<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P10_TA(2026)0021</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-għażla tal-indikaturi tal-prestazzjoni għall-awditu u l-kontroll baġitarju fil-kuntest ta’ miżuri ta' finanzjament maħsuba biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-kompetittività futura tal-Ewropa</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A10-0268/2025 - Rapporteur: Olivier Chastel)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Jannar 2026 dwar l-għażla tal-indikaturi tal-prestazzjoni għall-awditu u l-kontroll baġitarju fil-kuntest ta’ miżuri ta’ finanzjament maħsuba biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-kompetittività futura tal-Ewropa (2025/2034(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 318 u l-Artikolu 322(1)(a) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2093/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2022/2496 tal-15 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 325, 20.12.2022, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2496/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2024/765 tad-29 ta’ Frar 2024 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/765, 29.2.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/765/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_interinstit/2020/1222/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ġunju 2021 dwar il-qafas ta’ prestazzjoni tal-baġit tal-UE skont il-QFP 2021-2027 (COM(2021)0366) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha (SWD(2021)0133),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2025 għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2028 sal-2034 (COM(2025)0571),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas ta’ traċċar u ta’ prestazzjoni tan-nefqa baġitarja u regoli orizzontali oħra għall-programmi u għall-attivitajiet tal-Unjoni (COM(2025)0545) u r-rapport dwar il-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanjaha (SWD(2025)0590),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2025 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività (“FEK”), inkluż il-programm speċifiku għal attivitajiet ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni fil-qasam tad-difiża, li jħassar ir-Regolamenti (UE) 2021/522, (UE) 2021/694, (UE) 2021/697, (UE) 2021/783, li jħassar id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE) 2021/696, (UE) 2023/588, u li jemenda r-Regolament (UE) [EDIP] (COM(2025)0555),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.</FIELD></FOOTNOTE> (Regolament Finanzjarju), u b’mod partikolari l-Artikolu 33 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni tat-18 ta’ Lulju 2024 tal-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen bit-titolu “L-għażla quddiem l-Ewropa: linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss 2024-2029”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Settembru 2024 ta’ Mario Draghi bit-titolu “The future of European competitiveness” (Il-futur tal-kompetittività Ewropea) (ir-rapport ta’ Draghi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-17 ta’ April 2024 ta’ Enrico Letta bit-titolu “Much more than a market” (Ħafna aktar milli suq) (ir-rapport ta’ Letta),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2025 bit-titolu “Boxxla għall-Kompetittività tal-UE” (COM(2025)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2025 bit-titolu “Il-perkors lejn il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss” (COM(2025)0046),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar baġit imġedded fit-tul għall-Unjoni f’dinja li qed tinbidel<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P10_TA(2025)0090.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pubblikazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju mitlub mill-Kumitat għall-Baġits tiegħu bit-titolu “Performance framework for the EU budget – Concepts and practices” (Qafas ta’ prestazzjoni għall-baġit tal-UE – Kunċetti u prattiki), ippubblikat f’Marzu 2024<FOOTNOTE><FIELD> Studju – “Performance framework for the EU budget – Concepts and practices” (Qafas ta’ prestazzjoni għall-baġit tal-UE – Kunċetti u prattiki), il-Parlament Ewropew, id-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku għall-Affarijiet Baġitarji, Marzu 2024.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0268/2025),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi ġestjoni finanzjarja tajba, kif definita fir-Regolament Finanzjarju, tirrikjedi li l-fondi tal-UE jiġu implimentati f’konformità mal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività; billi l-kunċett ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-baġit għandu jkun marbut mal-applikazzjoni diretta tal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Artikolu 318 tat-TFUE jirrikjedi li l-Kummissjoni kull sena tippreżenta lill-Parlament u lill-Kunsill il-kontijiet tas-sena finanzjarja preċedenti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit, flimkien ma’ rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-finanzi tal-Unjoni bbażat fuq ir-riżultati miksuba; billi, barra minn hekk, skont l-Artikolu 322 tat-TFUE, għandhom jiġu adottati regoli finanzjarji li jiddeterminaw il-proċedura għall-implimentazzjoni tal-baġit u għall-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet; billi l-użu ta’ indikaturi xierqa, affidabbli u trasparenti għall-kejl tal-kisba tar-riżultati u għall-finijiet tal-awditjar jista’ jtejjeb l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u t-tqabbil tal-baġit imwettqa mill-Parlament u mill-Kunsill fuq bażi annwali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi f’konformità mar-Regolament Finanzjarju, għandha tiġi stabbilita rabta bejn l-objettivi stabbiliti u l-indikaturi tal-prestazzjoni, ir-riżultati u l-prinċipji tal-ekonomija, tal-effiċjenza u tal-effettività; billi r-riformulazzjoni tal-2024 tar-Regolament Finanzjarju saħħet il-bażi legali tal-qafas ta’ prestazzjoni u kkonfermat li l-progress fl-ilħuq tal-objettivi għandu jiġi mmonitorjat bl-użu ta’ indikaturi tal-prestazzjoni li jissodisfaw il-kriterji RACER (relevant, accepted, credible, easy, robust – rilevanti, aċċettati, kredibbli, faċli, robusti), li huma bbażati fuq evidenza xjentifika rikonoxxuta sew, li għandhom definizzjonijiet ċari u li huma disponibbli f’format miftuħ u li jinqara mill-magni; billi, meta applikabbli, dawn l-indikaturi għandhom jiġu diżaggregati skont il-ġeneru u jkunu jistgħu jiġu aggregati; billi għandha tiġi definita metodoloġija effettiva, trasparenti u komprensiva, meta rilevanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi qafas għall-ittrekkjar tan-nefqa baġitarja u għall-prestazzjoni tal-baġit tistabbilixxi qafas uniku għall-ibbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni; billi l-proposta tiddefinixxi “indikatur tal-output” bħala indikatur tal-prestazzjoni kwantitattiva li jimmonitorja dak li jiġi prodott jew appoġġjat direttament mill-implimentazzjoni ta’ attività, u “indikatur tar-riżultati” bħala indikatur tal-prestazzjoni kwantitattiva li jimmonitorja l-effetti diretti tal-attivitajiet appoġġjati; billi l-“indikaturi tal-impatt” spiss jintużaw għall-kejl tax-xejriet fl-objettivi fit-tul indirizzati minn intervent; billi l-“indikaturi tal-input” spiss jintużaw għall-kejl tar-riżorsi finanzjarji, umani, materjali, amministrattivi jew regolatorji użati biex jiġi implimentat intervent;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-iżgurar tal-prosperità u l-kompetittività sostenibbli tal-UE, il-promozzjoni tal-ekwità soċjali u t-tisħiħ tal-koeżjoni reġjonali jifformaw parti mill-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni għall-2024-2029; billi huwa meħtieġ li jiġi attirat u mobilizzat l-investiment privat biex dawn l-objettivi jintlaħqu b’mod effettiv, u t-tlestija tal-unjoni bankarja u l-iżvilupp tal-unjoni tat-tfaddil u tal-investimenti se jkunu essenzjali għal dan l-għan;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-rapport ta’ Draghi wissa li t-tnaqqis fil-kompetittività tal-UE, iggravat mill-ambjent ġeopolitiku dejjem aktar instabbli, flimkien mas-sensiela ta’ kriżijiet li l-UE ffaċċjat f’dawn l-aħħar snin, joħolqu theddida eżistenzjali għall-Unjoni; billi r-rapport jistma li l-UE jeħtieġ li timmobilizza investiment pubbliku u privat addizzjonali ekwivalenti għal 4,4-4,7 % tal-PDG tal-UE – madwar EUR 750-800 biljun fis-sena bejn l-2025 u l-2030 – biex tagħlaq id-diskrepanza fl-investiment;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Boxxla għall-Kompetittività, filwaqt li tibni wkoll fuq ir-rapport ta’ Draghi, tistabbilixxi t-triq strateġika tal-UE biex tirrestawra l-kompetittività tagħha globalment u tiffoka fuq tliet pilastri ċentrali – l-innovazzjoni, id-dekarbonizzazzjoni u s-sigurtà ekonomika – ikkomplementati minn faċilitaturi orizzontali bħas-simplifikazzjoni, koordinazzjoni akbar fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri u suq uniku msaħħaħ, f’konformità mar-rapport ta’ Letta;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-QEA ripetutament sabet dgħufijiet fit-tfassil, fl-implimentazzjoni u fl-obbligu ta’ rendikont tas-sistemi li jkejlu l-prestazzjoni użati għall-programmi ta’ finanzjament tal-UE, u appellat għal użu akbar ta’ indikaturi tal-prestazzjoni li jkejlu u li jimmonitorjaw l-effetti fit-tul tal-infiq tal-UE; billi l-iżgurar tal-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni huwa indispensabbli għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u għat-tisħiħ tal-fiduċja pubblika fil-baġit tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi huma meħtieġa miżuri deċiżivi biex tiżdied il-kompetittività tal-Ewropa sabiex jiġu appoġġjati livelli ogħla ta’ produttività, ta’ impjieg u ta’ prosperità; billi s-suq uniku integrat jibqa’ l-pedament tas-saħħa ekonomika tal-UE u tal-prosperità fit-tul tagħha; billi l-innovazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet u l-moviment liberu tal-merkanzija, tas-servizzi, tal-kapital u tal-ħaddiema huma muturi ewlenin tal-kompetittività u t-tkabbir;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti ġenerali dwar il-qafas tal-prestazzjoni għall-baġit tal-UE u l-użu tal-indikaturi tal-prestazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa li jiġi żgurat li l-baġit tal-UE jwettaq il-prijoritajiet tal-politika tal-UE, inkluż li jagħti spinta lill-kompetittività, irawwem prosperità sostenibbli u inklużiva u jiżgura s-sovranità u l-indipendenza tal-UE bħala attur ġeopolitiku; jenfasizza li l-bidliet regolatorji huma importanti daqs il-miżuri ta’ finanzjament biex jintlaħqu dawn l-għanijiet; jissottolinja li l-infiq tal-UE għandu jikseb riżultati tanġibbli f’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u għandu jiġi investit f’oqsma fejn l-azzjoni konġunta tal-UE għandha impatt u valur miżjud akbar mill-azzjoni politika nazzjonali jew sottonazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq li l-miżuri biex tissaħħaħ il-kompetittività jistgħu jikkontribwixxu għal benefiċċji soċjetali usa’, dment li dawk il-miżuri jibqgħu ffukati fuq il-produttività, it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi; jinsisti li kwalunkwe qafas ta’ prestazzjoni ġenerali għall-baġit tal-UE għandu primarjament jipprovdi riżultati ekonomiċi u eżiti ta’ politika li jistgħu jitkejlu, filwaqt li jqis, meta rilevanti, effetti soċjetali usa’, mingħajr ma jimmina l-prinċipji tal-effiċjenza u tal-effettività;;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis li huwa imperattiv li l-baġit tal-UE għandu jiffoka aktar fuq ir-riżultati u li kull euro li jintnefaq għandu jagħti valur li jista’ jitkejjel liċ-ċittadini u lin-negozji; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jiġu stabbiliti u użati indikaturi tal-prestazzjoni li huma speċifiċi, jistgħu jitkejlu, jistgħu jinkisbu, huma rilevanti u marbuta mal-ħin (SMART), filwaqt li jiġi żgurat li r-riżorsi tal-UE jintnefqu b’mod effiċjenti, effettiv u sostenibbli sabiex jiġi mmonitorjat u evalwat il-progress biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-UE; iqis li kull tip ta’ indikatur huwa essenzjali għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm u li, għalhekk, għandu jinstab bilanċ bejn l-indikaturi tal-input, tal-output, tar-riżultati u tal-impatt; jissottolinja li l-indikaturi tal-prestazzjoni jridu jkunu derivati b’mod espliċitu mill-objettivi ta’ kull programm; jenfasizza li l-piż amministrattiv involut, il-kost tal-ġbir tad-data, u l-komparabbiltà u l-aggregabbiltà wkoll għandhom jiġu kkunsidrati meta jintgħażlu l-indikaturi xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-QEA, fl-awditi tagħha, ripetutament sabet li l-biċċa l-kbira tal-indikaturi tal-prestazzjoni użati għall-programmi ta’ finanzjament tal-UE huma indikaturi tal-input u tal-output, li ma jipprovdux informazzjoni rilevanti dwar il-progress biex jintlaħqu l-objettivi tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-UE; jesprimi dispjaċir ukoll għall-fatt li f’ħafna każijiet instab li d-data tax-xenarju ta’ referenza għall-indikaturi kienet nieqsa u li d-data sottostanti użata għall-indikaturi la kienet traċċabbli u lanqas affidabbli; jinsab imħasseb li d-definizzjonijiet tal-indikaturi tal-prestazzjoni jvarjaw bejn il-programmi ta’ finanzjament; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-indikaturi użati għall-proġetti ffinanzjati mill-UE jkunu jistgħu jitkejlu, jiġu vverifikati u jkunu bbażati fuq sorsi ta’ data affidabbli li jiżguraw it-traċċabbiltà tad-data sottostanti sal-livell tal-kuntratt u tal-benefiċjarju finali, b’xenarji ta’ referenza u definizzjonijiet ċari biex jiġu pprevenuti interpretazzjonijiet diverġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-qafas tal-prestazzjoni għall-baġit tal-UE għall-2021-2027 għadu kumpless u frammentat iżżejjed; jinnota b’dispjaċir il-valutazzjoni tal-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> Rapport tal-valutazzjoni tal-impatt (SWD(2025)0590) li jakkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi qafas ta’ traċċar u ta’ prestazzjoni tan-nefqa baġitarja (COM(2025)0545).</FIELD></FOOTNOTE> li qed jintużaw aktar minn 5 000 indikatur tal-prestazzjoni eteroġenju u mhux aggregabbli fl-ambitu tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027, li jagħmilha itqal biex tiġi evalwata b’mod komprensiv l-effettività tal-infiq tal-UE fi strumenti ta’ finanzjament differenti, u li ġew stabbiliti madwar 7 000 stadju importanti u mira fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza) li jindirizzaw ħtiġijiet differenti, bħall-valutazzjoni tal-prestazzjoni fil-kuntest tal-abbozz tal-baġit, u l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi, il-pjanijiet tal-Istati Membri u l-iżborżi tal-pagamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq, b’mod partikolari, li t-tfassil tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ma jiżgurax biżżejjed traċċabbiltà, trasparenza u possibbiltà ta’ awditjar tal-użu tal-fondi tal-UE jew il-komparabbiltà tar-riżultati ma’ dawk ta’ strumenti oħra ta’ nfiq tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas ta’ indikaturi tal-prestazzjoni aktar komprensiv, armonizzat, trasparenti u verifikabbli għall-istrumenti futuri, filwaqt li tiżgura li l-Parlament u l-QEA jkunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet ta’ sorveljanza tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-implimentazzjoni tal-istrumenti bbażati fuq il-prestazzjoni f’kuntesti ta’ pajjiżi u reġjuni oħra, filwaqt li tidentifika t-tagħlimiet meħuda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota l-proposta tal-Kummissjoni li l-QFP 2028-2034, inkluż il-Fond Ewropew għall-Kompetittività (FEK), jiġi mmonitorjat permezz ta’ sett standardizzat ta’ indikaturi tal-prestazzjoni applikabbli għall-programmi baġitarji kollha tal-UE, kif stabbilit fil-proposta tagħha għal regolament dwar il-prestazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> COM(2025)0545.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li ġiet proposta applikazzjoni simplifikata tal-qafas tal-prestazzjoni għall-garanziji baġitarji u għall-istrumenti finanzjarji fl-ambitu tal-FEK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iqis li l-qafas tal-prestazzjoni għall-baġit tal-UE għandu jiġi ssimplifikat sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat u proporzjonat biex jitkejlu l-effetti tal-infiq tal-UE madwar l-Istati Membri b’mod preċiż, jiġu rrazzjonalizzati l-piż amministrattiv ġenerali u l-obbligi ta’ rapportar, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u għall-awtoritajiet lokali, u tiżdied it-trasparenza billi jitnaqqas il-piż żejjed ta’ informazzjoni, filwaqt li xorta jkun permess li l-effetti tal-finanzjament tal-UE jinqabdu bis-sħiħ, inkluż il-valur miżjud tal-interventi tal-UE li ma setgħux jinkisbu mill-Istati Membri waħedhom; jistieden lill-Kummissjoni tirrazzjonalizza l-indikaturi, tissimplifika l-mudelli, tevita talbiet duplikati għad-data u tapplika l-prinċipju ta’ “darba biss”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iqis li l-impatt jista’ jiġi vvalutat bl-aħjar mod permezz ta’ evalwazzjonijiet; jisħaq li l-FEK u l-istrumenti futuri kollha jridu jinkludu evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu mill-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jiġu introdotti miżuri korrettivi, inklużi dawk rakkomandati mill-QEA wara l-awditi tagħha, mingħajr dewmien jekk ir-riżultati ma jilħqux l-objettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissottolinja li s-simplifikazzjoni ma għandhiex tkun għad-detriment tat-trasparenza, tal-obbligu ta’ rendikont u tal-possibbiltà tal-awditjar, iżda għandha tgħin fir-razzjonalizzazzjoni tar-rapportar u tagħmel l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-finanzjament tal-UE aktar aċċessibbli u utli; jissottolinja, barra minn hekk, li tnaqqis fl-għadd ta’ indikaturi għandu jkun akkumpanjat minn analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji u tar-riskju; jenfasizza l-ħtieġa ta’ rabtiet aktar ċari bejn l-infiq u eżiti tal-politika li jistgħu jitkejlu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Ifakkar li l-approċċi għall-ġbir tad-data jvarjaw bejn l-Istati Membri kif ukoll fl-Istati Membri, u dan jagħmilha diffiċli li tiġi aggregata u mqabbla d-data dwar il-prestazzjoni fil-livell tal-UE; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżviluppa infrastruttura tal-IT sigura u interoperabbli, filwaqt li tisfrutta wkoll l-intelliġenza artifiċjali, it-tagħlim awtomatiku u l-kapaċitajiet tal-estrazzjoni tad-data biex ittejjeb it-twettiq tal-politika u tiffaċilita l-monitoraġġ, ir-rapportar u s-sorveljanza; jisħaq li l-użu tal-intelliġenza artifiċjali fil-monitoraġġ u l-ipproċessar tad-data jrid ikun akkumpanjat minn sorveljanza robusta mill-bniedem u rregolat minn prinċipji etiċi biex jiġu pprevenuti l-użu ħażin u d-diskriminazzjoni jew il-preġudizzju algoritmiċi u jiġu żgurati t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, filwaqt li jiġu ggarantiti l-protezzjoni tad-data u r-rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinsisti li d-data u l-metodoloġiji tal-indikaturi għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku f’ħin reali permezz ta’ sistema interoperabbli ta’ monitoraġġ, rapportar u awditjar, u b’hekk tiżdied it-trasparenza u tiġi żgurata t-traċċabbiltà sal-livell tal-proġetti u tal-benefiċjarju finali; ifakkar fl-importanza ta’ “trasparenza tal-benefiċjarju aħħari” għall-fondi tal-UE; jisħaq li l-finanzjament tal-UE, inkluż dak b’ġestjoni indiretta, irid ikun trasparenti u għandu jippermetti l-awditjar effettiv u l-prevenzjoni tal-finanzjament doppju; jinsisti wkoll li din id-data għandha tinkludi informazzjoni komprensiva dwar il-proġetti ffinanzjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rapportar tagħha dwar il-prestazzjoni billi tintegra l-informazzjoni finanzjarja u dwar il-prestazzjoni relatata mal-fondi tal-UE u tippubblika sommarji ċari u faċli għall-utent dwar il-prestazzjoni u l-infiq, li jinkludu ħarsiet ġenerali ta’ paġna waħda u dashboards interattivi b’settijiet ta’ data li jinqraw mill-magni, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-OECD<FOOTNOTE><FIELD> OECD (2025), “Strengthening performance reporting practices” (It-tisħiħ tal-prattiki ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni), <STRING ITALIC="on">OECD Papers on Budgeting</STRING>, Nru 2025/07, OECD Publishing, Pariġi.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Iqis li huwa essenzjali li tiġi vverifikata u żgurata l-affidabbiltà tad-data użata biex jiġu stabbiliti l-indikaturi tal-prestazzjoni; jinnota bi tħassib li, minħabba l-introduzzjoni u ż-żieda fl-użu ta’ mudelli tal-implimentazzjoni, bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li huma bbażati fuq finanzjament mhux marbut mal-kostijiet – fejn l-iżborżi jsiru meta jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri stabbiliti preċedentement – id-dgħufijiet fl-affidabbiltà tad-data jagħmluha diffiċli biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE; jinsisti, għalhekk, fuq verifika <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> obbligatorja tal-istadji importanti u l-miri, fuq riferiment sistematiku ta’ suspetti ta’ frodi jew irregolaritajiet serji lill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, u l-possibbiltà li jiġu sospiżi l-pagamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi fir-rapportar tal-prestazzjoni tagħha informazzjoni sostantiva dwar il-miżuri tal-assigurazzjoni tal-kwalità użati għall-indikaturi tal-prestazzjoni; jissottolinja li rieżami regolari u trasparenti tar-rilevanza u l-affidabbiltà tal-indikaturi huwa essenzjali biex jiġu żgurati l-kredibbiltà u l-fiduċja pubblika fl-infiq tal-UE; jesiġi li d-data dwar il-prestazzjoni rrapportata mill-Istati Membri tkun soġġetta għal verifika indipendenti, inkluż mill-korpi nazzjonali tal-awditjar u mill-QEA, bir-riżultati jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament; jitlob ukoll li r-rapporti ta’ verifika u s-settijiet tad-data jkunu disponibbli għall-awtoritajiet ta’ sorveljanza kompetenti f’format li jkun aċċessibbli, komparabbli u verifikabbli, biex b’hekk jiġi żgurat li ċ-ċittadini jkollhom aċċess għall-eżitu tal-iskrutinju tal-użu tal-fondi tal-UE, filwaqt li tiġi żgurata l-aderenza mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-kunfidenzjalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq li ġestjoni effettiva tal-prestazzjoni tippresupponi r-rispett għall-istat tad-dritt u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; ifakkar li fejn jippersistu nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ kontroll, il-pagamenti jridu jiġu sospiżi u jridu jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iqis l-istat tad-dritt bħala prekundizzjoni essenzjali għat-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE; jissottolinja li l-isfidi għall-istat tad-dritt għandhom impatt negattiv fuq il-fiduċja tal-investituri, il-fiduċja tal-konsumaturi u l-integrità tas-suq uniku, kif innotat fir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt tal-2025; iqis, għalhekk, li l-qafas tal-prestazzjoni għall-baġit tal-UE għandu jinkludi wkoll indikaturi relatati mal-istat tad-dritt, bħall-funzjonament tas-sistema ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u sistema ta’ kontrokontrolli effettiva, li jikkontribwixxu għaċ-ċertezza tad-dritt u għal ambjent prevedibbli biex in-negozji joperaw fih;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Indikaturi tal-prestazzjoni relatati mat-trawwim tal-kompetittività tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Ifakkar li r-rapport ta’ Draghi jħeġġeġ lill-UE ssegwi riformi profondi biex tagħti spinta lill-kompetittività, b’enfasi fuq l-innovazzjoni, id-dekarbonizzazzjoni u d-difiża, u jappella għal investiment massiv f’setturi strateġiċi bħall-enerġija ekoloġika, l-infrastruttura diġitali u l-manifattura avvanzata, appoġġjati minn simplifikazzjoni regolatorja u koordinazzjoni aktar b’saħħitha fil-livell tal-UE; iqis, f’dan ir-rigward, li qafas tal-prestazzjoni robust u sistema ta’ indikaturi huma essenzjali biex jiġi segwit il-progress u jitkejjel l-impatt fuq il-kompetittività, is-saħħa ekonomika, is-sostenibbiltà u r-reżiljenza tal-UE, filwaqt li l-prestazzjoni tintrabat direttament mal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jisħaq li l-infiq orjentat lejn il-kompetittività għandu jagħti prijorità lill-effiċjenza u l-gwadanji fil-produttività fit-tul aktar milli r-ridistribuzzjoni fuq terminu qasir; jissottolinja li r-riżorsi tal-UE għandhom ikunu orjentati lejn il-korrezzjoni tal-ineffiċjenzi tas-suq, il-katalizzazzjoni tal-investiment privat u l-appoġġ ta’ proġetti b’impatt ekonomiku li jista’ jitkejjel u b’valur miżjud ċar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jissottolinja li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ Draghi għandha tiġi mmonitorjata b’indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti, robusti u trasparenti li jirriflettu l-progress tal-UE fit-tisħiħ tal-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku tagħha permezz tal-innovazzjoni, it-tmexxija teknoloġika u r-reżiljenza industrijali, filwaqt li tiġi żgurata l-ekwità soċjali; jisħaq li l-indikaturi jridu jitfasslu bir-reqqa u għandhom jaqbdu mhux biss l-outputs (eż. l-għadd ta’ proġetti ffinanzjati), iżda wkoll ir-riżultati u l-impatti (eż. iż-żieda fil-produttività, it-tnaqqis fl-emissjonijiet, il-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli u siguri, it-titjib fil-koeżjoni soċjali u territorjali, il-bidliet fil-bilanċ kummerċjali, iż-żieda fid-diversifikazzjoni tal-esportazzjoni, l-effett ta’ ingranaġġ tal-programmi tal-UE, speċjalment f’termini tal-mobilizzazzjoni tal-investiment privat, u l-awtonomija strateġika msaħħa), sabiex jitkejlu l-effiċjenza u l-effettività tal-infiq tal-UE; ifakkar li r-riformi huma integrali biex jintlaħqu l-objettivi tal-kompetittività u jridu jiġu riflessi fl-oqfsa tal-kejl tal-prestazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Ifakkar li l-indikaturi dwar l-assorbiment tal-fondi jew ir-rata ta’ eżekuzzjoni tal-baġit jipprovdu informazzjoni dwar il-progress amministrattiv aktar milli dwar l-impatt reali ekonomiku jew fuq is-soċjetà tal-infiq tal-UE; jenfasizza li tali indikaturi jistgħu joħolqu perċezzjoni qarrieqa ta’ suċċess meta l-fondi jintefqu kompletament iżda jonqsu milli jiġġeneraw titjib li jista’ jitkejjel fl-innovazzjoni, l-investiment jew l-impjiegi; ifakkar li l-QEA ripetutament ikkritikat id-dipendenza eċċessiva mir-rati ta’ nfiq u l-istadji importanti tal-pagamenti fil-qafas tal-prestazzjoni għall-programmi tal-UE; jappella għal bidla lejn indikaturi tar-riżultati u indikaturi tal-impatt li jaqbdu l-effetti reali tal-infiq tal-UE fuq il-kompetittività;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jissottolinja li l-kompetittività tiddependi minn sett koerenti ta’ kundizzjonijiet abilitanti, inklużi forza tax-xogħol bil-ħiliet meħtieġa u b’saħħitha, infrastruttura strateġika effiċjenti, settur finanzjarju robust li kapaċi jipprovdi finanzjament imfassal apposta għall-innovazzjoni, u istituzzjonijiet u swieq li jiffunzjonaw tajjeb li jippremjaw il-prestazzjoni u l-intraprenditorija; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi li jirriflettu dawn il-faċilitaturi strutturali u l-kontribut tagħhom għall-produttività u t-tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifakkar li r-rapport ta’ Draghi jissottolinja li l-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni hija fundamentali għall-kompetittività tal-UE u li għandu jkun hemm biss kriterju tal-għażla wieħed, jiġifieri l-eċċellenza, fis-sistema ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE, inkluż il-programm Orizzont Ewropa; itenni, f’dan ir-rigward, il-pożizzjoni tiegħu li l-finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jibqa’ ggwidat mill-prinċipju tal-eċċellenza u għandu jibqa’ bbażat fuq il-mertu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jisħaq li d-data fil-livell tal-proġetti għandha tkun il-bażi għal rapportar aħjar dwar il-prestazzjoni għall-istrumenti finanzjarji implimentati b’ġestjoni indiretta, bħal InvestEU; jinnota, madankollu, li din għandha tkun f’format standardizzat u limitata għall-informazzjoni ewlenija meħtieġa biex jitkejjel is-suċċess tal-programm, bħall-mobilizzazzjoni tal-investimenti pubbliċi u privati li ma setgħux iseħħu mingħajr il-programm; jirrikonoxxi li, minħabba n-natura mmexxija mis-suq u mid-domanda tal-istrumenti finanzjarji, il-prestazzjoni ta’ tali programmi tiddependi mill-adozzjoni tagħhom mis-suq, li jillimita l-kapaċità tal-Kummissjoni li tistabbilixxi stadji importanti u miri definiti minn qabel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq li t-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE jirrikjedi bidla mill-ġestjoni tal-kriżijiet fuq terminu qasir lejn strateġija fit-tul ibbażata fuq l-innovazzjoni, l-effiċjenza, is-sostenibbiltà, l-awtonomija strateġika u l-ftuħ globali; jappella għal impenn imġedded biex jissaħħaħ is-suq uniku, titnaqqas il-frammentazzjoni regolatorja u jiġi żgurat li l-programmi tal-UE jappoġġjaw l-ekonomija reali; jenfasizza li s-suċċess tal-proġetti tal-kompetittività Ewropea jiddependi mill-mobilizzazzjoni tal-kapital pubbliku u privat; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi indikaturi speċifiċi li jkejlu l-effett ta’ ingranaġġ tal-fondi tal-UE fil-mobilizzazzjoni tal-investiment pubbliku u privat, il-proporzjon ta’ finanzjament pubbliku ma’ dak privat u r-redditu fuq l-investiment miksub;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Iqis li huwa meħtieġ li jiġi stabbilit qafas komprensiv ta’ valutazzjoni tar-riskju <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING>, b’mod partikolari għal proġetti kkaratterizzati minn profil ta’ riskju għoli u gwadann għoli, sabiex tiġi żgurata evalwazzjoni bbilanċjata tal-valur miżjud, il-kostijiet u l-benefiċċji tagħhom; jissottolinja li l-ilħuq tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar il-kompetittività jirrikjedi sistema robusta ta’ awditjar u kontroll appoġġjata minn metodoloġija koerenti ta’ valutazzjoni tar-riskju; jisħaq li tali metodoloġija għandha tippermetti livelli proporzjonati ta’ riskju essenzjali għat-trawwim tal-innovazzjoni, filwaqt li tiżgura salvagwardji adegwati għall-protezzjoni tal-baġit tal-UE, speċjalment kontra l-frodi u r-riskji mhux finanzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jissuġġerixxi li, sabiex jiġi evalwat aħjar l-impatt tal-finanzjament tal-UE fuq il-kompetittività, għandu jintuża mmudellar makroekonomiku aktar bir-reqqa, li jintegra l-aħħar avvanzi fir-riċerka ekonomika; jinnota li l-mudelli li jirriflettu l-eteroġeneità u l-effetti distributtivi tal-unitajiet domestiċi u tad-ditti jippermettu valutazzjoni <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> aktar komprensiva tal-impatt tal-finanzjament tal-UE fuq il-produttività, fuq l-imġiba tal-investiment u fuq il-kompetittività reġjonali; jissuġġerixxi li dan l-approċċ jiġi kkomplementat bl-użu ta’ mikrodata u ta’ indikaturi tal-prestazzjoni reġjonali biex tittejjeb il-bażi tal-evidenza għat-tfassil tal-politika u l-immirar tal-fondi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu u jużaw b’mod konsistenti, tul il-QFP li jmiss, sett armonizzat ta’ indikaturi ewlenin bħal dawk li diġà jagħmlu parti mit-Tabella ta’ Valutazzjoni Ewropea tal-Innovazzjoni, bil-għan li jrawmu l-kompetittività fl-Istati Membri kollha sabiex jippermettu l-komparabbiltà, il-valutazzjoni komparattiva u l-aggregazzjoni tad-data fil-livell tal-UE, filwaqt li jippermettu wkoll l-użu ta’ indikaturi mfassla apposta għall-ħtiġijiet nazzjonali jew reġjonali, fejn xieraq; jisħaq li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha għandhom jiġu kkonsultati fid-definizzjoni u r-rieżami tal-indikaturi sabiex jiġi żgurat li jirriflettu l-ħtiġijiet reali tal-kompetittività, filwaqt li jaderixxu ma’ standards soċjali u tax-xogħol għoljin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Iqis li, fil-każ ta’ proġetti li jrawmu l-innovazzjoni u jappoġġjaw it-teknoloġiji strateġiċi, jistgħu jintużaw l-indikaturi tal-output li ġejjin: il-volum ta’ finanzjament tal-UE u tas-settur privat mobilizzat, l-għadd ta’ proġetti ffinanzjati għal kull settur (jiġifieri l-intelliġenza artifiċjali, il-kwantistika, il-bijoteknoloġija), u l-għadd ta’ unicorns, start-ups u scale-ups maħluqa jew li jespandu fl-UE li rċevew finanzjament mill-UE, filwaqt li jitkejjel ukoll il-perċentwal ta’ start-ups immexxija min-nisa ffinanzjati, fejn xieraq; iqis li l-indikaturi tar-riżultati jistgħu jinkludu l-għadd ta’ applikazzjonijiet għal privattivi ppreżentati minn proġetti ffinanzjati mill-UE, ir-redditu fuq l-investiment tal-UE skont is-settur, il-bidla fir-rata tal-impjieg, ir-rata ta’ sopravivenza tal-kumpaniji ffinanzjati mill-UE wara tliet snin, iż-żieda fl-għadd ta’ offerti pubbliċi inizjali (IPOs) Ewropej, iż-żieda fl-għadd ta’ kumpaniji esportaturi, u l-għadd ta’ intrapriżi li jiksbu intensità diġitali għolja; iqis li huwa meħtieġ li jiġu traċċati u rrapportati indikaturi tal-impatt bħaż-żieda fil-kapaċità (output fis-sena) fil-manifattura ta’ teknoloġiji profondi u diġitali (eż. tipi speċifiċi ta’ tagħmir), iż-żieda fil-volum ta’ kapital ta’ riskju investit fl-UE, iż-żieda fil-kapitalizzazzjoni tas-suq tal-kumpaniji tal-UE, u l-adozzjoni mis-suq u t-tkabbir tad-dħul attribwibbli għal innovazzjonijiet iffinanzjati mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Iqis li r-rilokazzjoni industrijali u l-awtosuffiċjenza fil-materja prima kritika għandhom jiġu appoġġjati sabiex jitnaqqsu d-dipendenzi strateġiċi tal-UE; jipproponi li l-progress jista’ jitkejjel b’indikaturi tal-output bħall-għadd ta’ proġetti u SMEs li rrilokaw lejn l-UE, l-għadd ta’ start-ups u scale-ups maħluqa jew li jespandu – filwaqt li jitkejjel ukoll il-perċentwal ta’ start-ups u scale-ups immexxija min-nisa meta xieraq – u l-livell ta’ ħolqien ta’ impjiegi industrijali f’reġjuni fil-mira; iqis li l-indikaturi tar-riżultati jistgħu jinkludu ż-żieda fis-sehem tal-materja prima kritika importata minn sħab strateġiċi ġodda jew miksuba mill-UE u ż-żieda fil-volum (tunnellati) ta’ materja prima kritika riċiklata, produttività ogħla u valur miżjud gross fi ktajjen tal-valur fil-mira, reżiljenza akbar tal-provvista, u prestazzjoni kummerċjali mtejba;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir investiment fi grilji intelliġenti, fil-ħżin tal-enerġija u f’kurituri tal-idroġenu biex tiġi ffaċilitata sistema tal-enerġija reżiljenti u kompetittiva; jissottolinja li l-miżuri f’dan ir-rigward huma essenzjali biex titnaqqas il-volatilità tal-prezzijiet tal-enerġija, tissaħħaħ il-kompetittività industrijali u tiġi żgurata t-tranżizzjoni sigura tal-Ewropa lejn ekonomija sostenibbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Iqis li għandhom jitfittxu x-xiri konġunt tal-enerġija industrijali u d-dekarbonizzazzjoni industrijali għandhom sabiex jitnaqqsu l-kostijiet tal-enerġija u tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista, filwaqt li jiġi żgurat li l-miżuri li jirriżultaw ma jkollhomx impatt mhux xieraq fuq is-sigurtà tal-enerġija ta’ kwalunkwe Stat Membru; jipproponi li l-progress jista’ jitkejjel b’indikaturi tal-output bħall-għadd ta’ kumpaniji parteċipanti, il-volum tal-enerġija mixtrija u s-sehem tal-enerġija rinnovabbli f’kuntratti konġunti; iqis li jistgħu jintużaw indikaturi tar-riżultati bħall-kapaċità tal-enerġija addizzjonali installata fil-produzzjoni tal-elettriku (MW); iqis ukoll li l-indikaturi tal-impatt jistgħu jinkludu l-bidliet fil-prezzijiet medji tal-enerġija fl-industriji fil-mira, it-tnaqqis fl-interruzzjoni tal-provvista, iż-żieda fl-użu tal-enerġija nadifa u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (eż. f’tCO2e);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Iqis li l-UE għandha tinvesti fit-talent f’setturi strateġiċi u kritiċi biex iżżid il-kompetittività fit-tul tagħha permezz ta’ forza tax-xogħol kapaċi, inkluż billi tappoġġja l-parteċipazzjoni fit-taħriġ vokazzjonali, fit-tagħlim tul il-ħajja u fl-iżvilupp tal-ħiliet; jissuġġerixxi li l-progress jista’ jitkejjel b’indikaturi tal-output bħall-għadd ta’ persuni mħarrġa kull sena (b’enfasi speċifika fuq il-bilanċ bejn il-ġeneri u l-inklużjoni soċjali), l-għadd ta’ persuni li ggradwaw b’lawrja universitarja fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija jew il-matematika (STEM) jew li għamlu korsijiet ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali b’enfasi STEM, ir-rata ta’ parteċipazzjoni fil-programmi ta’ tagħlim għall-adulti u ta’ tagħlim tul il-ħajja u r-rata ta’ sodisfazzjon tal-kumpaniji sħab u s-sħab soċjali; iqis li l-indikaturi tar-riżultati jistgħu jinkludu bidliet fir-rata ta’ impjieg, ir-rata ta’ tranżizzjoni minn taħriġ jew impjieg temporanju għal impjieg permanenti, ir-rata ta’ okkupazzjoni, ir-rata ta’ progressjoni tal-pagi u r-rata ta’ żamma fis-setturi fil-mira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota bi tħassib li piżijiet regolatorji u amministrattivi eċċessivi jkomplu jimminaw il-kompetittività tal-kumpaniji tal-UE meta mqabbla ma’ blokok ekonomiċi globali oħra; jisħaq li tali piżijiet iżidu l-kostijiet operazzjonali, inaqqsu l-produttività settorjali u joħolqu ostakli għad-dħul fis-suq għal ditti ġodda, u b’hekk jiskoraġġixxu l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni; jinnota, barra minn hekk, li dawn l-ineffiċjenzi jistgħu jissarrfu wkoll fi prezzijiet ogħla għall-konsumaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Iqis li sabiex jiġu aċċelerati kemm it-tranżizzjoni ekoloġika kif ukoll dik diġitali, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-SMEs innovattivi, li għalihom is-simplifikazzjoni hija kritika; jisħaq li s-simplifikazzjoni  għandha tiffoka fuq it-tnaqqis tal-burokrazija żejda u tal-kostijiet amministrattivi għall-SMEs; jenfasizza li s-simplifikazzjoni trid titwettaq filwaqt li jiġi żgurat qafas regolatorju proporzjonat u effiċjenti, li jiggarantixxi ċ-ċertezza regolatorja kif ukoll valutazzjoni tal-impatt xierqa; jissuġġerixxi li l-progress fit-tnaqqis tal-piż amministrattiv ikun jista’ jitkejjel b’indikaturi bħall-għadd ta’ proġetti approvati u l-għadd ta’ proġetti konklużi kull sena mal-SMEs, it-tnaqqis fir-rata ta’ appelli jew tilwim relatati mal-proċeduri ta’ applikazzjoni u t-tnaqqis fiż-żmien meħtieġ biex jiġi aċċessat il-finanzjament tal-UE, mill-applikazzjoni sal-iżborż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkompli żżid l-isforzi biex tnaqqas il-piż regolatorju u tiżgura li l-leġiżlazzjoni tal-UE tkun proporzjonata, ibbażata fuq l-evidenza u toffri valur miżjud ċar liċ-ċittadini u lin-negozji; iqis li l-approċċ attwali ta’ “one in, one out” mhuwiex biżżejjed f’dan ir-rigward; jappella, għalhekk, għall-applikazzjoni ta’ prinċipju ta’ “one in, two out”, fejn l-introduzzjoni ta’ kwalunkwe kost ġdid permezz ta’ obbligi regolatorji tiġi kkumpensata minn tnaqqis fil-kostijiet regolatorji li jirriżulta minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE tal-anqas bid-doppju tal-ammont ekwivalenti, bl-objettiv li jinkiseb tnaqqis nett fil-piż regolatorju, filwaqt li l-piż fuq il-kumpaniji u l-amministrazzjoni pubblika jiġi ttrattat separatament.
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>