenza tal-katina tal-provvista u l-aċċess reċiproku għat-teknoloġiji strateġiċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Diversifikazzjoni u ridondanza strateġika</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>157.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jitlob li jinbnew ktajjen tal-provvista ridondanti u diversifikati li:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>a.</SYMBOL>jinkoraġġixxu strateġiji ta’ akkwist doppju għall-komponenti essenzjali tad-droni f’diversi Stati Membri tal-UE u sħab tal-istess fehma;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>b.</SYMBOL>jappoġġjaw l-isforzi domestiċi tal-estrazzjoni u r-raffinar tal-materjali tal-art rari skont l-Att dwar il-Materja Prima Kritika, filwaqt li tinbena l-kapaċità ta’ riċiklaġġ għall-kalamiti tal-litju, tal-kobalt u tan-neodimju;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>c.</SYMBOL>jistabbilixxu riżervi ta’ emerġenza ta’ komponenti kritiċi tad-droni għall-użu matul interruzzjonijiet ġeopolitiċi tal-provvista;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>d.</SYMBOL>jiżguraw li l-produzzjoni tad-droni tkun deċentralizzata madwar l-UE biex jiġu limitati r-riskji tal-katina tal-provvista u tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista għad-droni;</ITEM></LIST>
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Forza tax-xogħol, standards u sħubijiet sostenibbli </STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>158.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir investiment fil-forza tax-xogħol u fl-infrastruttura tal-manifattura billi:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>a.</SYMBOL>jiġu standardizzati l-arkitetturi miftuħa u l-interfaċċi għall-interoperabbiltà;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>b.</SYMBOL>jiġu imposti standards modulari miftuħa għas-sistemi kollha tad-droni ffinanzjati mill-UE biex jippermettu l-bdil plug-and-play tal-komponenti (eż. sensuri, radji) minn bosta fornituri, u ikun hemm koordinazzjoni man-NATO biex jiġu allinjati l-istandards u l-ħtiġijiet tal-interoperabbiltà;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>159.</NO.P>Ifakkar fid-diskors tal-Prim Ministru ta’ Greenland Jens-Frederik Nielsen lill-Parlament fit-8 ta’ Ottubru 2025, u jissottolinja l-ambitu strateġiku tal-iżvilupp ta’ kollaborazzjoni aktar b’saħħitha bejn l-UE u Greenland sabiex il-kumpaniji Ewropej jiksbu aċċess għall-materja prima fi sħubija mal-Gvern ta’ Greenland abbażi tal-użu ta’ prattiki sostenibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Faċilitajiet tal-ittestjar u taħriġ intra-UE</STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Infrastruttura tal-ittestjar u simplifikazzjoni regolatorja</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>160.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-importanza tal-ittestjar tad-droni u ta’ żviluppi teknoloġiċi ġodda fi spazji miftuħa kbar, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza, l-effiċjenza u l-effettività ta’ tali innovazzjonijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jnaqqsu l-burokrazija żejda u l-piżijiet burokratiċi, jissimplifikaw il-proċeduri tal-ittestjar u jiffaċilitaw il-varar u l-evalwazzjoni rapidi tat-teknoloġiji emerġenti tad-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>161.</NO.P>Iħeġġeġ inizjattivi konġunti biex jiġi żgurat aċċess rapidu għall-infrastruttura tal-ittestjar billi jiġu riformati l-ostakli regolatorji skaduti jew jiġi esternalizzat l-ittestjar biex ikunu jistgħu jsiru provi f’kundizzjonijiet li jirreplikaw l-ambjenti operazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>162.</NO.P>Iqis ir-regolamenti dwar ir-rekwiżiti tal-ittestjar tal-UAS fl-EW, it-titjiriet fuq distanzi twal u l-frekwenzi mhux standard bħala ostaklu partikolari għall-vantaġġ militari kwalitattiv fost il-forzi armati tal-Istati Membri u jħeġġeġ aċċessibbiltà aħjar għall-innovaturi ppruvati fil-kapaċitajiet tal-UAS biex jiġi żgurat aċċess frekwenti u faċli għaż-żoni tal-ittestjar;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Unitajiet ta’ innovazzjoni u taħriġ ibbażat fuq l-IA</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>163.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw unitajiet ta’ innovazzjoni permanenti u taħriġ fis-servizzi tas-sigurtà nazzjonali fejn it-teknoloġiji kummerċjali jiġu ttestjati f’ambjenti operazzjonali reali u mill-utenti finali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>164.</NO.P>Jistieden lill-Istat Maġġur tal-UE (EUMS) u lill-EDA jiżguraw it-taħriġ konġunt ta’ sistemi tal-UAS ibbażati fuq l-IA fost l-Istati Membri u jappoġġjaw l-akkwist ta’ sistemi tal-UAS tal-IA sabiex ikunu jistgħu jiġu mħarrġa u ttestjati f’kundizzjonijiet operazzjonalment rilevanti biex jaħdmu b’mod effettiv f’xenarji tad-dinja reali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Meded konġunti, integrazzjoni u interoperabbiltà</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>165.</NO.P>Iħeġġeġ il-kooperazzjoni tal-Istati Membri fl-istabbiliment konġunt ta’ Meded ta’ Innovazzjoni tan-NATO fejn il-forzi armati u l-bejjiegħa jistgħu jipparteċipaw f’ittestjar matul is-sena kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>166.</NO.P>Jipproponi li jiġi stabbilit mekkaniżmu tal-UE għall-integrazzjoni u għall-ittestjar tal-interoperabbiltà bejn sistemi awtonomi u ta’ kontra s-sistemi awtonomi magħżula, inklużi xenarji ċibernetiċi, tal-gwerra elettronika, u tar-regoli tal-parteċipazzjoni (ROE), li jipproduċu profili ta’ integrazzjoni vverifikati minflok dimostrazzjonijiet tekniċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>167.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi, fil-qafas tal-Ftehimiet għall-Faċilitazzjoni tal-Investiment Sostenibbli tagħha, il-ħtieġa li l-industrija Ewropea tad-droni u l-Istati Membri jiżguraw riżervi suffiċjenti tal-materjali u l-komponenti ewlenin essenzjali għall-iżvilupp tal-UAS;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Ċertifikazzjonijiet</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>168.</NO.P>Jistieden lill-EDA tiżviluppa perkorsi ta’ ċertifikazzjoni tal-operaturi multilingwi u standardizzati fl-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>169.</NO.P>Jinkoraġġixxi arkitetturi ta’ sistemi modulari, sabiex il-komponenti (eż. radjijiet ta’ payloads u kameras) ikunu jistgħu jiġu aġġornati b’mod indipendenti mingħajr ċertifikazzjoni mill-ġdid sħiħa tal-pjattaforma;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Standardizzazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Standards teknoloġiċi, modularità u integrazzjoni diġitali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>170.</NO.P>Jistieden lill-EDF jistituzzjonalizza fil-proċessi ta’ riċerka u żvilupp tiegħu l-prototipar rapidu, id-disinn modulari u s-C2 diġitali b’mod nattiv bħala standard fil-mudelli ta’ żvilupp kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>171.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-regolamenti futuri jippermettu integrazzjoni sikura, sigura u skalabbli tad-droni li tiffoka fuq iċ-ċibersigurtà, is-sistemi ta’ riżerva f’każ ta’ falliment u l-istandardizzazzjoni tal-użu doppju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>172.</NO.P>Iħeġġeġ l-adozzjoni ta’ approċċ “commercial first” għall-UAS li jagħti prijorità lill-akkwist dirett minn fornituri kummerċjali biex jiġu ttestjati mudelli ġodda ta’ akkwist li aktar tard jistgħu jiġu skalati f’oqsma oħra ta’ kapaċità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>173.</NO.P>Jitlob li l-finanzjament dedikat tal-UAS ikun kontinġenti fuq kategoriji wiesgħa allinjati mal-missjonijiet biex jippermetti li l-problemi jissolvew malajr u jappoġġja l-innovazzjoni kummerċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>174.</NO.P>Jistieden lill-EDA tniedi pjattaforma diġitali unifikata għall-ġestjoni tal-kollaborazzjoni minn tarf sa tarf mas-settur kummerċjali, li tippermetti l-komunikazzjoni f’ħin reali, it-traċċar tal-proposti u l-monitoraġġ tal-progress;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Oqfsa ta’ interoperabbiltà u operazzjonali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>175.</NO.P>Jinnota l-importanza kritika ta’ kapaċitajiet ta’ detezzjoni, attribuzzjoni u newtralizzazzjoni rapidi għas-sistemi awtonomi u jappella għal qafas komuni tal-UE għall-kondiviżjoni transfruntiera tad-data, għall-għarfien tas-sitwazzjoni interoperabbli u għal protokolli ta’ mmirar konġunti għall-prevenzjoni tal-inkursjonijiet u r-reazzjoni għalihom; jisħaq li tali kooperazzjoni għandha tinkludi standards komuni għas-sensuri u għas-C2, akkwist koordinat meta jkun xieraq, u mekkaniżmi għall-iskambju sigur u f’ħin reali tat-telemetrija u ta’ rapporti ta’ inċidenti biex tkun tista’ tittieħed azzjoni koordinata madwar l-Istati Membri u mal-membri Ewropej tan-NATO; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi stabbilit standard ta’ interoperabbiltà għall-UE kollha billi jiġu imposti standards modulari miftuħa għas-sistemi tas-C-UAS fl-ambitu tal-programmi ffinanzjati mill-EDF biex tiġi żgurata l-kompatibbiltà “plug-and-play” u jitnaqqas l-intrappolament tal-klijentela; jinnota l-importanza li jiġu standardizzati r-rekwiżiti operazzjonali għad-droni tal-Klassi I-III madwar l-UE biex ikunu jistgħu jsiru xiri konġunt u interoperabbiltà bbażati fuq kategorizzazzjoni ffukata fuq il-kapaċità li tqis l-istandards operazzjonali għad-droni ta’ użi operazzjonali differenti li jużaw l-integrazzjoni tal-EW u d-detezzjoni tat-theddid assistita mill-IA;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Modernizzazzjoni regolatorja u sikurezza tal-avjazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>176.</NO.P>Jappella għal aġġornament tal-qafas regolatorju tal-avjazzjoni biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-avjazzjoni fid-dawl tal-użu dejjem akbar tad-droni u tal-infrastruttura kontra d-droni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Intelliġenza artifiċjali</STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Avvanz teknoloġiku u importanza strateġika</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>177.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza strateġika tat-teknoloġiji emerġenti għall-industrija Ewropea tad-droni u tippromwovihom aktar, b’mod partikolari fil-qasam tal-intelliġenza artifiċjali; ifakkar fl-Operazzjoni Spiderweb u t-teknoloġija użata mid-droni Ukreni, li ppermettiet lil dawn is-sistemi awtonomi jidentifikaw u jattakkaw b’mod awtonomu lejn miri militari; iħeġġeġ lill-EDF ikompli jappoġġja u jiżviluppa ulterjorment programmi bħal AIR-D-EPE sabiex isiru avvanzi fir-riċerka, fl-ittestjar u fil-varar ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq l-IA għall-operat awtonomu u għan-navigazzjoni tad-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>178.</NO.P>Jirrakkomanda wkoll it-tfassil ta’ algoritmi ta’ kontroll skalabbli li jittestjaw strateġiji ta’ ġemgħat u jissintetizzaw l-ambjenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Evoluzzjoni operazzjonali u riskji emerġenti</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>179.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħeffa li biha d-droni qed jevolvu f’termini tal-integrazzjoni tal-algoritmi tal-IA għat-teħid ta’ deċiżjonijiet f’ħin reali, l-evitar tal-ostakli u l-ottimizzazzjoni tal-missjonijiet, li jippermettu aktar awtonomija, preċiżjoni u versatilità; jirrikonoxxi wkoll li ladarba jiġu skjerati fil-kamp tal-battalja, id-droni kompletament awtonomi se jikkumplikaw l-affarijiet b’mod sinifikanti għal dawk li jippjanaw għal emerġenzi militari u ċivili fil-livelli kollha, u hemm riskju ta’ intensifikazzjoni ulterjuri tat-theddid tal-UAS bħal ġemgħat tad-droni kompletament awtonomi, attakki fil-profond u qtil immirat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Governanza, etika u d-dritt internazzjonali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>180.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-iżvilupp u l-varar ta’ sistemi ġodda tal-gwerra, inklużi droni b’kapaċitajiet awtonomi, ikunu rregolati b’mod strett mid-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt umanitarju internazzjonali, u minn prinċipju human-in-the-loop biex jiġi żgurat kontroll sinifikattiv mill-bniedem fuq il-forza letali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Armi ta’ enerġija diretta</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>181.</NO.P>Iħeġġeġ li tingħata prijorità lill-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ batteriji fi stat solidu bħala faċilitatur ewlieni għat-teknoloġiji tad-droni u tad-difiża tal-ġenerazzjoni li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>182.</NO.P>Jinnota li dawn il-batteriji joffru densità tal-enerġija ogħla, ħajja itwal, u veloċitajiet ta’ ċċarġjar aktar rapidi; jissottolinja li l-elettroliti solidi mhux fjammabbli tagħhom itejbu ħafna s-sikurezza u jnaqqsu r-riskju ta’ nar jew splużjoni, u dan jagħmel il-batteriji fi stat solidu vitali għat-tisħiħ tal-awtonomija teknoloġika u r-reżiljenza operazzjonali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>183.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-EDA u lill-EDF jagħtu prijorità lir-R&Ż fil-qasam tas-sistemi avvanzati tal-gwerra elettronika u t-teknoloġiji tal-armi ta’ enerġija diretta li għandhom l-għan li jiġġieldu t-theddid ibridu potenzjali u l-attakki bid-droni mmirati lejn l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>184.</NO.P>Jitlob ukoll li jitrawwem l-iżvilupp ta’ kontroteknoloġiji u ta’ miżuri protettivi li kapaċi jtaffu l-effetti ta’ tali armi ta’ enerġija diretta;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Manifattura addittiva</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>185.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jesploraw aktar l-għażliet bi prezz baxx, inkluża l-manifattura addittiva, u jappella għal finanzjament tar-R&Ż mill-EDF għall-kapaċità tat-testati tal-UAS li jkollu l-għan li joħloq testati ġodda u approċċi kimiċi ġodda għat-testati ffukati fuq il-kisba ta’ tqabbil bejn l-arma u l-mira;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Bini tal-ħiliet</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>186.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol tal-Aċċeleratur tan-Negozju tal-EUDIS fir-razzjonalizzazzjoni tal-iżvilupp u tal-iskjerament tal-kapaċitajiet tad-droni u tas-C-UAS fl-Istati Membri permezz ta’ prototipar rapidu, ittestjar konġunt, u ċertifikazzjoni rapida ta’ teknoloġiji ġodda biex jinżamm il-pass mar-rekwiżiti tal-kamp tal-battalja li qed jevolvu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>187.</NO.P>Jitlob li l-EUDIS tespandi l-operat tal-laboratorji ħajjin għal mill-anqas tliet Stati Membri, bl-Ukrajna bħala sieħeb assoċjat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>188.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tniedi kampanja ta’ edukazzjoni pubblika dwar l-użu responsabbli tat-teknoloġiji fid-difiża, il-protezzjoni ċivili, u l-mekkaniżmi ta’ obbligu ta’ rendikont legali sabiex tinbena l-leġittimità u jiġi żgurat appoġġ politiku għall-espansjoni tad-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>189.</NO.P>Jappella għall-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ taħriġ għall-istudenti madwar l-Istati Membri, ikkoordinati man-NATO u mill-EDA, biex tiġi appoġġjata l-edukazzjoni fil-qasam tat-titjir tad-droni, inklużi l-ħiliet tekniċi u l-għarfien tal-inġinerija, u jitrawwem l-interess pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>190.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-Ukrajna u lill-Kummissjoni jiżviluppaw u jimplimentaw azzjonijiet li għandhom l-għan li jsaħħu l-ħiliet fil-qasam tal-iżvilupp u l-operat tad-droni, li jinkludu kemm il-komponenti tas-software kif ukoll tal-hardware, u li jattiraw it-talent minn setturi oħra tat-teknoloġija profonda u jappoġġjaw il-ħolqien ta’ timijiet aġli li kapaċi jiddisinjaw, jimmanifatturaw u jipprogrammaw software rilevanti; jisħaq li dan għandu jinkludi inizjattivi ta’ edukazzjoni fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM), bħal workshops dwar il-bini tad-droni, webinars u hackathons, biex in-nies jitħarrġu fil-kostruzzjoni u fl-operat tad-droni; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-inizjattivi li diġà ttieħdu mill-Kummissjoni, bħall-Hackathons tal-EUDIS u BraveTechEU, li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi tad-difiża u jrawmu l-kollaborazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-aħjar prattiki u duttrina</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Deterrenza u pożizzjonament tad-difiża u l-Artikolu 42.7</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>191.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri fuq il-front jadottaw pjanijiet ta’ żvilupp strateġiku u oqfsa ta’ investiment, u jiddefinixxu programmi u proġetti strateġiċi li għandhom l-għan li jiżviluppaw u jiżguraw kapaċitajiet komprensivi tad-droni u tas-C-UAS fit-territorji tagħhom, li jkopru ċ-ċiklu kollu tal-kapaċità mir-riċerka u l-iżvilupp, l-ittestjar u ċ-ċertifikazzjoni sal-produzzjoni, l-użu u t-taħriġ; jissottolinja li tali sforzi għandhom jiġu appoġġjati, meta jkun xieraq, permezz ta’ strumenti tal-UE bħall-EDF, il-Programm għall-Industrija tad-Difiża Ewropea u l-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>192.</NO.P>Jisħaq li dawn il-miżuri huma essenzjali biex jiġi żgurat rispons adegwat, koordinat u f’waqtu għall-isfidi tas-sigurtà ibridi u konvenzjonali li qed jevolvu li qed tiffaċċja l-Ewropa, b’mod partikolari tul in-naħat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>193.</NO.P>Jappella għal approċċ imfassal apposta u bbażat fuq ir-riskju għall-kapaċitajiet kontra d-droni madwar l-UE li jirrikonoxxi l-ħtiġijiet operazzjonali differenti; jinnota li filwaqt li n-naħa tal-Lvant tirrikjedi taħlita ta’ għażliet attivi kontra d-droni u ta’ attakki bi preċiżjoni offensivi biex jiċħdu u jiskoraġġixxu t-theddid mill-art f’każ ta’ tentattiv ta’ invażjoni, stati oħra, inklużi dawk Mediterranji, jistgħu jirrikjedu prijoritajiet ta’ kapaċità differenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw il-kondiviżjoni tal-piżijiet; jitlob lill-Kummissjoni tevalwa l-pakketti ta’ kapaċità skont profili ta’ theddid reġjonali biex timmassimizza kemm l-effettività kif ukoll il-ħeffa tat-twassil mingħajr ma ddgħajjef l-interoperabbiltà Ewropea ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>194.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jkunu lesti biex jattivaw l-Artikolu 42(7) tat-TUE fejn azzjonijiet aggressivi jikkostitwixxu attakk armat jew jikkontribwixxu għat-tħejjija ta’ attakk imminenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>195.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiddefinixxu proċeduri u mekkaniżmi operazzjonali f’każ li Stat Membru jiskatta l-Artikolu 42(7) tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>196.</NO.P>Jisħaq li tali attivazzjoni għandha tiskatta mekkaniżmu ta’ rispons konġunt tal-UE, li jinkludi miżuri difensivi koordinati, skambju rapidu tal-intelligence, assistenza reċiproka, u komunikazzjoni strateġika unifikata biex jiġu żgurati d-deterrenza, is-solidarjetà u r-reżiljenza pubblika madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>197.</NO.P>Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin tippreżenta pjanijiet konkreti biex jiġi operazzjonalizzat l-Artikolu 42(7) tat-TUE dwar l-assistenza reċiproka, inkluż fil-kuntest tar-reazzjoni għat-theddid tad-droni, filwaqt li tiġi żgurata s-solidarjetà fost l-Istati Membri, speċjalment dawk li l-pożizzjoni ġeografika tagħhom tħallihom esposti direttament għal theddid u sfidi imminenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>198.</NO.P>Jappoġġja l-isforzi tan-NATO biex issaħħaħ id-deterrenza u l-pożizzjonament tad-difiża tal-Ewropa tul in-naħa tal-Lvant tagħha, inkluż permezz tat-tnedija tal-Operazzjoni Eastern Sentry u l-iżvilupp tal-ispettru sħiħ ta’ miżuri fl-ambitu ta’ din l-operazzjoni; iħeġġeġ li jsiru sforzi ta’ deterrenza f’kooperazzjoni mill-qrib man-NATO u mal-pajjiżi sħab, u jistieden lill-UE tiżgura li l-ebda Stat Membru tal-UE ma jiġi eskluż minn kollaborazzjonijiet <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> bejn l-UE u n-NATO fil-qasam tad-difiża u s-sigurtà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Akkademja tad-droni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>199.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-EDA u lill-Istati Membri jniedu akkademja Ewropea tad-droni tad-difiża biex iħarrġu lill-inġiniera, lill-operaturi u lit-tekniċi, u lil min jieħu d-deċiżjonijiet fl-istrutturi tal-kmand; jitlob li l-akkademja tkun tista’ toffri lawrji konġunti, taħriġ vokazzjonali u ċertifikazzjoni tal-operaturi f’kooperazzjoni mal-industrija u ma’ universitajiet tekniċi ewlenin; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu inklużi moduli obbligatorji dwar l-IA, ir-robotika, l-EW, il-protezzjoni tal-forza u r-reżiljenza ċibernetika biex jintlaħqu l-istandards operazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>200.</NO.P>Jappella għall-istabbiliment ta’ unitajiet ta’ taħriġ dedikati fl-istituti ta’ riċerka, l-universitajiet tekniċi u l-akkademji militari biex jikkoordinaw programmi ta’ taħriġ relatati mad-droni bejniethom, mal-universitajiet, u madwar l-Istati Membri tal-UE u tan-NATO, filwaqt li jiżguraw l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-interoperabbiltà tal-kurrikuli li jinkludu enfasi fuq il-moduli tal-protezzjoni ċivili u l-applikazzjonijiet b’użu doppju;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Deċentralizzazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>201.</NO.P>Iħeġġeġ l-istabbiliment ta’ “mekkaniżmu ta’ innovazzjoni tal-UE għad-droni u kontra d-droni” fl-ambitu tal-EDA biex jiġi żgurat l-iżvilupp konġunt kontinwu bejn il-kapaċitajiet offensivi u difensivi; jenfasizza li tali ċirkwit isaħħaħ ir-reżiljenza tal-Ewropa kontra t-theddid asimmetriku filwaqt li jiżgura li l-istandards etiċi, legali u operazzjonali jevolvu b’mod parallel mal-innovazzjoni teknoloġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>202.</NO.P>Jissottolinja li d-dipendenza biss minn faċilitajiet ta’ produzzjoni kbar u ċentralizzati żżid il-vulnerabbiltà għal attakki strateġiċi u interruzzjonijiet tal-provvista; jinnota li l-mudelli ta’ manifattura deċentralizzati, bħal dawk żviluppati fl-Ukrajna, urew li jsaħħu r-reżiljenza operazzjonali fi żmien il-gwerra billi jnaqqsu l-punti uniċi ta’ falliment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>203.</NO.P>Iħeġġeġ l-iżvilupp ta’ politiki nazzjonali u tal-UE li jappoġġjaw approċċ industrijali mħallat, li jikkombinaw il-kapaċità strateġika tal-manifatturi tad-difiża stabbiliti ma’ raggruppamenti ta’ produzzjoni aġli u fuq skala żgħira, networks tal-SMEs, u kooperazzjoni ċivili-militari, li jippermettu produzzjoni lokali rapida, ktajjen tal-provvista modulari, manutenzjoni distribwita ġeografikament, u tiswijiet rapidi fuq il-post bħala supplimenti għal programmi industrijali fuq skala kbira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>204.</NO.P>Jisħaq li l-istrumenti finanzjarji tal-UE u l-mekkaniżmi ta’ finanzjament relatati mad-difiża, inklużi l-EDF u l-EDIP, għandhom iqisu tali mudelli deċentralizzati u ibridi meta jfasslu l-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-appoġġ għall-proġetti, filwaqt li jiżguraw li l-flessibbiltà, ir-reżiljenza u l-iskalabbiltà jiġu ppremjati flimkien mal-kapaċità industrijali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>205.</NO.P>Ifakkar fil-konklużjoni tal-QEA li sabet li l-Kummissjoni ma kinitx ipproduċiet valutazzjoni tal-ħtiġijiet robusta jew ikkwantifikat il-lakuni fl-infrastruttura qabel ma nediet sejħiet għal finanzjament; iħeġġeġ, għalhekk, li l-analiżijiet futuri tal-lakuni fl-ambitu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jinkludu b’mod espliċitu nodi tat-trasport rilevanti għad-droni u siti tal-enerġija u tal-komunikazzjoni, biex jiġi żgurat li l-infrastruttura b’użu doppju tiġi ppjanata fuq l-evidenza aktar milli fuq kriterji <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING>;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Allinjament tad-duttrina u domanda aggregata</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>206.</NO.P>Iħeġġeġ l-allinjament rapidu tad-duttrina u l-aggregazzjoni tad-domanda għad-droni mal-Ukrajna, biex jiġu ssimplifikati l-iżvilupp u l-integrazzjoni tad-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>207.</NO.P>Jappella li tiżdied b’mod sostanzjali l-kooperazzjoni mal-Ukrajna fil-qasam tad-difiża, b’mod partikolari fir-rigward kemm tat-teknoloġija tad-droni kif ukoll tal-kontromiżuri, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni industrijali msaħħa bejn l-Istati Membri u l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>208.</NO.P>Jenfasizza li l-proċessi tal-akkwist iridu jiġu aċċelerati u ssimplifikati biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu tal-kapaċitajiet minkejja ċikli teknoloġiċi estremament qosra fil-qasam tas-sistemi mingħajr bdot abbord, li jirrikjedu innovazzjoni u adattament kontinwi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>209.</NO.P>Jissottolinja li l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza mal-Ukrajna huma essenzjali, iżda jisħaq li l-allinjament tad-duttrini għandu jqis ir-realtajiet operazzjonali u l-istrutturi ta’ difiża differenti ta’ kull Stat Membru;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">PESCO</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>210.</NO.P>Jappella għall-iżvilupp ta’ pjan direzzjonali dwar il-kapaċità tad-droni fl-UE kollha fl-ambitu tal-qafas tal-PESCO biex jiġu allinjati l-baġits nazzjonali u titnaqqas id-duplikazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>211.</NO.P>Jilqa’ l-proġetti ewlenin tal-UE bħal Eurodrone, INTERACT, l-isforzi tal-PESCO tas-sitt fażi, id-dimostraturi tar-robotika tal-ġemgħat tal-EDA, u l-oqfsa U-space/tar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru Uniku Ewropew bħala elementi kostitwenti essenzjali tal-ekosistema Ewropea tad-droni; jissottolinja r-rwol tagħhom biex iwittu t-triq għal kapaċitajiet futuri u jistieden lill-Istati Membri jżidu l-iżvilupp konġunt, jikkonsolidaw l-isforzi u jlaħħqu mal-pass tat-theddid emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>212.</NO.P>Jinnota li diġà tnedew programmi ta’ żvilupp tal-kapaċitajiet kooperattivi li għandhom l-għan li jsibu soluzzjonijiet tas-C-UAS effiċjenti u kosteffettivi fl-oqfsa tal-EDF (C-UAS tas-Sistema Ewropea Konġunta u C-UAS Ewropea) u tal-PESCO (C-UAS);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>213.</NO.P>Jappella għar-rieżami ta’ dawn il-programmi sabiex jiġi żgurat li l-objettivi u l-eżiti mistennija tagħhom ikunu konformi mar-realtà l-ġdida tal-gwerra bid-droni, speċjalment dawk li jirriżultaw mit-tagħlimiet meħuda mill-gwerra fl-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>214.</NO.P>Jissottolinja li, sabiex jinkisbu l-eżiti mixtieqa, il-proġetti li għandhom l-għan li jiżviluppaw teknoloġiji tas-C-UAS tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku jeħtieġ li jirċievu finanzjament adegwat fil-fażijiet kollha, mir-riċerka u l-iżvilupp sal-industrijalizzazzjoni u l-akkwist;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>215.</NO.P>Ifaħħar l-iżvilupp ta’ pjattaformi komuni Ewropej tal-UAS, bħas-Sistema Eurodrone ta’ Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod b’Reżistenza Twila f’Altitudni Medja, jew tagħmir potenzjali kontra l-UAS, bħall-apparat ta’ Attakk Elettroniku fl-Ajru, bħala proġetti tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku fil-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tad-difiża fl-ambitu tal-PESCO; iħeġġeġ l-esplorazzjoni ta’ proġetti ta’ difiża simili, bħal droni navali, apparat portabbli kontra d-droni jew moduli integrati tal-gwerra elettronika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>216.</NO.P>Jiddeplora d-dewmien inkwetanti fil-proġett Eurodrone;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>217.</NO.P>Jappella għal kooperazzjoni aktar profonda bejn l-EDA u l-programm Orizzont Ewropa biex jitrawmu l-innovazzjoni b’użu doppju u l-iżvilupp tal-programmi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Kumulazzjoni ta’ riżervi</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>218.</NO.P>Jitlob il-kumulazzjoni ta’ riżervi ta’ komponenti tad-droni u materja prima kritika fl-Istati Membri, aktar milli sistemi kompluti, u għall-ħolqien ta’ ċentri ta’ tiswija u riġenerazzjoni varati bil-quddiem, kolokalizzati mal-imħażen tan-NATO, biex tiġi żgurata l-prontezza operazzjonali sostnuta u r-rotazzjoni rapida ta’ komponenti aġġornati; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintegra dawn l-isforzi fi strateġija ġenerali dwar il-materja prima li tiżgura l-ktajjen tal-provvista billi tnaqqas id-dipendenza strateġika miċ-Ċina bħala fornitur importanti tal-materja prima u tal-minerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>219.</NO.P>Jissottolinja li t-tfixkil fil-katina tal-provvista għal komponenti kritiċi bħall-muturi, il-batteriji u s-semikondutturi llimita l-kapaċità tal-SMEs Ewropej li jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-bażi industrijali tad-difiża tal-UE; jitlob li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ “aċċess għar-riżervi tal-komponenti” li jippermetti lill-SMEs iċċertifikati mill-EDA u mill-Istati Membri jieħdu tali komponenti mir-riżervi strateġiċi tal-UE bi prezzijiet innegozjati u jħallsu lura <STRING ITALIC="on">in natura</STRING> ladarba tiżdied il-produzzjoni; jinsisti li dawn ir-riżervi għandhom ikunu aċċessibbli wkoll għall-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>220.</NO.P>Jinnota li dan l-approċċ huwa allinjat bis-sħiħ mal-objettivi tal-Pjan ReArm Europe u tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep, filwaqt li jsaħħaħ il-prontezza industrijali u r-reżiljenza madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>221.</NO.P>Jinnota li l-gwerra fl-Ukrajna wriet iċ-ċikli teknoloġiċi estremament qosra fil-qasam tas-sistemi awtonomi, li jirrikjedu innovazzjoni u adattament kontinwi; jissottolinja li l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza mal-Ukrajna huma essenzjali, iżda jisħaq li l-allinjament tad-duttrini għandu jqis ir-realtajiet operazzjonali u l-istrutturi ta’ difiża differenti ta’ kull Stat Membru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>222.</NO.P>Jappella għall-iżvilupp ta’ sistemi modulari b’komponenti interkambjabbli, sabiex jinżamm il-pass maċ-ċikli rapidi ta’ innovazzjoni fi droni prodotti bil-massa u għall-adattament għall-evoluzzjoni kontinwa tar-rekwiżiti tad-difiża tal-ajru f’kontinġenzi ta’ intensità għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>223.</NO.P>Jisħaq, madankollu, li ż-żamma ta’ tali kapaċità ta’ prontezza u ta’ kumulazzjoni ta’ riżervi tinvolvi kostijiet sinifikanti għall-industrija, u li huwa improbabbli li l-kumpaniji jsostnu inventarji ta’ komponenti kritiċi mingħajr gwida pubblika ċara u appoġġ finanzjarju; jissuġġerixxi li l-aġenziji nazzjonali tas-sigurtà tal-provvista jistgħu jservu bħala importaturi u bejjiegħa bl-ingrossa għal komponenti ewlenin, u b’hekk jiżguraw livelli adegwati ta’ stokkijiet, li jippermettu r-rotazzjoni regolari tal-istokkijiet u jtaffu l-piż finanzjarju fuq ditti individwali; jissottolinja li dan il-mudell ikun jirrikjedi sħubija pubblika-privata koordinata u mekkaniżmi ta’ finanzjament dedikati kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE biex jiġu żgurati r-reżiljenza u l-kontinwità tal-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>224.</NO.P>Jappella għal “kitt ta’ bankabbiltà” biex tissaħħaħ l-effiċjenza tal-finanzjament tad-difiża billi jiġu ppubblikati mudelli standard tal-pakketti ta’ self tal-Bank Ewropew tal-Investiment/EDF, inklużi skedi tal-istadji importanti, dispożizzjonijiet ta’ garanzija u klawżoli dwar il-proprjetà intellettwali, biex titnaqqas il-frizzjoni legali mal-banek tal-Istati Membri involuti fid-distribuzzjoni ta’ linji ta’ kreditu relatati mad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>225.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi, fil-qafas tal-Ftehimiet għall-Faċilitazzjoni tal-Investiment Sostenibbli tagħha, miżuri biex tiżgura li l-industrija Ewropea tad-droni u l-Istati Membri jiżguraw riżervi suffiċjenti ta’ materjali u komponenti ewlenin essenzjali għall-iżvilupp tal-UAS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>226.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintegra dawn l-isforzi fi strateġija ġenerali dwar il-materja prima li tiżgura l-ktajjen tal-provvista billi tnaqqas id-dipendenza strateġika miċ-Ċina u jirrakkomanda li l-Istati Membri jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista għad-droni billi jidentifikaw il-komponenti kritiċi u l-kompetenzi li jridu jinkisbu lokalment;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Baġit dedikat tal-EDA</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>227.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill Ewropew jagħti mandat lill-EDA biex tistabbilixxi baġit dedikat u flessibbli għall-UAS li jkopri ċ-ċiklu tal-ħajja tal-kapaċità sħiħa, inklużi r-R&Ż, il-prototipar, it-taħriġ, l-użu u l-manutenzjoni, b’rekwiżiti u approprjazzjonijiet flessibbli biex jiġu aċċelerati l-akkwist u l-użu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>228.</NO.P>Iqis li l-Istruttura għall-Programm Ewropej dwar l-Armamenti (SEAPs) tista’ tkun għodda utli għall-iżvilupp tal-UAS peress li tkopri ċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-kapaċità, filwaqt li taċċelera l-akkwist jew il-produzzjoni ta’ kapaċitajiet rilevanti u d-disponibbiltà tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>229.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u lill-Istati Membri, f’konsultazzjoni man-NATO, jistabbilixxu linji ta’ finanzjament tal-UE dedikati għall-akkwist rapidu, it-taħriġ, is-sostenn u l-proviżjonament ta’ spare parts ta’ unitajiet tal-UAS tal-ġlied;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Sistemi ta’ detezzjoni tal-istati fuq il-front</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>230.</NO.P>Iqis li l-bosta inkursjonijiet mid-droni Russi fl-ispazju tal-ajru ta’ ħafna Stati Membri juru li l-UE ma għadhiex sempliċement mhedda iżda qed tiġi pprovokata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>231.</NO.P>Jemmen li t-titjir minn fuq l-ispazju tal-ajru sovran minn inġenji tal-ajru tal-ġlied jew droni militari mhuwiex att ibridu, iżda ksur intenzjonat tas-sovranità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>232.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżviluppaw il-kapaċità li jiskoraġġixxu, jidentifikaw malajr, jattribwixxu, jinterċettaw u jkunu lesti li jinnewtralizzaw attakki bħal dawn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>233.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Istati Membri, b’mod partikolari l-istati fuq il-front, itejbu b’mod sinifikanti jew jadottaw sistemi ġodda ta’ detezzjoni tal-illanċjar ta’ missili u droni li jistgħu jittrażmettu informazzjoni fl-UE kollha biex iservu bħala “tarka” għall-kapaċitajiet ta’ difiża mill-ajru b’diversi saffi tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>234.</NO.P>Jappella għal integrazzjoni sħiħa mal-istrutturi tad-difiża tal-ajru u tal-ispazju tan-NATO biex tiġi massimizzata l-interoperabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>235.</NO.P>Jitlob li l-Inizjattiva EU Sky Shield tintegra l-kapaċitajiet tas-C-UAS fl-arkitettura usa’ tal-qafas tas-sistema Ewropea tal-IAMD, u jappoġġja n-network ta’ twissija bikrija u ta’ kondiviżjoni tad-data tal-UE kollha li jintegra t-telemetrija tad-detezzjoni u l-indikazzjonijiet ta’ llanċjar mas-sistemi ta’ kmand tad-difiża tal-ajru tal-UE u dawk nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>236.</NO.P>Ifakkar li huwa biss b’approċċ komprensiv ta’ 360 grad li l-UE tista’ tipproteġi l-fruntieri tagħha b’mod effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>237.</NO.P>Jappella għal kofinanzjament immirat tal-UE tad-difiżi kontra d-droni biex tiġi protetta l-infrastruttura kritika tal-enerġija u tat-trasport fl-Istati Membri fuq il-front;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>238.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Istati Membri jimplimentaw protezzjoni bażi u b’saffi tas-C-UAS għall-infrastruttura kritika bħas-sistemi tal-enerġija, in-nodi tat-trasport, in-networks tat-telekomunikazzjoni u s-segmenti terrestri tal-ispazju bbażati fuq interfaċċji interoperabbli u speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, b’rapportar armonizzat tal-inċidenti u koordinazzjoni ċivili-militari ċara, mirfuda minn taħriġ u ttestjar tal-EW awtorizzati legalment u koordinati b’mod sikur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Kofinanzjament tat-taħriġ regolari</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>239.</NO.P>Jirrakkomanda l-kofinanzjament tat-taħriġ regolari u tal-iżvilupp ta’ għarfien espert tekniku fost l-akkademji tas-servizzi u l-kulleġġi militari permezz tal-EDA b’koordinazzjoni mill-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża, li jisponsorja elementi kostitwenti tal-bini tal-kapaċitajiet tekniċi permezz ta’ taħriġ konġunt li jagħti prijorità lil oqsma ewlenin bħall-interfaċċji ta’ ġemgħat umani, l-algoritmi tal-intelligence tal-ġemgħat, l-edge computing, il-kollegamenti tad-data siguri, il-programmi/pjattaformi multivijabbli, is-simulazzjoni ta’ pjattaformi ta’ esperimentazzjoni għall-iżvilupp tattiku tal-IA, u s-simulazzjonijiet li jottimizzaw is-sekwenzjar tat-theddid u l-effiċjenza tal-armi, filwaqt li jiġi żgurat li tali attivitajiet jiġu allinjati mal-istandards ta’ taħriġ tan-NATO u jikkontribwixxu għal objettivi komuni Ewropej għall-bini tal-kapaċitajiet u l-interoperabbiltà, inkluża l-inkorporazzjoni ta’ teknoloġiji tal-IA, tar-robotika u ajruspazjali, sabiex tittejjeb il-kompetittività;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Taħriġ konġunt dwar is-C-UAS fl-ippjanar tal-protezzjoni ċivili</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>240.</NO.P>Jirrakkomanda l-integrazzjoni tas-C-UASs f’eżerċizzji ta’ taħriġ konġunt u fl-ippjanar tal-protezzjoni ċivili fil-livell tal-UE, b’enfasi fuq l-infrastruttura kritika li tippermetti lill-pulizija, lill-awtoritajiet tal-ajruporti u lill-operaturi tas-settur tal-enerġija jaċċessaw taħriġ madwar l-UE kollha u kapaċitajiet standardizzati tas-C-UAS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>241.</NO.P>Iħeġġeġ it-tisħiħ tal-esperimentazzjoni industry-in-the-loop u tal-provi iterattivi fuq il-post biex jiġu vvalidati malajr it-teknoloġiji ġodda kontra d-droni u l-kunċetti operazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>242.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-integrazzjoni tas-sistemi ta’ kmand u kontroll mal-persuni tal-ewwel rispons, mad-difiża ċivili u mad-duttrina tad-difiża tal-UAS biex jiżguraw li l-preparatezza ċivili, il-kenn, it-twissija bikrija, u l-integrazzjoni teknoloġika jiġu ottimizzati kemm jista’ jkun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>243.</NO.P>Iqis li l-implimentazzjoni tad-direttiva dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2022/2557/oj).</FIELD></FOOTNOTE> għandha tqis it-theddid ikkawżat mill-użu illegali tad-droni, u jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas regolatorju li jawtorizza lill-korpi tas-sigurtà tal-istat, inklużi l-pulizija, il-gwardji tal-fruntiera u forzi interni oħra, jakkwistaw u joperaw sistemi tas-C-UAS; jisħaq li tali awtorizzazzjoni għandha tkun soġġetta għal dispożizzjonijiet stretti ta’ sorveljanza u ta’ obbligu ta’ rendikont komparabbli ma’ dawk applikati għall-armi letali, filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni effettiva tal-infrastruttura ċivili u jiġu rrispettati l-istandards tas-sikurezza u s-sigurtà tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Standardizzazzjoni tal-UAS fl-UE kollha</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>244.</NO.P>Jitlob l-istandardizzazzjoni tal-UAS fl-UE kollha, li l-ajrunavigabbiltà kontinwa eventwalment issir obbligatorja, u li l-Infrastruttura Ċibernetika tal-Monitoraġġ Miftuħ tad-Dinja u l-EMAR ikunu meħtieġa filwaqt li tiġi rrispettata bis-sħiħ is-sovranità tal-Istati Membri u jiġi żgurat li tali rekwiżiti ma joħolqux piżijiet amministrattivi bla bżonn u ma jimpedux l-innovazzjoni u t-tkabbir tal-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>245.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja, bl-użu ta’ strumenti kummerċjali tal-UE, il-proliferazzjoni tal-manifatturi tad-droni li japplikaw prattiki mhux trasparenti ta’ trattament tad-data; jitlob l-iżvilupp ta’ qafas regolatorju biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà sħiħa tat-teknoloġiji tal-hardware u tas-software użati mid-droni li joperaw fl-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Espansjoni taż-żoni tal-ittestjar</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>246.</NO.P>Jitlob l-espansjoni taż-żoni tal-ittestjar iċċertifikati għat-taħriġ dwar il-kapaċitajiet tad-droni u l-integrazzjoni tagħhom fejn l-industrija u l-forzi armati jistgħu jiżviluppaw b’mod konġunt, jittestjaw u jwettqu malajr soluzzjonijiet tad-droni f’kundizzjonijiet operazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>247.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi finanzjament adegwat għall-bini tal-kapaċitajiet u tal-infrastruttura ta’ dawn is-siti biex jinkiseb il-potenzjal tal-innovazzjoni ottimali tagħhom; iħeġġeġ l-inklużjoni tal-SMEs u tal-istart-ups biex jiġu aċċelerati r-R&Ż ħalli jissaħħaħ il-vantaġġ teknoloġiku tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>248.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-integrazzjoni gradwali tal-kapaċitajiet tad-droni f’unitajiet multinazzjonali, bħall-inkorporazzjoni reċenti ta’ element kontra d-droni fil-brigata ta’ Preżenza Avvanzata Msaħħa tan-NATO fil-Latvja, isservi bħala mudell għall-iżvilupp futur tal-forzi; jappella għal użu akbar ta’ żoni tal-ittestjar iċċertifikati eżistenti għat-taħriġ u l-integrazzjoni; jisħaq li l-operaturi jirrikjedu aċċess għal meded, ambjenti ta’ simulazzjoni u eżerċizzji ta’ sparar dirett siguri biex jitħarrġu f’tattiċi ta’ ġemgħat, kontra l-UAS u fl-immirar awtonomu; jinnota li ċ-ċentri Ewropej konġunti, abbażi tal-esperjenza operazzjonali tal-battaljun ta’ Preżenza Avvanzata Msaħħa (eFP) immexxi mill-Kanada bid-droni fuq in-naħa tal-Lvant, itejbu l-għażliet ta’ taħriġ bejn il-pajjiżi, l-interoperabbiltà, il-konverġenza dottrinali u l-effiċjenza madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>249.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissimplifika, f’konsultazzjoni mal-Istati Membri, ir-regolamenti għaż-żoni tal-ittestjar mhux popolati biex tippermetti l-ittestjar f’konformità mal-istandards komuni tas-sikurezza; iħeġġeġ l-inkorporazzjoni ta’ simulazzjoni bbażata fuq l-IA u ta’ eżerċizzji tad-dinja reali biex jiġu żgurati t-tħejjija teknoloġika u r-rilevanza dottrinali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>250.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tnaqqas il-piżijiet amministrattivi, jekk ikun meħtieġ, sabiex tissimplifika l-proċeduri f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Omnibus dwar il-Prontezza tad-Difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>251.</NO.P>Jinnota li d-droni magħmula fl-Ewropa jeħtiġilhom jiġu ttestjati f’kundizzjonijiet ta’ gwerra reali bħal fl-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>252.</NO.P>Jirrakkomanda l-finanzjament u l-bini ta’ “metavers tad-difiża” ġestit mill-EDA għall-ġlied simulat bid-droni (navali u tal-ajru), li jibda b’simulazzjonijiet ibbażati fuq il-partikoli u mbagħad jgħaddi għal ambjenti b’riżoluzzjoni għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>253.</NO.P>Jirrakkomanda l-iżvilupp u l-evalwazzjoni frekwenti ta’ strateġiji ta’ koordinazzjoni intelliġenti għall-ġemgħat tad-droni bl-użu ta’ ambjenti ta’ simulazzjoni appoġġjati minn computing ta’ prestazzjoni għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>254.</NO.P>Jirrikonoxxi li hija meħtieġa infrastruttura tal-computing ta’ prestazzjoni għolja b’raggruppamenti ta’ unitajiet tal-ipproċessar tal-grafika u bl-ipproċessar parallel biex jiġu ttestjati u sintetizzati l-ġemgħat tad-droni, u li l-iskalabbiltà tirrikjedi komputazzjoni skalabbli; jirrakkomanda, għalhekk, finanzjament għall-EDA biex tingħata prijorità lit-taħriġ f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>255.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ koordinazzjoni aktar b’saħħitha tal-ispazju tal-ajru ċivili-militari, b’mod partikolari permezz tal-integrazzjoni tad-droni fil-kurituri tal-U-space fl-ambitu tal-inizjattiva tal-Ajru Uniku Ewropew; jappoġġja l-espansjoni ta’ eżerċizzji konġunti ta’ simulazzjoni u interċettazzjoni li jinvolvu atturi ċivili, tal-infurzar tal-liġi u militari biex tissaħħaħ il-preparatezza għal theddid f’diversi oqsma; jissottolinja li tali eżerċizzji għandhom jitwettqu fuq bażi annwali obbligatorja biex jiġu żgurati prontezza u interoperabbiltà sostnuti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Pjattaforma għall-monitoraġġ tat-theddid</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>256.</NO.P>Jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ pjattaforma Ewropea ta’ monitoraġġ tat-theddid ibridu għas-sistemi awtonomi, ospitata miċ-Ċellola ta’ Fużjoni tal-UE Kontra t-Theddid Ibridu u kkoordinata mal-EUMS fl-ambitu tal-Kapaċità Unika ta’ Analiżi tal-Intelligence tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>257.</NO.P>Jisħaq li l-pjattaforma għandha twassal twissijiet strateġiċi lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà tal-Kunsill, b’kontribut militari mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea tal-Kunsill u l-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija tal-UE, u tkun interoperabbli mal-għarfien espert tan-NATO, iċ-Ċentru ta’ Eċċellenza għaċ-Ċiberdifiża Kooperattiva tagħha, u mas-sistemi ta’ twissija bikrija tal-Istati Membri, u influwenzata minnhom; jissottolinja l-ħtieġa li l-partijiet ikkonċernati tal-Parlament jinżammu informati regolarment biex tiġi ggarantita sorveljanza xierqa u biex il-politika tkun tista’ titfassal abbażi tal-evidenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>258.</NO.P>Jissottolinja li l-Istati Membri tal-UE fuq il-front għandhom jisfruttaw l-għarfien espert reġjonali u l-pożizzjonament strateġiku tagħhom biex itejbu l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-effettività operazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>259.</NO.P>Jappella għall-varar ta’ azzjoni fil-livell tal-għarfien tas-sitwazzjoni fl-UE kollha billi tiġi ffinanzjata bażi tad-data integrata għat-traċċar u t-theddid tal-UAS, immudellata fuq is-sistemi tal-IAMD tan-NATO mfassla biex itejbu d-detezzjoni, il-koordinazzjoni u l-protezzjoni ċivili bejn il-fruntieri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>260.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiddiżinjaw ċentru nazzjonali tal-operazzjonijiet tas-C-UAS biex jiżguraw il-koordinazzjoni f’kull ħin u l-kondiviżjoni tad-data interoperabbli bejn l-awtoritajiet kompetenti, inklużi s-servizzi tal-avjazzjoni ċivili u tan-navigazzjoni bl-ajru, l-infurzar tal-liġi, id-difiża, l-intelligence, il-gwardji tal-fruntiera u tal-kosta, l-awtoritajiet tal-protezzjoni ċivili u l-operaturi tal-infrastruttura kritika, u ma’ Stati Membri oħra, abbażi ta’ interfaċċji komuni jew miftuħa, formati armonizzati ta’ rapportar u oqfsa legali u ta’ privatezza robusti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>261.</NO.P>Jirrikonoxxi l-“mudell Daniż” bħala l-aħjar prattika biex tiġi imitata mill-Istati Membri sabiex itejbu l-akkwist ta’ sistemi ta’ armi mill-aktar avvanzati bl-aktar prezz baxx disponibbli, filwaqt li jappoġġjaw l-ekonomija Ukrena u jistimulaw riċerka u żvilupp aktar rapidi mid-ditti fl-aħjar pożizzjoni biex jinnovaw skont ir-realtajiet tal-kamp tal-battalja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>262.</NO.P>Jenfasizza l-opportunità għall-Istati Membri li jippermettu l-produzzjoni ta’ kapaċitajiet ta’ difiża permezz ta’ akkwist konġunt u kooperazzjoni industrijali ma’ kumpaniji Ukreni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>263.</NO.P>Iħeġġeġ l-esperimentazzjoni konġunta tal-UAS bejn l-EUMS u l-UAF li tippermetti perkors simplifikat għall-integrazzjoni fil-livell Ewropew li jakkomoda l-iskalabbiltà, l-interoperabbiltà, u juża l-punti b’saħħithom tal-Ukrajna f’soluzzjonijiet modulari u bi prezz baxx, C2 diġitali nattiva u innovazzjoni ggwidata mill-esperjenza fuq il-post;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Kożvilupp tal-kapaċitajiet tal-EW u ta’ kontra l-gwerra elettronika</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>264.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-intensifikazzjoni tal-EW fl-Ukrajna wasslet għal tellieqa fil-kapaċitajiet ta’ “disturbazzjoni fuq bosta frekwenzi”, li turi l-ħtieġa li l-forzi armati jindirizzaw din l-isfida billi jiżviluppaw b’mod konġunt kapaċitajiet tal-EW li jistgħu jegħlbu l-azzarini kontra d-droni, il-qbiż tal-frekwenza, il-modi offline u manuvri evażivi oħra;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Sistemi C2</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>265.</NO.P>Jinkoraġġixxi l-investiment fil-ħolqien ta’ metodi ta’ komunikazzjoni mingħajr fili tat-trażmissjoni tad-data b’matriċi effettiva, effiċjenti u reżistenti għall-EW, sabiex ikun possibbli li jkun hemm C2 effettiva f’kamp tal-battalja li mistenni jkun mifni b’vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord u b’vetturi awtonomi tal-art li jirrjedu data mingħajr fili effettiva biex jiffunzjonaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>266.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-EDA jagħtu prijorità lill-integrazzjoni tal-programmi GOVSATCOM u IRIS² għal komunikazzjonijiet bis-satellita affidabbli, siguri u kosteffettivi li jappoġġjaw il-missjonijiet tad-difiża tal-UE u l-kollegamenti C2 tad-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>267.</NO.P>Iħeġġeġ investiment immirat tal-EDF f’terminals satellitari b’latenza baxxa u b’wisa’ tal-banda għolja u payloads ta’ komunikazzjoni reżiljenti biex jiġu żgurati t-trażmissjoni tad-data f’ħin reali u l-protezzjoni kontra l-interferenza, l-interċettazzjoni u d-disturbazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>268.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu standards ta’ C3 interoperabbli li jintegraw sistemi bil-bdot abbord u mingħajru fl-oqfsa kollha tal-UE u tan-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>269.</NO.P>Iħeġġeġ l-appoġġ tal-EDF u tal-EDIP għal arkitetturi unifikati u siguri li jużaw l-IA u l-fużjoni tad-data bbażata fuq il-cloud biex jippermettu operazzjonijiet koordinati u f’ħin reali fuq bosta pjattaformi filwaqt li jiżguraw is-sorveljanza mill-bniedem u ċ-ċibersigurtà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fil-gwerra kontra d-droni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Ċentru ta’ eċċellenza tad-droni tal-UE u n-NATO</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>270.</NO.P>Jappella għall-ħolqien ta’ ċentru ta’ eċċellenza konġunt tad-droni bejn l-UE u n-NATO fi stat fuq il-front bil-Preżenza Avvanzata Msaħħa attwali tan-NATO, faċilitajiet ta’ ttestjar attivi u ċentru attiv għall-manifattura tad-droni biex jiġu ssimplifikati l-eżerċizzji konġunti u l-interkambjabbiltà fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>271.</NO.P>Jitlob li ċ-ċentru ta’ eċċellenza tad-droni tal-UE u n-NATO jikkoopera mal-proġett PESCO fuq il-mobbiltà militari u mal-Kmand Ewropew tat-Trasport bl-Ajru biex jiġu żviluppati standards konġunti għat-trasport, ir-riforniment u l-iskjerament ta’ sistemi awtonomi permezz ta’ kurituri tal-mobbiltà militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>272.</NO.P>Jissottolinja li tali ċentru jrid ikollu approċċ ta’ 360 grad, jevita d-duplikazzjoni mal-istrutturi eżistenti tan-NATO u jiffoka fuq it-trasferiment rapidu tat-tagħlimiet meħuda mill-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>273.</NO.P>Jipproponi l-ħolqien, sal-2027, ta’ network ta’ ċentri ta’ eċċellenza tal-UE għall-operazzjonijiet tad-droni, li kull wieħed minnhom jispeċjalizza f’qasam (eż. droni kamikażi, ġemgħat, motherships, UAS tattiċi, droni marittimi u sistemi kontra l-UASs), li jiġbru flimkien l-għarfien espert nazzjonali u jallinjaw maċ-ċentri ta’ eċċellenza tan-NATO u l-iskema ta’ ċertifikazzjoni armonizzata tal-EDA;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Programmi ta’ trasferiment tal-għarfien Ukrajna-NATO-UE</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>274.</NO.P>Jappella għall-istituzzjonalizzazzjoni tal-programmi ta’ trasferiment tal-għarfien Ukrajna-NATO-UE permezz ta’ skambji rotazzjonali tal-persunal mal-persunal tal-UAF u billi jiġu estiżi programmi konġunti ta’ taħriġ fl-ambitu tal-EUMS u ċ-Ċellola tal-UE tiegħu f’SHAPE; jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ ċentru permanenti ta’ taħriġ u loġistika ffinanzjat b’mod konġunt mill-UE, in-NATO u l-Ukrajna fi stat fuq il-front biex jiġu ssimplifikati l-ippjanar operazzjonali, il-loġistika u l-manutenzjoni, b’enfasi fuq l-kapaċità ta’ sopravivenza tad-droni fid-dinja reali u t-tagħlimiet marbuta mal-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>275.</NO.P>Jappella għal kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fl-istituzzjonalizzazzjoni tat-tagħlimiet meħuda mill-esperjenza fil-kamp tal-battalja tal-Ukrajna billi jiġu integrati innovazzjonijiet dottrinali u teknoloġiċi f’kundizzjonijiet moderni ta’ ġlied, f’kooperazzjoni mal-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża u l-EUMS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>276.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw li jinvolvu ruħhom f’missjonijiet ta’ taħriġ fl-Ukrajna sabiex jassorbu bis-sħiħ l-għarfien espert u t-tekniki innovattivi li għandhom il-UAF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>277.</NO.P>Jirrakkomanda li din il-kooperazzjoni għandha tinkludi wkoll l-iskambju ta’ esperjenza operazzjonali dwar l-integrazzjoni tal-unitajiet tad-droni bħala fergħat indipendenti tal-forzi armati, kif muri reċentement mill-istabbiliment tal-Forzi tas-Sistemi Awtonomi min-naħa tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>278.</NO.P>Jappella għal sinerġija bejn il-kooperazzjoni tal-UE mal-Ukrajna u l-Pjan Direzzjonali għall-Kooperazzjoni fl-Innovazzjoni NATO-Ukrajna bħala mezz ewlieni biex jiġu stabbiliti rabtiet aktar mill-qrib bejn l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-industriji tad-difiża, jiġu ssimplifikati r-riżervi tal-innovazzjoni u jkunu possibbli l-prototipar u l-iskjerament rapidi ta’ sistemi relatati mad-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>279.</NO.P>Jappella għal eżerċizzji konġunti annwali ta’ integrazzjoni tad-duttrina tad-droni fl-operazzjonijiet tal-PSDK u l-Gruppi Tattiċi tal-UE, ikkoordinati permezz tal-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija u evalwati fi sħubija mal-Kmand ta’ Forzi Konġunti u ċ-Ċentru Konġunt ta’ Analiżi, Taħriġ u Edukazzjoni tan-NATO, biex jiġu żgurati l-kompatibbiltà dottrinali u r-realiżmu operazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>280.</NO.P>Jirrakkomanda t-tnedija ta’ eżerċizzji konġunti bejn l-UE u n-NATO dwar id-difiża kontra l-ġemgħat tad-droni, ir-reżiljenza għall-gwerra elettronika, l-effetturi kinetiċi bi prezz baxx u s-sistemi ta’ enerġija diretta f’meded ta’ ttestjar multinazzjonali, bi status strutturat ta’ osservatur tal-UE u b’aċċess reċiproku għal inizjattivi mmexxija mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>281.</NO.P>Iħeġġeġ l-integrazzjoni tat-teknoloġiji tal-UAS u tas-C-UAS fl-istruttura tal-EUMS u tal-eżerċizzji militari permanenti tal-Istati Membri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Ċellola ta’ koordinazzjoni tad-droni UE-NATO</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>282.</NO.P>Jitlob li tiġi stabbilita ċellola permanenti ta’ koordinazzjoni tad-droni bejn l-UE u n-NATO biex jitnaqqsu d-distakki dottrinali u operazzjonali bejn l-operazzjonijiet tal-UE u tan-NATO b’ċellola ta’ koordinazzjoni konġunta permanenti fl-EUMS responsabbli biex tissinkronizza d-duttrina tad-droni, tagħti prijorità lill-integrazzjoni tal-kapaċitajiet, u tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-informazzjoni f’ħin reali bejn il-missjonijiet tal-PSDK tal-UE u l-operazzjonijiet tan-NATO;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Stabbiliment ta’ standards konġunti ta’ interoperabbiltà</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>283.</NO.P>Jitlob standard ta’ interoperabbiltà unifikat bejn l-UE u n-NATO tal-UAS imfassal għal protokolli ta’ komunikazzjoni komuni, sistemi ta’ klassifikazzjoni għall-UAS/C-UAS, u formati ta’ kondiviżjoni tad-data mfassla biex ikunu vinkolanti għall-missjonijiet kollha tal-PSDK u sinkronizzati mad-duttrina tas-C-UAS tan-NATO biex tiġi żgurata koordinazzjoni bla xkiel f’operazzjonijiet konġunti; jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni mill-qrib bejn in-NATO u l-UE biex jiġu sfruttati r-rwoli komplementari taż-żewġ organizzazzjonijiet biex jissaħħu d-difiża u d-deterrenza tal-Ewropa; jistieden, b’mod partikolari, lill-Kummissjoni tipproponi strumenti legalment vinkolanti biex tiżgura li l-istandards tan-NATO jiġu segwiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>284.</NO.P>Jinsisti li l-finanzjament tal-EDF, tal-EDIP u ta’ ReArm Europe jkun kundizzjonali fuq il-konformità stretta ma’ dawn l-istandards biex jiġi evitat l-intrappolament tal-klijentela u tiġi massimizzata l-kompatibbiltà plug-and-play; jinkoraġġixxi s-segwitu tar-riżultati tal-proġett tal-Azzjoni Preparatorja fuq ir-Riċerka dwar id-Difiża 2019 INTERACT – Standards ta’ INTERoperabbiltà għal Sistemi ta’ Forzi Armati Awtonomi bħala referenza tal-aħjar prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>285.</NO.P>Jappella għall-istituzzjonalizzazzjoni tal-integrazzjoni tad-droni fil-missjonijiet tal-PSDK, għall-istabbiliment ta’ standards konġunti ta’ interoperabbiltà man-NATO, u għall-użu ta’ approċċ ta’ difiża b’saffi kontra t-theddid mill-UAS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>286.</NO.P>Jirrakkomanda l-istituzzjonalizzazzjoni tal-Ittestjar konġunt tas-C-UAS fl-installazzjonijiet u l-meded ta’ innovazzjoni tal-PSDK u tan-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>287.</NO.P>Jitlob li l-inizjattiva EU Sky Shield tintegra l-kapaċitajiet tas-C-UAS fl-arkitettura usa’ tas-sistema Ewropea tal-IAMD;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>288.</NO.P>Jitlob l-introduzzjoni ta’ qafas tal-PSDK “użu responsabbli tat-teknoloġiji fid-difiża”, b’kontribut mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, li jiffoka fuq il-mitigazzjoni tal-ħsara liċ-ċivili, il-protezzjoni tad-data, u l-mekkaniżmi ta’ obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>289.</NO.P>Jitlob kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Adozzjoni Rapida tan-NATO, li jkollha l-għan li tħaffef il-proċessi ta’ akkwist nazzjonali; jistieden lill-Istati Membri jirriformaw iċ-ċikli tal-akkwist, inkluż billi jiżviluppaw mudelli possibbli għall-akkwist ta’ UAVs bħala servizz, protokolli tal-ittestjar, u oqfsa ta’ ċertifikazzjoni, biex jiżguraw li l-innovazzjoni militari żżomm il-pass mal-ambjent tat-theddid; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-proposta li ġejja għal Pjan Direzzjonali għat-Trasformazzjoni tad-Difiża Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>290.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jorbtu l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tan-NATO għall-Adozzjoni Rapida mal-proġetti tal-infrastruttura tal-mobbiltà militari tal-UE, filwaqt li jiżguraw li s-sistemi tad-droni l-ġodda żviluppati jkunu jistgħu jiġu ttrasportati u integrati malajr f’operazzjonijiet konġunti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sħubijiet strateġiċi ad hoc</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Koalizzjoni tad-droni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>291.</NO.P>Jappoġġja l-kooperazzjoni tal-UE mal-Koalizzjoni Internazzjonali tad-Droni biex l-akkwist tal-kamp tal-battalja jiġi allinjat mal-objettivi tal-Fond Ewropew għad-Difiża; jistieden lill-Kummissjoni tesplora kofinanzjament mas-sħab ewlenin biex tingħata spinta lill-produzzjoni relatata mad-droni, f’sinerġija mal-inizjattivi industrijali u teknoloġiċi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>292.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol kontinwu tal-Koalizzjoni tad-Droni fl-istandardizzazzjoni tal-UAS, l-għajnuna kritika tagħha lill-Ukrajna u biex tiżgura li l-Istati Membri jżommu l-pass mar-rekwiżiti li jinbidlu malajr fil-kamp tal-battalja; iħeġġeġ lill-Istati Membri jutilizzaw din is-sħubija biex inaqqsu r-rekwiżiti twal ta’ akkwist, approvazzjonijiet, żvilupp u ttestjar biex jgħinu fl-akkwist rapidu tal-UASs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>293.</NO.P>Jappoġġja l-kooperazzjoni tal-UE mal-Koalizzjoni Internazzjonali tad-Droni u jħeġġeġ lill-Istati Membri jingħaqdu u jikkontribwixxu b’mod attiv għall-Koalizzjoni, li qed tkompli tixtri d-droni u tappoġġja żviluppi innovattivi biex jissaħħu l-kapaċitajiet tal-forzi Ukreni fil-kamp tal-battalja; jistieden lill-Istati Membri jallinjaw l-akkwist tagħhom għall-kamp tal-battalja mal-objettivi tal-Koalizzjoni tad-Droni; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltajiet ta’ kofinanzjament mas-sħab ewlenin biex tingħata spinta lill-produzzjoni relatata mad-droni, u tippromwovi l-kollaborazzjoni industrijali, f’sinerġija mal-inizjattivi industrijali u teknoloġiċi tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni fis-sħubija għas-sigurtà u d-difiża (SDP)</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>294.</NO.P>Iħeġġeġ l-isfruttament ta’ sħubijiet strateġiċi ġodda tal-UE u ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sigurtà u d-difiża biex jiġu segwiti ambjent regolatorju u proċessi ta’ akkwist li jikkoordinaw u jintegraw mal-ekosistema Ewropea attwali, li permezz tagħhom is-sħab strateġiċi jġibu l-kapaċitajiet kritiċi u l-materja prima meħtieġa u jenfasizzaw l-iżvilupp konġunt fil-propulsjoni, fl-intelligence tas-sinjali, fl-EW, fil-kinetika, fl-iżvilupp tal-laser u fis-softwares kritiċi għall-missjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>295.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġu involuti l-pajjiżi kandidati tal-UE li huma allinjati bis-sħiħ mal-PSDK tal-UE fil-bini tal-kapaċitajiet Ewropej tad-droni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Ftehimiet bilaterali ġodda għad-droni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>296.</NO.P>Jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ ftehimiet bilaterali ma’ sħab strateġiċi mhux tal-UE għal koproduzzjoni u trasferiment tat-teknoloġija siguri, bl-użu ta’ mudelli ta’ żvilupp konġunt u kofinanzjament biex jinkiseb aċċess għal sistemi ppruvati filwaqt li tinbena l-kapaċità tal-produzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>297.</NO.P>Jenfasizza li dawn il-ftehimiet iridu jinkludu salvagwardji stretti għall-proprjetà intellettwali, u jipproteġu l-kompetittività industrijali u s-sovranità teknoloġika Ewropej u jiżguraw l-interoperabbiltà mal-forzi tan-NATO mhux tal-UE, b’mod partikolari l-istati tal-Ewropa tal-Punent mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>298.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li jixtiequ jagħmlu dan fil-proġett tal-Ħajt Ewropew Kontra d-Droni, flimkien ma’ kooperazzjoni aktar fil-fond fl-oqsma tas-sigurtà u d-difiża, inkluż il-bini tal-kapaċitajiet, il-ġlieda kontra t-theddid ibridu u l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>299.</NO.P>Jinkoraġġixxi l-prijoritizzazzjoni ta’ assistenza speċifika għad-droni fil-qafas tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi u ta’ strumenti rilevanti oħra tal-azzjoni esterna tal-UE, li tippermetti lill-pajjiżi sħab jindirizzaw b’mod effettiv it-theddid asimmetriku u jiġu mgħammra aħjar għall-operazzjonijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu (CT);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>300.</NO.P>Jirrikonoxxi l-progress sinifikanti u l-għarfien espert ta’ sħab demokratiċi tal-istess fehma fir-reġjun Indo-Paċifiku, fit-teknoloġiji tad-droni u emerġenti u fir-riċerka b’użu doppju; jappella għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni u s-sħubija fis-sigurtà u d-difiża mas-sħab tal-UE fir-reġjun Indo-Paċifiku, inkluż it-Tajwan, b’mod partikolari fit-teknoloġija tad-droni u l-industriji rilevanti; jisħaq fuq l-importanza li jinbnew ktajjen tal-provvista siguri u mhux ħomor mirfuda minn valuri demokratiċi biex jissaħħu s-sigurtà u r-reżiljenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>301.</NO.P>Jirrakkomanda l-użu ta’ mudelli ta’ żvilupp konġunt u ta’ kofinanzjament ma’ sħab tal-istess fehma li ma jmorrux kontra l-interessi tas-sigurtà tal-UE u tal-Istati Membri tagħha biex jinkiseb aċċess għal sistemi ppruvati filwaqt li tinbena l-kapaċità tal-produzzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>302.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li ftehimiet kummerċjali jew politiċi ġodda tal-UE ma’ pajjiżi oħra, jew modifiki possibbli għal dawk eżistenti, ma jipperikolawx l-aċċess għal teknoloġiji ewlenin għall-iżvilupp tad-droni u ma joħolqux dipendenzi vulnerabbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni mal-Ukrajna</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>303.</NO.P>Jenfasizza li, bħalissa, iż-żewġ pajjiżi bl-akbar esperjenza fil-gwerra bid-droni huma r-Russja u l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>304.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jissieħbu mal-Ukrajna għall-inizjattivi kollha tagħha relatati mad-droni, kemm bħala mod kif jiġi aċċelerat l-iżvilupp tad-droni fl-UE kif ukoll biex jiżdied l-appoġġ għall-Ukrajna; jistieden, b’mod partikolari, lill-Istati Membri jikkunsidraw li jinvolvu ruħhom f’missjonijiet ta’ taħriġ fl-Ukrajna dwar il-gwerra bid-droni u kontra d-droni sabiex jassorbu bis-sħiħ l-għarfien espert u t-tekniki innovattivi li għandhom il-UAF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>305.</NO.P>Jirrakkomanda l-istituzzjonalizzazzjoni tal-kondiviżjoni tal-għarfien mill-Ukrajna billi jiġu żviluppati programmi ta’ skambju formali bejn l-operaturi tad-droni Ukreni u l-ħarrieġa tal-UE/NATO, ikkoordinati permezz taċ-Ċentru Konġunt ta’ Analiżi, Taħriġ u Edukazzjoni tan-NATO, iċ-Ċentru tan-NATO tal-Assistenza għas-Sigurtà għall-Ukrajna u l-EDA, biex jiġi żgurat li t-tattiċi ppruvati fil-kamp tal-battalja jiġu internalizzati malajr;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>306.</NO.P>Jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ skambju sostnut u sistematiku tal-aħjar prattiki u taħriġ mal-Ukrajna, li jintegra l-esperjenza militari operazzjonali u tattika tagħhom f’diversi livelli, inkluż fil-livell tal-kmand strateġiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>307.</NO.P>Jitlob l-inklużjoni ta’ esperti Ukreni fil-bordijiet ta’ governanza, fit-timijiet ta’ prova u fl-iskambji ta’ taħriġ pilota;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>308.</NO.P>Jitlob li tiġi stabbilita bażi tad-data tat-tagħlimiet meħuda u tal-koordinazzjoni bil-parteċipazzjoni tal-Ukrajna biex tinġabar data mill-kamp tal-battalja, jiġu ppubblikati tattiċi vvalidati u jiġu aġġornati malajr id-duttrini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>309.</NO.P>Jistieden lill-EDA tistabbilixxi uffiċċju fl-Ukrajna, filwaqt li tisfrutta l-Uffiċċju eżistenti tal-UE għall-Innovazzjoni fid-Difiża b’attaché tal-EDA bil-mandat li jipparteċipa fil-Gruppi ta’ Ħidma bejn l-Ukrajna u l-Istati Membri biex tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki bejn l-Ukrajna u l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>310.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Ukrajna tiskjera aktar operaturi tat-titjir tad-droni fl-iskejjel u l-programmi ta’ taħriġ tal-UE u tan-NATO biex jiġi estiż l-għadd ta’ Stati Membri li l-Ukrajna tista’ tikkollabora magħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>311.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-output tad-droni tal-Ukrajna huwa mxekkel b’mod sever mill-investiment kapitali u jinsisti fuq l-użu ta’ assi Russi ffriżati biex jgħinu fl-iżvilupp tad-droni tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>312.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-industriji tad-difiża tagħhom jappoġġjaw u jinvestu fl-industrija tad-difiża Ukrena, u jissieħbu magħha, sabiex jagħmlu użu sħiħ mill-potenzjal tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni fl-Ukrajna bl-aktar mod effiċjenti, f’konformità mal-“mudell Daniż”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>313.</NO.P>Iħeġġeġ l-approfondiment tal-kooperazzjoni industrijali mal-manifatturi tad-droni Ukreni li huma ttestjati fil-battalja, affordabbli u kapaċi; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-industriji tad-difiża tagħhom jagħmlu investimenti addizzjonali, jistabbilixxu impriżi konġunti, u jiżviluppaw sħubijiet mal-Ukrajna għall-iżvilupp konġunt ta’ prodotti tad-difiża fl-UE, b’mod partikolari fl-oqsma tal-UAS u tas-C-UAS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>314.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żviluppata strateġija fit-tul biex tixpruna l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tad-droni wara t-tmiem tal-gwerra fl-Ukrajna, peress li d-droni se jkomplu jintużaw f’kunflitti globali oħra u li hemm riskju li enfasi limitata fuq it-teatru Ewropew twassal biex ma jintlaħaqx l-iżvilupp globali li għaddej u l-evoluzzjoni tat-teknoloġiji tad-droni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Koordinazzjoni tal-ambjent regolatorju mas-sħab strateġiċi</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>315.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsegwu ambjent regolatorju u proċessi ta’ akkwist li jikkoordinaw u jintegraw l-ekosistema Ewropea attwali ma’ sħab strateġiċi bħall-Istati Uniti, ir-Renju Unit, il-Kanada, l-Awstralja u l-Ġappun, b’mod partikolari fejn iġibu l-kapaċitajiet kritiċi u l-materja prima meħtieġa, filwaqt li jenfasizzaw l-iżvilupp konġunt fil-propulsjoni, fl-EW, fl-iżvilupp tal-laser u fis-software kritiku għall-missjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>316.</NO.P>Jirrikonoxxi d-differenzi fl-oqfsa regolatorji bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi mhux tal-UE u jħeġġeġ il-kollaborazzjoni ma’ stati ewlenin oħra fil-produzzjoni tad-droni biex jissaħħaħ l-allinjament regolatorju u tiġi appoġġjata l-integrazzjoni globali aktar sikura tal-UAS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>317.</NO.P>Jenfasizza li l-ekosistema tas-semikondutturi stabbilita mill-Att dwar iċ-Ċipep għandha tappoġġja wkoll il-pedament diġitali tal-kurituri Ewropej tad-droni u tal-infrastruttura tal-mobbiltà militari u tippermetti skambju sigur tad-data, fużjoni tas-sensuri, u koordinazzjoni tat-traffiku xprunata mill-IA kemm għas-sistemi awtonomi militari kif ukoll għal dawk ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>318.</NO.P>Jitlob analiżi tal-katina tal-provvista u r-rilokazzjoni tal-komponenti kritiċi meħtieġa għall-kapaċitajiet ta’ produzzjoni fit-tul tad-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>319.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jinżammu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ esperjenza teknika u operazzjonali fid-disinn, il-produzzjoni u l-operat ta’ sistemi awtonomi, inkluż ma’ sħab barra mill-UE u n-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>320.</NO.P>Jissottolinja li tali kooperazzjoni għandha tinkludi l-kollaborazzjoni fost l-inġiniera, l-ispeċjalisti tal-mekatronika, l-esperti tal-IT, u l-professjonisti tal-elettronika u tal-ottoelettronika, sabiex jissaħħu l-innovazzjoni, l-interoperabbiltà u l-iżvilupp teknoloġiku fl-ekosistema usa’ tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>321.</NO.P>Jappella għal sinerġija akbar bejn l-Att dwar iċ-Ċipep u l-inizjattivi ta’ finanzjament tad-difiża tal-UE permezz tal-użu tal-Inizjattiva Ċipep għall-Ewropa tal-Att u tal-Bord Ewropew dwar is-Semikondutturi biex jgħinu fl-iżvilupp ulterjuri tal-manifattura tas-semikondutturi fost l-Istati Membri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Droni u operazzjonijiet kontra t-terroriżmu barra mill-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Integrazzjoni tas-C-UAS fl-eżerċizzji tal-UE kontra t-terroriżmu</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>322.</NO.P>Jitlob li jiġi stabbilit kurrikulu ta’ taħriġ modulari dwar is-C-UAS għall-unitajiet kontra t-terroriżmu, li jkopri r-rikonoxximent tad-droni, it-tekniki ta’ interdizzjoni, u simulazzjonijiet tat-tim l-aħmar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>323.</NO.P>Jitlob l-inkorporazzjoni tad-duttrina C-UAS f’eżerċizzji konġunti tal-UE kontra t-terroriżmu fl-ambitu tal-EDA u l-Frontex; jissottolinja l-importanza tal-kondiviżjoni tal-intelligence man-NATO u mas-sħab strateġiċi biex jiġi antiċipat l-użu terroristiku tad-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>324.</NO.P>Iħeġġeġ l-użu ta’ droni fil-missjonijiet tal-UE u fl-operazzjonijiet tal-fruntieri tal-FRONTEX biex jiġu mmonitorjati l-movimenti terroristiċi suspettati, ir-rotot tal-kuntrabandu u tat-traffikar, u ż-żoni ta’ pressjoni migratorja; jinnota li l-UASs joffru immaġnijiet b’riżoluzzjoni għolja, u sensuri tar-radar b’apertura termali, multispettrali u sintetika li jistgħu jippenetraw il-kopertura tas-sħab jew id-dlam, li jippermettu d-detezzjoni ta’ moviment jew ta’ vetturi suspettużi; jinnota li f’żoni tal-fruntiera affettwati minn kunflitti jew remoti, id-droni jistgħu jipprovdu kapaċitajiet persistenti u b’riskju baxx ta’ intelligence, sorveljanza u rikonjizzjoni ferm lil hinn minn dak li jistgħu jiksbu l-pjattaformi attwali bil-bdot abbord jew tal-art, bid-data tagħhom tikkontribwixxi direttament għall-fużjoni tal-intelligence, il-kmand u l-kontroll tal-fruntieri, u t-teħid tad-deċiżjonijiet b’mod rapidu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>325.</NO.P>Jenfasizza r-rwol importanti tad-droni ta’ sorveljanza fis-sigurtà tal-fruntieri tal-UE, iżda jwissi wkoll li d-droni għandhom il-potenzjal li jsiru għodda strumentali u insostitwibbli għall-operazzjonijiet ta’ kuntrabandu; iħeġġeġ lill-Istati Membri jintegraw protokolli ta’ rispons speċifiċi għad-droni fil-pjanijiet nazzjonali tar-reżiljenza; jappella għall-inklużjoni tal-uffiċjali tal-kontroll tal-fruntieri u tal-infurzar tal-liġi fit-taħriġ dwar l-operat u l-interċettazzjoni tad-droni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>326.</NO.P>Jitlob li jiġi ffinanzjat l-akkwist konġunt u r-riċerka u l-iżvilupp tas-sistemi C-UAS permezz tal-Fond Ewropew għad-Difiża, bil-prijorità tingħata lil soluzzjonijiet mobbli li jistgħu jiġu skjerati malajr u li huma xierqa għal operazzjonijiet kontra t-terroriżmu spedizzjonarji fuq talba;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>327.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-President tal-Kummissjoni u lill-Kummissarji kompetenti, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tan-NATO, lill-President tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO, lill-aġenziji tal-UE għas-sigurtà u d-difiża u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>